2011R0408 — MT — 17.12.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 408/2011

tas-27 ta’ April 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 108, 28.4.2011, p.21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1264/2014 tas-26 ta' Novembru 2014

  L 341

6

27.11.2014




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 408/2011

tas-27 ta’ April 2011

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 jistabbilixxi qafas ġdid għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar il-bejgħ u l-użu tal-pestiċidi.

(2)

Skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta statistika f'forma elettronika, b'mod konformi mal-format tekniku xieraq li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

(3)

Biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, se tiġi inkluża fil-fajl tat-trażmissjoni bandiera li tindika jekk l-informazzjoni mgħoddija dwar is-sustanza, il-klassi kimika, il-kategorja tal-prodott jew grupp maġġuri hijiex kunfidenzjali jew le.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M1

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta statistika dwar il-pestiċidi msemmija fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 bl-użu ta' definizzjonijiet tal-istruttura tad-dejta SDMX. Id-dejta għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) permezz tas-servizzi ta' Punt ta' Kuntatt Waħdieni, jew għandha tiġi magħmula disponibbli biex titniżżel jew tiġi estratta mill-Kummissjoni (Eurostat) permezz ta' mezzi elettroniċi.

Artikolu 2

L-istruttura tad-dejta għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar it-tqegħid fis-suq ta' pestiċidi għandha tkun kif speċifikat fl-Anness I.

L-istruttura tad-dejta għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-użu ta' pestiċidi għal attivitajiet agrikoli għandha tkun kif speċifikat fl-Anness II.

▼B

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mindu jkun ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

Struttura tad-dejta statistika dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' pestiċidi

L-istruttura tad-dejta li ġejja għandha tkun inkluża fil-fajls tat-trażmissjoni:



Numru

Qasam

Kummenti

1

Pajjiż

eż. Franza

2

Sena

Sena ta' referenza għad-dejta (eż. 2010)

3

Grupp ewlieni

Kodiċi elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009

4

Kategoriji ta' prodotti

 

5

Klassi kimika

 

6

Sustanza attiva

 

7

Valur ta' osservazzjoni (il-kwantità mibjugħa)

F'kilogrammi ta' sustanzi.

8

Għall-oqsma bin-numri 3, 4, 5 u 6, is-sinjal ta' kunfidenzjalità

Bandiera




ANNESS II

Struttura tad-dejta statistika dwar l-użu agrikolu ta' pestiċidi

L-istruttura tad-dejta li ġejja għandha tkun inkluża fil-fajls tat-trażmissjoni:



Numru

Qasam

Kummenti

1

Pajjiż

eż. Franza

2

Sena

Sena ta' referenza għad-dejta (eż. 2010)

3

Wiċċ tar-raba'

Tqassim skont l-uċuħ tar-raba'

4

Sustanza attiva

Kodiċi elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009

5

Valur ta' osservazzjoni: il-kwantità tas-sustanza użata fuq il-wiċċ tar-raba'

F'kilogrammi ta' sustanzi

6

Valur ta' osservazzjoni: żona bil-wiċċ tar-raba' ttrattat b'din is-sustanza

F'ettari

7

Sinjal ta' kunfidenzjalità

Bandiera



( 1 ) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1.