02010R1093 — MT — 12.01.2016 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1093/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE

(ĠU L 331 15.12.2010, p. 12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 1022/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2013

  L 287

5

29.10.2013

►M2

DIRETTIVA 2014/17/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-4 ta’ Frar 2014

  L 60

34

28.2.2014

►M3

DIRETTIVA 2014/59/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Mejju 2014

  L 173

190

12.6.2014

►M4

REGOLAMENT (UE) Nru 806/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Lulju 2014

  L 225

1

30.7.2014

►M5

DIRETTIVA (UE) 2015/2366 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-25 ta’ Novembru 2015

  L 337

35

23.12.2015




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1093/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Novembru 2010

li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE



KAPITOLU I

STABBILIMENT U STATUS ĠURIDIKU

Artikolu 1

Stabbiliment u ambitu tal-azzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (minn hawn ’ilquddiem, “l-Awtorità”).

▼M5

2.  L-Awtorità għandha taġixxi fi ħdan is-setgħat mogħtija minn dan ir-Regolament u fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2009/110/KE, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u sal-punt li dawk l-atti japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljawhom, fi ħdan il-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/65/KE u tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), inklużi d-direttivi, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawk l-atti, u ta’ kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità. L-Awtorità għandha taġixxi wkoll f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( 7 ).

▼B

3.  L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-konglomerati finanzjarji, il-kumpaniji tal-investiment, l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi fir-rigward ta’ kwistjonijiet li mhumiex koperti direttament fl-atti msemmija fil-paragrafu 2, inklużi kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva, verifika u rappurtar finanzjarju, bil-kondizzjoni li dawn l-azzjonijiet mill-Awtorità jkunu meħtieġa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dawk l-atti.

4.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, b’mod partikolari skont l-Artikolu 258 TFUE, sabiex tiżgura konformità mal-liġi tal-Unjoni.

5.  L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex:

(a) jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż, b’mod partikolari, livell sod, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni,

(b) jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat ordnat tas-swieq finanzjarji,

(ċ) tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali,

(d) jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju u tingħata promozzjoni għal kondizzjonijiet ugwali tal-kompetizzjoni,

(e) jiġi żgurat li t-teħid ta’ riskji ta’ kreditu u riskji oħrajn ikunu regolati u sorveljati kif xieraq, u

(f) tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur.

▼M1

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fil-paragrafu 2, tkattar il-konverġenza superviżorja, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni, u tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq sabiex tippromwovi l-ilħiq tal-għan tal-Awtorità.

▼B

Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju sistemiku fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji li n-nuqqas tagħhom jista’ jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

▼M1

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement u oġġettivament u b’mod mhux diskriminatorju fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi.

▼B

Artikolu 2

Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja

1.  L-Awtorità għandha tkun parti minn Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji.

2.  Is-SESF għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a) il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), għall-finijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 u dan ir-Regolament;

(b) l-Awtorità;

(c) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

(d) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtortià Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(e) il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“Kumitat Konġunt”) għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 54 sa 57 ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

▼M1

(f) l-awtoritajiet kompetenti jew superviżorji kif speċifikati fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

3.  L-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib mal-BERS u kif ukoll mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt, filwaqt li tiżgura konsistenza transsettorjali fil-ħidma u l-kisba ta’ pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u kwistjonijiet transsettorjali oħra.

4.  Skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b’fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b’mod partikolari sabiex jiżguraw il-fluss ta’ informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom.

5.  Dawk l-awtoritajiet superviżorji li huma parti għas-SESF għandhom ikunu obbligati li jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni skont l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼M1

Artikolu 3

Responsabbiltà tal-Awtoritajiet

L-Awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, f‘konformità ma’ dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M5

(1) “istituzzjonijiet finanzjarji” tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ditti ta’ investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, konglomerati finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2002/87/KE, fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fil-punt (11) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE, ħlief li, fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2015/849, istituzzjonijiet finanzjarji tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849;

▼M4

(2) “awtoritajiet kompetenti” tfisser:

(i) awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013u fid-Direttiva 2007/64/KE,u kif imsemmi fid-Direttiva 2009/110/KE;

(ii) fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, l-awtoritajiet kompetenti tfisser l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u dawk finanzjarji;

(iii) f'dak li jirrigwarda l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, il-korpi li jamministraw skemi ta' garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), jew, meta l-operat tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti tkun amministrata minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tagħmel superviżjoni ta' dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva; u

(iv) fir-rigward tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) u tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Kunsill u l-Kummissjoni meta jieħdu azzjonijiet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, għajr meta huma jeżerċitaw setgħat diskrezzjonali jew jagħmlu għażliet ta' politika.

▼B

Artikolu 5

Status ġuridiku

1.  L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni b’personalità ġuridika.

2.  F’kull Stat Membru, l-Awtorità għandha tgawdi l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi nazzjonali. Hija tista’, b’mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċedimenti legali.

3.  L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata mill-President tagħha.

Artikolu 6

Kompożizzjoni

L-Awtorità għandha tinkludi:

(1) Bord tas-Superviżuri, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 43;

(2) Bord Maniġerjali, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 47;

(3) President, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 48;

(4) Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 53;

(5) Bord tal-Appell, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 60.

Artikolu 7

Sede

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha f’Londra.



KAPITOLU II

KOMPITI U SETGĦAT TAL-AWTORITÀ

Artikolu 8

Kompiti u setgħat tal-Awtorità

1.  L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

▼M1

(a) li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, b'mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozzi ta' standards regolatorji u ta' implimentazzjoni u miżuri oħra li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2);

(aa) li tiżviluppa u żżomm aġġornat, filwaqt li tikkunsidra, inter alia, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli ta’ negozju ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, manwal ta’ superviżjoni Ewropew dwar is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni kollha, li jistipula l-aħjar prattika superviżorja fil-metodoloġiji u l-proċessi;

▼B

(b) li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura s-superviżjoni effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

▼M1

(c) li tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;

▼B

(d) li tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b’mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;

(e) li torganizza u twettaq analiżi tar-reviżjoni bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-ħruġ ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet u l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki, sabiex tissaħħaħ il-konsistenza f’eżiti superviżorji;

(f) li timmonitorja u tevalwa żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha, inkluż fejn adegwat xejriet fil-kreditu, partikolarment, għall-familji u l-SMEs;

(g) li tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex l-Awtorità tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha sew;

(h) li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur;

▼M1

(i) li tippromwovi l-funzjonament konsistenti u koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni, l-għoti ta’ protezzjoni ta’ livell għoli lid-depożituri u l-investituri madwar l-Unjoni u l-iżvilupp ta’ metodi għar-riżoluzzjoni tal-problemi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li qegħdin ifallu u valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ strumenti ta’ finanzjament, bl-għan li titrawwem kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti involuti fil-ġestjoni ta’ kriżijiet li jikkonċernaw istituzzjonijiet transkonfinali bil-potenzjal li joħolqu riskju sistemiku, b’konformità mal-Artikoli 21 sa 26;

▼B

(j) li twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f’dan ir-Regolament jew f’atti leġislattivi oħra;

(k) li tippubblika fil-website tagħha, u taġġorna b’mod regolari, l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha, b’mod partikolari fi ħdan il-kompetenzi tagħha, dwar istituzzjonijiet finanzjarji reġistrati, sabiex tiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku.

▼M1 —————

▼M1

1a.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha b’konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha:

(a) tuża s-setgħat sħaħ disponibbli lilha; u

(b) filwaqt li jitqies b'mod dovut l-objettiv li jiġu żgurati s-sikurtà u solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tikkunsidra b’mod sħiħ it-tipi differenti, il-mudelli ta’ negozju u d-daqsijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

▼B

2.  Biex taqdi l-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari s-setgħa li:

(a) tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 10;

(b) tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 15;

(c) toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 16;

(d) toħroġ rakkomandazzjonijiet f’każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 17(3);

(e) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 18(3) u 19(3);

(f) f’każijiet li jirrigwardaw il-liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 17(6), fl-Artikolu 18(4), u fl-Artikolu 19(4);

(g) toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 34;

(h) tiġbor l-informazzjoni meħtieġa rigward l-istituzzjonijiet finanzjarji kif previst fl-Artikolu 35;

(i) tiżviluppa metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;

(j) tipprovdi database aċċessibbli ċentralment tal-istituzzjonijiet finanzjarji rreġistrati fil-qasam tal-kompetenza tagħha fejn speċifikat fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼M1

2a.  Fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 u fl-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità għandha tikkunsidra debitament il-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, inklużi r-riżultati tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ġġenerati skont dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 9

Kompiti relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-attivitijiet finanzjarji

1.  L-Awtorità għandu jkollha rwol minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tat-trasparenza, tas-sempliċità u tal-ġustizzja fis-suq għall-prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq intern kollu, inkluż permezz ta’:

(a) il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi;

(b) ir-reviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi dwar il-litteriżmu u l-edukazzjoni fil-qasam finanzjarju mill-awtoritajiet kompetenti;

(c) l-iżvilupp ta’ standards tat-taħriġ għall-industrija; u

(d) il-kontribut għall-iżvilupp ta’ regoli ta’ żvelar komuni.

2.  L-Awtorità għandha tissorvelja attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista’ tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb tal-promozzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tas-swieq u l-konverġenza tal-prassi regolatorja.

3.  L-Awtorità tista’ wkoll toħroġ avviżi fil-każ li attività finanzjarja toħloq theddida serja lill-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1(5).

▼M1

4.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali tal-Awtorità, Kumitat għall-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor flimkien l-awtoritajiet superviżorji kompetenti rilevanti kollha bl-għan li jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta’ attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u jipprovdi pariri biex l-Awtorità tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

▼B

5.  L-Awtorità tista’, b’mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi tipi ta’ attivitajiet finanzjarji li jkunu ta’ theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha fl-Unjoni f’każijiet speċifikati u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jew, jekk ikun meħtieġ, f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza konformement ma’ u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18.

L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’intervalli adatti u mill-inqas kull tliet xhur. Jekk id-deċiżjoni ma tiġġeddidx wara perijodu ta’ tliet xhur, hija għandha tiskadi awtomatikament.

Stat Membru jista’ jitlob lill-Awtorità biex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. F’dak il-każ l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx id-deċiżjoni tagħha.

▼M1

L-Awtorità tista' wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta' attività finanzjarja u, fejn hemm bżonn bħal dan, tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta' kwalunkwe tali projbizzjoni jew restrizzjoni.

▼B

Artikolu 10

Standards tekniċi regolatorji

1.  Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddelegaw is-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma mniżżlin speċifikament fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji. L-Awtorità għandha tissottometti l-abbozzi ta’ standards tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

L-istandards tekniċi regolatorji għandhom ikunu tekniċi, m’għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta’ politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġislattivi li fuqhom huma bbażati.

Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, bil-kondizzjoni li dawn il-konsultazzjonijiet u l-analiżi ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-abbozzi ta’ istandards tekniċi kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Meta l-Awtorità tippreżenta abbozz ta’ standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha immedjatament tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx. Il-Kummissjoni tista’ tapprova l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji parzjalment biss, jew b’emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew li tapprovahom parzjalment jew b’emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku lura lill-Awtorità, fejn tispjega għalfejn hija ma tapprovahx, jew, skont il-każ, fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha. Fi żmien perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa’ tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju li ma jkunx emendat b’mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti, jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni ma tistax tbiddel il-kontenut ta’ abbozz ta’ standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

2.  Fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta’ standard tekniku regolatorju fil-limitu ta’ żmien imniżżel fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista’ titlob tali abbożż f’limitu ta’ żmien ġdid.

3.  Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta’ standard tekniku regolatorju lill-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien f’konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta standard tekniku regolatorju permezz ta’ att delegat mingħajr abbozz mill-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta’ applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju tagħha lill-Awtorità. Fi żmien perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk mal-iskadenza tal-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandards tekniċi regolatorji.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku regolatorju emendat fil-perijodu ta’ sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku regolatorju bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti. Il-Kummissjoni m’għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

4.  L-istandards tekniċi regolatorji għandhom jiġi adottati permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet. Huma għandhom ikunu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fih.

Artikolu 11

Eżeċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mis-16 ta’ Diċembru 2010. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex skont l-Artikolu 14.

2.  Hekk kif tadotta standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 14.

Artikolu 12

Revoka tad-delega

1.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista’ tkun suġġetta għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-istandards tekniċi regolatorji li huma diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal standard tekniku regolatorju f’perijodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika tal-istandard tekniku regolatorju adottat mill-Kummissjoni. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

▼M2

Fejn il-Kummissjoni tadotta standard tekniku regolatorju li jkun l-istess bħall-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-Awtorità, il-perijodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għandu jkun ta’ xahar mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal perjodu inizjali ta’ xahar u jista’ jiġġedded għal perjodu addizzjonali ta’ xahar.

▼B

2.  Jekk, meta jiskadi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun oġġezzjona għall-istandard tekniku regolatorju, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-istandard tekniku regolatorju għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jista’ jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal standard tekniku regolatorjufil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. F’konformità mal-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-istandard tekniku regolatorju.

Artikolu 14

Nuqqas ta’ approvazzjoni jew emendar ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji

1.  Fil-każ li l-Kummissjoni ma tapprovax abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew temendah kif previst fl-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Awtorità, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn issemmi r-raġunijiet tagħha.

2.  Fejn adatt, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, fi żmien xahar tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill biex jippreżenta u jispjega d-differenzi tagħhom.

Artikolu 15

Standards tekniċi ta’ implimentazzjoni

1.  L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE, fl-oqsma stipulati speċifikament fl-atti leġislattivi msemmijin fl-Artikolu 1(2). L-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu tekniċi, m’għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet ta’ politika u l-kontenut tagħhom għandu jkun li jiddetermina l-kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-atti. L-Awtorità għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Qabel ma tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa u għandha tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u l-analiżi ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tal-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. L-Awtorità għandha titlob ukoll l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Meta l-Awtorità tippreżenta abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha minnufih tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx. Il-Kummissjoni tista’ testendi dak il-perijodu b’xahar. Il-Kummissjoni tista’ tapprova l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni parzjalment biss, jew b’emendi, fejn l-interessi tal-Unjoni jirrikjedu dan.

Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax l-abbozz ta’ standard tekniku regolatorju jew ikollha l-intenzjoni li tapprovah parzjalment jew b’emendi, hi għandha tibgħatu lura lill-Awtorità fejn tispjega għalfejn hija m’għandhiex l-intenzjoni li tapprovah, jew, skont il-każ, fejn tispjega r-raġunijiet għall-emendi tagħha. F’perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa’ tressqu fil-forma ta’ opinjoni lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk mal-iskadenza tal-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-ħames subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat, jew tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni li ma jkunx emendat b’mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard bl-emendi li tikkunsidra li jkunu rilevanti jew tirrifjutah.

Il-Kummissjoni m’għandhiex tbiddel il-kontenut ta’ abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni mħejji mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

2.  F’każijiet fejn l-Awtorità ma tkunx ressqet abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista’ titlob tali abbozz f’limitu ta’ żmien ġdid.

3.  Huwa biss fejn l-Awtorità ma tressaqx abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien f’konformità mal-paragrafu 2, li l-Kummissjoni tkun tista’ tadotta standard tekniku ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr abbozz mill-Awtorità.

L-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, sakemm dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta’ applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standard tekniku immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni lill-Awtorità. F’perijodu ta’ sitt ġimgħat, l-Awtorità tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni u tressqu lill-Kummissjoni fil-forma ta’ opinjoni formali. L-Awtorità għandha tibgħat kopja tal-opinjoni formali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Jekk, mal-iskadenza tal-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fir-raba’ subparagrafu, l-Awtorità ma tkunx ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat, il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandard tekniku ta’ implimentazzjoni.

Jekk l-Awtorità tkun ippreżentat abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni emendat fil-perijodu ta’ sitt ġimgħat, il-Kummissjoni tista’ temenda l-abbozz ta’ standard tekniku ta’ implimentazzjoni abbażi tal-emendi proposti tal-Awtorità jew tadotta l-istandard tekniku ta’ implimentazzjoni bl-emendi li hija tqis bħala rilevanti.

Il-Kummissjoni m’għandhiex tbiddel il-kontenut tal-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità, kif stipulat f’dan l-Artikolu.

4.  L-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati permezz ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet. Huma għandhom ikunu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data msemmija fih.

Artikolu 16

Linji gwida u rakkomandazzjonijiet

1.  L-Awtorità, sabiex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni, għandha toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

2.  L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. Tali konsultazzjonijiet u analiżi għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet. L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha titlob ukoll opinjoniijiet jew parir mill-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati msemmi fl-Artikolu 37.

3.  L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet.

Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk tikkonformax jew jekk hijiex biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. F’każ li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma tkunx biħsiebha tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha.

L-Awtorità għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma tkunx biħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-Awtorità tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ, li tippubblika r-raġunijiet provduti mill-awtorità kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi notifika bil-quddiem dwar tali pubblikazzjoni.

Jekk ikun meħtieġ minn din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw, b’mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx jew le ma’ din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni.

4.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li jkunu nħarġu, u tindika liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat magħhom, u tiddeskrivi kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni l-awtorità kompetenti kkonċernata ssegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha.

Artikolu 17

Ksur tal-liġi tal-Unjoni

1.  Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), jew tkun applikathom b’mod li jidher li jkun ksur tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti skont l-Artikoli 10 sa 15, b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dawk l-atti, l-Awtorità għandha taġixxi skont is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.  Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati, jew fuq inizjattiva tagħha stess, u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata, l-Awtorità tista’ tinvestiga l-ksur jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni allegati tal-liġi tal-Unjoni.

▼M2

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala neċessarja għall-investigazzjoni tagħha inkluż dwar kif l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) huma applikati skont il-liġi tal-Unjoni.

▼B

3.  L-Awtorità tista’, mhux aktar tard minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti konċernata li tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

4.  Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità, jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perijodu b’xahar.

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5.  L-awtorità kompetenti, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma ma’ dik l-opinjoni formali.

6.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 fil-perijodu ta’ żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun tali nuqqas ta’ konformità sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kondizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tkun teħtieġ l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni fosthom il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

7.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Meta tittieħed azzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew deċiżjoni skont il-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont il-każ.

8.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali jew mad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 18

Azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

▼M1

1.  Fil-każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, l-Awtorità għandha tiffaċilita b’mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti rilevanti.

Sabiex tkun tista’ twettaq dak ir-rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ dwar kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatriċi fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti rilevanti.

▼B

2.  Il-Kunsill, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-BERS u, fejn adatt, l-ASE, jista’ jadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, wara talba mill-Awtorità, il-Kummissjoni jew il-BERS. Il-Kunsill għandu jirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli adatti u mill-inqas darba fix-xahar. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix imġedda fit-tmiem ta’ perijodu ta’ xahar, hija għandha tiskadi awtomatikament. Il-Kunsill jista’ jiddikjara l-waqfien tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fi kwalunkwe ħin.

Meta l-BERS iqis jew l-Awtorità tqis li tista’ tqum sitwazzjoni ta’ emerġenza, huwa għandu joħroġ jew hija għandha toħroġ rakkomandazzjoni kunfidenzjali indirizzata lill-Kunsill u jipprovdih/tipprovdij b’valutazzjoni tas-sitwazzjoni. Sussegwentement, il-Kunsill għandu jivvaluta il-ħtieġa għal laqgħa. F’dak il-proċess, għandha tiġi garantita l-attenzjoni debita għall-kunfidenzjalità.

Jekk il-Kunsill jiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, huwa għandu jinforma b’dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

▼M1

3.  Meta l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2, u f’ċirkostanzi straordinarji meta tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti bħala reazzjoni għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b’mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, l-Awtorità, tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe żvilupp bħal dan billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dik il-leġislazzjoni.

▼B

4.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 3 fil-perijodu stipulat f’dik id-deċiżjoni, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) inkluż fi standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità ma’ dawk l-atti japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja sabiex titlobha tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġislazzjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika. Dan għandu japplika biss f’sitwazzjonijiet li fihom awtorità kompetenti ma tapplikax l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità ma’ dawk l-atti, jew tapplikahom b’mod li jidher li hu ksur manifest ta’ dawk l-atti, u meta r-rimedjar urġenti huwa meħtieġ sabiex jitreġġgħu lura t-tħaddim tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni.

5.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

Artikolu 19

Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet transkonfinali

▼M1

1.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 17, meta awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtorità kompetenti oħra f'każijiet speċifikati fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti kkonċernata waħda jew aktar, tista' tassisti lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil b'konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu.

▼B

F’każijiet speċifikati fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u fejn abbażi ta’ kriterji oġġettivi jista’ jkun determinat nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri differenti, l-Awtorità tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, tassisti lill-awtoritajiet biex jiksbu ftehim f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

2.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għall-konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perijodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F’dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur.

3.  Jekk, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jilħqux ftehim fil-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità tista’, f’konformità mal-proċedura mniżżla fit-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 44(1) tieħu deċiżjoni li tirrikjedi li huma jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, b’effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, sabiex jiżguraw il-konformità mal-liġi tal-Unjoni.

4.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b’hekk tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja sabiex teħtieġha tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika.

5.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

6.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 50(2), il-President tal-Awtorità għandu jistipula n-natura u t-tip tan-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehimiet milħuqa u d-deċiżjonijiet meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta’ qbil.

Artikolu 20

Riżoluzzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi kwistjonijiet transsettorjali

Il-Kumitat Konġunt, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19 u fl-Artikolu 56, għandu jirriżolvi nuqqas ta’ qbil transsettorjali li jista’ jinħoloq bejn awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament.

▼M1

Artikolu 20a

Il-Konverġenza tal-proċess ta' reviżjoni superviżorja

L-Awtorità għandha tippromwovi, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, il-konverġenza tal-proċess ta' reviżjoni u valutazzjoni superviżorji b’konformità mad-Direttiva 2013/36UE sabiex fl-Unjoni jiddaħħlu standards superviżorji b'saħħithom.

▼B

Artikolu 21

Kulleġġi tas-superviżuri

▼M1

1.  L-Awtorità għandha tippromwovi, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, il-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE u trawwem il-konsistenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fost il-kulleġġi tas-superviżuri. Bl-għan li ssir konverġenza tal-aħjar prattiki superviżorji, l-Awtorità għandha tippromwovi pjanijiet superviżorji konġunti u eżamijiet konġunti, u l-persunal mill-Awtorità għandu jkun jista’ jipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġi tas-superviżuri, inklużi eżamijiet fuq il-post, imwettqa b’mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2.  L-Awtorità għandha tieħu t-tmexxija biex jiġi żgurat funzjonament konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri għal istituzzjonijiet transkonfinali madwar l-Unjoni, filwaqt li tikkunsidra r-riskju sistemiku maħluq mill-istituzzjonijiet finanzjarji msemmi fl-Artikolu 23, u għandha, fejn xieraq, issejjaħ laqgħa ta’ kulleġġ.

▼B

Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu u tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġislazzjoni rilevanti.

L-Awtorità tista’:

(a) tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti kollha f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġ u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġ;

(b) tagħti bidu u tikkoordina simulazzjoni ta’ kriżi fl-Unjoni kollha f’konformità mal-Artikolu 32 biex tivvaluta r-reżiljenza ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, b’mod partikolari r-riskju sistemiku ppreżentat minn istituzzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 23, għal żviluppi negattivi fis-swieq, u tivvaluta l-potenzjal li jikber ir-riskju sistemiku f’sitwazzjonijiet ta’ stress, waqt li jiġi żgurat li metodoloġija konsistenti tiġi applikata fil-livell nazzjonali għal tali testijiet u, fejn adatt, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jiġu korretti kwistjonijiet identifikati fit-test tal-istress;

(c) tippromwovi attivitajiet superviżorji effettivi u effiċjenti, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkun esposti għalihom kif determinat skont il-proċess ta’ rieżami superviżorju jew f’sitwazzjonijiet ta’ stress;

(d) tissorvelja, f’konformità mal-kompiti u s-setgħat speċifikati f’dan ir-Regolament, il-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti; u

(e) titlob aktar deliberazzjonijiet ta’ kulleġġ fi kwalunkwe każ fejn hija tikkunsidra li d-deċiżjoni tirriżulta f’applikazzjoni skorretta tal-liġi tal-Unjoni jew ma tikkontribwixxix għall-għan ta’ konverġenza tal-prattiki superviżorji. Hija tista’ tirrikjedi wkoll lill-kontrollur li jikkonsolida li jippjana laqgħa tal-kulleġġ jew iżid punt mal-aġenda ta’ laqgħa.

3.  L-Awtorità tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta’ superviżuri u toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 16 biex tippromwovi konverġenza fil-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri.

4.  L-Awtorità għandu jkollha rwol ta’ medjazzjoni legalment vinkolanti sabiex issolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19. L-Awtorità tista’ tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 19.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  L-Awtorità għandha tikkunsidra b’mod dovut ir-riskju sistemiku kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Hija għandha tindirizza kwalunkwe riskju ta’ tħarbit fis-servizzi finanzjarji li:

(a) ikun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha; u

(b) li jkollu l-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.

L-Awtorità għandha tikkunsidra, fejn adatt, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ riskju sistemiku kif żviluppati mill-BERS u l-Awtorità u tirrispondi għal twissijiet u rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.

▼M1

1a.  Tal-inqas darba fis-sena, l-Awtorità għandha tikkunsidra kemm ikun xieraq li twettaq valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha dwar ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b’konformità mal-Artiolu 32, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kunsiderazzjonijiet tagħha. Meta jitwettqu valutazzjonijiet bħal dawn mal-Unjoni kollha u l-Awtorità tqis li jkun xieraq li tagħmel dan, hija għandha tiżvela r-riżultati għal kull istituzzjoni finanzjarja parteċipanti.

▼B

2.  L-Awtorità għandha, f’kollaborazzjoni mal-BERS, tiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (tabella operattiva tar-riskji) biex tidentifika u tkejjel ir-riskju sistemiku.

L-Awtorità għandha tiżviluppa wkoll sistema adegwata għas-simulazzjoni ta’ kriżijiet biex jgħin fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tfassal, kif meħtieġ, linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-istituzzjonijiet finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku li huma joħolqu.

L-Awtorità għandha tiżgura li r-riskju sistemiku maħluq mill-istituzzjonijiet finanzjarji jiġi kkunsidrat fl-iżvilupp tal-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

4.  Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jew il-Kummissjoni jew bl-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista’ twettaq inkjesta dwar tip partikolari ta’ istituzzjoni finanzjarja jew tip ta’ prodott jew tip ta’ kondotta sabiex tevalwa theddid potenzjali għall-istabbilità tas-sistema finanzjarja u tagħmel rakkomandazzjonijiet adatti għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità tista’ tuża s-setgħat konferiti fuqha skont dan ir-Regolament, inkluż l-Artikolu 35.

5.  Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura koordinazzjoni ġenerali u transsettorjali tal-attivitajiet imwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 23

Identifikazzjoni u kejl ta’ riskju sistemiku

1.  L-Awtorità għandha, f’konsultazzjoni mal-BERS, tiżviluppa kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl ta’ riskju sistemiku u sistema adegwata għas-simulazzjoni ta’ kriżijiet li jinkludi valutazzjoni tal-potenzjal li riskju sistemiku maħluq minn istituzzjonijiet finanzjarji jiżdied f’sitwazzjonijiet ta’ tensjoni. L-istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni aktar qawwija, u fejn meħtieġ, għall-proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 25.

2.  L-Awtorità għandha tqis b’mod sħiħ l-approċċi internazzjonali rilevanti meta tiżviluppa l-kriterji għall-identifikazzjoni u l-kejl ta’ riskju sistemiku ppreżentat minn istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali.

Artikolu 24

Kapaċità permanenti li tirrispondi għal riskji sistemiċi

1.  L-Awtorità għandha tiżgura li għandha kapaċità speċjalizzata u kontinwa biex tirrispondi b’mod effettiv għall-materjalizzazzjoni ta’ riskji sistemiċi kif imsemmi fl-Artikoli 22 u 23 u, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet li jippreżentaw riskju sistemiku.

2.  L-Awtorità għandha twettaq il-kompiti konferiti lilha f’dan ir-Regolament u fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), u għandha tikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ maniġġar ta’ kriżijiet u reġim ta’ riżoluzzjoni koerenti u kkoordinati fl-Unjoni.

Artikolu 25

Proċeduri ta’ rkupru u riżoluzzjoni

▼M1

1.  L-Awtorità għandha tikkontribwixxi u tipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni effikaċi, konsistenti u aġġornati għall-istituzzjonijiet finanzjarji. L-Awtorità għandha wkoll, fejn dan ikun previst fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), tgħin fl-iżvilupp ta’ proċeduri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u fl-iżvilupp ta’ miżuri preventivi biex jiġi minimizzat l-impatt sistemiku ta’ kwalunkwe falliment.

▼M4

1a.  L-Awtorità tista' torganizza u tagħmel rieżamijiet bejn il-pari tal-iskambju ta' informazzjoni u tal-attivitajiet konġunti tal-Bord imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni fir-riżoluzzjoni ta' gruppi transkonfinali biex issaħħaħ l-effikaċja u l-konsistenza tal-eżiti. Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni u paraguni oġġettivi.

▼B

2.  L-Awtorità tista’ tidentifika l-aħjar prattiki bl-għan li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet li qed ifallu u, b’mod partikolari, gruppi transkonfinali, b’mod li jiġi evitat kontaġju, filwaqt li jkun żgurat li għodod adatti, inklużi riżorsi suffiċjenti, ikunu disponibbli u jippermettu lill-istituzzjoni jew lill-grupp biex jiġi riżolt b’mod ordnat, kost-effiċjenti u f’waqtu.

3.  L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif speċifikat fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 15.

Artikolu 26

Sistema Ewropea ta’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti

1.  L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sistema Ewropea tal-’ skemi ta’ garanzija tad-depożiti nazzjonali billi taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha f’dan ir-Regolament biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 94/19/KE bil-għan li jiġi żgurat li skemi nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti jkunu ffinanzjati b’mod adegwat permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet finanzjarji inkluż minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti u li jieħdu depożiti fi ħdan l-Unjoni iżda li jkollhom il-kwartieri ġenerali barra l-Unjoni kif tipprevedi d-Direttiva 94/19/KE u li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni lid-depożituri kollha f’qafas armonizzat madwar l-Unjoni, li tħalli r-rwol ta’ salvagwardja tal-iskemi ta’ garanzija reċiproka intatti, sakemm ikunu konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni.

2.  L-Artikolu 16 dwar is-setgħat tal-Awtorità li tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet għandu japplika għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti.

3.  L-Awtorità tista’ tiżviluppa standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni kif speċifikat fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 15.

4.  Ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament kif prevista fl-Artikolu 81 għandha b’mod partikolari teżamina l-konverġenza tas-sistema Ewropea tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti nazzjonali.

Artikolu 27

Sistema Ewropea għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet fis-settur bankarju u arranġamenti ta’ finanzjament

1.  L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ metodi għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li qed ifallu, partikolarment dawk li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku, b’modi li jevitaw kontaġju u jippermettulhom li jiġu stralċjati b’mod ordnat u f’waqtu, inkluż, fejn applikabbli, mekkaniżmi ta’ finanzjament koerenti u robusti kif ikun xieraq.

▼M1

2.  L-Awtorità għandha tipprovdi l-valutazzjoni tagħha dwar il-ħtieġa ta’ sistema ta' mekkaniżmi ta’ finanzjament koerenti, robusti u kredibbli, bi strumenti ta' finanzjament xierqa marbuta ma' sett ta' arranġamenti kkoordinati għall-ġestjoni tal-kriżijiet.

▼B

L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-ħidma fil-kwistjonijiet ta’ kuntest ekwu u impatti kumulattivi ta’ kwalunkwe sistema ta’ tariffi u kontribuzzjonijiet fuq istituzzjonijiet finanzjarji li jistgħu jiġu introdotti biex tkun żgurata kondiviżjoni ġusta tal-piż u inċentivi biex jiġi mrażżan riskju sistemiku bħala parti minn qafas ta’ riżoluzzjoni koerenti u kredibbli.

Ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament kif previst fl-Artikolu 81 għandu b’mod partikolari jeżamina t-tisħiħ possibbli tar-rwol tal-Awtorità fil-qafas tal-prevenzjoni, il-maniġġar u r-riżoluzzjoni ta’ kriżijiet, u, jekk meħtieġ, il-ħolqien ta’ fond ta’ riżoluzzjoni Ewropew.

Artikolu 28

Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bil-kunsens tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega, jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lill-Awtorità jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi fir-rigward tad-delega tar-responsabbiltajiet li magħhom irid ikun hemm konformità qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidħlu f’dawn il-ftehimiet ta’ delega, u jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega għal dak li hu meħtieġ għas-superviżjoni effettiva tal-istituzzjonijiet jew il-gruppi finanzjarji transkonfinali.

2.  L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta’ kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u r-responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu b’mod konġunt u billi tippromwovi l-aħjar prattiki.

3.  Id-delega tar-responsabilitajiet għandha tirriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi stipulati fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega għandha tirregola l-proċedura, l-infurzar u r-reviżjoni amministrattiva u ġudizzjarja relatati mar-responsabbiltajiet li jkunu ġew delegati.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta’ delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità.

L-Awtorità tista’ tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata.

L-Awtorità għandha tippubblika, bil-mezzi xierqa, kwalunkwe ftehim ta’ delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati b’mod xieraq.

Artikolu 29

Kultura superviżorja komuni

1.  L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura superviżorja komuni tal-Unjoni u prattiki superviżorji konsistenti, kif ukoll biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni. L-Awtorità, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

(a) li tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;

(b) li tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b’rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data pprovduti fil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni;

(c) li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar, u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(3);

(d) li tirrevedi l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, u tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn xieraq; u

(e) li tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u strumenti oħra.

2.  L-Awtorità tista’, kif ikun xieraq, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta’ konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiki superviżorji komuni.

▼M1

Bl-għan li tinbena kultura superviżorja komuni, l-Awtorità għandha tiżviluppa u żżomm aġġornat, filwaqt li tikkunsidra, inter alia, il-prattiki kummerċjali u l-mudelli ta’ negozju ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li qed jinbidlu, manwal ta’ superviżjoni Ewropew dwar is-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-Unjoni kollha. Il-manwal ta’ superviżjoni Ewropew għandu jistipula l-aħjar prattiki superviżorji fil-metodoloġiji u l-proċessi.

▼B

Artikolu 30

Reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-Awtorità għandha perjodikament torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari ta’ xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex issaħħaħ aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista’ tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet li saretilhom reviżjoni. Fit-twettiq ta’ reviżjonijiet bejn il-pari, għandhom jitqiesu l-informazzjoni eżistenti u l-valutazzjonijiet li jkunu diġà saru fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata.

2.  Ir-reviżjoni bejn il-pari għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda m’għandhiex tkun limitata għal:

(a) l-adegwatezza tal-arranġamenti tar-riżorsi u tal-governanza tal-awtorità kompetenti, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-istandards tekniċi regolatorji u tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 10 sa 15 u fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;

(b) il-livell ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 10 sa 16, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni;

(c) l-aħjar prattiki żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottawhom;

(d) l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuqin fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-miżuri amministrattivi u s-sanzjonijiet imposti kontra persuni responsabbli fejn ma kienx hemm konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

▼M1

3.  Abbażi ta’ reviżjoni bejn il-pari, l-Awtorità tista’ toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16. B’konformità mal-Artikolu 16(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistinkaw biex isegwu dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Meta tkun qed tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji jew ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikoli 10 sa 15, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħha, biex tiżgura konverġenza tal-istandards u l-prattiki tal-ogħla kwalità.

3a.  L-Awtorità għandha tippreżenta opinjoni lill-Kummissjoni kull meta r-reviżjoni bejn il-pari jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħha turi li jkun hemm bżonn ta’ inizjattiva leġislattiva biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli prudenzjali.

▼B

4.  L-Awtorità għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu identifikati minn dawk ir-reviżjonijiet bejn il-pari. Barra minn hekk, ir-riżultati kollha l-oħra tar-reviżjonijiet bejn il-pari jistgħu jiġu żvelati b’mod pubbliku, soġġett għall-ftehim tal-awtorità kompetenti li hija s-suġġett tar-reviżjoni bejn il-pari.

Artikolu 31

Funzjoni ta’ koordinament

L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta’ koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni.

L-Awtorità għandha tippromwovi rispons koordinat tal-Unjoni, fost l-oħrajn billi:

(a) tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

▼M1

(b) tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni u tivverifika, fejn xieraq, l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha;

▼B

(c) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19, twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess;

▼M1

(d) tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali ta’ emerġenza;

(e) tieħu l-miżuri xierqa kollha f’każ ta’ żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji fid-dawl tal-koordinament tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(f) tiċċentralizza l-informazzjoni li tasal mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 21 u 35 b’riżultat tal-obbligi ta’ rapportar regolatorju tal-istituzzjonijiet. L-Aworità għandha tikkondividi dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra.

▼B

Artikolu 32

Valutazzjoni tal-iżviluppi fis-suq

1.  L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fil-valutazzjonijiet tagħha analiżi ekonomika tas-swieq li fihom joperaw l-istituzzjonijiet finanzjarji, u valutazzjoni tal-impatt li jistgħu jkollhom l-iżviluppi potenzjali tas-suq fuq tali istituzzjonijiet.

▼M1

2.  L-Awtorità għandha, b’kooperazzjoni mal-BERS, tniedi u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżviluppi negattivi tas-suq. Għal dak l-għan, hija għandha tiżviluppa:

(a) metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji ta’ istituzzjoni;

(b) approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(c) metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikolari jew tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq istituzzjoni; u

(d) metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-assi skont kif meħtieġ għall-fini tat-testijiet tal-istress.

▼B

3.  Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-Awtorità għandha, mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta’ spiss skont il-ħtieġa, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha.

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju.

▼M1

3a.  Bl-iskop li jsiru l-valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji taħt dan l-Artikolu, l-Awtorità tista’, b’konformità mal-Artikolu 35 u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fih, tirrikjedi l-informazzjoni direttament minn dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji. Tista’ tirrikjedi wkoll li l-awtoritajiet superviżorji jwettqu rieżamijiet speċifiċi. Tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu spezzjonijiet fuq il-post, u tista' tieħu sehem f'dawn l-ispezzjonijiet fuq il-post b'konformità mal-Artikolu 21 u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fih, biex tiġi żgurata l-komparabilità u l-affidabilità tal-metodi, il-prattiki u r-riżultati.

3b.  L-Awtorità tista’ titlob li l-awtoritajiet kompetenti biex jirrikjedu li l-istituzzjonijiet finanzjarji jagħmlu suġġetta għal verifika indipendenti dik l-informazzjoni li għandhom jipprovdu skont il-paragrafu 3a.

▼B

4.  L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) permezz tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 33

Relazzjonijiet internazzjonali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet superviżorji, orgnaizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti m’għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas m’għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi.

2.  L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza fir-rigward ta’ reġimi superviżorji f’pajjiżi terzi skont l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tistipula l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew ma’ amministrazzjonijiet f’pajjiżi terzi u l-assistenza pprovduta fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza.

Artikolu 34

Kompiti oħrajn

1.  L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha.

2.  Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali tal-għaqdiet u l-akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE, kif emendata mid-Direttiva 2007/44/KE, u li skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista’, fuq applikazzjoni ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali, ħlief fir-rigward tal-kriterji fl-Artikolu 19a(1)(e) tad-Direttiva 2006/48/KE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u fi kwalunkwe każ qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ valutazzjoni skont id-Direttiva 2006/48/KE, kif emendata mid-Direttiva 2007/44/KE. L-Artikolu 35 għandu japplika għall-oqsma li fir-rigward tagħhom l-Awtorità tista’ toħroġ opinjoni.

Artikolu 35

Ġbir ta’ informazzjoni

▼M1

1.  Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa, f’formati speċifikati, sabiex twettaq il-kompiti mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, dejjem jekk ikollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti. L-informazzjoni għandha tkun preċiża, koerenti, kompleta u f'waqtha.

2.  L-Awtorità tista' wkoll titlob li l-informazzjoni tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti u f'formati speċifikati jew permezz ta' mudelli komparabbli approvati mill-Awtorità. Tali talbiet għandhom, fejn possibbli, isiru bl-użu ta’ formati komuni ta’ rapportar.

3.  Fuq talba debitament ġustifikata mill-awtorità kompetenti, l-Awtorità għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun metħieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq il-kompiti tagħha, skont l-obbligi tas-sigriet professjonali stabbiliti fil-leġislazzjoni settorjali u fl-Artikolu 70 ta' dan ir-Regolament.

▼B

4.  Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligi ta’ rapportar, l-Awtorità għandha tieħu kont ta’ kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

5.  Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax f’waqtha mill-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tista’ tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata lil awtoritajiet superviżorji oħrajn, lill-ministeru responsabbli għall-finanzi fejn dan ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu, lill-bank ċentrali nazzjonali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.

▼M1

6.  Meta ma jkunx hemm disponibbli informazzjoni kompleta u preċiża jew tali informazzjoni ma tkunx saret disponibbli f’waqtha, skont il-paragrafu 1 jew 5, l-Awtorità tista’ tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata, direttament minn:

(a) istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti,

(b) kumpaniji azzjonarji u/jew fergħat ta' istituzzjoni finanzjarja rilevanti,

(c) entitajiet operattivi mhux regolati fi ħdan konglomerat jew grupp finanzjarju li jkunu sinifikanti għall-attivitajiet finanzjarji tal-istituzzjonijiet finanzjarji relevanti.

Id-destinatarji ta' tali talba għandhom jipprovdu lill-Awtorità minnufih u mingħajr dewmien b'informazzjoni ċara, preċiża, u kompleta.

▼B

L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f’konformità ma’ dan il-paragrafu u mal-paragrafu 5.

Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni.

7.  L-Awtorità tista’ tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.

▼M1

7a.  Meta dawk indirizzati b’talba taħt il-paragrafu 6 ma jipprovdux minnufih informazzjoni ċara, preċiża, u kompleta, l-Awtorità għandha tinforma lill-Bank Ċentrali Ewropew meta dan ikun applikabbli u lill-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri kkonċernati li, b’suġġett għal-liġi nazzjonali, għanhdom jikkooperaw mal-Awtorità bl-għan li jiġi żgurat aċċess sħiħ għall-informazzjoni u għal kwalunkwe dokument, ktieb jew reġistru oriġinat li dawk indirizzati jkollhom aċċess legali għalih sabiex tivverifika l-informazzjoni.

▼B

Artikolu 36

Relazzjoni mal-BERS

1.  L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib u fuq bażi regolari mal-BERS.

2.  L-Awtorità għandha tipprovdi lill-BERS b’informazzjoni regolari u f’waqtha li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-ilħuq tal-kompiti tagħha li ma tkunx f’format fil-qosor jew aggregat, għandha tiġi pprovduta, mingħajr dewmien, lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. L-Awtorità, f’kooperazzjoni mal-BERS, għandha tistabbilixxi proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, partikolarment informazzjoni dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

3.  L-Awtorità għandha, f’konformità mal-paragrafi 4 u 5, tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1092/2010.

4.  Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, l-Awtorità għandha ssejjaħ laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr dewmien u tivvaluta l-implikazzjonijiet ta’ tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, dwar kwalunkwe azzjonijiet li għandhom jittieħdu skont is-setgħat mogħtija lilha b’dan ir-Regolament, biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet.

▼M1

Jekk l-Awtorità ma taġixxix fuq rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-Kunsill u lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan. Il-BERS għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'dan b’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.

▼B

5.  Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b’dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f’waqtu.

Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni.

▼M1

Fejn l-awtorità kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, tgħarraf lill-Kunsill u lill-BERS bl-azzjonijiet li tkun ħadet bi tweġiba għar-rakommandazzjoni tal-BERS, hija għandha tqis kif jistħoqq il-fehemiet tal-Bord tas-Superviżuri u għandha wkoll tgħarraf lill-Kummissjoni.

▼B

6.  Fit-twettiq tal-kompiti mniżżlin f’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS.

Artikolu 37

Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati

1.  Biex jgħin fil-faċilitazzjoni tal-konsultazzjoni mal-partijiet interessati f’oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, għandu jiġi stabbilit Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun ikkonsultat dwar azzjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, l-Artikolu 16 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk ikunu jridu jittieħdu azzjonijiet b’mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiġi mgħarraf kemm jista’ jkun malajr.

▼M1

Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jiltaqa’ fuq inizjattiva proprja skont il-ħtieġa, u fi kwalunkwe każ mhux inqas minn erba’ darbiet fis-sena.

▼B

2.  Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw b’mod proporzjonat l-istituzzjonijiet tal-kreditu u tal-investiment li joperaw fl-Unjoni, ir-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom kif ukoll il-konsumaturi, l-utenti tas-servizzi bankarji u r-rappreżentanti tal-SMEs. Tal-inqas ħamsa mill-membri tiegħu għandhom ikunu persuni mill-qasam akkademiku indipendenti tal-ogħla klassifika. Għaxra mill-membri tiegħu għandhom jirrappreżentaw l-isituzzjonijiet finanzjarji, li tlieta fosthom għandhom jirrappreżentaw il-banek kooperattivi u tat-tfaddil.

3.  Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa tal-partijiet interessati madwar l-Unjoni kollha.

▼M1

4.  L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa soġġetta għas-segretezza professjonali kif stipulat fl-Artikolu 70 u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat lill-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, bl-esklużjoni ta’ rappreżentanti tal-industrija. Tali kumpens għandu mill-inqas ikun ekwivalenti għar-rati ta’ rimborż ta’ uffiċjali skont it-Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima 2 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kkundizzjonijiet u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (Regolamenti tal-Persunal) ( 13 ). Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandhom iservu għal perjodu ta' sentejn u nofs, u wara dan għandha ssir proċedura ġdida tal-għażla.

▼B

Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

5.  Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati jista’ jippreżenta opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b’attenzjoni partikolari għall-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 16 u l-Artikoli 29, 30 u 32.

6.  Il-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għandu jadotta r-regoli proċedurali b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

7.  L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 38

Salvagwardji

1.  L-Awtorità għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni adottata skont l-Artikoli 18 jew 19 ma taffettwa b’xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri.

2.  Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 19(3) taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa ġimgħatejn wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti li d-deċiżjoni mhijiex ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti.

Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega b’mod ċar u speċifiku għaliex u kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

F’każ ta’ tali notifika, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża.

Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. Jekk id-deċiżjoni tinżamm jew tiġi emendata, l-Awtorità għandha tiddikjara li r-responsabbiltajiet fiskali mhumiex affettwati.

Meta l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni b’maġġoranza tal-voti mitfugħin, f’waħda mil-laqgħat tiegħu mhux aktar tard minn xahrejn wara li l-Awtorità tkun informat lill-Istat Membru kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu, dwar jekk inżammitx id-deċiżjoni tal-Awtorità.

Meta l-Kunsill, wara li jkun ikkunsidra l-kwistjoni, ma jiħux deċiżjoni biex iżomm id-deċiżjoni tal-Awtorità, f’konformità mal-ħames subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tintemm.

3.  Meta Stat Membru jikkunsidra li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 18(3) taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti, li d-deċiżjoni ma tkunx ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti.

Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega b’mod ċar u speċifiku għaliex u kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

F’każ ta’ tali notifika, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża.

Il-Kunsill għandu, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol isejjaħ laqgħa u jieħu deċiżjoni, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, dwar jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità hijiex revokata.

Fejn il-Kunsill, wara li jkun ikkunsidra l-kwistjoni, ma jiħux deċiżjoni biex jirrevoka d-deċiżjoni tal-Awtorità konformement mar-raba’ subparagrafu, is-sospensjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tintemm.

4.  Fejn il-Kunsill ikun ħa deċiżjoni skont il-paragrafu 3, biex ma jirrevokax deċiżjoni tal-Awtorità fir-rigward tal-Artikolu 18(3), u l-Istat Membru kkonċernat xorta jikkunsidra li d-deċiżjoni tal-Awtorità taffettwa r-responsabbilitajiet fiskali tiegħu, dak l-Istat Membru jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Awtorità u jitlob lill-Kunsill biex jeżamina mill-ġdid il-kwistjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi b’mod ċar ir-raġunijiet għaliex ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kunsill.

F’perijodu ta’ erba’ ġimgħat wara n-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kunsill għandu jikkonferma d-deċiżjoni oriġinali tiegħu jew jieħu deċiżjoni ġdida f’konformità mal-paragrafu 3.

Il-perijodu ta’ erba’ ġimgħat jista’ jiġi estiż b’erba’ ġimgħat oħra mill-Kunsill, jekk iċ-ċirkostanzi partikolari jkunu jeħtieġu hekk.

5.  Kwalunkwe abbuż ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ deċiżjoni mill-Awtorità li m’għandhiex impatt fiskali sinifikanti jew materjali, għandu jkun ipprojbit bħala wieħed inkompatibbli mas-suq intern.

Artikolu 39

Proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet

1.  Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti f’dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju msemmi bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista’ jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Dan japplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(3).

2.  Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

3.  Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.

4.  Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (4), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli xierqa.

5.  Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 17, 18 jew 19 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-istituzzjoni finanzjarja konċernata u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom jew tistax tipperikola b’mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni.



KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI



TAQSIMA 1

Bord tas-Superviżuri

Artikolu 40

Kompożizzjoni

1.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn:

(a) il-President, li m’għandux ikollu vot;

(b) il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu f’kull Stat Membru, li għandhom jiltaqgħu personalment tal-inqas darbtejn fis-sena;

(c) rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni, li m’għandux ikollu vot;

▼M1

(d) rappreżentant wieħed innominat mill-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew, li m’għandux ikollu vot;

▼B

(e) rappreżentant wieħed tal-BERS, li m’għandux ikollu vot;

(f) rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn, li m’għandux ikollu vot.

2.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jlaqqa’ laqgħat mal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati regolarment, tal-anqas darbtejn fis-sena.

3.  Kull awtorità kompetenti għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta’ livell għoli mill-awtorità tagħha, li jista’ jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, f’każ li din il-persuna ma tkunx tista’ tattendi.

4.  Fejn l-awtorità kompetenti msemmija fil- fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ma tkunx bank ċentrali, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi f’dak il- punt jista’ jiddeċiedi li jieħu rappreżentant tal-bank ċentrali tal-Istati Membri, li m’għandux ikollu vot.

▼M1

4a.  Matul diskussjonijiet mhux relatati ma’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali, kif previst fl-Artikolu 44(4), ir-rappreżentant nominat mill-Bord ta' Superviżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jkun akkumpanjat b’rappreżentant tal-Bank Ċentrali Ewropew b’għarfien espert dwar il-kompiti tal-banek ċentrali.

▼B

5.  Fi Stati Membri fejn aktar minn awtorità waħda tkun responsabbli għas-supervizjoni skont dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni. Madankollu, meta punt li jrid ikun diskuss mill-Bord tas-Superviżuri ma jkunx jaqa’ fi ħdan il-kompetenza tal-awtorità nazzjonali li tkun qiegħda tiġi rrappreżentata mill-membru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, dak il-membru jista’ jieħu rappreżentant mill-awtorità nazzjonali rilevanti, li m’għandux ikollu vot.

6.  Bil-għan li jaġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 94/19/KE, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista’, fejn adatt, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-korpi rilevanti li jamministra l-iskemi ta’ garanzija fuq id-depożitu f’kull Stat Membru, li m’għandux ikollu vot.

▼M3

Għall-finijiet li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 2014/59/UE il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità tar-riżoluzzjoni f’kull Stat Membru, li ma għandux ikollu vot.

▼M4

Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE, il-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jkun osservatur fil-Bord tas-Superviżuri.

▼B

7.  Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi.

Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota.

Artikolu 41

Kumitati interni u panels

1.  Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jistabbilixxi kumitati interni jew panels għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord tas-Superviżuri, u jista’ jipprovdi għad-delega ta’ ċerti kompiti u deċiżjonijiet iddefiniti b’mod ċar lil kumitati jew panels interni, lill-Bord Maniġerjali jew lill-President.

▼M1

1a.  Għall-finijiet tal-Artikolu 17, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti, li jkun jikkonsisti mill-President tal-Bord tas-Superviżuri u sitt membri oħra, li ma jkunux rappreżentanti tal-awtorità kompetenti li allegatament tkun kisret il-liġi tal-Unjoni u li la jkollhom xi interess fil-kwistjoni u lanqas rabtiet diretti mal-awtorità kompetenti kkonċernata.

Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed.

Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta mhux inqas minn 4 membri jivvutaw favur.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 19, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti li jkun jikkonsisti mill-President tal-Bord tas-Superviżuri, u ta' sitt membri oħra li ma jkunux rappreżentanti tal-awtoritjiet kompetenti li huma parti għan-nuqqas ta' qbil u li la għandhom interess fil-kunflitt u lanqas ma għandhom rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

Kull membru tal-panel għandu jkollu vot wieħed.

Id-deċiżjonijiet tal-panel għandhom jittieħdu meta tal-anqas 4 membri jivvutaw favur.

3.  Il-panels msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jipproponu deċiżjonijiet taħt l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 19 għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri.

4.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta' proċedura għall-panels imsemmija f'dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 42

Indipendenza

Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u m’għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni, minn kwalunkwe Gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda korp pubbliku jew privat ieħor m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta’ dmirijiethom.

▼M1

L-ewwel u t-tieni paragrafi huma mingħajr preġudizzju għall-kompiti kkonferiti lill- Bank Ċentrali Ewropew bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

▼B

Artikolu 43

Kompiti

1.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u għandu jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II.

2.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, u d-deċiżjonijiet, u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II.

3.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar lill-President.

4.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, il-programm ta’ ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill- Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

5.  Il-Bord tas-Superviżuri, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 53(7) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

6.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

7.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-baġit f’konformità mal-Artikolu 63.

8.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-President u d-Direttur Eżekuttiv u jista’ jneħħihom mill-kariga skont l-Artikolu 48(5) jew l-Artikolu 51(5) rispettivament.

Artikolu 44

Teħid ta’ deċiżjonijiet

▼M1

1.  Id-Deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.

Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 10 sa 16 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(5) u l-Kapitolu VI u b’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta’ maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu, kif iddefinit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali, li għandha tinkludi tal-inqas maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (Stati Membri parteċipanti) u maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (Stati Membri mhux parteċipanti).

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 17 u 19, id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha tiġi adottata b’maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri, li għandha tinkludi maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti, u maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti.

B’deroga mit-tielet subparagrafu, mid-data meta erba’ membri votanti jew anqas jkunu minn awtoritajiet kompetenti Stati Membri mhux parteċipanti, id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha tiġi adottata b’maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri, li għandha tinkludi tal-anqas vot wieħed mill-membri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti.

Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed.

Fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-panel skont l-Artikolu 41(2), il-Bord tas-Superviżuri għandu jimmira għal kunsens. Fin-nuqqas ta’ kunsens, id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu minn maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri votanti tiegħu. Kull membru votanti għandu jkollu vot wieħed.

Fir-rigward ta' deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 18(3) u (4), u b'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' maġġoranza sempliċi tal-membri votanti tiegħu, li għandha tinkludi maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti u maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti.

▼B

2.  Il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jissejħu mill-President fuq l-inizjattiva personali tiegħu stess jew fuq talba minn terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

3.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

▼M1

4.  Il-membri mhux votanti u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tal-President, id-Direttur Eżekuttiv u r-rappreżentant tal- Bank Ċentrali Ewropew nnominat mill-Bord Superviżorju tiegħu, ma għandhom jattendu l-ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri relatat ma’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 75(3) jew fl-atti msemmija fl-Artikolu 1(2).

▼M1

4a.  Il-President tal-Awtorità għandu jkollu l-prerogattiva li jsejjaħ votazzjoni fi kwalunkwe ħin. Mingħajr preġudizzjoni għal dik is-setgħa u għall-effettività tal-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità, il-Bord tas-Suprviżuri tal-Awtorità għandu jirsisti għal kunsens fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu.

▼B



TAQSIMA 2

Bord Maniġerjali

Artikolu 45

Kompożizzjoni

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu jkun magħmul mill-President u sitt membri oħrajn tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri u minn fosthom stess.

Minbarra l-President, kull membru tal-Bord Maniġerjali għandu jkollu membru supplenti, li jista’ jissostitwixxih jekk ma jkunx jista’ jattendi.

▼M1

Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta’ sentejn u nofs. Dak it-terminu jista’ jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u għandha tirrifletti l-Unjoni kollha. Il-Bord Maniġerjali għandu jinkludi tal-anqas żewġ rappreżentanti tal-Istati Membri mhux parteċipanti. Il-mandati għandhom ikunu jikkoinċidu u għandu japplika arranġament xieraq ta’ rotazzjoni.

▼B

2.  Id-deċiżjonijiet mill-Bord Maniġerjali għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.

Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord Maniġerjali mingħajr id-dritt li jivvotaw.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 63.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

3.  Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kulmeta l-Bord Maniġerjali jqis li hu meħtieġ. Huwa għandu jiltaqa’ mill-inqas ħames darbiet f’sena.

4.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali, il-membri tal-Bord Maniġerjali jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti. Bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-membri mingħajr vot m’għandhom jattendu għall-ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord Maniġerjali fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

Artikolu 46

Indipendenza

Il-membri tal-Bord Maniġerjali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord Maniġerjali fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 47

Kompiti

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi, għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri, programm ta’ ħidma annwali u multiannwali.

3.  Il-Bord Maniġerjali għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skont l-Artikoli 63 u 64.

▼M1

4.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta il-pjan tal-politika tal-persunal tal-Awtorità u, skont l-Artikolu 68(2), il-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B

5.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, skont l-Artikolu 72.

6.  Il-Bord Maniġerjali għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, abbażi tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fl-Artikolu 53(7) tal-Bord tas-Superviżuri għall-approvazzjoni.

7.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

8.  Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell skont l- Artikolu 58(3) u (5).



TAQSIMA 3

President

Artikolu 48

Ħatra u kompiti

1.  L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonista indipendenti b’impjieg sħiħ.

Il-President għandu jkun responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u għandu jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali.

2.  Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla.

Qabel jassumi d-doveri tiegħu, u sa xahar wara l-għażla mill-Bord tas-Superviżuri, il-Parlament Ewropew jista’, wara li jkun sema’ lill-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri, joġġezzjona għall-għażla tal-persuna magħżula.

Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll membru supplenti minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. Dak il-membru supplenti m’għandux ikun elett minn fost il-membri tal-Bord Maniġerjali.

3.  Il-mandat tal-President għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba.

4.  Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta’ ħames snin tal-President, il-Bord tas- Superviżuri għandu jivvaluta:

(a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b) id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

Il-Bord tas-Superviżuri, fid-dawl tal-valutazzjoni, jista’ jestendi għal darba l-mandat tal-President, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew.

5.  Il-President jista’ jitneħħa mill-kariga biss mill-Parlament Ewropew b’riżultat ta’ deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-President m’għandhux jimpedixxi lill-Bord tas-Superviżuri milli jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-President, b’mod partikolari l-ħtieġa għat-tneħħija tiegħu, u m’għandux ikun involut f’deliberazzjonijiet dwar tali kwistjoni.

Artikolu 49

Indipendenza

Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda entità pubblika jew privata oħra m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta’ dmirijietu.

F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 68, il-President għandu, wara li jitlaq mis-servizz, jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

▼M1

Artikolu 49a

Spejjeż

Il-President għandu jippubblika l-laqgħat li jkunu saru u l-ospitalità mogħtija. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament skont ir-Regolament tal-Persunal.

▼B

Artikolu 50

Rapport

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President jew lill-membru supplenti tiegħu, biex jagħmel dikjarazzjoni filwaqt li jirrispettaw b’mod sħiħ l-indipendenza tiegħu. Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsijiet mressqa mill-membri tiegħu, kulmeta dan ikun meħtieġ.

2.  Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet prinċipali tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni tiegħu msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11 sa 18 u l-Artikoli 20 u 33, ir-rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.



TAQSIMA 4

Direttur Eżekuttiv

Artikolu 51

Ħatra

1.  L-Awtorità għandha titmexxa minn Direttur Eżekuttiv, li għandu jkun professjonista indipendenti b’impjieg sħiħ.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri, wara konferma mill-Parlament Ewropew, fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla.

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġi estiż darba.

4.  Matul id-disa’ xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv, il- Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta b’mod partikolari:

(a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;

(b) id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta’ wara.

Il-Bord tas-Superviżuri, fid-dawl tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jista’ jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Artikolu 52

Indipendenza

Mingħajr preġudizzju għar-rwoli rispettivi tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv m’għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas ebda entità pubblika jew privata oħra m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fil-qadi ta’ dmirijietu.

F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 68, wara li jitlaq mis-servizz, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

▼M1

Artikolu 52a

Spejjeż

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippubblika l-laqgħat li jkunu saru u l-ospitalità mogħtija. L-ispejjeż għandhom jiġu rreġistrati pubblikament skont ir-Regolament tal-Persunal.

▼B

Artikolu 53

Kompiti

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u għandu jipprepara x-xogħol tal-Bord Maniġerjali.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Maniġerjali.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiżgura l-operat tal-Awtorità, skont dan ir-Regolament.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi fl-Artikolu 47(2).

5.  Kull sena sat-30 ta’ Ġunju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta’ ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 47(2).

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 63 u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 64.

7.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ rapport b’taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

8.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 68 fir-rigward tal- persunal tal-Awtorità u jimmaniġġja l-affarijiet tal-persunal.



KAPITOLU IV

KORPI KONĠUNTI TAL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ



TAQSIMA 1

Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej

Artikolu 54

Stabbiliment

1.  Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa b’dan stabbilit.

2.  Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità għandha tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), b’mod partikolari fir-rigward ta’:

 konglomerati finanzjarji;

 kontabilità u verifika;

 analiżi mikroprudenzjali ta’ żviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet transsettorjali għall- istabbilità finanzjarja;

 prodotti tal-investiment bl-imnut;

 miżuri li jiġġieldu l-ħasil tal-flus; u

 skambju ta’ informazzjoni mal-BERS u żvilupp tar-relazzjoni bejn il-BERS u l- ASE.

3.  Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu personal apposta pprovdut mill-ASE li għandu jaqdi d-dmirijiet ta’ segretarjat. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għal spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.

4.  F’każ li istituzzjoni finanzjarja tkopri diversi setturi, il-Kumitat Konġunt għandu jsolvi n-nuqqas ta’ qbil skont l-Artikolu 56.

Artikolu 55

Kompożizzjoni

1.  Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul mill-Presidenti tal-ASE, u, fejn applikabbli, mill-President ta’ kwalunkwe Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 57.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kif ukoll ta’ kwalunkwe sottokumitat msemmi fl-Artikolu 57 bħala osservaturi.

3.  Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jinħatar fuq bażi ta’ rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-ASE. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun wieħed mill-Viċi-Presidenti tal-BERS.

4.  Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-inqas darba kull xahrejn.

Artikolu 56

Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni

Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn rilevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), kif xieraq.

Atti skont l-Artikoli 10 sa 15, 17, 18, jew 19 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta’ kwalunkwe atti oħra tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li taqa’ wkoll fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) għandhom jiġu adottati, b’mod parallel, mill-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), kif xieraq.

Artikolu 57

Sottokumitati

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 56, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-Konglomerati Finanzjarji għall-Kumitat Konġunt.

2.  Is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 55(1), u minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.

3.  Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu, li għandu jkun membru wkoll tal-Kumitat Konġunt.

4.  Il-Kumitat Konġunt jista’ jistabbilixxi aktar Sottokumitati.



TAQSIMA 2

Bord tal-Appell

Artikolu 58

Kompożizzjoni u operat

1.  Il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tal-ASE.

2.  Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta’ reputazzjoni tajba b’rekord ippruvat ta’ għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, inkluża esperjenza superviżorja, fuq livell għoli biżżejjed fl-oqsma tas-swieq bankarji, tal-pensjonijiet tax-xogħol, dawk tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn, għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. Il-Bord tal-Appell għandu jkollu għarfien espert fil-qasam ġuridiku biex jagħti konsulenza legali esperta dwar il-legalità tal-eżerċizzu tal-Awtorità tal-poteri tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jaħtar il-President tiegħu.

3.  Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (KE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (KE) Nru 1095/2010.

4.  Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta’ ħames snin. Dak il-mandat jista’ jiġi estiż darba.

5.  Membru tal-Bord tal-Appell, maħtur mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità, m’għandux jitneħħa matul il-mandat tiegħu sakemm ma jkunx instab ħati ta’ kondotta ħażina serja u l-Bord Maniġerjali jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuri.

6.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta’ maġġoranza ta’ mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Fejn id-deċiżjoni soġġetta għall-appell tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-maġġoranza li tiddeċiedi għandha tinkludi tal-inqas wieħed miż-żewġ membri tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Awtorità.

7.  Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa’ mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn.

8.  L-ASE għandhom jiżguraw appoġġ operazzjonali u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 59

Indipendenza u imparzjalità

1.  Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Huma m’għandhom ikunu marbutin b’ebda struzzjoni. Huma m’għandhom iwettqu ebda dmir ieħor fir-rigward tal-Awtorità, fil-Bord Maniġerjali tagħha jew fil-Bord ta’ Superviżuri tagħha.

2.  Membri tal-Bord tal-Appell m’għandhom jieħdu sehem f’ebda proċedimenti ta’ appell li fihom ikollhom xi interess personali, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta’ waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.

3.  Jekk, għal waħda mir-raġunijet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li membru ieħor m’għandux jieħu sehem f’xi proċediment ta’ appell, huwa għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b’dan.

4.  Kwalunkwe parti fil-proċedimenti ta’ appell tista’ toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b’favoreġġamenti.

L-ebda oġġezzjoni ma tista’ tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas m’għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta’ raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċedimenti ta’ appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell.

5.  Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat.

Għall-finijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mill-membru supplenti tiegħu. Fejn il-membru supplenti jkun f’sitwazzjoni simili, il-President tal-Awtorità għandu jaħtar membru supplenti minn fost il-membri supplenti disponibbli.

6.  Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw rwieħhom li jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom.

Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub.



KAPITOLU V

RIMEDJI

Artikolu 60

Appelli

1.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti, tista’ tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 17, 18 u 19 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

2.  L-appell, flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas ta’ notifika, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien xahrejn minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.

3.  Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 m’għandux ikollu effett suspensiv.

Madankollu, il-Bord tal-Appell jista’, jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

4.  Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Huwa għandu jistieden lill-partijiet fil-proċedimenti ta’ appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar in-notifiki tiegħu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċedimenti ta’ appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċedimenti ta’ appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu rappreżentazzjonijiet orali.

5.  Il-Bord tal-Appell jista’ jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-entità kompetenti tal-Awtorità, jew jirreferi l-każ lill-entità kompetenti tal-Awtorità. Dak il-korp għandu jintrabat bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u dak il-korp għandu jadotta deċiżjoni emendata fir-rigward tal-każ ikkonċernat.

6.  Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu u jagħmilhom pubbliċi.

7.  Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord tal-Appell għandhom ikunu motivati u għandhom isiru pubbliċi mill-Awtorità.

Artikolu 61

Rikorsi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.  Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 263 TFUE, li jikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f’każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità.

2.  L-Istati Membri u l-Istituzzjoniji tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu jibdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtorità, f’konformità mal-Artikolu 263 TFUE.

3.  Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċedimenti għan-nuqqas ta’ azzjoni jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 265 TFUE.

4.  L-Awtorità għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.



KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 62

Baġit tal-Awtorità

1.  Id-dħul tal-Awtorità, korp Ewropew b’konformità mal-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 14 ) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”), għandu jkun jikkonsisti, b’mod partikolari, fi kwalunkwe taħlita mis-segwenti:

(a) kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru konformement ma’ formola bbażata fuq il-piż tal-voti mniżżel fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandu jkompli japplika lil hinn mill-iskadenza tal-31 ta’ Ottubru 2014 stabbilita fih;

(b) sussidju mill-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (it-Taqsima tal-Kummissjoni);

(c) kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni.

2.  In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, tal-anqas, l-ispejjeż tal-persunal, ir-remunerazzjoni, l-amministrazzjoni, l-infrastruttura, it-taħriġ professjonali u l-operat.

3.  Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw.

4.  L-estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Awtorità.

Artikolu 63

Stabbiliment tal-baġit

1.  Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta’ wara, u għandu jgħaddih lill-Bord Maniġerjali u lill-Bord tas-Superviżuri, flimkien mal-pjan ta’ stabbiliment. Kull sena, il-Bord tas-Superviżuri għandu, fuq il-bażi tal-abbozz ta’ dikjarazzjoni mfassal mid-Direttur Eżekuttiv u approvat mill-Bord Maniġerjali, jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-estimi, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, għandha tiġi trasmessa mill-Bord tas-Superviżuri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord Maniġerjali.

2.  Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn ‘il quddiem flimkien imsejħa “l-awtorità baġitarja”), flimkien mal-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.

3.  Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont ta’ sussidju li għandu jitħallas lill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 313 u 314 TFUE.

4.  L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Awtorità.

5.  Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

6.  Il-Bord Maniġerjali għandu, mingħajr telf ta’ żmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jkollu x’jaqsam ma’ proprjetà, bħall-kiri jew xiri ta’ bini. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan. Jekk xi fergħa jew oħra tal-awtorità baġitarja jkollha l-ħsieb li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-Awtorità bl-intenzjoni tagħha li toħroġ din l-opinjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Awtorità tista’ tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 64

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità.

2.  Sal-1 ta’ Marzu wara li tintemm kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet provviżorji, akkompanjati mir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju matul is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.

Imbagħad, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijet u tal-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità skont l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv, li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità u jibgħathom, għal opinjoni, lill-Bord Maniġerjali.

4.  Il-Bord Maniġerjali għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat dawk il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali, sal-1 ta’ Lulju wara li tintemm is-sena finanzjarja, lill-Membri tal-Bord ta’ Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

6.  Il-kontijiet finanzjarji għandhom jiġu ppubblikati.

7.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru. Huwa għandu jibgħat ukoll kopja ta’ dik it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni.

8.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif previst fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja msemmija.

9.  Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit inkluż id-dħul mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti għas-sena finanzjarja N.

Artikolu 65

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 15 ) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu dan u biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

Artikolu 66

Miżuri kontra l-frodi

1.  Bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi, l-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandu japplika għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.

2.  L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar investigazzjonijiet interni mill-OLAF u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal tal-Awtorità.

3.  Id-deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw b’mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta’ flus li jintnefqu mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta’ dawn il-flejjes.



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 67

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.

Artikolu 68

Persunal

1.  Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, inkluż id-Direttur Eżekuttiv tagħha u l-President tagħha.

2.  Il-Bord Maniġerjali, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.

3.  Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti dwar il-Persunal u fuq l-awtorità intitolata sabiex tikkonkludi kuntratti skont il-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn.

4.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex jippermetti li esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu ssekondati lill-Awtorità.

Artikolu 69

Responsabbiltà tal-Awtorità

1.  Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta’ din il-ħsara.

2.  Ir-responsabbiltà finanzjarja personali u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-persunal tal-Awtorità lejn l-Awtorità għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

Artikolu 70

Obbligu tas-segretezza professjonali

1.  Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inkluż uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

L-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika għalihom.

F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, wara li jitlaq mis-servizz, il-persunal għandu jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

La l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, u lanqas kwalunkwe korp ieħor pubbliku jew privat m’għandhom ifittxu li jinfluwenzaw il-membri tal-persunal tal-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f’forma mqassra jew aggeregata, b’tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

Barra minn hekk, l-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu m’għandux jimpedixxi lill-Awtorità u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali milli jagħmlu użu mill-informazzjoni għall-infurzar tal-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), u b’mod partikolari għall-proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jimpedixxu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan ir-Regolament u skont leġislazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji.

Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.  L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura ( 16 ).

Artikolu 71

Protezzjoni tad-data

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.

Artikolu 72

Aċċess għad-dokumenti

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill- Awtorità.

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu, sal-31 ta’ Mejju 2011, jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.  Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif ikun xieraq, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE rispettivament.

Artikolu 73

Arranġamenti lingwistiċi

1.  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea ( 17 ) għandu japplika għall-Awtorità.

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 74

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f’dak l-Istat Membru għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord Maniġerjali, għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.

Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi l-aqwa kondizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament adatt tal-Awtorità, inkluż skola multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 75

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi

1.  Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għall-pajjiżi terzi li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li permezz tagħhom, huma adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 1(2).

2.  L-Awtorità tista’ tikkoopera mal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, li japplikaw leġislazzjoni li ġiet rikonoxxuta ekwivalenti fl-oqsma ta’ kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), kif inhu previst fil-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 216 TFUE.

3.  Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 fil-ħidma tal-Awtorità, inkluż dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Dawn jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawk il-pajjiżi ma jattendu għall-ebda diskussjoni relatata mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett.



KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 76

Azzjonijiet preparatorji

1.  Wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u qabel l-istabbiliment tal-Awtorità, il- KSBE għandu jaġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni fit-tħejjija għas-sostituzzjoni tal-KSBE mill-Awtorità.

2.  Ladarba l-Awtorità tkun ġiet stabbilita, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment amministrattiv u l-operat amministrattiv inizjali tal-Awtorità sakemm l-Awtorità taħtar Direttur Eżekuttiv.

Għal dak il-għan, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 51, il-Kummissjoni tista’ tassenja uffiċjal wieħed fuq bażi interim sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv. Dak il-perijodu għandu jkun limitat għaż-żmien meħtieġ għall-ħatra ta’ Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità.

Id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-pagamenti kollha koperti bi krediti previsti fil-baġit tal-Awtorità, ladarba jiġu approvati mill-Bord Maniġerjali u jista’ jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti ta’ persunal wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali.

4.  L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-KSBE. Sad-data tal-istabbiliment tal-Awtorità, l-attiv u l-passiv kollu u l-operati kollha pendenti tal-KSBE għandhom ikunu trasferiti awtomatikament lill-Awtorità. Il-KSBE għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-attiv u l-passiv tiegħu sa mid-data ta’ dak it-trasferiment. Dik id-dikjarazzjoni għandha tkun ivverifikata u approvata mill-KSBE u mill-Kummissjoni.

Artikolu 77

Dispożizzjonijiet transitorji dwar il-persunal

1.  B’deroga mill-Artikolu 68, il-kuntratti ta’ impjieg u l-ftehimiet ta’ ssekondar kollha konklużi mill-KSBE jew mis-Segretarjat tiegħu u fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011 għandhom jiġu onorati sad-data ta’ skadenza tagħhom. Dawn ma jistgħux jiġu estiżi.

2.  Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta’ aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Awtorità.

Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal li għandu kuntratti mal-KSBE jew is-Segretarjat tiegħu, wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta’ dawk li jkunu ser jiġu reklutati. Il-proċedura ta’ għażla interna għandha tqis bis-sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-prestazzjoni tal-individwi qabel ir-reklutaġġ.

3.  Skont it-tip u l-livell ta’ funzjonijiet li għandhom jitwettqu, l-applikanti li jintgħażlu jiġu offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji applikabbli għal tul ta’ żmien li mill-inqas jikkorrespondi għaż-żmien li jkun għad baqa’ taħt il-kuntratt preċedenti.

4.  Il-liġi nazzjonali rilevanti relatata mal-kuntratti tax-xogħol u ma’ strumenti rilevanti oħrajn għandha tkompli tapplika għall-membri tal-persunal b’kuntratti preċedenti li jagħżlu li ma japplikawx għal kuntratti ta’ aġenti temporanji jew li ma jiġux offruti kuntratti ta’ aġenti temporanji skont il-paragrafu 2.

Artikolu 78

Dispożizzjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dispożizzjonijiet adatti biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 79

Emendi

Id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE hija bil-preżenti emendata billi l-KSBE qiegħed jitneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 80

Tħassir

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, li tistabbilixxi l-KSBE, qiegħda bil-preżenti titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 81

Reviżjoni

1.  Sat-2 ta’ Jannar 2014, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:

(a) il-konverġenza fil-prattiki superviżorji miksuba mill-awtoritajiet kompetenti,

(i) il-konverġenza fl-indipendenza funzjonali tal-awtoritajiet kompetenti u fl-istandards ekwivalenti għall-governanza korporattiva;

(ii) l-imparzjalità, l-oġġettività u l-awtonomija tal-Awtorità;

(b) il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;

(c) il-progress miksub fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-finanzjament tal-Unjoni;

(d) ir-rwol tal-Awtorità fir-rigward tar-riskju sistemiku;

(e) l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 38;

(f) l-applikazzjoni tar-rwol ta’ medjazzjoni vinkolanti stabbilita fl-Artikolu 19.

2.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

(a) huwiex adatt li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur bankarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet tax-xogħol, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;

(b) huwiex xieraq li titwettaq superviżjoni prudenzjali u li jiġi ssorveljat it-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;

(c) huwiex xieraq li tiġi semplifikata u rinforzata l-istruttura tas-SESF sabiex tiżdied il- koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-ASE;

(d) l-evoluzzjoni tas-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;

(e) hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan is-SESF;

(f) ir-responsabbiltà u t-trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti għall- pubblikazzjoni humiex xierqa;

(g) ir-riżorsi tal-Awtorità humiex adegwati biex hija twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha;

(h) huwiex adegwat li s-sede tal-Awtorità tinżamm jew jekk l-ASE jitmexxewx f’sede unika biex tittejjeb il-koordinazzjoni aħjar bejniethom.

▼M1

3.  Rigward il-kwistjoni tas-superviżjoni diretta tal-istituzzjonijiet jew l-infrastrutturi ta’ skala pan-Ewropea u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tas-suq, l-istabilità tas-suq intern u l-koeżjoni tal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-adegwatezza li l-Awtorità tiġi fdata b’responsabbiltajiet superviżorji ulterjuri f’dan il-qasam.

▼B

4.  Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼M1

Artikolu 81a

Reviżjoni tal-arranġamenti tal-votazzjoni

Mid-data li fiha n-numru tal-Istati Membri mhux parteċipanti jilħaq l-għadd ta' erbgħa, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tal-arranġamenti ta' votazzjoni deskritti fl-Artikoli 41 u 44, filwaqt li titqies kwalunkwe esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 82

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 76 u l-Artikolu 77(1) u (2), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

L-Awtorità għandha tkun stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 2 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 3 ) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

( 4 ) Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

( 5 ) Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE, 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

( 6 ) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

( 7 ) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

( 8 ) Ara paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 9 ) Ara paġna 84 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 10 ) Id-Direttiva 2014/49/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April, 2014 dwar l-iskema ta'garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

( 11 ) Direttiva 2014/59/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/EU u 2013/36/EU, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

( 12 ) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti ta' investiment fil-qafas ta 'Mekkaniżmu Riżoluzzjoni Wieħed u Riżoluzzjoni Uniku Fond u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010. (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1)

( 13 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

( 14 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

( 15 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

( 16 ) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1

( 17 ) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.