02010R1094 — MT — 01.01.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1094/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE

(ĠU L 331 15.12.2010, p. 48)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA 2014/51/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014

  L 153

1

22.5.2014

►M2

REGOLAMENT (UE) 2019/2175 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Diċembru 2019

  L 334

1

27.12.2019




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1094/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE



KAPITOLU I

STABBILIMENT U STATUS ĠURIDIKU

Artikolu 1

Stabbiliment u ambitu tal-azzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”).

▼M2

2.  L-Awtorità għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE bl-eċċezzjoni tat-Titolu IV tagħha, tad-Direttiva 2002/87/KE, tad-Direttiva (UE) 2016/97 ( 1 ) u tad-Direttiva (UE) 2016/2341 ( 2 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u, sa fejn dawk l-atti japplikaw għal impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvediment tal-irtirar mix-xogħol u intermedjarji tal-assigurazzjoni, fil-partijiet rilevanti tad-Direttiva(UE) 2002/65/KE, inklużi d-direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att ieħor, legalment vinkolanti, tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti lill-Awtorità.

L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-ħidma tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) f’rabta mal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-Awtorità għandha tiddeċiedi dwar il-qbil tagħha f’konformità mal-Artikolu 9a(9) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.  L-Awtorità għandha taġixxi fil-qasam tal-attivitajiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni, tal-impriżi ta’ riassigurazzjoni, tal-konglomerati finanzjarji, tal-istituzzjonijiet għall-provvista tal-irtirar mix-xogħol u tal-intermedjarji tal-assigurazzjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li mhumiex koperti direttament mill-atti leġislattivi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, filwaqt li tqis il-mudelli ta’ negozju sostenibbli u l-integrazzjoni ta’ fatturi relatati ambjentali, soċjali u ta’ governanza, sakemm tali azzjonijiet mill-Awtorità jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dawk l-atti.

▼B

4.  Fir-rigward tal-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar mix-xogħol, l-Awtorità għandha taġixxi mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali soċjali u tax-xogħol.

5.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 TFUE, sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-Unjoni.

▼M2

6.  L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-awtorità għandha, fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħha, tikkontribwixxi sabiex:

▼B

(a) 

jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b’mod partikolari livell sod, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni,

(b) 

jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji,

(c) 

tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali,

(d) 

jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni,

▼M2

(e) 

jiġi żgurat li t-teħid ta’ riskji relatati mal-attivitajiet tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol ikun regolat u ssorveljat b’mod adegwat,

(f) 

tissaħħaħ il-protezzjoni tal-klijenti u tal-konsumatur; u

▼M2

(g) 

tittejjeb il-konverġenza superviżorja fis-suq intern kollu.

▼M2

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tkattar il-konverġenza superviżorja, u tipprovdi opinjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16a lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni.

▼B

Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju sistemiku potenzjali fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li n-nuqqas tagħhom jista’ jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

▼M2

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement, oġġettivament u b’mod mhux diskriminatorju u trasparenti, fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u għandha tirrispetta, kull fejn ikun rilevanti, il-prinċipju tal-proporzjonalità. L-Awtorità għandha tagħti rendikont u taġixxi b’integrità u għandha tiżgura li l-partijiet interessati kollha jiġu trattati b’mod ġust.

▼M2

Il-kontenut u l-forma tal-azzjonijiet u tal-miżuri tal-Awtorità, b’mod partikolari l-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet, l-abbozzi ta’ standards regolatorji u l-abbozzi ta’ standards ta’ implimentazzjoni, għandhom jirrispettaw b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ dan ir-Regolament u tal-atti leġislattivi msemmija fil-paragrafu 2. Sa fejn huwa permess u rilevanti taħt dawk id-dispożizzjonijiet, l-azzjonijiet u l-miżuri tal-Awtorità għandhom, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, iqisu kif dovut in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti għan-negozju ta’ istituzzjoni finanzjarja, impriża, suġġett ieħor jew attività finanzjarja oħra, li jkunu milquta mill-azzjonijiet u l-miżuri tal-Awtorità.

7.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali minnha, Kumitat li jkun ta’ konsulenza għaliha dwar kif, f’konformità sħiħa mar-regoli applikabbli, ikun jenħtieġ li l-azzjonijiet u l-miżuri tagħha jqisu d-differenzi speċifiċi prevalenti fis-settur, li jirrigwardaw in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-mudelli u l-prattika ta’ negozju kif ukoll id-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq sa fejn tali fatturi jkunu rilevanti fl-ambitu tar-regoli kkunsidrati.

▼B

Artikolu 2

Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja

▼M2

1.  L-Awtorità għandha tkun parti minn sistema Ewropea ta’ superviżjoni finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u jkunu żgurati l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha u l-protezzjoni effettiva u suffiċjenti għall-klijenti u għall-konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji.

▼B

2.  Is-SESF għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), għall-finijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 u dan ir-Regolament;

(b) 

l-Awtorità;

(c) 

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(d) 

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(e) 

il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“Kumitat Konġunt”) għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 54 sa 57 ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(f) 

l-awtoritajiet kompetenti jew superviżorji fl-Istati Membri kif speċifikat fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

3.  L-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib mal-BERS u kif ukoll mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt, filwaqt li tiżgura konsistenza transsettorjali fil-ħidma u l-kisba ta’ pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u kwistjonijiet transsettorjali oħra.

▼M2

4.  Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b’mod partikolari sabiex jiżguraw il-fluss ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom u mingħand l-Awtorità lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

▼B

5.  Dawk l-awtoritajiet superviżorji li huma parti għas-SESF għandhom ikunu obbligati li jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni skont l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼M2

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali, ir-referenzi f’dan ir-Regolament għal superviżjoni għandhom jinkludu l-attivitajiet rilevanti kollha tal-awtoritajiet kompetenti kollha li jridu jitwettqu skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼M2

Artikolu 3

Responsabbiltà tal-Awtoritajiet

1.  L-Awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

2.  F’konformità mal-Artikolu 226 TFUE, l-Awtorità għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-Parlament Ewropew matul kwalunkwe investigazzjoni mwettqa taħt dak l-Artikolu.

3.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tad-dmirijiet tal-President, u għandu jibgħat, sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

4.  Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President għandu jipparteċipa f’seduta ta’ smigħ quddiem il-Parlament Ewropew dwar il-prestazzjoni tal-Awtorità. Għandha ssir seduta tal-inqas annwalment. Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu, kull meta dan ikun meħtieġ.

5.  Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

6.  Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 sa 18 u l-Artikoli 20 u 33, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.

7.  L-Awtorità għandha twieġeb bil-fomm jew bil-miktub għal kwalunkwe mistoqsija indirizzata lilha mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ħames ġimgħat mir-riċezzjoni tagħha.

8.  Fuq talba, il-President għandu jagħmel diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President, mal-Viċi Presidenti u mal-Koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-parteċipanti kollha għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali.

9.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’fora internazzjonali, l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, meta tintalab tagħmel dan, dwar il-kontribut tagħha għal rappreżentanza magħquda, komuni, konsistenti u effettiva tal-interessi tal-Unjoni f’tali fora internazzjonali.

▼B

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser impriżi, entitajiet u persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal kwalunkwe wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Fir-rigward tad-Direttiva 2005/60/KE, “istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser biss l-impriżi ta’ assigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni kif definiti f’dik id-Direttiva;

(2) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser:

(i) 

l-awtoritajiet superviżorji kif definiti fid-Direttiva 2009/138/KE, u l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fid-Direttivi 2003/41/KE u 2002/92/KE;

▼M2

(ii) 

fir-rigward tad-Direttiva 2002/65/KE, l-awtoritajiet u korpi kompetenti biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva mill-istituzzjonijiet finanzjarji.

▼B

Artikolu 5

Status ġuridiku

1.  L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni b’personalità ġuridika.

2.  F’kull Stat Membru, l-Awtorità għandha tgawdi l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi nazzjonali. Hija tista’, b’mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali.

3.  L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata mill-President tagħha.

Artikolu 6

Kompożizzjoni

L-Awtorità għandha tinkludi:

(1) 

Bord tas-Superviżuri, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 43;

(2) 

Bord Maniġerjali, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 47;

(3) 

President, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 48;

(4) 

Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 53;

(5) 

Bord tal-Appell, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 60.

Artikolu 7

Sede

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha fi Frankfurt am Main.

▼M2

Il-post tas-sede tal-Awtorità ma għandux jaffettwa l-eżekuzzjoni tal-kompiti u tas-setgħat tal-Awtorità, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta’ governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha, jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha, filwaqt li għandu jippermetti, fejn ikun applikabbli, il-kondiviżjoni ma’ aġenziji tal-Unjoni ta’ servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u servizzi ta’ ġestjoni tal-faċilitajiet li ma jkunux relatati mal-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità.

▼B



KAPITOLU II

KOMPITI U SETGĦAT TAL-AWTORITÀ

Artikolu 8

Kompiti u setgħat tal-Awtorità

1.  L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

▼M2

(a) 

abbażi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari billi tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni, linji gwida, rakkomandazzjonijiet u miżuri oħra, inklużi opinjonijiet;

▼M2

(aa) 

li tiżviluppa u żżomm aġġornat manwal ta’ superviżjoni tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni li għandu jistipula l-aħjar prattiki u metodoloġiji u proċessi ta’ kwalità għolja, u li jqis, fost l-oħrajn, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli kummerċjali li qegħdin jinbidlu u d-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq;

▼M2

(b) 

li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, trawwem l-indipendenza superviżorja u twettaq monitoraġġ tagħha, timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri, u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

▼B

(c) 

li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;

(d) 

li tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;

▼M2

(e) 

li torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti, u, f’dak il-kuntest, li toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet u li tidentifika l-aħjar prattiki, bl-għan li tissaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji;

(f) 

li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, inklużi, fejn rilevanti, l-iżviluppi relatati max-xejriet fl-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari, għall-unitajiet domestiċi u l-SMEs u fis-servizzi finanzjarji innovattivi filwaqt li tikkunsidra kif dovut l-iżviluppi relatati mal-fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza;

(g) 

li tagħmel analiżijiet tas-suq biex tinforma l-proċedura ta’ kwittanza għall-funzjonijiet tal-Awtorità;

(h) 

li trawwem, fejn ikun rilevanti, il-protezzjoni tat-titolari tal-poloz, tal-membri u l-benefiċjarji ta’ skemi tal-pensjoni, tal-konsumaturi u tal-investituri, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqasijiet f’kuntest transfruntier u b’kunsiderazzjoni tar-riskji relatati;

▼B

(i) 

li tikkontribwixxi għall-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi tas-superviżjoni, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjani ta’ rkupru u riżoluzzjoni, l-għoti ta’ protezzjoni ta’ livell għoli lid-detenturi ta’ poloz, lill-benefiċjarji u fl-Unjoni kollha, konformement mal-Artikoli 21 sa 26;

▼M2

(ia) 

li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ strateġija komuni tal-Unjoni dwar data finanzjarja;

▼B

(j) 

li twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew f’atti leġislattivi oħra;

(k) 

li tippubblika fil-website tagħha, u taġġorna b’mod regolari, l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari fi ħdan il-kompetenzi tagħha, dwar istituzzjonijiet finanzjarji reġistrati, sabiex tiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku;

▼M2

(ka) 

li tippubblika fil-website tagħha, u li taġġorna b’mod regolari, l-istandards tekniċi regolatorji, l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-mistoqsijiet u tweġibiet kollha għal kull att leġiżlattiv imsemmi fl-Artikolu 1(2), inklużi ħarsiet ġenerali li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali tal-ħidma li tkun għaddejja u l-iskeda ta’ żmien ippjanata għall-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni.

▼M2 —————

▼M2

1a.  Meta tkun qed twettaq il-kompiti tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha:

(a) 

tuża s-setgħat sħaħ disponibbli għaliha;

(b) 

filwaqt li jitqies b’mod dovut l-objettiv li jiġu żgurati s-sigurtà u solidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tikkunsidra b’mod sħiħ it-tipi differenti, il-mudelli ta’ negozju u d-daqsijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji; u

(c) 

tikkunsidra l-innovazzjoni teknoloġika, il-mudelli ta’ negozju innovattivi u sostenibbli bħal kooperattivi u mutwali u l-integrazzjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-governanza.

▼B

2.  Biex taqdi l-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-setgħa li:

(a) 

tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 10;

(b) 

tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 15;

(c) 

toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 16;

▼M2

(ca) 

toħroġ rakkomandazzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 29a;

▼B

(d) 

toħroġ rakkomandazzjonijiet f’każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 17(3);

▼M2

(da) 

toħroġ twissijiet f’konformità mal-Artikolu 9(3);

▼B

(e) 

tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 18(3) u 19(3);

(f) 

f’każijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 18(4), u fl-Artikolu 19(4);

▼M2

(g) 

toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 16a;

▼M2

(ga) 

toħroġ tweġibiet għal mistoqsijiet, kif stipulat fl-Artikolu 16b;

(gb) 

tieħu azzjoni f’konformità mal-Artikolu 9a;

▼B

(h) 

tiġbor l-informazzjoni meħtieġa rigward l-istituzzjonijiet finanzjarji kif iprevist fl-Artikolu 35;

(i) 

tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;

(j) 

tipprovdi database aċċessibbli ċentralment tal-istituzzjonijiet finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha fejn speċifikat fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼M2

3.  Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità għandha taġixxi abbażi, u fil-limiti, tal-qafas leġislattiv u għandha tikkunsidra debitament il-prinċipju ta’ proporzjonalità, fejn rilevanti, u r-regolamentazzjoni aħjar, inklużi r-riżultati tal-analiżijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Il-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa msemmija fl-Artikoli 10, 15, 16 u 16a għandhom isiru bl-aktar mod wiesa’ possibbli sabiex jiġi żgurat approċċ inklużiv lejn il-partijiet interessati kollha u għandhom jippermettu żmien raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jwieġbu. L-Awtorità għandha tippubblika sommarju tar-rispons li jaslilha mingħand il-partijiet interessati u ħarsa ġenerali lejn kif l-informazzjoni u l-opinjonijiet miġbura mill-konsultazzjoni ntużaw f’abbozz ta’ standard tekniku regolatorju u f’abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni.

▼B

Artikolu 9

Kompiti relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-attivitijiet finanzjarji

1.  L-Awtorità għandu jkollha rwol minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tat-trasparenza, tas-sempliċità u tal-ġustizzja fis-suq għall-prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq intern kollu, inkluż permezz ta’:

▼M2

(a) 

il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi, bħall-iżvilupp tal-ispejjeż u l-imposti tas-servizzi u l-prodotti finanzjarji għall-konsumatur fl-Istati Membri;

▼M2

(aa) 

it-twettiq ta’ rieżamijiet tematiċi fil-fond tal-imġiba tas-suq, u l-bini ta’ fehim komuni tal-prattiki tas-swieq sabiex jiġu identifikati problemi potenzjali u jiġi analizzat l-impatt tagħhom;

(ab) 

l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riskju fil-livell tal-konsumaturi għall-identifikazzjoni f’waqtha tal-kawżi potenzjali ta’ detriment għall-konsumaturi u għall-investituri;

▼B

(b) 

ir-reviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi dwar il-litteriżmu u l-edukazzjoni fil-qasam finanzjarju mill-awtoritajiet kompetenti;

(c) 

l-iżvilupp ta’ standards tat-taħriġ għall-industrija; u

(d) 

il-kontribut għall-iżvilupp ta’ reġoli ta’ żvelar komuni;

▼M2

(e) 

il-kontribut għal kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern fejn il-konsumaturi u utenti oħra ta’ servizzi finanzjarji jkollhom aċċess ġust għas-servizzi u l-prodotti finanzjarji; u

(f) 

il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ xiri bil-moħbi ta’ awtoritajiet kompetenti, jekk dan ikun applikabbli.

▼M2

2.  L-Awtorità għandha tissorvelja l-attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista’ tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet bil-għan li tippromwovi s-sikurezza u s-saħħa tas-swieq, u l-konverġenza u l-effettività tal-prattiki regolatorji u superviżorji.

▼B

3.  L-Awtorità tista’ wkoll toħroġ avviżi fil-każ li attività finanzjarja toħloq theddida serja lill-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1(6).

▼M2

4.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali minnha, Kumitat dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor flimkien l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha u l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur bil-għan li tittejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur, jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta’ attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u jingħataw pariri biex l-Awtorità tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) biex ikunu evitati d-duplikazzjoni, l-inkonsistenzi u l-inċertezza legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. L-Awtorità tista’ tistieden ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bħala osservaturi fil-Kumitat.

5.  L-Awtorità tista’, b’mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti prodotti, strumenti jew attivitajiet li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw dannu finanzjarju sinifikanti lill-klijenti jew lill-konsumaturi, jew ikunu ta’ theddida għall-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja, kollha jew ta’ parti minnha, fl-Unjoni fil-każijiet speċifikati u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew, jekk ikun meħtieġ, f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza konformement mal-Artikolu 18 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’intervalli adatti u mill-inqas kull sitt xhur. Wara mill-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi u abbażi ta’ analiżi xierqa li għandha l-għan li tivvaluta l-impatt fuq il-klijent jew il-konsumatur, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni.

Stat Membru jista’ jitlob lill-Awtorità biex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. F’dak il-każ, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx dik id-deċiżjoni.

L-Awtorità tista’ wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attività jew prattika finanzjarja u, fejn ikun hemm tali bżonn, tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ kwalunkwe tali projbizzjoni jew restrizzjoni.

▼M2

Artikolu 9a

Ittri biex ma titteħidx azzjoni

1.  L-Awtorità għandha tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss meta tikkunsidra li l-applikazzjoni ta’ wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew ta’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, probabbilment tqajjem kwistjonijiet sinifikanti, għal waħda minn dawn ir-raġunijiet:

(a) 

l-Awtorità tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet li jinsabu f’tali att jistgħu jkunu f’kunflitt dirett ma’ att ieħor rilevanti;

(b) 

fejn l-att ikun wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), in-nuqqas ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni li jikkomplementaw jew jispeċifikaw l-att inkwistjoni jqajjem dubji leġittimi rigward il-konsegwenzi legali li jirriżultaw mill-att leġislattiv jew mill-applikazzjoni proprja tiegħu,

(c) 

in-nuqqas ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif imsemmijin fl-Artikolu 16 iqajjem diffikultajiet prattiċi rigward l-applikazzjoni tal-att leġislattiv rilevanti.

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni.

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza li, skont l-Awtorità, hija marbuta mal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika.

Fil-każ imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tevalwa mill-aktar fis possibbli l-ħtieġa li tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 16.

L-Awtorità għandha taġixxi bil-ħeffa, partikolarment bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kull meta jkun possibbli.

3.  Fejn ikun meħtieġ fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u sa meta jiġu adottati u applikati miżuri ġodda wara l-passi msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità għandha toħroġ opinjonijiet rigward dispożizzjonijiet speċifiċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li jkomplu jiġu segwiti prattiki superviżorji u ta’ infurzar li jkunu konsistenti, effiċjenti u effettivi, u l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni.

4.  Fejn, abbażi tal-informazzjoni riċevuta, partikolarment mill-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tikkunsidra li kwalunkwe mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni bbażat fuq dawk l-atti leġislattivi, iqajmu kwistjonijiet eċċezzjonali sinifikanti li jappartjenu għall-fiduċja tas-suq, il-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-klijenti jew tal-investituri, il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew is-suq tal-komoditajiet jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kollha jew ta’ parti minnha, fl-Unjoni, hija għandha mingħajr dewmien tibgħat rendikont dettaljat bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni tal-kwistjonijiet li hija tqis li jeżistu. L-Awtorità tista’ tipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar kwalunkwe azzjoni li hija tqis xierqa, fil-forma ta’ proposta leġislattiva ġdida jew ta’ proposta għal att ġdid, delegat jew ta’ implimentazzjoni, u dwar l-urġenza tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha tagħmel l-opinjoni tagħha pubblika.

▼B

Artikolu 10

Standards tekniċi regolatorji

▼M2

1.  Fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma speċifikament stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji. L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji tagħha lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Fl-istess ħin, l-Awtorità għandha tgħaddi dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼B

L-istandards tekniċi regolatorji għandhom ikunu tekniċi, m’għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta’ politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġislattivi li fuqhom huma bbażati.

▼M2

Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm tali konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux ferm sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti msemmi fl-Artikolu 37.

▼M2 —————

▼M2

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tadottahx. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien debitu fejn l-adozzjoni ma tistax isseħħ fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju parzjalment biss, jew b’emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tadottax abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew li tadottah parzjalment jew b’emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju lura lill-Awtorità, fejn tispjega għalfejn hija ma tadottahx, jew fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fi żmien perjodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa’ tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼B

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ sitt xhur, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju li ma jkunx emendat b’mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti, jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni ma tistaxtbiddel il-kontenut ta’ abbozz ta’ standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

▼M2

2.  Fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta’ standard tekniku regolatorju fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista’ titlob tali abbozz f’limitu ta’ żmien ġdid. L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fi żmien debitu, li hija mhijiex se tikkonforma mal-limitu ġdid ta’ żmien.

▼B

3.  Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta’ standard tekniku regolatorju lill-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien f’konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta standard tekniku regolatorju permezz ta’ att iddelegat mingħajr abbozz mill-Awtorità.

▼M2

Il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm tali konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti msemmi fl-Artikolu 37.

▼B

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju tagħha lill-Awtorità. Fi żmien perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk mal-iskadenza tal-perijodu ta’ s-sitt ġimgħat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandards tekniċi regolatorji.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat fil-perijodu ta’ sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti. Il-Kummissjoni m’għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

▼M2

4.  L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jiġu adottati permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet. Il-kliem ‘standard tekniku regolatorju’ għandu jidher fit-titolu ta’ tali regolamenti jew deċiżjonijiet. Dawk l-istandards għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fihom.

▼B

Artikolu 11

Eżeċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mis-16 ta’ Diċembru 2010. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex skont l-Artikolu 14.

2.  Hekk kif tadotta standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 14.

Artikolu 12

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista’ tkun suġġetta għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’ dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett immedjatament jew f’ data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m’ għandhiex taffettwa l-validità tal-istandards tekniċi regolatorji li huma diġa fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

▼M1

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal standard tekniku regolatorju f'perjodu ta' tliet xhur mid-data tan-notifika tal-istandard tekniku regolatorju adottat mill-Kummissjoni. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

▼M2 —————

▼B

2.  Jekk, meta jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun oġġezzjona għall-istandard tekniku regolatorju, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. L-istandard tekniku regolatorju għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jista’ jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal standard tekniku regolatorju, matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. F’konformità mal-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-istandard tekniku regolatorju.

Artikolu 14

Nuqqas ta’ approvazzjoni jew emendar ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji

1.  Fil-każ li l-Kummissjoni ma tapprovax abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew temendah kif previst fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn issemmi r-raġunijiet tagħha.

2.  Fejn adatt, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, fi żmien xahar minn notifika msemmija fil-paragrafu 1, għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill biex jippreżenta u jispjega d-differenzi tagħhom.

Artikolu 15

Standards tekniċi ta’ implimentazzjoni

▼M2

1.  Fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkonferixxu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE, fl-oqsma speċifikament stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmijin fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni. L-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta’ politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun li jiddetermina l-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-atti. L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozz tagħha ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Fl-istess ħin, l-Awtorità għandha tgħaddi dawk l-istandards tekniċi għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Qabel ma tippreżenta abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji relatati potenzjali, sakemm tali konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux ferm sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti msemmi fl-Artikolu 37.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tadottahx. Il-Kummissjoni tista’ testendi dak il-perjodu b’xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien debitu fejn l-adozzjoni ma tkunx tista’ sseħħ fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni parzjalment biss, jew b’emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tadottax abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew ikollha l-intenzjoni li tadottah parzjalment jew b’emendi, hi għandha tibagħtu lura lill-Awtorità fejn tispjega għalfejn hija ma għandhiex l-intenzjoni li tadottah, jew fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja tal-ittra tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F’perjodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa’ tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni li ma jkunx emendat b’mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku ta’ implimentazzjoni bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni ma għandhiex tbiddel il-kontenut ta’ abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

2.  Fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista’ titlob tali abbozz f’limitu ta’ żmien ġdid. L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fi żmien debitu, li hija mhijiex se tikkonforma mal-limitu ġdid ta’ żmien.

▼B

3.  Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien f’konformità ma-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta standard tekniku ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr abbozz mill-Awtorità.

▼M2

Il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm tali konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti msemmi fl-Artikolu 37.

▼B

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standard tekniku immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni lill-Awtorità. F’perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza tas-sitt ġimgħat imsemmija fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku ta’ implimentazzjoni.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat fil-perijodu tas-sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniċku ta’ implimentazzjoni abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku ta’ implimentazzjoni bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti.

Il-Kummissjoni m’għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

▼M2

4.  L-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet. Il-kliem ‘standard tekniku ta’ implimentazzjoni’ għandu jidher fit-titolu ta’ tali regolamenti jew deċiżjonijiet. Dawk l-istandards għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fihom.

▼B

Artikolu 16

Linji gwida u rakkomandazzjonijiet

▼M2

1.  L-Awtorità, sabiex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni, għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti kollha jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha u toħroġ rakkomandazzjonijiet għal awtorità kompetenti waħda jew aktar jew għal istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar.

Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu skont l-għotjiet ta’ setgħa mill-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew f’dan l-Artikolu.

2.  L-Awtorità, fejn xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa rigward il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li hija toħroġ u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati mal-ħruġ ta’ tali linji gwida u rakkomandazzjonijiet. Dawk il-konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet. L-Awtorità għandha, fejn xieraq, titlob ukoll parir mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol imsemmija fl-Artikolu 37. Fejn l-Awtorità ma twettaqx konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew ma titlobx pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, hija għandha tagħti r-raġunijiet.

▼M2

2a.  Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx sempliċiment jirreferu għal, jew jirriproduċu, elementi ta’ atti leġiżlattivi. Qabel ma toħroġ linja gwida jew rakkomandazzjoni ġdida, l-Awtorità għandha l-ewwel tanalizza l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti, sabiex tevita kwalunkwe duplikazzjoni.

▼B

3.  L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet.

Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk tikkonformax jew jekk hijiex biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. F’każ li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma tkunx biħsiebha tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha.

L-Awtorità għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew li ma tkunx biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-Awtorità tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ, li tippubblika r-raġunijiet provduti mill-awtorità kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi notifika bil-quddiem dwar tali pubblikazzjoni.

Jekk ikun meħtieġ minn din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw, b’mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx jew le ma’ din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni.

▼M2

4.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li jkunu nħarġu.

▼M2

Artikolu 16a

Opinjonijiet

1.  L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha.

2.  It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi konsultazzjoni pubblika jew analiżi teknika.

3.  Fir-rigward tal-valutazzjoni prudenzjali ta’ mergers u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE u li, skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista’, fuq it-talba ta’ xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali, ħlief fir-rigward tal-kriterji stipulati fil-punt (e) tal-Artikolu 59(1) tad-Direttiva 2009/138/KE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u, fi kwalunkwe każ, qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ valutazzjoni skont id-Direttiva 2009/138/KE.

4.  L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, tagħti parir tekniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 16b

Mistoqsijiet u tweġibiet

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-mistoqsijiet relatati mal-applikazzjoni prattika jew mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), atti assoċjati delegati u ta’ implimentazzjoni, u linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi, jistgħu jiġu ppreżentati minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni, lill-Awtorità bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni.

Qabel ma jippreżentaw mistoqsija lill-Awtorità, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx jindirizzaw il-mistoqsija fl-ewwel lok lill-awtorità kompetenti tagħhom.

Qabel ma tippubblika tweġibiet għal mistoqsijiet ammissibbli, l-Awtorità tista’ tfittex kjarifika ulterjuri dwar mistoqsijiet mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika msemmija f’dan il-paragrafu.

2.  It-tweġibiet mill-Awtorità għall-mistoqsijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu vinkolanti. It-tweġibiet għandhom isiru disponibbli mill-inqas bil-lingwa li fiha tkun saret il-mistoqsija.

3.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm għodda bbażata fuq il-web disponibbli fis-sit web tagħha għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet u l-pubblikazzjoni f’waqtha tal-mistoqsijiet kollha riċevuti kif ukoll it-tweġibiet kollha għall-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu ta’ dawk il-persuni jew ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-Awtorità tista’ tirrifjuta mistoqsijiet li mhijiex beħsiebha twieġeb. Il-mistoqsijiet rifjutati għandhom jiġu ppubblikati mill-Awtorità fis-sit web tagħha għal perjodu ta’ xahrejn.

4.  Tliet membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri jistgħu jitolbu lill-Bord tas-Superviżuri biex jiddeċiedi skont l-Artikolu 44 jekk għandhiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-mistoqsija ammissibbli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’linji gwida skont l-Artikolu 16, jiġix mitlub parir mill-Grupp tal-Partijiet Interessati msemmi fl-Artikolu 37, jiġux rieżaminati mistoqsijiet u tweġibiet f’intervalli adegwati, isirux konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew li jiġux analizzati spejjeż u benefiċċji relatati potenzjali. Tali konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-abbozz ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ikkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Meta jiġi involut il-Grupp tal-Partijiet Interessati msemmi fl-Artikolu 37, għandu japplika dmir ta’ kunfidenzjalità.

5.  L-Awtorità għandha tgħaddi l-mistoqsijiet li jirrikjedu l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 17

Ksur tal-liġi tal-Unjoni

1.  Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew tkun applikathom b’mod li jidher li jkun ksur tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti skont l-Artikoli 10 sa 15, b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dawk l-atti, l-Awtorità għandha taġixxi skont is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

▼M2

2.  Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti, jew fuq inizjattiva tagħha stess, inkluż meta din tkun ibbażata fuq informazzjoni ssostanzjata tajjeb minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata, l-Awtorità għandha tiddeskrivi kif beħsiebha tipproċedi bil-każ u, fejn xieraq, tinvestiga l-ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni allegat tal-liġi tal-Unjoni.

▼M1

Bla ħsara għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 35, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, anke fir-rigward ta' kif l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) huma applikati f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

▼M2

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-Awtorità tista’, wara li tkun infurmat lill-awtorità kompetenti kkonċernata, tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata għall-informazzjoni direttament lil awtoritajiet kompetenti oħrajn, kull meta t-talba għal informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irriżultat, jew titqies bħala, mhux suffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni li titqies bħala neċessarja għall-fini tal-investigazzjoni ta’ ksur allegat jew nuqqas ta’ applikazzjoni allegat tal-liġi tal-Unjoni.

Id-destinatarju ta’ tali talba għandu jipprovdi lill-Awtorità b’informazzjoni ċara, preċiża u kompleta mingħajr dewmien bla bżonn.

2a.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat taħt dan ir-Regolament, u qabel ma tinħareġ rakkomandazzjoni kif stipulat fil-paragrafu 3, l-Awtorità għandha tidħol f’kuntatt mal-awtorità kompetenti kkonċernata, fejn hija tqis tali kuntatt xieraq sabiex tirriżolvi ksur tal-liġi tal-Unjoni, f’tentattiv biex jintlaħaq ftehim dwar azzjonijiet meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.

▼B

3.  L-Awtorità tista’, mhux aktar tard minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti konċernata li tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

4.  Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità, jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perijodu b’xahar.

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5.  L-awtorità kompetenti, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma ma’ dik l-opinjoni formali.

▼M2

6.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fil-perijodu speċifikat fih, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun tali nuqqas ta’ konformità sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kondizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tesiġi minnha l-azzjoni kollha meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

7.  Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 6 għandhom jipprevalixxu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-istess materja.

Meta jieħdu azzjoni dwar kwistjonijiet li jkunu soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew għal deċiżjoni skont il-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew id-deċiżjoni, skont il-każ.

▼B

8.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali jew d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

▼M2

Artikolu 17a

Protezzjoni tal-persuni li jirrappurtaw

1.  L-Awtorità għandu jkollha fis-seħħ kanali ta’ rappurtar apposta biex tirċievi u tittratta informazzjoni pprovduta minn persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta dwar ksur reali jew potenzjali, abbuż tal-liġi, jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

2.  Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrappurtaw permezz ta’ dawk il-kanali għandhom ikunu protetti kontra r-ritaljazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), fejn applikabbli.

3.  L-Awtorità għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha tista’ tiġi ppreżentata b’mod anonimu jew kunfidenzjali, u b’mod sigur. Fejn l-Awtorità tqis li l-informazzjoni ppreżentata fiha evidenza jew indikazzjonijiet sinifikanti ta’ ksur materjali, hija għandha tagħti feedback lill-persuna li tirrapporta.

▼B

Artikolu 18

Azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1.  Fil-każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, l-Awtorità għandha tiffaċilita b’mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti.

Bil-għan li tkun tista’ twettaq dak ir-rwol ta’ faċilitar u koordinament, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ bi kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatriċi fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali rilevanti.

2.  Il-Kunsill, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-BERS u, fejn adatt, l-ASE, jista’ jadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, wara talba mill-Awtorità, il-Kummissjoni jew il-BERS. Il-Kunsill għandu jirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli adatti u mill-inqas darba fix-xahar. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix imġedda fit-tmiem ta’ perjodu ta’ xahar, hija għandha tiskadi awtomatikament. Il-Kunsill jista’ jiddikjara l-waqfien tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fi kwalunkwe ħin.

Meta l-BERS iqis jew l-Awtorità tqis li sitwazzjoni ta’ emerġenza tista’ tiżviluppa, huwa għandu joħroġ jew hija għandha toħroġ rakkomandazzjoni kunfidenzjali indirizzata lill-Kunsill u jipprovdih/tipprovdih b’valutazzjoni tas-sitwazzjoni. Sussegwentement, il-Kunsill għandu jivvaluta l-ħtieġa għal laqgħa. F’dak il-proċess, għandha tiġi garantita l-attenzjoni debita għall-kunfidenzjalità.

Jekk il-Kunsill jiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, huwa għandu jinforma b’dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

▼M2

3.  Fejn il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti bħala reazzjoni għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b’mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kollha jew parti minnha, fl-Unjoni jew il-protezzjoni tal-klijenti u tal-konsumaturi, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe tali żvilupp billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-atti leġislattivi.

▼B

4.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 3 fil-perijodu stipulat f’dik id-deċiżjoni, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) inkluż fi standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità ma’ dawk l-atti japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġislazzjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika. Dan għandu japplika biss f’sitwazzjonijiet li fihom awtorità kompetenti ma tapplikax l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità ma’ dawk l-atti, jew tapplikahom b’mod li jidher li hu ksur manifest ta’ dawk l-atti, u meta r-rimedjar urġenti huwa meħtieġ sabiex jitreġġgħu lura t-tħaddim tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni.

5.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

Artikolu 19

Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet transkonfinali

▼M2

1.  Fil-każijiet speċifikati fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u mingħajr preġudizzju għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 17, l-Awtorità tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jilħqu ftehim f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

fuq talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati fejn awtorità kompetenti ma taqbilx mal-proċedura jew mal-kontenut ta’ azzjoni, azzjoni proposta jew inattività ta’ awtorità kompetenti oħra;

(b) 

f’każijiet fejn l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jipprevedu li l-Awtorità tkun tista’ tgħin fuq inizjattiva tagħha stess fejn, abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi, ikun jista’ jiġi stabbilit nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti.

F’każijiet fejn l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti u fejn, skont dawk l-atti, l-Awtorità tkun tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, fuq inizjattiva tagħha stess biex jintlaħaq qbil f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, għandu jkun preżunt nuqqas ta’ ftehim fin-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni konġunta minn dawk l-awtoritajiet fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’dawk l-atti.

▼M2

1a.  L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, fil-każijiet li ġejjin, jinnotifikaw lill-Awtorità, mingħajr dewmien, li ma ntlaħaq ebda ftehim:

(a) 

fejn ikun ġie previst limitu ta’ żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u jseħħ kwalunkwe minn fost dawn li ġejjin:

(i) 

il-limitu ta’ żmien ikun skada; jew

(ii) 

mhux inqas minn żewġ awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ftehim, fuq il-bażi ta’ raġunijiet oġġettivi;

(b) 

fejn ma jkun ġie previst ebda limitu ta’ żmien sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u jseħħ kwalunkweminn fost dawn li ġejjin:

(i) 

mhux inqas minn żewġ awtoritajiet kompetenti kkonċernati jikkonkludu li jeżisti nuqqas ta’ ftehim fuq il-bażi ta’ raġunijiet oġġettivi; jew

(ii) 

ikunu għaddew xahrejn mid-data li fiha awtorità kompetenti rċeviet talba minn awtorità kompetenti oħra sabiex tieħu ċerta azzjoni bil-għan li tikkonforma ma’ dawk l-atti u l-awtorità rikjesta tkun għadha ma adottat ebda deċiżjoni li tissodisfa t-talba.

1b.  Il-President għandu jivvaluta jekk l-Awtorità għandhiex taġixxi f’konformità mal-paragrafu 1. Fejn l-intervent ikun fuq l-inizjattiva proprja tal-Awtorità, din tal-aħħar għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bid-deċiżjoni tagħha rigward l-intervent.

Sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-Awtorità f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 44(4), f’każijiet fejn l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jesiġu li tittieħed deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet individwali tagħhom. Fejn l-Awtorità tiddeċiedi li taġixxi, l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fid-deċiżjoni konġunta għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom sa meta tiġi konkluża l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

2.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għall-konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perijodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F’dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur.

▼M2

3.  Fejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim matul il-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità tista’ tieħu deċiżjoni li tesiġi li dawk l-awtoritajiet jieħdu azzjoni speċifika, jew joqogħdu lura minn ċerta azzjoni, sabiex tiġi riżolta l-kwistjoni, u biex tiġi żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità torbot lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Id-deċiżjoni tal-Awtorità tista’ tesiġi li l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw jew jemendaw deċiżjoni li jkunu adottaw jew jagħmlu użu mis-setgħat li jkollhom taħt il-liġi rilevanti tal-Unjoni.

▼M2

3a.  L-Awtorità għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar il-konklużjoni tal-proċeduri taħt il-paragrafi 2 u 3, flimkien ma’, fejn applikabbli, id-deċiżjoni tagħha meħuda taħt il-paragrafu 3.

▼M2

4.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil dik l-istituzzjoni finanzjarja li tesiġi minnha l-azzjoni kollha meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika.

▼B

5.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

6.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 50(2), il-President tal-Awtorità għandu jistipula n-natura u t-tip tan-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehimiet milħuqa u d-deċiżjonijiet meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta’ qbil.

Artikolu 20

Riżoluzzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi kwistjonijiet transsettorjali

Il-Kumitat Konġunt, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 u fl-Artikolu 56, għandu jirriżolvi nuqqas ta’ qbil transsettorjali li jista’ jinħoloq bejn awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

Artikolu 21

Kulleġġi tas-superviżuri

▼M2

1.  L-Awtorità għandha tippromwovi u tissorvelja, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, il-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri fejn stabbiliti bl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u trawwem il-konsistenza u l-koerenza tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fost il-kulleġġi tas-superviżuri. Bl-għan ta’ konverġenza tal-aħjar prattiki superviżorji, l-Awtorità għandha tippromwovi pjanijiet superviżorji konġunti u eżamijiet konġunti, u l-persunal mill-Awtorità għandu jkollu drittijiet ta’ parteċipazzjoni sħiħa fil-kulleġġi tas-superviżuri u, bħala tali, għandu jkun jista’ jipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri, inklużi spezzjonijiet fuq il-post, imwettqa b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2.  L-Awtorità għandha jkollha t-tmexxija biex ikun żgurat il-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi ta’ superviżuri għall-istituzzjonijiet transkonfinali fl-Unjoni, b’kont meħud tar-riskju sistemiku ppreżentat minn istituzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 23, u għandha, fejn xieraq, torganizza laqgħa ta’ kulleġġ ta’ superviżuri.

▼B

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu u tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġislazzjoni rilevanti.

L-Awtorità tista’:

(a) 

tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġ u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġ;

▼M2

(b) 

tagħti bidu għal, u tikkoordina, testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha f’konformità mal-Artikolu 32 biex tivvaluta r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, b’mod partikolari r-riskju sistemiku ppreżentat minn istituzzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 23, għal żviluppi negattivi fis-swieq, u tevalwa l-potenzjal li jikber ir-riskju sistemiku f’sitwazzjonijiet ta’ stress, waqt li jiġi żgurat li tiġi applikata metodoloġija konsistenti fil-livell nazzjonali għal tali testijiet u, fejn adatt, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jiġu korretti kwistjonijiet identifikati fit-test tal-istress, inkluża rakkomandazzjoni biex isiru valutazzjonijiet speċifiċi; hija tista’ tirrakkomanda lill-awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post, u tista’ tipparteċipa f’tali spezzjonijiet fuq il-post, sabiex tiżgura l-komparabbiltà u l-affidabbiltà ta’ metodi, prattiki u riżultati ta’ valutazzjonijiet fl-Unjoni kollha;

▼B

(c) 

tippromwovi attivitajiet superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkun esposti għalihom kif determinat skont il-proċess ta’ rieżami superviżorju jew f’sitwazzjonijiet ta’ stress;

(d) 

tissorvelja, f’konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f’dan ir-regolament, il-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti; u

(e) 

titlob aktar deliberazzjonijiet ta’ kulleġġ fi kwalunkwe każ fejn hija tikkunsidra li d-deċiżjoni tirriżulta f’applikazzjoni skorretta tal-liġi tal-Unjoni jew ma tikkontribwixxix għall-għan ta’ konverġenza tal-prattiki superviżorji. Hija tista’ tirrikjedi wkoll li s-superviżur tal-grupp jippjana laqgħa tal-kulleġġ jew iżid punt mal-aġenda ta’ laqgħa.

▼M2

3.  L-Awtorità tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-għotjiet ta’ setgħa stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u skont l-Artikoli 10 sa 15, biex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta’ superviżuri. L-Awtorità tista’ toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 biex tippromwovi konverġenza fil-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki li ġew adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri.

▼B

4.  L-Awtorità għandu jkollha rwol ta’ medjazzjoni legalment vinkolanti biex issolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19. L-Awtorità tista’ tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 19.

Artikolu 22

▼M2

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-riskju sistemiku

▼B

1.  L-Awtorità għandha tikkunsidra b’mod dovut ir-riskju sistemiku kif definit bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Hija għandha tindirizza kwalunkwe riskju ta’ tħarbit fis-servizzi finanzjarji li:

(a) 

ikun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha; u

(b) 

li jkollu l-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.

L-Awtorità għandha tikkunsidra, fejn adatt, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ riskju sistemiku kif żviluppati mill-BERS u l-Awtorità u tirrispondi għal twissijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.

▼M2

2.  L-Awtorità għandha, f’kollaborazzjoni mal-BERS, u f’konformità mal-Artikolu 23, tiżviluppa approċċ komuni għall-identifikazzjoni u l-kejl ta’ importanza sistemika, inklużi indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi kif adatt.

▼B

Dawn l-indikaturi għandhom ikunu element kritiku fid-determinazzjoni ta’ azzjonijiet superviżorji xierqa. L-Awtorità għandha timmonitorja l-livell ta’ konverġenza fid-determinazzjonijiet li jsiru, bil-ħsieb li tippromwovi approċċ komuni.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tfassal, kif meħtieġ, linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-istituzzjonijiet finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku li huma joħolqu.

L-Awtorità għandha tiżgura li r-riskju sistemiku maħluq mill-istituzzjonijiet finanzjarji jiġi kkunsidrat fl-iżvilupp tal-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼M2

4.  Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jew il-Kummissjoni, jew bl-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista’ tagħmel inkjesta dwar tip partikolari ta’ istituzzjoni finanzjarja jew tip ta’ prodott jew tip ta’ kondotta sabiex tevalwa theddid potenzjali għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew għall-protezzjoni tal-klijenti jew tal-konsumaturi.

Wara inkjesta mwettqa skont l-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità tista’ tuża s-setgħat mogħtija lilha taħt dan ir-Regolament, inkluż l-Artikolu 35.

▼B

5.  Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura koordinazzjoni ġenerali u transsettorjali tal-attivitajiet imwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 23

Identifikazzjoni u kejl ta’ riskju sistemiku

▼M2

1.  L-Awtorità għandha, f’konsultazzjoni mal-BERS, tiżviluppa kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl ta’ riskju sistemiku u sistema adegwata għat-testijiet tal-istress li tinkludi evalwazzjoni tal-potenzjal li riskju sistemiku ppreżentat minn jew lil parteċipanti fis-swieq finanzjarji jiżdied f’sitwazzjonijiet ta’ stress, inkluż riskju sistemiku potenzjali marbut mal-ambjent. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.

▼B

2.  L-Awtorità għandha tqis b’mod sħiħ l-approċċi internazzjonali rilevanti meta tiżviluppa l-kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl ta’ riskju sistemiku li jistgħu jippreżentaw istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, inkluż dawk stabbiliti mill-Bord ta’ Stabbilità Finanzjarja, l-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Assocjazzjoni Internazzjonali ta’ Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali.

Artikolu 24

Kapaċità permanenti li tirrispondi għal riskji sistemiċi

1.  L-Awtorità għandha tiżgura li għandha kapaċità speċjalizzata u kontinwa biex tirrispondi b’mod effettiv għall-materjalizzazzjoni ta’ riskji sistemiċi kif imsemmi fl-Artikoli 22 u 23, b’mod partikolari fir-rigward ta’ istituzzjonijiet li jippreżentaw riskju sistemiku.

2.  L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti konferiti lilha f’dan ir-Regolament u fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u għandha tikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ maniġġar ta’ kriżijiet u reġim ta’ riżoluzzjoni koerenti u kkoordinati fl-Unjoni.

Artikolu 25

Proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni

1.  L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għal u tipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni effettivi u konsistenti, proċeduri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u miżuri preventivi biex jiġi minimizzat l-impatt sistemiku ta’ kwalunkwe falliment.

2.  L-Awtorità tista’ tidentifika l-aħjar prattika bl-għan li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet li qed ifallu u, b’mod partikolari, gruppi transkonfinali, b’mod li jiġi evitat kontaġju, filwaqt li jkun żgurat li għodod adatti, inklużi riżorsi suffiċjenti, ikunu disponibbli u jippermettu lill-istituzzjoni jew lill-grupp biex jiġi riżolt b’mod ordnat, kost-effiċjenti u f’waqtu.

3.  L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif speċifikat fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 15.

Artikolu 26

Żvilupp ta’ netwerk Ewropew ta’ skemi nazzjonali ta’ Ggranzija tal-assigurazzjoni

L-Awtorità tista’ tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal netwerk Ewropew ta’ skemi nazzjonali ta’ garanzija tal-assigurazzjoni li tkun iffinanzjata b’mod adegwat u armonizzata b’mod suffiċjenti.

Artikolu 27

Prevenzjoni, maniġġar u riżoluzzjoni ta’ kriżijiet

L-Awtorità tista’ tintalab mill-Kummissjoni biex tikkontribwixxi għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 242 tad-Direttiva 2009/138/KE, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji fi, u l-funzjonalità ta’, kulleġġi ta’ superviżuri; il-prattiki superviżorji li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ żidiet kapitali; il-valutazzjoni tal-benefiċċju mit-tisħiħ tas-superviżjoni ta’ grupp u l-maniġġar ta’ kapital fi ħdan grupp ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inklużi miżuri possibbli għat-tisħiħ ta’ maniġġar transkonfinali sod ta’ gruppi tal-assigurazzjoni, b’ mod partikolari fir-rigward tal-maniġġar tar-riskji u tal-assi; u tista’ tirrapporta dwar kwalunkwe żviluppi u progress ġodda rigward:

(a) 

qafas armonizzat għal intervent bikri;

(b) 

prattiki fil-maniġġar ċentralizzat ta’ riskji fil-livell ta’ grupp u l-funzjonament ta’ mudelli interni ta’ grupp inkluż it-testjar tal-istress;

(c) 

transazzjonijiet u konċentrazzjonijiet ta’ riskji ġewwa grupp;

(d) 

l-aġir tal-effetti tad-diversifikazzjoni u l-konċentrazzjoni maż-żmien;

(e) 

qafas armonizzat dwar proċeduri tat-transferibbiltà ta’ assi, l-insolvenza u l-istralċ li jelimina l-ostakoli tal-liġi nazzjonali rilevanti dwar il-kumpanniji għat-trasferibbiltà ta’ assi;

(f) 

livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għad-detenturi ta’ poloz u l-benefiċjarji tal-impriżi tal-istess grupp partikolarment f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

(g) 

soluzzjoni armonizzata u ffinanzjata b’mod adegwat fl-Unjoni kollha għal skemi ta’ garanzija tal-assigurazzjoni.

B’kont meħud tal-punt (f), l-Awtorità tista’ tirrapporta wkoll dwar kwalunkwe żvilupp u progress ġdid rigward sett ta’ arranġamenti kkoordinati għall-maniġġar ta’ kriżi nazzjonali u li jinkludi l-ħtieġa jew le ta’ sistema ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament koerenti u kredibbli bi strumenti ta’ finanzjament xierqa.

Ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament prevista fl-Artikolu 81 għandha, b’mod partikolari, teżamina t-tisħiħ possibbli tar-rwol tal-Awtorità fil-qafas tal-prevenzjoni, il-maniġġar u r-riżoluzzjoni ta’ kriżijiet.

Artikolu 28

Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bil-kunsens tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega, jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lill-Awtorità jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi fir-rigward tad-delega tar-responsabbiltajiet li magħhom irid ikun hemm konformità qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidħlu f’dawn il-ftehimiet ta’ delega, u jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega għal dak li hu meħtieġ għas-superviżjoni effettiva tal-istituzzjonijiet jew il-gruppi finanzjarji transkonfinali.

2.  L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u r-responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu b’mod konġunt u billi tippromwovi l-aħjar prattiki.

3.  Id-delega tar-responsabilitajiet għandha tirriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi stipulati fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega għandha tirregola l-proċedura, l-infurzar u r-reviżjoni amministrattiva u ġudizzjarja relatati mar-responsabbiltajiet li jkunu ġew delegati.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità.

L-Awtorità tista’ tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata.

L-Awtorità għandha tippubblika, bil-mezzi xierqa, kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati b’mod xieraq.

Artikolu 29

Kultura superviżorja komuni

1.  L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura superviżorja komuni tal-Unjoni u prattiki superviżorji konsistenti, kif ukoll fl-iżgurar ta’ proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni. L-Awtorità, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

li tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;

▼M2

(aa) 

li tistabbilixxi prijoritajiet Superviżorji Strateġiċi tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 29a;

(ab) 

li tistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 45b biex tiġi promossa l-konverġenza superviżorja u jiġu identifikati l-aħjar prattiki;

▼M2

(b) 

li tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, relattivament għall-kwistjonijiet rilevanti kollha, inklużi ċ-ċibersigurtà u l-attakki ċibernetiċi, b’rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data previsti fl-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni;

▼B

(c) 

li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar, u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(3);

(d) 

li tirrevedi l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, u tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn xieraq; u

▼M2

(e) 

li tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika, forom differenti ta’ kooperattivi u soċjetajiet mutwi, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u għodod oħrajn; u

▼M2

(f) 

li tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ biex tivvaluta r-riskji ambjentali, soċjali u dawk marbuta mal-governanza, filwaqt li tqis il-Ftehim ta’ Pariġi għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

▼M2

2.  L-Awtorità tista’, kif ikun xieraq, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta’ konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiki superviżorji komuni.

Għall-fini tal-istabbiliment ta’ kultura superviżorja komuni, l-Awtorità għandha tiżviluppa u żżomm manwal superviżorju aġġornat tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni, li jqis kif dovut in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki ta’ negozju, il-mudelli ta’ negozju u d-daqs tal-istituzzjonijiet u tas-swieq finanzjarji. Il-manwal superviżorju tal-Unjoni għandu jistabbilixxi l-aħjar prattiki u għandu jispeċifika metodoloġiji u proċessi ta’ kwalità għolja.

L-Awtorità, fejn xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-opinjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-għodod u l-istrumenti msemmija f’dan il-paragrafu. Hija għandha wkoll, fejn xieraq tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati. Tali konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati għall-iskala, in-natura u l-impatt tal-opinjonijiet jew tal-għodod u l-istrumenti. L-Awtorità, fejn xieraq, għandha titlob ukoll pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti msemmi fl-Artikolu 37.

▼M2

Artikolu 29a

Prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni

Wara diskussjoni fil-Bord tas-Superviżuri u filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet riċevuti mingħand l-awtoritajiet kompetenti, il-ħidma eżistenti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u analiżi, twissijiet u rakkomandazzjonijiet ippubblikati mill-BERS, l-Awtorità għandha, mill-inqas kull tliet snin sal-31 ta’ Marzu, tidentifika massimu ta’ żewġ prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha li għandhom jirriflettu żviluppi u xejriet futuri. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dawk il-prijoritajiet meta jfasslu l-programmi ta’ ħidma tagħhom u għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar dan. L-Awtorità għandha tiddiskuti l-attivitajiet rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti fis-sena ta’ wara u tislet konklużjonijiet. L-Awtorità għandha tiddiskuti segwitu possibbli li jista’ jinkludi linji gwida, rakkomandazzjonijiet lil awtoritajiet kompetenti u reviżjonijiet bejn il-pari fil-qasam rispettiv.

Il-prijoritajiet ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha identifikati mill-Awtorità ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli japplikaw l-aħjar prattiki tagħhom, filwaqt li jaġixxu fuq prijoritajiet u żviluppi nazzjonali addizzjonali, u għandhom jitqiesu speċifiċitajiet nazzjonali.

▼M2

Artikolu 30

Reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-Awtorità għandha, perjodikament, twettaq reviżjonijiet bejn il-pari ta’ wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex issaħħaħ iżjed il-konsistenza u l-effettività fl-eżiti superviżorji. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni u paragun oġġettivi bejn l-awtoritajiet kompetenti riveduti. Waqt l-ippjanar u t-twettiq tar-reviżjonijiet bejn il-pari, għandhom jiġu kkunsidrati l-informazzjoni eżistenti u l-evalwazzjonijiet diġà magħmula fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata, inkluża kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta lill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 35, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti minn partijiet interessati.

2.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitati ta’ reviżjoni ad hoc bejn il-pari, li għandhom ikunu magħmula mill-persunal tal-Awtorità u minn membri tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kumitati tar-reviżjoni bejn il-pari għandhom ikunu ppreseduti minn membru tal-persunal tal-Awtorità. Il-President, wara li jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni, għandu jipproponi l-president u l-membri ta’ kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, li għandhom jiġu approvati mill-Bord tas-Superviżuri. Il-proposta għandha titqies approvata sakemm, fi żmien 10 ijiem minn meta pproponiha l-President, il-Bord tas-Superviżuri ma jadottax deċiżjoni li tiċħadha.

3.  Ir-reviżjoni bejn il-pari għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma għandhiex tkun limitata għal:

(a) 

l-adegwatezza tar-riżorsi, il-grad ta’ indipendenza u l-arranġamenti ta’ governanza tal-awtorità kompetenti, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effettiva tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;

(b) 

l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 10 sa 16, u kemm il-prattika superviżorja tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni;

(c) 

l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki żviluppati minn awtoritajiet kompetenti li l-adozzjoni tagħhom tista’ tkun ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra;

(d) 

l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuq fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi s-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn imposti kontra persuni responsabbli fejn ma kienx hemm konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

4.  L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jistabbilixxi r-riżultati tar-reviżjoni bejn il-pari. Dak ir-rapport tar-reviżjoni bejn il-pari għandu jkun imħejji mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(4). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ reviżjoni bejn il-pari u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Il-Bord Maniġerjali għandu jivvaluta b’mod partikolari jekk il-metodoloġija ġietx applikata bl-istess mod. Ir-rapport għandu jispjega u jindika l-miżuri ta’ segwitu li huma meqjusa xierqa, proporzjonati u meħtieġa bħala riżultat tar-reviżjoni bejn il-pari. Dawk il-miżuri ta’ segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 u opinjonijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 29(1).

F’konformità mal-Artikolu 16(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni maħruġa.

Meta tkun qed tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15, jew linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji tal-ogħla kwalità.

5.  L-Awtorità għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni fejn, wara li tkun qieset l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li tkun meħtieġa l-armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli applikabbli tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji jew għall-awtoritajiet kompetenti mill-perspettiva tal-Unjoni.

6.  L-Awtorità għandha tagħmel rapport ta’ segwitu wara sentejn mill-pubblikazzjoni tar-rapport tar-reviżjoni bejn il-pari. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jitħejja mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(4). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm il-konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ segwitu. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma jkunx limitat għal, l-adegwatezza u l-effettività tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti li huma soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari b’risposta għall-miżuri ta’ segwitu tar-rapport ta’ reviżjoni bejn il-pari.

7.  Il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari, għandu jidentifika l-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari. L-Awtorità għandha tippubblikhom, flimkien mal-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari u tar-rapport ta’ segwitu msemmi fil-paragrafu 6. Fejn il-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jkunu differenti minn dawk identifikati mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, l-Awtorità għandha tittrażmetti, fuq bażi kunfidenzjali, il-konstatazzjonijiet tal-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Fejn awtorità kompetenti li tkun soġġetta għar-reviżjoni bejn il-pari tkun imħassba li l-pubblikazzjoni tal-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jistgħu jwasslu għal riskju għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, hija għandu jkollha l-possibbiltà li tirreferi l-kwistjoni lill-Bord tas-Superviżuri. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li ma jippubblikax dawk l-estratti.

8.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Maniġerjali għandu jagħmel proposta għal pjan ta’ ħidma għar-reviżjonijiet bejn il-pari għas-sentejn li ġejjin, li għandu jirrifletti, fost oħrajn, it-tagħlimiet meħuda mill-proċessi passati ta’ reviżjoni bejn il-pari u d-diskussjonijiet tal-gruppi ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 45b. Il-pjan ta’ ħidma għar-reviżjoni bejn il-pari għandu jikkostitwixxi parti separata tal-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali. Għandu jsir pubbliku. F’każ ta’ urġenza jew avvenimenti mhux previsti, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi li twettaq reviżjonijiet addizzjonali bejn il-pari.

▼B

Artikolu 31

Funzjoni ta’ koordinament

▼M2

1.  L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew f’sitwazzjonijiet ta’ negozju transfruntier li potenzjalment jaffettwaw il-protezzjoni ta’ detenturi ta’ poloz, ta’ membri u benefiċjarji ta’ skemi pensjonistiċi fl-Unjoni.

2.  L-Awtorità għandha tippromwovi rispons koordinat tal-Unjoni, fost l-oħrajn billi:

▼B

(a) 

tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(b) 

tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u, fejn ikun possibbli u adatt, tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha;

(c) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess;

(d) 

tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS bi kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali ta’ emerġenza;

▼M2

(e) 

tieħu l-miżuri xierqa f’każ ta’ żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bl-għan tal-koordinament ta’ azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

▼M2

(ea) 

tieħu l-miżuri xierqa biex tikkoordina azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq ta’ atturi jew prodotti li jiddependu fuq l-innovazzjoni teknoloġika;

▼B

(f) 

tiċċentralizza l-informazzjoni li tasal għand l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 21 u 35 bħala riżultat tal-obbligi ta’ rapportar regolatorju għall-istituzzjonijiet attivi f’aktar minn Stat Membru wieħed. L-Aworità għandha taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra.

▼M2

3.  Biex tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ approċċ Ewropew komuni lejn l-innovazzjoni teknoloġika, l-Awtorità għandha tippromwovi l-konverġenza superviżorja, bl-appoġġ, fejn rilevanti, tal-Kumitat dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-innovazzjoni finanzjarja, biex b’hekk tiffaċilita d-dħul fis-suq ta’ atturi jew prodotti li jiddependu fuq l-innovazzjoni teknoloġika, b’mod partikulari permezz tal-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki. Fejn xieraq, l-Awtorità tista’ tadotta linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 31a

Skambju ta’ informazzjoni dwar idoneità u adegwatezza

L-Awtorità għandha, flimkien mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-idoneità u l-adegwatezza ta’ detenturi ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti, diretturi u detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin fl-istituzzjonijiet finanzjarji minn awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼B

Artikolu 32

▼M2

Valutazzjoni ta’ żviluppi fis-suq, inklużi testijiet tal-istress

1.  L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi, fil-valutazzjonijiet tagħha, analiżi tas-swieq li fihom joperaw l-istituzzjonijiet finanzjarji u valutazzjoni tal-impatt ta’ żviluppi potenzjali fis-suq fuq tali istituzzjonijiet.

2.  L-Awtorità għandha tagħti bidu għal, u tikkoordina, valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi negattivi tas-suq. Għal dak l-għan, hija għandha tiżviluppa:

(a) 

metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni finanzjarja filwaqt li jitqiesu, fost oħrajn, riskji li jirriżultaw minn żviluppi ambjentali avversi;

▼M2

(aa) 

metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha;

▼B

(b) 

approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c) 

metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikulari jew proċessi ta’ distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni u fuq it-titolari tal-poloz, il-membri ta’ skemi tal-pensjoni, il-benefiċjarji u t-tagħrif tal-konsumatur;

▼M2

(d) 

metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ riskji ambjentali fuq l-istabbiltà finanzjarja ta’ istituzzjonijiet finanzjarji.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-BERS.

▼M2

3.  Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-Awtorità għandha, darba fis-sena, u aktar ta’ spiss fejn ikun meħtieġ, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS ta’ xejriet, riskji potenzjali u vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha, flimkien mal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament.

▼B

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju.

4.  L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt.

▼M2

Artikolu 33

Relazzjonijiet internazzjonali inkluża l-ekwivalenza

1.  Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet regolatorji u superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti m’għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas m’għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi.

Fejn pajjiż terz, skont att delegat, li jkun fis-seħħ, adottat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikun fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi nazzjonali tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-Awtorità ma għandhiex tikkonkludi arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet regolatorji u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz. Dan m’għandux jipprekludi forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet rispettivi tal-pajjiż terz bil-ħsieb li jitnaqqas it-theddid għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

2.  L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li jirrigwardaw reġimi superviżorji u regolatorji f’pajjiżi terzi wara talba speċifika għal pariri mill-Kummissjoni jew meta tkun meħtieġa tagħmel dan mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.  L-Awtorità għandha timmonitorja, b’enfasi partikolari fuq l-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tad-detenturi ta’ poloz u l-funzjonament tas-suq intern, żviluppi rilevanti regolatorji u superviżorji u prattiki ta’ infurzar u żviluppi tas-suq f’pajjiżi terzi, sa fejn ikunu rilevanti għal valutazzjonijiet tal-ekwivalenza abbażi tar-riskju, li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza mill-Kummissjoni f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Barra minn hekk, hija għandha tivverifika jekk il-kriterji li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza, u kwalunkwe kondizzjoni stabbilita fihom, għadhomx issodisfati.

L-Awtorità tista’ tikkomunika mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) li jiġbor fil-qosor il-konstatazzjonijiet mill-monitoraġġ minnha tal-pajjiżi terzi ekwivalenti kollha. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tad-detenturi ta’ poloz u l-funzjonament tas-suq intern.

Fejn l-Awtorità tidentifika żviluppi rilevanti fir-rigward tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni jew tal-prattiki ta’ infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija f’dan il-paragrafu li jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tagħha jew aktar, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni ta’ detenturi ta’ poloz jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien bla bżonn.

4.  Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera, fejn possibbli, mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, ta’ pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Fil-prinċipju, dik il-kooperazzjoni għandha sseħħ abbażi ta’ arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:

(a) 

il-mekkaniżmi li jippermettu lill-Awtorità tikseb informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni dwar ir-reġim regolatorju, l-approċċ superviżorju, l-iżviluppi tas-suq rilevanti u kwalunkwe bidla li tista’ taffettwa d-deċiżjoni ta’ ekwivalenza;

(b) 

sa fejn ikun neċessarju għas-segwitu ta’ tali deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza, il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inklużi, fejn meħtieġa, spezzjonijiet fuq il-post.

L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni, meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b’mod effettiv.

5.  L-Awtorità tista’ tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex isegwu tali mudelli ta’ arranġamenti.

Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f’pajjiżi terzi, l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u l-monitoraġġ mill-Awtorità f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

6.  L-Awtorità, fil-limiti tas-setgħat tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandha tikkontribwixxi għar-rappreżentanza unita, komuni, konsistenti u effettiva tal-interessi tal-Unjoni fil-fora internazzjonali.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 35

Ġbir ta’ informazzjoni

1.  Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li jkollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti, u li t-talba għall-informazzjoni tkun meħtieġa meta mqabbla man-natura tad-dmir inkwistjoni.

2.  L-Awtorità tista’ wkoll titlob li l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati. Dawk it-talbiet għandhom, fejn possibbli, isiru bl-użu ta’ formati komuni ta’ rapportar.

3.  Fuq talba debitament ġustifikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, l-Awtorità tista’ tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dmirijietha, skont l-obbligi tas-sigriet professjonali stabbilit fil-leġislazzjoni settorjali u fl-Artikolu 70.

4.  Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligi ta’ rapportar, l-Awtorità għandha tieħu kont ta’ kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

5.  Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax f’waqtha mill-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tista’ tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata lill-awtoritajiet superviżorji oħrajn, lill-ministeru responsabbli għall-finanzi fejn dan ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu, lill-bank ċentrali nazzjonali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.

6.  Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tkunx disponibbli skont il-paragrafu 1 jew 5 f’waqtha, l-Awtorità tista’ tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti. It-talba motivata għandha tispjega għaliex hi meħtieġa l-informazzjonia dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali rispettivi.

L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f’konformità ma’ dan il-paragrafu u mal-paragrafu 5.

Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni.

7.  L-Awtorità tista’ tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Relazzjoni mal-BERS

1.  L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib u fuq bażi regolari mal-BERS.

2.  L-Awtorità għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u f’waqtha li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-ilħuq tal-kompiti tagħha li ma tkunx f’format fil-qosor jew aggeregat, għandha tiġi pprovduta, mingħajr dewmien, lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. L-Awtorità, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tistabbilixxi proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, partikolarment informazzjoni dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

▼M2 —————

▼M2

4.  Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, l-Awtorità għandha tiddiskuti dik it-twissija jew rakkomandazzjoni fil-laqgħa segwenti tal-Bord tas-Superviżuri jew, fejn xieraq, qabel, sabiex tivvaluta l-implikazzjonijiet ta’, u segwitu possibbli għal, tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, dwar kwalunkwe azzjoni li jkollha tittieħed skont is-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet.

Jekk l-Awtorità ma taġixxix fuq twissija jew rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan. Il-BERS għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b’dan f’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Il-BERS għandu wkoll jinforma lill-Kunsill b’dan.

5.  Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità kompetenti, l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b’dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f’waqtu.

Fejn id-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni.

Fejn l-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS bl-azzjonijiet li tkun ħadet bi tweġiba għal rakkommandazzjoni tal-BERS, hija għandha tqis kif dovut il-fehmiet tal-Bord tas-Superviżuri.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 37

Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

1.  Biex jgħinu fil-faċilitazzjoni tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandhom jiġu stabbiliti Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (minn hawn ‘l quddiem flimkien imsejħa “Gruppi tal-Partijiet Interessati”). Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom ikunu kkonsultati dwar azzjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u tekniċi implimentattivi u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, l-Artikolu 16 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk ikollhom jittieħdu azzjonijiet b’mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiġu mgħarrfa kemm jista’ jkun malajr.

Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jiltaqgħu mill-anqas erba’ darbiet fis-sena. Huma jistgħu, flimkien, jiddiskutu oqsma ta’ interess reċiproku u jinfurmaw lil xulxin bil-kwistjonijiet l-oħra li qed jiġu diskussi.

Il-membri ta’ grupp wieħed ta’ partijiet interessati jistgħu jkunu wkoll membri tal-grupp l-ieħor tal-partijiet interessati.

▼M2

2.  Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni għandu jkun kompost minn 30 membru. Dawk il-membri għandhom ikunu magħmulin minn:

(a) 

13-il membru li jirrappreżentaw, b’mod proporzjonat, l-impriżi fl-oqsma tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li joperaw fl-Unjoni, li minnhom tlieta għandhom jirrappreżentaw l-assiguraturi jew ir-riassiguraturi kooperattivi u mutwali;

(b) 

13-il membru li jirrappreżentaw lir-rappreżentanti tal-impjegati tal-impriżi fil-qasam tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li joperaw fl-Unjoni, lill-konsumaturi, l-utenti tas-servizzi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, ir-rappreżentanti tal-SMEs u r-rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti; u

(c) 

erba’ membri li huma akkademiċi indipendenti fl-ogħla karigi.

3.  Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandu jkun kompost minn 30 membru. Dawk il-membri għandhom ikunu magħmulin minn:

(a) 

13-il membru li jirrappreżentaw b’mod proporzjonat istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar mix-xogħol li joperaw fl-Unjoni;

(b) 

13-il membru li jirrappreżentaw lil rappreżentanti tal-impjegati, rappreżentanti tal-benefiċjarji, rappreżentanti tal-SMEs u rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti; u

(c) 

erba’ membri li humaakkademiċi indipendenti fl-ogħla karigi.

4.  Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, sa fejn ikun possibbli, jiżgura li jirrifletti adegwatament id-diversità tas-setturi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll tas-settur tal-pensjoni okkupazzjonali, bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni kollha. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati għandhom jintgħażlu skont il-kwalifiki, il-ħiliet, l-għarfien rilevanti u l-għarfien espert ipprovat tagħhom.

▼M2

4a.  Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti għandhom jeleġġu President minn fost il-membri tiegħu. Il-kariga tal-President għandha tinżamm għal perjodu ta’ sentejn.

Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President ta’ kwalunkwe Grupp tal-Partijiet Interessati biex jagħmel dikjarazzjoni quddiemu u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mill-membri tiegħu kull meta jintalab jagħmel dan.

▼M2

5.  L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa soġġetta għas-segretezza professjonali, kif stipulat fl-Artikolu 70 ta’ dan ir-Regolament, u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Gruppi tal-Partijiet Interessati. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, bl-esklużjoni ta’ rappreżentanti tal-industrija. Dan il-kumpens għandu jqis il-ħidma preparatorja u ta’ segwitu tal-membri u għandu mill-inqas ikun ekwivalenti għar-rati ta’ rimborż ta’ uffiċjali skont it-Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 9 ) (ir-Regolamenti tal-Persunal). Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom iservu għal perjodu ta’ erba’ snin, u wara dan issir proċedura ġdida tal-għażla.

▼B

Il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

▼M2

6.  Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati jistgħu jippreżentaw opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b’attenzjoni partikolari għall-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16, u 29, 30 u 32.

Fejn il-membri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati ma jkunux jistgħu jaqblu dwar parir, terz tal-membri tagħhom jew il-membri li jirrappreżentaw grupp wieħed ta’ partijiet interessati għandhom jitħallew joħorġu parir separat.

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati u l-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jistgħu joħorġu parir konġunt dwar kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-ASE taħt l-Artikolu 56 dwar il-pożizzjonijiet konġunti u l-atti komuni.

▼B

7.  Il-Gruppi tal-Partijiet Interessati għandhom jadottaw ir-regoli ta’ proċedura tagħhom abbażi tal-qbil ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri rispettivi tagħhom.

▼M2

8.  L-Awtorità għandha tippubblika l-pariri tal-Gruppi tal-Partijiet Interessati, il-pariri separati tal-membri tagħha, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħha kif ukoll informazzjoni dwar kif tqiesu l-pariri u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet.

▼B

Artikolu 38

Salvagwardji

1.  L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 18 jew 19 ma taffettwa b’xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri.

2.  Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 19(3) taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa ġimagħtejn wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti li d-deċiżjoni mhijiex ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti.

Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega b’mod ċar u speċifiku għaliex u kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

Fil-każ ta’ tali notifika, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża.

Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. Jekk id-deċiżjoni tinżamm jew tiġi emendata, l-Awtorità għandha tiddikjara li r-responsabbiltajiet fiskali mhumiex affettwati.

Meta l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni, b’maġġoranza tal-voti mitfugħin, f’waħda mil-laqgħat tiegħu mhux aktar tard minn xahrejn wara li l-Awtorità tkun informat lill-Istat Membru kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu, dwar jekk inżammitx id-deċiżjoni tal-Awtorità.

Meta l-Kunsill, wara li jkun ikkunsidra l-kwistjoni, ma jiħux deċiżjoni biex iżomm id-deċiżjoni tal-Awtorità, f’konformità mal-ħames subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tintemm.

3.  Meta Stat Membru jikkunsidra li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 18(3) taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti, li d-deċiżjoni ma tkunx ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti.

Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega b’mod ċar u speċifiku għaliex u kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

Fil-każ ta’ tali notifika, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża.

Il-Kunsill għandu, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol isejjaħ laqgħa u jieħu deċiżjoni, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, dwar jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità hijiex revokata.

Fejn il-Kunsill, wara li jkun ikkunsidra l-kwistjoni, ma jiħux deċiżjoni biex jirrevoka d-deċiżjoni tal-Awtorità konformement mar-raba’ subparagrafu preċedenti, is-sospensjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tintemm.

4.  Fejn il-Kunsill ikun ħa deċiżjoni skont il-paragrafu 3 biex ma jirrevokax deċiżjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-Artikolu 18(3), u l-Istat Membru kkonċernat xorta jikkunsidra li d-deċiżjoni tal-Awtorità taffettwa r-responsabbilitajiet fiskali tiegħu, dak l-Istat Membru jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Awtorità u jitlob lill-Kunsill biex jeżamina mill-ġdid il-kwistjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi b’mod ċar ir-raġunijiet għaliex ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kunsill.

F’perijodu ta’ erba’ ġimgħat wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kunsill għandu jikkonferma d-deċiżjoni oriġinali tiegħu jew jieħu deċiżjoni ġdida f’konformità mal-paragrafu 3.

Il-perijodu ta’ erba’ ġimgħat jista’ jiġi estiż b’erba’ ġimgħat oħra mill-Kunsill, jekk iċ-ċirkostanzi partikolari jkunu jeħtieġu hekk.

5.  Kwalunkwe abbuż ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ deċiżjoni mill-Awtorità li m’għandiex impatt fiskali sinifikanti jew materjali, għandu jkun ipprojbit bħala wieħed inkompatibbli mas-suq intern.

▼M2

Artikolu 39

Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet

1.  L-Awtorità għandha taġixxi f’konformità mal-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu meta tadotta d-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 17, 18 u 19.

2.  L-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju ta’ deċiżjoni bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, fil-lingwa uffiċjali tad-destinatarju, filwaqt li tistabbilixxi limitu ta’ żmien li matulu d-destinatarju jista’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar is-suġġett tad-deċiżjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Id-destinatarju jista’ jesprimi l-fehmiet tiegħu fil-lingwa uffiċjali tiegħu. Id-dispożizzjoni stipulata fl-ewwel sentenza għandha tapplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 17(3).

3.  Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

4.  Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu informati bir-rimedji legali disponibbli taħt dan ir-Regolament.

5.  Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (4), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa.

6.  Id-deċiżjonijiet li tieħu l-Awtorità skont l-Artikolu 17, 18 jew 19 għandhom isiru pubbliċi. Il-pubblikazzjoni għandha tiddivulga l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu ta’ dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji jew mal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom jew tkun tista’ tipperikola serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha.

▼B



KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI



TAQSIMA 1

Bord tas-Superviżuri

Artikolu 40

Kompożizzjoni

1.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn:

▼M2

(a) 

il-President;

▼B

(b) 

il-kapijiet tal-awtorità pubblika nazzjonali, kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji f’kull Stat Membru, li għandhom jiltaqgħu personalment tal-inqas darbtejn fis-sena;

(c) 

rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, li m’għandux ikollu vot;

(d) 

rappreżentant wieħed tal-BERS, li m’għandux ikollu vot;

(e) 

rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra, li m’għandux ikollhom vot.

2.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jlaqqa’ laqgħat mal-Gruppi tal-Partijiet Interessati regolarment, tal-anqas darbtejn fis-sena.

3.  Kull awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, meta dik il-persuna ma tkunx tista’ tattendi.

4.  Fi Stati Membri fejn ikun hemm aktar minn awtorità responsabbli waħda għas-supervizjoni skont dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni. Madankollu, meta punt li jrid ikun diskuss mill-Bord tas-Superviżuri ma jkunx jaqa’ fi ħdan il-kompetenza tal-awtorità nazzjonali li tkun qiegħda tiġi rrappreżentata mill-membru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, dak il-membru jista’ jieħu rappreżentant mill-awtorità nazzjonali rilevanti, li m’għandux ikollu vot.

5.  Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi.

6. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri, mingħajr id-dritt li jivvota.

▼M2

6.  Fejn l-awtorità pubblika nazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ma tkunx responsabbli għall-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi f’dak il-punt jista’ jiddeċiedi li jistieden rappreżentant mill-awtorità tal-Istat Membru għall-protezzjoni tal-konsumaturi, li ma għandux ikollu vot. F’każ fejn ir-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-konsumaturi tkun kondiviża minn diversi awtoritajiet fi Stat Membru, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni.

▼M2

Artikolu 41

Kumitati interni

1.  Il-Bord tas-Superviżuri, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-President, jista’ jistabbilixxi kumitati interni għal kompiti speċifiċi attribwiti lilu. Fuq talba mill-Bord Maniġerjali jew mill-President, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jistabbilixxi kumitati interni għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord Maniġerjali. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet definiti b’mod ċar lil kumitati interni, lill-Bord Maniġerjali jew lill-President.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 17, il-President għandu jipproponi deċiżjoni biex jitlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Is-sitt membri l-oħra ma għandhomx ikunu rappreżentanti tal-awtorità kompetenti li allegatament tkun kisret il-liġi tal-Unjoni u m’għandux ikollhom xi interess fil-kwistjoni u lanqas rabtiet diretti mal-awtorità kompetenti kkonċernata.

Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed.

Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur.

3.  Għall-finijiet tal-Artikolu 19, il-President għandu jipproponi deċiżjoni biex jitlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni. Is-sitt membri l-oħra m’għandhomx ikunu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu l-partijiet fin-nuqqas ta’ qbil u m’għandux ikollhom la xi interess fil-kunflitt u lanqas rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed.

Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur.

4.  Għall-finijiet tat-twettiq tal-inkjesta prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4), il-President jista’ jipproponi deċiżjoni li tinbeda l-inkjesta u deċiżjoni li jlaqqa’ panel indipendenti, li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri. Il-panel indipendenti għandu jikkonsisti mill-President u sitt membri oħra, li għandhom jiġu proposti mill-President wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni.

Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed.

Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas erba’ membri jivvutaw favur.

5.  Il-panels imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew il-President għandhom jipproponu deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 17, jew l-Artikolu 19, għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri. Panel imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jippreżenta l-eżitu tal-inkjesta mwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(4) lill-Bord tas-Superviżuri.

6.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta’ proċedura għall-panels imsemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 42

Indipendenza tal-Bord tas-Superviżuri

1.  Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom b’dan ir-Regolament, il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.

2.  L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta’ dmirijiethom.

3.  Il-Membri tal-Bord tas-Superviżuri, il-President kif ukoll ir-rappreżentanti mingħajr vot u l-osservaturi li jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom, qabel tali laqgħat, jiddikjaraw b’mod preċiż u komplet in-nuqqas jew l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward ta’ kwalunkwe punt fuq l-aġenda, u għandhom jastjenu milli jipparteċipaw fid-diskussjoni u fil-votazzjoni ta’ tali punti.

4.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jistabbilixxi, fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, l-arranġamenti prattiċi għar-regola dwar id-dikjarazzjoni ta’ interess imsemmija fil-paragrafu 3 u għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitt ta’ interess.

▼B

Artikolu 43

Kompiti

▼M2

1.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida għall-ħidma tal-Awtorità u għandu jkun inkarigat mit-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitlu II. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-linji gwida u d-deċiżjonijiet tal-Awtorità, u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II abbażi ta’ proposta mill-kumitat intern jew panel rilevanti, il-President, jew mill-Bord Maniġerjali, kif applikabbli.

▼M2 —————

▼B

4.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, il-programm ta’ ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill- Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

▼M2

5.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

▼B

6.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

7.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-baġit f’konformità mal-Artikolu 63.

▼M2

8.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-President u d-Direttur Eżekuttiv. Jista’ jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga skont l-Artikolu 51(5).

▼M2

Artikolu 43a

Trasparenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tas-Superviżuri

Minkejja l-Artikolu 70, fi żmien sitt ġimgħat minn kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri, l-Awtorità għandha, tal-anqas, tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’rekord komprensiv u sinifikanti tal-proċedimenti ta’ dik il-laqgħa li jippermetti fehim sħiħ tad-diskussjonijiet, inkluża lista annotata tad-deċiżjonijiet. Tali rekord ma għandux jirrifletti diskussjonijiet fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri relatati ma’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼B

Artikolu 44

Teħid ta’ deċiżjonijiet

▼M2

1.  Id-Deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed.

Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 10 sa 16 ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-Regolament u l-Kapitolu VI ta’ dan ir-Regolament u b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji.

Il-President ma għandux jivvota dwar id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu.

Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-panels skont l-Artikolu 41(2), (3) u (4), u l-membri tal-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari msemmija fl-Artikolu 30(2), il-Bord tas-Superviżuri, meta jkunu qed jikkunsidraw il-proposti mill-President, għandhom jirsistu għal konsensus. Fin-nuqqas ta’ konsensus, id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri votanti tiegħu. Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed.

Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet adottati taħt l-Artikolu 18(3) u (4), u b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tiegħu.

▼B

2.  Il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jissejħu mill-President fuq l-inizjattiva personali tiegħu stess jew fuq talba minn terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

3.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

▼M2

4.  Fir-rigward tad-deċiżjonijiet taħt l-Artikoli 17, 19 u 30, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvota dwar id-deċiżjonijiet proposti bl-użu ta’ proċedura bil-miktub. Il-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandu jkollhom tmint ijiem ta’ xogħol biex jivvotaw. Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed. Id-deċiżjoni proposta għandha titqies adottata sakemm ma jkunx hemm maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri li joġġezzjonaw. L-astensjonijiet ma għandhomx jingħaddu bħala approvazzjonijiet jew bħala oġġezzjonijiet, u ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat l-għadd ta’ voti mitfugħa. Jekk tliet membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri joġġezzjonaw għall-proċedura bil-miktub, l-abbozz ta’ deċiżjoni għandu jiġi diskuss u deċiż mill-Bord tas-Superviżuri skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Il-membri mingħajr dritt tal-vot u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu għal ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼M2

5.  Il-President tal-Awtorità għandu jkollu l-prerogattiva li jsejjaħ votazzjoni fi kwalunkwe ħin. Mingħajr preġudizzju għal dik is-setgħa u għall-effettività tal-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità għandu jirsisti għal konsensus fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu.

▼B



TAQSIMA 2

Bord Maniġerjali

▼M2

Artikolu 45

Kompożizzjoni

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President u sitt membri tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri u minn fosthom stess.

Minbarra l-President, kull membru tal-Bord Maniġerjali għandu jkollu membru supplenti, li jista’ jissostitwixxih jekk ma jkunx jista’ jattendi.

2.  Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dak il-mandat jista’ jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata bejn is-sessi u proporzjonata u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha. Il-mandati għandhom ikunu jikkoinċidu u għandu japplika arranġament xieraq ta’ rotazzjoni.

3.  Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President. Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kull meta l-Bord Maniġerjali jqis li hu meħtieġ. Għandu jiltaqa’ mill-inqas ħames darbiet fis-sena.

4.  Il-membri tal-Bord Maniġerjali jistgħu, mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali, ikunu assistiti minn konsulenti jew minn esperti. Il-membri mingħajr vot, bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu għall-ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord Maniġerjali relattivament għal istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

▼M2

Artikolu 45a

Teħid ta’ deċiżjonijiet

1.  Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu filwaqt li jirsistu biex jintlaħaq konsensus. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Il-President għandu jkun membru bi dritt tal-vot.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvotaw. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar materji msemmija fl-Artikolu 63.

3.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

Artikolu 45b

Gruppi ta’ Koordinazzjoni

1.  Il-Bord Maniġerjali jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ awtorità kompetenti dwar suġġetti definiti li għalihom jista’ jkun hemm bżonn ta’ koordinazzjoni fir-rigward ta’ żviluppi speċifiċi tas-suq. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni dwar suġġetti definiti fuq talba ta’ ħames membri tal-Bord tas-Superviżuri.

2.  L-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ koordinazzjoni u għandhom jipprovdu, skont l-Artikolu 35, lill-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-gruppi ta’ koordinazzjoni jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti ta’ koordinazzjoni tagħhom skont il-mandat tagħhom. Il-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti u fuq kwalunkwe konstatazzjoni identifikata mill-Awtorità.

3.  Il-gruppi għandhom ikunu preseduti minn membru tal-Bord Maniġerjali. Kull sena l-membru rispettiv tal-Bord Maniġerjali inkarigat mill-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta lill-Bord tas-Superviżuri dwar l-elementi ewlenin tad-diskussjonijiet u l-konstatazzjonijiet u — jekk jitqies rilevanti — jagħmel suġġeriment għal segwitu regolatorju jew reviżjoni bejn il-pari fil-qasam rispettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar kif qiesu l-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni fl-attivitajiet tagħhom.

4.  Meta timmonitorja l-iżviluppi tas-suq li jistgħu jkunu l-fokus tal-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-Awtorità tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 35 biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex l-Awtorità tkun tista’ twettaq ir-rwol tagħha ta’ monitoraġġ.

▼M2

Artikolu 46

Indipendenza tal-Bord Maniġerjali

Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord Maniġerjali fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

▼B

Artikolu 47

Kompiti

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi, għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri, programm ta’ ħidma annwali u multiannwali.

3.  Il-Bord Maniġerjali għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skont l-Artikoli 63 u 64.

▼M2

3a.  Il-Bord Maniġerjali jista’ jeżamina, jagħti opinjoni u jagħmel proposti dwar il-materji kollha ħlief għall-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 30.

▼B

4.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta l-pjan politiku tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 68(2), il-miżuri implimentattivi meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem ‘ir-Regolamenti dwar il-Persunal’).

5.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, skont l-Artikolu 72.

▼M2

6.  Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, lill-Bord tas-Superviżuri għall-approvazzjoni.

▼B

7.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

▼M2

8.  Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell f’konformità mal-Artikolu 58(3) u (5), b’kont debitament meħud ta’ proposta mill-Bord tas-Superviżuri.

▼M2

9.  Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jagħmlu pubbliċi l-laqgħat kollha li jsiru u l-ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.

▼B



TAQSIMA 3

President

Artikolu 48

Ħatra u kompiti

1.  L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonista indipendenti b’impjieg sħiħ.

▼M2

Il-President għandu jkun responsabbli għat-tħejjija tal-ħidma tal-Bord tas-Superviżuri, inkluż l-istabbiliment tal-aġenda li għandha tiġi adottata mill-Bord tas-Superviżuri, jorganizza l-laqgħat u jressaq punti għal deċiżjoni u għandu jippresiedi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-President għandu jkun responsabbli biex jistabbilixxi l-aġenda tal-Bord Maniġerjali, li għandha tiġi adottata mill-Bord Maniġerjali u għandu jippresiedi l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali.

Il-President jista’ jistieden lill-Bord Maniġerjali biex jikkunsidra li jistabbilixxi grupp ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 45b.

2.  Il-President għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet, tal-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura tal-għażla miftuħa li għandha tirrispetta l-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi u li għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jfassal lista mqassra ta’ kandidati kwalifikati għall-pożizzjoni ta’ President, bl-assistenza tal-Kummissjoni. Abbażi tal-lista mqassra, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni biex jaħtar lill-President, wara konferma mill-Parlament Ewropew.

Fejn il-President ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49 jew ikun instab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tkun ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni sabiex ineħħih mill-kariga.

Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll, minn fost il-membri tiegħu, Viċi-President li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fl-assenza tal-President. Dak il-Viċi-President m’għandux jiġi elett minn fost il-membri tal-Bord Maniġerjali.

▼B

3.  Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba.

4.  Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas- Superviżuri għandu jivvaluta:

(a) 

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b) 

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

▼M2

Għall-fini tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kompiti tal-President għandhom jitwettqu mill-Viċi President.

Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord tas-Superviżuri u bl-assistenza tal-Kummissjoni u wara li jikkunsidra l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jista’ jestendi l-mandat tal-President darba.

5.  Il-President jista’ jitneħħa mill-kariga biss għal raġunijiet serji. Jista’ jitneħħa biss mill-Parlament Ewropew wara deċiżjoni tal-Kunsill, adottata wara li jiġi kkonsultat il-Bord tas-Superviżuri.

▼B

Artikolu 49

▼M2

Indipendenza tal-President

Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas ma għandu jieħu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe gvern jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

▼B

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda entità pubblika jew privata oħra m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta’ dmirijietu.

F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 68, il-President għandu, wara li jitlaq mis-servizz, jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

▼M2

Artikolu 49a

Spejjeż

Il-President għandu jippubblika l-laqgħat kollha li jsiru mal-partijiet interessati esterni fi żmien ġimagħtejn wara l-laqgħa u kwalunkwe ospitalità riċevuta. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Persunal.

▼M2 —————

▼B



TAQSIMA 4

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 51

Ħatra

1.  L-Awtorità għandha titmexxa minn Direttur Eżekuttiv, li għandu jkun professjonista indipendenti b’impjieg sħiħ.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri, wara l-konferma mill-Parlament Ewropew, fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla.

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba.

4.  Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta b’mod partikolari:

(a) 

ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b) 

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

Il-Bord tas-Superviżuri, fid-dawl tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jista’ jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Artikolu 52

Indipendenza

Mingħajr preġudizzju għar-rwoli rispettivi tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv m’għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda entità pubblika jew privata oħra m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fil-qadi ta’ dmirijietu.

F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 68, wara li jitlaq mis-servizz, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Artikolu 53

Kompiti

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u għandu jipprepara x-xogħol tal-Bord Maniġerjali.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Maniġerjali.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiżgura l-operat tal-Awtorità, skont dan ir-Regolament.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi fl-Artikolu 47(2).

5.  Kull sena sat-30 ta’ Ġunju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 47(2).

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari tal-Awtorità skont l- Artikolu 63 u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 64.

7.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport b’taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

8.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 68 fir-rigward tal- persunal tal-Awtorità u jimmaniġġja l-affarijiet tal-persunal.



KAPITOLU IV

KORPI KONĠUNTI TAL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ



TAQSIMA 1

Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej

Artikolu 54

Stabbiliment

1.  Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa b’dan stabbilit.

▼M2

2.  Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib biex tiżgura konsistenza transsettorjali, filwaqt li tqis speċifiċitajiet settorjali, mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), b’mod partikolari fir-rigward ta’:

— 
konglomerati finanzjarji u, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, konsolidazzjoni prudenzjali;

▼B

— 
kontabilità u verifika;
— 
analiżi mikroprudenzjali ta’ żviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali għall- istabbilità finanzjarja;
— 
prodotti tal-investiment bl-imnut;

▼M2

— 
ċibersigurtà;
— 
skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki mal-BERS u mal-ASE l-oħrajn;

▼M2

— 
servizzi finanzjarji fil-livell tal-konsumatur u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri;
— 
parir mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 1(7).

2a.  Il-Kumitat Konġunt jista’ jassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet u tal-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi biex tkun żgurata interkonnessjoni sigura u effiċjenti tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati skont ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 32a(5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 kif ukoll fl-interkonnessjoni effettiva tar-reġistri nazzjonali taħt dik id-Direttiva.

▼M2

3.  Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu persunal apposta pprovdut mill-ASE li għandu jaqdi d-dmirijiet ta’ segretarjat permanenti. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għal spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.

▼B

4.  F’każ li istituzzjoni finanzjarja tkopri diversi setturi, il-Kumitat Konġunt għandu jsolvi n-nuqqas ta’ qbil skont l-Artikolu 56.

Artikolu 55

Kompożizzjoni

1.  Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mill-Presidenti tal-ASE, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ kwalunkwe Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 57.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kif ukoll ta’ kwalunkwe s-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 57, bħala osservaturi.

▼M2

3.  Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-ASE. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun it-tieni Viċi President tal-BERS.

▼B

4.  Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

▼M2

Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-anqas darba kull tliet xhur.

▼M2

5.  Il-President tal-Awtorità għandu jinforma regolarment lill-Bord tas-Superviżuri dwar il-pożizzjonijiet meħuda fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

▼M2

Artikolu 56

Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni

Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti tagħha stabbiliti fil-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti b’konsensus ma’, kif adatt, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq).

Fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, il-miżuri taħt l-Artikoli 10 sa 16 u d-deċiżjonijiet taħt l-Artikoli 17, 18 u 19 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe att leġislattiv ieħor imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament li jaqa’ wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandhom jiġu adottati, b’mod parallel, minn, kif adatt, l-Awtorità, mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq).

Artikolu 57

Sottokumitati

1.  Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi sottokumitati għall-finijiet tat-tħejjija tal-abbozzi ta’ pożizzjonijiet konġunti u ta’ atti komuni għall-Kumitat Konġunt.

2.  Kull sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 55(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.

3.  Kull sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, li għandu jkun ukoll osservatur fil-Kumitat Konġunt.

4.  Għall-finijiet tal-Artikolu 56, għandu jiġi stabbilit sottokumitat dwar il-konglomerati finanzjarji għall-Kumitat Konġunt.

5.  Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika fis-sit web tiegħu s-Sottokumitati stabbiliti kollha, inklużi l-mandati tagħhom u lista tal-membri tagħhom bil-funzjonijiet rispettivi tagħhom fis-sottokumitat.

▼B



TAQSIMA 2

Bord tal-Appell

Artikolu 58

Kompożizzjoni u operat

▼M2

1.  Il-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa b’dan stabbilit.

2.  Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta’ reputazzjoni tajba b’rekord ippruvat ta’ għarfien rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jkollhom esperjenza professjonali internazzjonali, fuq livell għoli biżżejjed fl-oqsma bankarji, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tas-swieq tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn, għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet jew korpi nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità u membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Qasam tal-Pensjonijiet tax-Xogħol. Il-membri u s-supplenti għandhom ikunu ċittadini ta’ Stat Membru u għandu jkollhom għarfien profond ta’ mill-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-Bord tal-Appell għandu jkollu biżżejjed għarfien espert legali fil-qasam ġuridiku biex jagħti konsulenza esperta legali dwar il-legalità, inkluża l-proporzjonalità, tal-eżerċizzju mill-Awtorità tas-setgħat tagħha.

▼B

Il-Bord tal-Appell għandu jaħtar il-President tiegħu.

▼M2

3.  Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Wara li jirċievi l-lista mqassra, il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-kandidati għall-membri u l-membri supplenti jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u jwieġbu kwalunkwe mistoqsija mill-Membri tiegħu.

Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-membri tal-Bord tal-Appell biex jagħmlu dikjarazzjoni quddiemu u biex iwieġbu kwalunkwe mistoqsija mill-Membri tiegħu kull meta mitluba, bl-esklużjoni ta’ dikjarazzjonijiet, mistoqsijiet jew tweġibiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ każijiet individwali deċiżi minn, jew pendenti quddiem, il-Bord tal-Appell.

▼B

4.  Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dak il-mandat jista’ jiġi estiż darba.

5.  Membru tal-Bord tal-Appell, maħtur mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, m’għandux jitneħħa matul il-mandat tiegħu sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja u l-Bord Maniġerjali jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuri.

6.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Fejn id-deċiżjoni soġġetta għall-appell tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-maġġoranza li tiddeċiedi għandha tinkludi tal-inqas wieħed miż-żewġ membri tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Awtorità.

7.  Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn.

8.  L-ASE għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 59

Indipendenza u imparzjalità

1.  Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma m’għandhom ikunu marbutin b’ebda struzzjoni. Huma m’għandhom jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord Maniġerjali tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha.

▼M2

2.  Il-membri tal-Bord tal-Appell, u l-persunal tal-Awtorità li jipprovdi appoġġ operazzjonali u segretarjali, m’għandhom jieħdu sehem f’ebda proċedimenti ta’ appell li fihom ikollhom xi interess personali, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.

▼B

3.  Jekk, għal waħda mir-raġunijet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li membru ieħor m’għandux jieħu sehem f’xi proċedimenti ta’ appell, huwa għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b’dan.

4.  Kwalunkwe parti fi proċedimenti ta’ appell tista’ toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b’favoreġġamenti.

L-ebda oġġezzjoni ma tista’ tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas m’għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta’ raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċedmenti ta’ appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell.

5.  Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat.

Għall-finijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mill-membru supplenti tiegħu, Fejn il-membru supplenti jkun f’sitwazzjoni simili, il-President tal-Awtorità għandu jaħtar membru supplenti minn fost il-membri supplenti disponibbli.

6.  Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw rwieħhom li jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom.

Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub.



KAPITOLU V

RIMEDJI

Artikolu 60

Appelli

1.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti, tista’ tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 17, 18 u 19 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

▼M2

2.  L-appell, flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas ta’ notifika, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien tliet xhur minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.

▼B

3.  Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 m’għandux ikollu effett suspensiv.

Madankollu, il-Bord tal-Appell jista’, jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

4.  Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Huwa għandu jistieden lill-partijiet fil-proċedimenti ta’ appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar in-notifiki tiegħu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċedimenti ta’ -appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċedimenti ta’ -appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu rappreżentazzjonijiet orali.

5.  Il-Bord tal-Appell jista’ jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-entità kompetenti tal-Awtorità, jew jirreferi l-każ lill-entità kompetenti tal-Awtorità. Dak il-korp għandu jintrabat bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u dak il-korp għandu jadotta deċiżjoni emendata fir-rigward tal-każ ikkonċernat.

6.  Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu u jagħmilhom pubbliċi.

7.  Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord tal-Appell għandhom ikunu motivati u għandhom isiru pubbliċi mill-Awtorità.

▼M2

Artikolu 60a

Kompetenza maqbuża mill-Awtorità

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tibgħat parir motivat lill-Kummissjoni jekk dik il-persuna tkun tal-opinjoni li l-Awtorità tkun qabżet il-kompetenza tagħha, inkluż billi tkun naqset milli tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 1(5), meta taġixxi taħt l-Artikoli 16 u 16b, u dak ikun jikkonċerna direttament u individwalment lil dik il-persuna.

▼B

Artikolu 61

Rikorsi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.  Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 263 TFUE, li jikkontestaw deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità.

2.  L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu jibdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtorità, f’konformità mal-Artikolu 263 TFUE.

3.  Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċedimenti għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 265 TFUE.

4.  L-Awtorità għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.



KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 62

Baġit tal-Awtorità

▼M2

1.  Id-dħul tal-Awtorità, korp Ewropew skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) (ir-“Regolament Finanzjarju”), għandu jikkonsisti, b’mod partikolari, fi kwalunkwe taħlita minn dawn li ġejjin:

▼B

(a) 

kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, li għandhom isiru konformement ma’ formola bbażata fuq il-piż tal-voti mniżżel fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandu jkompli japplika lil hinn mill-iskadenza tal-31 ta’ Ottubru 2014 stabbilita fih;

(b) 

sussidju mill-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (it-Taqsima tal-Kummissjoni);

(c) 

kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni;

▼M2

(d) 

kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja minn Stati Membri jew osservaturi;

(e) 

tariffi miftiehma għal pubblikazzjonijiet, taħriġ jew kwalunkwe servizz ieħor provdut mill-Awtorità fejn dawn ġew mitluba speċifikament minn awtorità kompetenti waħda jew aktar.

Ebda kontribuzzjoni volontarja minn Stati Membri jew osservaturi msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandha tiġi aċċettata jekk tali aċċettazzjoni tqajjem dubju dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awtorità. Il-kontribuzzjonijiet volontarji li jikkostitwixxu kumpens għall-ispiża tal-kompiti delegati minn awtorità kompetenti lill-Awtorità ma għandhomx jitqiesu bħala li jqajmu dubju dwar l-indipendenza ta’ din tal-aħħar.

▼B

2.  In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, tal-anqas, l-ispejjeż tal-persunal, ir-remunerazzjoni, l-amministrazzjoni, l-infrastruttura, it-taħriġ professjonali u l-operat.

3.  Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw.

4.  L-estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Awtorità.

▼M2

Artikolu 63

Stabbiliment tal-baġit

1.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz provviżorju ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-Awtorità għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti, li jistabbilixxi d-dħul u n-nefqa proġettati, kif ukoll informazzjoni dwar il-persunal, mill-programmazzjoni annwali u multiannwali tiegħu u jibagħtu lill-Bord Maniġerjali u lill-Bord tas-Superviżuri, flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment.

2.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz li jkun ġie approvat mill-Bord Maniġerjali, jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti.

3.  Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jintbagħat mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri Ewropea sal-31 ta’ Jannar.

4.  B’kont meħud tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit tal-Unjoni l-estimi li tqis li jkunu meħtieġa fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tal-kontribuzzjoni ta’ bilanċ li għandu jiġi addebitat lill-baġit ġenerali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.

5.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw il-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta’ bilanċ lill-Awtorità.

6.  Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ, għandu jkun aġġustat skont il-każ.

7.  Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr telf ta’ żmien, jinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam ma’ proprjetà, bħall-kiri jew xiri ta’ bini.

8.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 266 u 267 tar-Regolament Finanzjarju għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għal kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji jew implikazzjonijiet fit-tul sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tal-Awtorità, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini, inklużi klawżoli ta’ waqfien.

Artikolu 64

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit annwali tal-Awtorità.

2.  L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. L-Artikolu 70 m’għandux jipprekludi lill-Awtorità milli tipprovdi lill-Qorti tal-Awdituri kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Qorti tal-Awdituri li tkun fil-kompetenza tagħha.

3.  L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u fil-format stabbiliti minn dak l-uffiċjal tal-kontabilità.

4.  L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

5.  Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jagħti opinjoni dwar dawk il-kontijiet.

6.  L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, il-kontijiet finali, akkumpanjati mill-opinjoni tal-Bord tas-Superviżuri, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, ill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-15 ta’ Ġunju kull sena, pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f’format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni.

7.  Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara.

8.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ din tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru u għandu jibgħat ukoll kopja ta’ dik it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni.

9.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif previst fl-Artikolu 261(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata.

10.  Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja N.

11.  L-Awtorità għandha tipprovdi opinjoni motivata dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u dwar kwalunkwe osservazzjoni oħra magħmula mill-Parlament Ewropew mogħtija fil-proċedura ta’ kwittanza.

Artikolu 65

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 ( 11 ) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan u biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 66

Miżuri kontra l-frodi

▼M2

1.  Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) għandu japplika għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.

▼B

2.  L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar investigazzjonijiet interni mill-OLAF u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal tal-Awtorità.

3.  Id-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw b’mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flus li jintnefqu mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dawn il-flejjes.



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 67

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.

Artikolu 68

Persunal

1.  Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż id-Direttur Eżekuttiv tagħha u l-President tagħha.

2.  Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.

3.  Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti dwar il-Persunal u fuq l-awtorità intitolata sabiex tikkonkludi kuntratti skont il-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn.

4.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex jippermetti li esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu ssekondati lill-Awtorità.

Artikolu 69

Responsabbiltà tal-Awtorità

1.  Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ din il-ħsara.

2.  Ir-responsabbiltà finanzjarja personali u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-persunal tal-Awtorità lejn l-Awtorità għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

Artikolu 70

Obbligu tas-segretezza professjonali

▼M2

1.  Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri, u l-membri kollha tal-persunal tal-Awtorità, inklużi uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja, u l-persuni l-oħrajn kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

▼B

2.  Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

▼M2

L-obbligu taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux iżomm lill-Awtorità u lill-awtoritajiet kompetenti milli jużaw l-informazzjoni għall-infurzar tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u, b’mod partikolari, għall-proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.

▼M2

2a.  Il-Bord Maniġerjali, u l-Bord tas-Superviżuri għandhom jiżguraw li l-individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, fir-rigward tal-kompiti tal-Awtorità, inklużi uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-Bord Maniġerjali u mill-Bord tas-Superviżuri jew maħtura mill-awtoritajiet kompetenti għal dak l-iskop, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali ekwivalenti għal dawk fil-paragrafi 1 u 2.

L-istess rekwiżiti għas-segretezza professjonali għandhom japplikaw ukoll għall-osservaturi li jattendu l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali, u tal-Bord tas-Superviżuri u li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Awtorità.

▼M2

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iżommu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.

Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.  L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 ( 13 ).

Artikolu 71

Protezzjoni tad-data

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar minnhom ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2016/679 jew għall-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar minnha ta’ data personali taħt ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.

▼B

Artikolu 72

Aċċess għad-dokumenti

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill- Awtorità.

▼M2

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

▼B

3.  Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif ikun xieraq, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE rispettivament.

Artikolu 73

Arranġamenti lingwistiċi

1.  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 ( 15 ) li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea għandu japplika għall-Awtorità.

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 74

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali

▼M2

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom isiru disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f’dak l-Istat Membru għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom, għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru li huma jkunu kkonkludu wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.

▼B

Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi l-aqwa kondizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament adatt tal-Awtorità, inkluż skola multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 75

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

1.  Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għall-pajjiżi terzi li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom, huma adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 1(2).

2.  L-Awtorità tista’ tikkoopera mal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 li japplikaw leġislazzjoni li ġiet rikonoxxuta ekwivalenti fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), kif inhu previst fil-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 216 TFUE.

3.  Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 fil-ħidma tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Dawn jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawk il-pajjiżi ma jattendu għall-ebda diskussjoni relatata mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett.



KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

▼M2

Artikolu 76

Relazzjoni mal-Kumitat tas-Sorveljanti tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej

L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-Kumitat tas-Sorveljanti tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS). Sad-data tal-istabbiliment tal-Awtorità, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha u l-operazzjonijiet kollha pendenti tas-CEIOPS għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Is-CEIOPS għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tiegħu fid-data ta’ dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi vverifikata u approvata mis-CEIOPS u mill-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 77

Dispożizzjonijiet tranżitorji dwar il-persunal

1.  B’deroga mill-Artikolu 68, il-kuntratti ta’ impjieg u l-ftehimiet ta’ ssekondar kollha konklużi mis-CEIOPS jew mis-Segretarjat tiegħu u fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011 għandhom jiġu onorati sad-data ta’ skadenza tagħhom. Dawn ma jistgħux jiġu estiżi.

2.  Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal li għandu kuntratti mas-CEIOPS jew is-Segretarjat tiegħu, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu ser jiġu reklutati. Il-proċedura ta’ għażla interna għandha tqis bis-sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-prestazzjoni tal-individwi qabel ir-reklutaġġ.

3.  Skont it-tip u l-livell ta’ funzjonijiet li għandhom jitwettqu, l-applikanti li jintgħażlu jiġu offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji applikabbli għal tul ta’ żmien li mill-inqas jikkorrespondi għaż-żmien li jkun għad baqa’ taħt il-kuntratt preċedenti.

4.  Il-liġi nazzjonali rilevanti relatata mal-kuntratti tax-xogħol u ma’ strumenti rilevanti oħrajn għandha tkompli tapplika għall-membri tal-persunal b’kuntratti preċedenti li jagħżlu li ma japplikawx għal kuntratti ta’ aġenti temporanji jew li ma jiġux offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji skont il-paragrafu 2.

Artikolu 78

Dispożizzjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dispożizzjonijiet adatti biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 79

Emendi

Id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE hija b’dan emendata billi s-CEIOPS qiegħed jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 80

Tħassir

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE, li tistabbilixxi s-CEIOPS, qiegħda bil-preżenti titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 81

Reviżjoni

▼M2

1.  Sal-31 ta’ Diċembru 2021, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:

(a) 

l-effettività u l-konverġenza fil-prattiki superviżorji miksuba mill-awtoritajiet kompetenti:

(i) 

l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti u l-konverġenza fl-istandards ekwivalenti għall-governanza korporattiva;

▼B

(ii) 

l-imparzjalità, l-oġġettività u l-awtonomija tal-Awtorità;

(b) 

il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

(c) 

il-progress miksub fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-finanzjament tal-Unjoni;

(d) 

ir-rwol tal-Awtorità fir-rigward tar-riskju sistemiku;

(e) 

l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 38;

(f) 

l-applikazzjoni tar-rwol ta’ medjazzjoni vinkolanti stabbilita fl-Artikolu 19;

▼M2

(g) 

il-funzjonament tal-Kumitat Konġunt.

▼B

2.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a) 

huwiex adatt li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur banjarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;

(b) 

huwiex xieraq li titwettaq superviżjoni prudenzjali u li jiġi ssorveljat it-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;;

(c) 

huwiex xieraq li tiġi semplifikata u rinforzata l-istruttura tas-SESF sabiex tiżdied il- koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE;

(d) 

l-evoluzzjoni tal-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;

(e) 

hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan is-SESF;

(f) 

ir-responsabbiltà u t-trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti għall- pubblikazzjoni humiex xierqa.

(g) 

ir-riżorsi tal-Awtorità humiex adegwati biex hija twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha;

(h) 

huwiex adegwat li s-sede tal-Awtorità tinżamm jew jekk l-ASE jitmexxewx f’sede unika biex tittejjeb il-koordinazzjoni aħjar bejniethom.

▼M2

2a.  Bħala parti mir-rapport ġenerali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet u lill-partijiet interessati rilevanti kollha, għandha tagħmel valutazzjoni komprensiva tal-applikazzjoni tal-Artikolu 9a.

▼B

3.  Rigward il-kwistjoni tas-superviżjoni diretta tal-istituzzjonijiet jew l-infrastrutturi ta’ skala pan-Ewropea u b’kont meħud tal-iżviluppi tas-suq, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar kemm hu adegwat li l-Awtorità tkun fdata b’aktar responsabbiltajiet superviżorji f’dan il-qasam.

4.  Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill- Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 82

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 76 u l-Artikolu 77(1) u (2), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

L-Awtorità għandha tkun stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).

( 2 ) Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

( 3 ) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

( 4 ) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

( 5 ) Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 6 ) Ara paġna 84 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 7 ) Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

( 8 ) Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).

( 9 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

( 10 ) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

( 11 ) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).

( 12 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

( 13 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

( 14 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

( 15 ) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.