2011D0402 — MT — 23.12.2011 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Lulju 2011

dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għaż-żerriegħa tal-fienu u ċertu żerriegħa u fażola impurtata mill-Eġittu

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5000)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/402/UE)

(ĠU L 179, 7.7.2011, p.10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta’ Ottubru 2011

  L 263

20

7.10.2011

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-28 ta’ Ottubru 2011

  L 285

53

1.11.2011

►M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Diċembru 2011

  L 343

117

23.12.2011




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Lulju 2011

dwar miżuri ta’ emerġenza applikabbli għaż-żerriegħa tal-fienu u ċertu żerriegħa u fażola impurtata mill-Eġittu

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5000)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/402/UE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) u l-Artikolu 53(1)(b)(iii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel u l-għalf b’mod ġenerali, u b’mod partikolari s-sikurezza tal-ikel u l-għalf, fil-livell Komunitarju u dak nazzjonali. Dan jistipula miżuri ta’ emerġenza meta huwa evidenti li ikel jew għalf impurtat minn pajjiż terz huwa mistenni li jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u li tali riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i).

(2)

Fit-22 ta’ Mejju 2011 il-Ġermanja rrappurtat tixrid ta’ Tossina Shiga li tipproduċi batterji Escherichia coli (STEC), serotip O104:H4 fin-naħa ta’ fuq tal-Ġermanja. Ibbażat fuq investigazzjonijiet epidemjoloġiċi u ttestjar fil-laboratorju, is-sors ta’ kontaminazzjoni jista’ jkun marbut mal-konsum ta’ żerriegħa mxarrba prodotta f’wieħed mill-istabbilimenti fin-naħa ta’ isfel ta’ Hamburg.

(3)

Fil-15 ta’ Ġunju 2011 Franza rrappurtat tixrid f’Bordeaux, fi Franza, li - skont riżultati preliminari - ġie kkawżat mill-istess razza tal-E. coli (Tossina Shiga li tipproduċi batteriji Escherichia coli (STEC), serotip O104:H4 bħal dawk li nstabu fil-Ġermanja. Bħal ma kien fil-każ tal-Ġermanja, l-investigazzjonijiet jindikaw li l-konsum ta’ żerriegħa mxarrba seta’ kkawża t-tixrid.

(4)

Aktar indikaturi jissuġġerixxu li ż-żerriegħa niexfa użata għall-inbit tista’ tkun il-kawża oriġinali għat-tixrid fil-Ġermanja u Franza. Sabiex taċċerta ruħha dwar l-oriġini tal-kontaminazzjoni, il-Kummissjoni bdiet eżerċizzju ta’ rintraċċar kkoordinat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) f’konsultazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Fil-5 ta’ Lulju 2011, l-EFSA ppubblikat ir-rapport finali tagħha. Ir-rapport jistqarr li t-tqabbil tal-informazzjoni tar-rintraċċar mit-tixrid Franċiż u Ġermaniż iwassal għall-konklużjoni li lott miż-żerriegħa tal-fienu impurtata mill-Eġittu aktarx hija l-aktar rabta komuni għalkemm ma jistax jiġi eskluż li lottijiet oħrajn jistgħu jiġu implikati. Meta wieħed iqis l-impatt sever fuq is-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-esponiment għal kwantità żgħira ta’ materjal kontaminat, u, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-sors u l-mezzi ta’ kontaminazzjoni kif ukoll kontaminazzjoni possibbli li tittieħed, bħalissa jidher xieraq li jiġu kkunsidrati l-lottijiet kollha tal-esportatur identifikat bħala suspettuż.

(5)

Barra minn hekk, l-eżerċizzju preżenti ta’ rintraċċar jappoġġja l-ipoteżi li t-tixrid huwa marbut u huwa kkawżat mill-importazzjoni taż-żerriegħa tal-fienu li ġiet ikkontaminata waqt l-importazzjoni jew qabel l-importazzjoni fl-UE. Din il-kontaminazzjoni taż-żerriegħa mar-razza tal-E. coli O104:H4 tirrifletti proċess ta’ produzzjoni li ppermmetta kontaminazzjoni ta’ materjal fekali ta’ oriġini umana u/jew tal-annimali. Għadu mhux ċar fejn dan seħħ sewwasew fil-katina alimentari u għadu mhux magħruf jekk dan ġiex rimedjat sadanittant. Għandu jsir aktar kampjunar mikrobijoloġiku fl-Istati Membri biex itemmu l-evidenza li ġejja mill-istudji epidemjoloġiċi kif stipulat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE ( 2 ).

(6)

Fuq il-bażi tal-prinċipju tal-prekawzjoni huwa meħtieġ li tiġi pprojbita b’mod temporanju l-importazzjoni taż-żerriegħa u l-fażola kollha li tiġi mill-Eġittu, identifikata fl-Anness, biex tippermetti ż-żmien meħtieġ għal aktar valutazzjoni tas-sikurezza tagħhom. Huwa ċar li hemm possibilità ta’ impatt sever fuq is-saħħa tal-bniedem li ġejja mill-esponiment ta’ kwantità żgħira ta’ materjal kontaminat minn żerriegħa u fażola oħra u li ma hemmx tagħrif preċiż dwar l-oriġini eżatta fl-Eġittu u mezzi tal-kontaminazzjoni kif ukoll kontaminazzjoni possibbli li tittieħed.

(7)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu adottati, fuq livell Ewropew, ċerti miżuri ta’ prekawzjoni u emerġenza biex jiżguraw li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jirtiraw mis-suq tal-UE l-lottijiet kollha taż-żerriegħa tal-fienu impurtata mill-Eġittu matul il-perjodu ta’ bejn l-2009 u l-2011 imsemmija fin-notifiki tas-Sistema Rapida ta’ Allarm għal Ikel u Għalf marbuta mal-eżerċizzju tar-rintraċċar, biex jieħdu kampjuni minnhom u biex wara jeqirduhom u biex jissospendu temporanjament l-importazzjoni mill-Eġittu taż-żerriegħa u l-fażola kollha identifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(8)

Sabiex tippermetti ż-żmien meħtieġ għall-Awtoritajiet Kompetenti tal-Eġittu biex jipprovdu rispons u jikkunsidraw il-miżuri xierqa għall-immaniġġjar tar-riskji, is-sospensjoni temporanja tal-importazzjonijiet għandha tidħol fis-seħħ minn tal-inqas sal-31 ta’ Ottubru 2011.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI:



Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-lott kollu ta’ żerriegħa tal-fienu impurtata mill-Eġittu matul il-perjodu ta’ bejn l-2009 u l-2011, imsemmi fin-notifiki tas-Sistema Rapida ta’ Allarm għal Ikel u Għalf marbuta mal-eżerċizzju tar-rintraċċar ikun irtirat mis-suq u meqrud. F’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/99/KE l-lottijiet kkonċernati għandu jitteħdilhom kampjun.

▼M2

Artikolu 2

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni taż-żrieragħ u l-fażola mill-Eġittu kif stipulat fl-Anness huwa ipprojbit sal-31 ta’ Marzu 2012.

▼B

Artikolu 3

Il-miżuri stabbiliti minn din id-Deċiżjoni għandhom ikunu vvalutati mill-ġdid b’mod regolari fuq il-bażi tal-garanziji offruti mill-Eġittu, riżultati tat-testijiet analitiċi u investigazzjonijiet li jkunu saru mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M3




ANNESS



Żrieragħ u fażola mill-Eġittu li r-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni huwa pprojbit sal-31 ta’ Marzu 2012

Kodiċi NM (1)

Deskrizzjoni

ex070490 90

Nebbieta tar-rukola

ex070690 90

Nebbieta tal-pitravi, nebbieta tar-ravanell

ex07 08

Nebbieta ta’ ħxejjex leguminużi, friski jew imkessħin

ex070990 90

ex070999 90 (2)

Nebbieta tal-fażola tas-sojja

ex07 13

Ħxejjex leguminużi mnixxfa, bil-qoxra, sew jekk imqaxxrin u sew jekk le, mhux maqsumin

0910 99 10

Żrieragħ tal-fienu

ex12 01 00

ex12 01 (2)

Fażola tas-sojja mhux imkissra

1207 50

Żrieragħ tal-mustarda

ex120799 97

ex120799 96 (2)

Żrieragħ u frott oħra żejtnin, mhux imkissrin

1209 10 00

Żrieragħ tal-pitravi zokkrija

1209 21 00

Żrieragħ tax-xnien (alfalfa)

1209 91

Żrieragħ tal-ħaxix

ex121490 90

Żrieragħ tax-xnien (alfalfa)

(1)   Il-“kodiċijiet NM” imsemmija f’din id-Deċiżjoni jirreferu għall-kodiċijiet speċifikati fil-Parti Tnejn tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.).

(2)   Kodiċi NM fl-1.1.2012



( 1 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 2 ) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.