02010R1031 — MT — 05.01.2019 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1031/2010

12 ta’ Novembru 2010

dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 302 18.11.2010, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1210/2011 tat-23 ta’ Novembru 2011

  L 308

2

24.11.2011

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 784/2012 tat-30 ta’ Awwissu 2012

  L 234

4

31.8.2012

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1042/2012 tas-7 ta’ Novembru 2012

  L 310

19

9.11.2012

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1143/2013 tat-13 ta’ Novembru 2013

  L 303

10

14.11.2013

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 176/2014 tal-25 ta’ Frar 2014

  L 56

11

26.2.2014

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1902 tat-18 ta' Ottubru 2017

  L 269

13

19.10.2017

►M7

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/7 tat-30 ta' Ottubru 2018

  L 2

1

4.1.2019




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1031/2010

12 ta’ Novembru 2010

dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jipprovdi regoli dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar ta’ kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-allokazzjoni permezz ta’ rkantijiet ta’ kwoti skont il-Kapitolu II (avjazzjoni) tad-Direttiva 2003/87/KE u għall-allokazzjoni permezz ta’ rkantijiet ta’ kwoti skont il-Kapitolu III (stallazzjonijiet stazzjonarji) ta’ dik id-Direttiva validi għal rinunzja f’perjodi ta’ negozjar mill-1 ta' Jannar 2013 lil hemm.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1) “futuri” tfisser kwoti rkantati bħala strumenti finanzjarji, skont l-Artikolu 38(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ( 1 ), għall-konsenja f'data futura miftiehma bil-prezz mill-ikklirjar f'irkant iddeterminat skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament u li skontu talbiet sabiex il-marġni għall-varjazzjoni jkun jirrifletti ċ-ċaqliq fil-prezzijiet ikunu pagabbli fi flus;

2) “forwards” tfisser kwoti rkantati bħala strumenti finanzjarji, skont l-Artikolu 38(3) tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006, għall-konsenja f'data futura miftiehma bil-prezz mill-ikklirjar f'irkant iddeterminat skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament u li skontu talbiet sabiex il-marġni għall-varjazzjoni jkun jirrifletti ċ-ċaqliq fil-prezzijiet jista’ jiġi titolizzat, jew permezz ta’ kollateral mhux fi flus jew permezz ta’ garanzija mill-gvern miftiehma, li fuqha l-kontraparti ċentrali jkollha opzjoni;

3) “spot ta’ jumejn” tfisser kwoti rkantati għal konsenja f'data miftiehma mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ negozjar mill-jum tal-irkant, skont l-Artikolu 38(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006;

4) “futuri ta’ ħamest ijiem” tfisser kwoti rkantati bħala strumenti finanzjarji, skont l-Artikolu 38(3) tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006, għal konsenja f'data miftiehma mhux wara l-ħames jum ta’ negozjar mill-jum tal-irkant;

5) “offerta” tfisser offerta f’irkant biex jinkiseb volum partikolari ta’ kwoti bi prezz speċifikat;

6) “perjodu għall-offerti” tfisser il-perjodu ta’ żmien li matulu jistgħu jkunu sottomessi offerti;

7) “jum ta’ negozjar” tfisser kwalunkwe jum li matulu pjattaforma tal-irkant u s-sistema tal-ikklirjar u s-sistema tas-saldu konnessi magħha jkunu miftuħa għan-negozju;

8) “ditta ta’ investiment” għandha l-istess tifsira bħal dik fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

9) “istituzzjoni ta’ kreditu” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

10) “strument finanzjarju” tfisser l-istess bħal fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE sakemm ma jkunx stipulat xorta oħra f'dan ir-Regolament;

11) “suq sekondarju” tfisser is-suq li fih persuni jixtru u jbiegħu kwoti qabel jew wara li dawn ikunu allokati mingħajr ebda ħlas jew permezz ta’ rkantar;

12) “impriża prinċipali” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE ( 3 );

13) “impriża sussidjarja” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;

14) “impriża affiljata” tfisser impriża marbuta ma’ impriża prinċipali jew sussidjarja b'relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE;

15) “kontroll” tfisser l-istess bħal fl-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ( 4 ) kif applikat fl-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni ( 5 ). Il-premessa (22) ta' dak ir-Regolament u l-paragrafi 52 u 53 ta' dak l-Avviż għandhom japplikaw għad-determinazzjoni tal-kunċett tal-kontroll tal-impriżi tal-Istat;

16) “proċess tal-irkant” tfisser il-proċess li jiġbor fih l-iffissar tal-kalendarju tal-irkant, il-proċeduri għall-ammissjoni għas-sottomissjoni tal-offerti, is-sottomissjoni ta’ offerti, it-twettiq tal-irkant, il-kalkolu u t-tħabbir tar-riżultati tal-irkant, l-arranġamenti għal ħlas tal-prezz dovut, l-konsenja tal-kwoti u l-immaniġjar tal-kollateral meħtieġ biex ikopri kwalunkwe riskju ta’ tranżazzjonijiet, kif ukoll is-sorveljanza u l-monitoraġġ tat-tmexxija sewwa tal-irkantijiet mill-pjattaforma tal-irkant;

17) “ħasil tal-flus” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE wara li jitqiesu l-Artikoli 1(3) u (5) dik id-Direttiva;

18) “finanzjament tat-terroriżmu” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2005/60/KE wara li jitqies l-Artikolu 1(5) ta’ dik id-Direttiva;

19) “attività kriminali” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2005/60/KE;

20) “irkantatur” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata maħtura mill-Istat Membru, biex tbiegħ b’irkant kwoti f’ismu;

21) “kont tal-kwoti desinjat” tfisser tip wieħed jew aktar ta’ kont ta’ depożitu previst fir-Regolament applikabbli tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-finijiet ta’ parteċipazzjoni fil-proċess tal-irkant jew fit-twettiq tiegħu, inkluża ż-żamma ta’ kwoti għand terzi sakemm ikunu kkonsenjati skont dan ir-Regolament;

22) “kont bankarju desinjat” tfisser kont bankarju desinjat minn irkantatur jew offerent jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu biex ikunu rċevuti ħlasijiet dovuti skont dan ir-Regolament;

23) “miżura ta’ diliġenza dovuta mill-klijent” għandha l-istess tifsira bħal ta’ fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2005/60/KE wara li jitqies l-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva.

24) “sid benefiċjarju” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2005/60/KE;

25) “kopja debitament ċertifikata” tfisser kopja awtentika ta’ dokument oriġinali ċċertifikat bħala li jkun kopja awtentika tal-oriġinal minn avukat kwalifikat, kontabilist, nutar pubbliku jew professjonist simili li jkun rikonoxxut skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konċernat bħala li jista’ jafferma uffiċjalment dwar jekk kopja tkunx fil-fatt kopja awtentika tal-oriġinal tagħha;

26) “persuna politikament esposta” tfisser l-istess bħal fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2005/60/KE;

27) “abbuż mis-suq” tfisser jew abbuż minn informazzjoni privileġġata kif iddefinit fil-punt (28) ta’ dan l-Artikolu jew ipprojbita fl-Artikolu 38, jew manipulazzjoni tas-suq kif iddefinita fil-punt (30) ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 37(b), jew it-tnejn;

28) “abbuż minn informazzjoni privileġġata” tfisser l-użu ta’ informazzjoni privileġġata kif projbit skont l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Direttiva 2003/6/KE b'rabta ma’ strument finanzjarju fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE imsemmi fl-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva sakem ma jkunx stabilit xorta oħra f'dan ir-Regolament;

29) “informazzjoni privileġġata” tfisser l-istess bħal fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/6/KE b'rabta ma’ strument finanzjarju fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE imsemmi fl-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva sakem ma jkunx stabilit xorta oħra f'dan ir-Regolament;

30) “manipulazzjoni tas-suq” tfisser l-istess bħal fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2003/6/KE b'rabta ma’ strument finanzjarju fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE imsemmi fl-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva sakem ma jkunx stabilit xorta oħra f'dan ir-Regolament;

31) “sistemi tal-ikklirjar” tfisser infrastruttura waħda jew aktar konnessa mal-pjattaforma tal-irkant li tista’ tipprovdi kklirjar, proviżjonament ta’ marġni, kalkolu tal-valur nett, l-immaniġjar ta’ kollateral, is-saldu u l-konsenja, u kwalunkwe servizz ieħor, imwettaq minn kontroparti ċentrali, b’aċċess dirett jew indirett permezz tal-membri tal-kontroparti ċentrali li jaġixxu ta’ intermedjarji bejn il-klijenti tagħhom u l-kontroparti ċentrali;

32) “ikklirjar” tfisser il-proċessi kollha li jiġu qabel il-ftuħ tal-perjodu għall-offerti, matul il-perjodu għall-offerti u wara l-għeluq tal-perjodu għall-offerti sakemm isir is-saldu, li jinvolvi l-immaniġjar ta’ kwalunkwe riskju li jinħoloq tul dak l-intervall, inkluż il-proviżjonament ta’ marġni, il-kalkolu tal-valur nett, jew novazzjoni, jew kwalunkwe servizz ieħor, possibbilment imwettqa minn sistema tal-ikklirjar jew tas-saldu;

33) “proviżjonament ta’ marġni” tfisser il-proċess li bih kollateral għandu jkun pleġġjat minn irkantatur jew offerent, jew minn intermedjarju wieħed jew aktar li jaġixxi f’isimhom, biex ikopri pożizzjoni finanzjarja partikolari, li tiġbor fiha l-proċess kollu tad-daqs, il-kalkulazzjoni u l-amministrazzjoni tal-kollateral imqiegħed biex ikopri pożizzjonijiet finanzjarji bħal dawn, maħsubin biex jiżguraw li l-impenji kollha ta’ ħlas ta’ offerent u l-impenji kollha ta’ konsenja ta’ rkantatur jew ta’ intermedjarju wieħed jew aktar li jaġixxi f’isimhom ikunu jistgħu jitħarsu f’perjodu qasir ħafna ta’ żmien;

34) “saldu” tfisser il-ħlas minn offerent rebbieħ, jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu, jew kontraparti ċentrali, jew aġent tas-saldu tal-ammont dovut għall-kwoti li jrid jiġu kkonsenjati lil dak l-offerent jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu, jew kontraparti ċentrali, jew aġent tas-saldu, u l-konsenja tal-kwoti lill-offerent rebbieħ jew lis-suċċessur tiegħu fit-titolu, jew kontraparti ċentrali, jew aġent tas-saldu;

35) “kontroparti ċentrali” tfisser entità li tidħol jew direttament bejn irkantatur u offerent jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu, jew bejn intermedjarji li jirrappreżentawhom, li taġixxi bħala kontroparti esklussiva għal kull wieħed minnhom biex tiggarantixxi l-ħlas tar-rikavati mill-irkant lill-irkantatur jew lil intermedjarju li jirrappreżentah jew il-konsenja tal-kwoti rkantati lill-offerent jew lil intermedjarju li jirrapreżentah, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 48;

36) “sistema tas-saldu” tfisser kwalunkwe infrastruttura kemm jekk tkun konnessa kemm jekk le mal-pjattaforma tal-irkant li tista’ tipprovdi servizzi tas-saldu, li jistgħu jinkludu kklirjar, kalkolu tal-valur nett, immaniġjar ta’ kollateral, jew kwalunkwe servizz ieħor, li fl-aħħar mill-aħħar jagħmlu possibbli l-konsenja tal-kwoti mingħand f'isem irkantatur lil offerent rebbieħ jew lis-suċċessur tiegħu fit-titolu, u l-ħlas tal-ammont dovut minn offerent rebbieħ, jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu lil irkantatur, imwettaq permezz ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) is-sistema bankarja u l-katalgu tal-Unjoni;

(b) aġent wieħed jew aktar tas-saldu li jaġixxi f’isem irkantatur u offerent jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu, b’aċċess għall-aġent tas-saldu jew direttament jew indirettament permezz ta’ membri tal-aġent tas-saldu li jaġixxu ta’ intermedjarji bejn il-klijenti tagħhom u l-aġent tas-saldu;

37) “aġent tas-saldu” tfisser entità li taġixxi ta’ aġent li jipprovdi kontijiet lill-pjattaforma tal-irkant, li permezz ta’ dawn il-kontijiet jiġu esegwiti mingħajr periklu istruzzjonijiet għat-trasferiment tal-kwoti rkantati mogħtija mill-irkantatur jew minn intermedjarju li jirrappreżentah u tal-ħlas tal-prezz mill-ikklirjar f’irkant mill-offerenti rebbieħa, jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu, jew minn intermedjarju li jirrappreżentawhom simultanjament jew kważi simultanjament b’mod garantit;

38) “kollateral” tfisser il-forom ta’ titolu kollaterali msemmija fl-Artikolu 2(m) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), inkluż kwalunkwe kwota aċċettata bħala titolu mis-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu;

39) “suq regolat” tfisser l-istess bħal fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

40) “SMEs” tfisser operaturi jew operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 7 );

41) “emittenti żgħar” tfisser operaturi jew operaturi tal-inġenji tal-ajru li jħallu emissjonijiet ekwivalenti għal emissjonijiet ta’ 25 000 tunnellata metrika ta’ diossidu tal-karbonju jew anqas bħala medja fit-tliet xhur kalendarji qabel is-sena li fiha jipparteċipaw f’irkant, kif stabilit mill-emissjonijiet verifikati tagħhom;

42) “operatur tas-suq” għandha l-istess tifsira bħal dik fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

43) “Stabiliment” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) post tar-residenza jew indirizz permanenti fl-Unjoni għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(3);

(b) l-istess bħal fil-punt 20(a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva għall-finijiet tal-Artikolu 18(2) ta' dan ir-Regolament;

(c) l-istess bħal fil-punt 20(a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(4) ta’ dik id-Direttiva għall-finijiet tal-Artikolu 18(3), fil-każ ta’ persuni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament;

(d) l-istess bħal fil-punt (7) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE għall-finijiet tal-Artikolu 18(3), fil-każ ta’ persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament;

(e) l-istess bħal fil-punt 20(a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE għall-finijiet tal-Artikolu 19(2), fil-każ ta’ raggruppament ta’ negozji msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament;

▼M1

(f) l-istess bħal fil-punt 20(b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE għall-finijiet tal-Artikolu 28(4) u (5), l-Artikolu 35(4), (5) u (6) u l-Artikolu 42(1) ta’ dan ir-Regolament;

▼M2

44) “strateġija ta’ ħruġ” tfisser dokument wieħed jew iktar determinati skont il-kuntratti li jaħtru s-sorveljatur tal-irkant jew il-pjattaforma tal-irkant konċernati, li jistipula miżuri dettaljati pjanati biex jiżgura dawn li ġejjin:

(a) it-trasferiment tal-assi kollha tanġibbli u intanġibbli meħtieġa għall-kontinwazzjoni mingħajr interruzzjoni tal-irkanti u l-operat bla xkiel tal-proċess tal-irkant minn suċċessur tal-pjattaforma tal-irkant;

(b) il-provvediment lill-awtoritajiet kontraenti jew lis-sorveljatur tal-irkant, jew lit-tnejn, tal-informazzjoni kollha dwar il-proċess tal-irkant, li hija meħtieġa għall-proċedura tal-akkwist għall-ħatra tas-suċċessur tal-pjattaforma tal-irkant;

(c) il-provvediment lill-awtoritajiet kontraenti, jew lis-sorveljatur tal-irkant jew lis-suċċessur tal-pjattaforma tal-irkant, jew kwalunkwe taħlita ta’ dawn, tal-assistenza teknika li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti, jew lis-sorveljatur tal-irkant jew lis-suċċessur tal-pjattaforma tal-irkant, jew kwalunkwe taħlita ta’ dawn, biex jifmhu, jaċċessaw jew jużaw l-informazzjoni rilevanti pprovduta skont il-punti (a) u (b).

▼B



KAPITOLU II

L-ISTRUTTURA TAL-IRKANTIJIET

Artikolu 4

Prodotti rkantati

▼M4

1.  Il-kwoti għandhom ikunu offruti għall-bejgħ fuq pjattaforma tal-irkant permezz ta’ kuntratti elettroniċi standardizzati nnegozjati f’dik il-pjattaforma tal-irkant (“il-prodott irkantat”).

▼M1

2.  Kull Stat Membru għandu jirkanta kwoti fl-għamla ta’ spot ta’ jumejn jew ta’ futuri ta’ ħamest ijiem.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 5

Format ta’ rkant

L-irkantijiet għandhom ikunu esegwiti permezz ta’ format ta’ rkant li bih offerenti għandhom jissottomettu l-offerti tagħhom matul perjodu għall-offerti partikolari wieħed mingħajr ma jintwerew l-offerti sottomessi minn offerenti oħra. Kull offerent rebbieħ għandu jħallas l-istess prezz mill-ikklirjar f'irkant kif imsemmi fl-Artikolu 7 għal kull kwota irrispettivament mill-prezz tal-offerta.

Artikolu 6

Sottomissjoni u rtirar ta’ offerti

1.  Il-volum minimu ta’ offerti għandu jkun lott wieħed.

▼M1

Lott wieħed irkantat minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew l-Artikolu 30(1) għandu jkun ta’ 500 kwota.

Lott wieħed irkantat minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(2) jew l-Artikolu 30(2) għandu jkun ta’ 500 jew 1 000 kwota.

▼B

2.  Kull offerta għandha turi dan li ġej:

(a) l-identità tal-offerent u jekk l-offerent ikunx qed jissottometti offerti f’ismu jew f’isem klijent;

(b) fejn l-offerent ikun qed jissottometti offerti f’isem klijent, l-identità tal-klijent;

(c) il-volum tal-offerti bħala għadd tal-kwoti f’multipli integrali ta’ lottijiet ta’ 500 jew 1 000 kwota;

(d) il-prezz tal-offerta f’euro għal kull kwota speċifikata sa żewġ punti deċimali.

3.  Kull offerta tista’ tkun sottomessa, modifikata jew irtirata biss matul perjodu partikolari għall-offerti.

Offerti sottomessi jistgħu jkunu jew irtirati sa terminu ta’ skadenza qabel l-għeluq tal-perjodu għall-offerti. Dan it-terminu ta’ skadenza għandu jkun iffissat mill-pjattaforma tal-irkant konċernata u ppubblikat fuq is-sit tal-internet ta’ dik il-pjattaforma tal-irkant mill-anqas ħamest ijiem ta’ negozjar qabel il-ftuħ tal-perjodu għall-offerti.

Persuna fiżika stabbilita fl-Unjoni li tkun inħatret skont l-Artikolu 19(2)(d) li tkun hi biss awtorizzata tobbliga offerent għall-finijiet kollha relatati mal-irkantijiet, inkluża s-sottomissjoni ta’ offerta (“rappreżentant tal-offerent”) hija intitolata li tissottometti, timmodifika jew tirtira offerta f'isem offerent.

Ladarba sottomessa, kull offerta għandha tkun obbligatorja, sakemm ma tkunx irtirata jew modifikata skont dan il-paragrafu jew irtirata skont il-paragrafu 4.

4.  Fejn il-pjattaforma tal-irkant rilevanti hi sodisfatta li jkun sar żball ġenwin fis-sottomissjoni tal-offerta, tista’, meta tintalab minn rappreżentant tal-offerent, tittratta offerta sottomessa minn dak l-offerent lill-pjattaforma tal-irkant konċernata bħala rtirata wara l-għeluq tal-perjodu għall-offerti, imma qabel ma jkun ġie stabilit il-prezz mill-ikklirjar f’irkant, jekk tkun.

5.  Ir-riċeviment, it-trażmissjoni u s-sottomissjoni ta’ offerta minn ditta ta’ investiment jew minn istituzzjoni ta’ kreditu fuq kwalunkwe pjattaforma tal-irkant għandha titqies li tikkostitwixxi servizz ta’ investiment skont it-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE fejn il-prodott irkantat ikun strument finanzjarju.

Artikolu 7

Prezz mill-ikklirjar f’irkant u riżoluzzjoni ta’ offerti marbuta

1.  Il-prezz mill-ikklirjar f’irkant għandu jkun iffissat mal-għeluq tal-perjodu għall-offerti.

2.  Pjattaforma tal-irkant għandha tagħżel l-offerti sottomessi lilha skont l-ordni tal-prezz tal-offerta. Fejn il-prezz ta’ diversi offerti jkun l-istess, dawn l-offerti għandhom jintgħażlu b’għażla aleatorja magħmula skont algoritma ddeterminata mill-pjattaforma tal-irkantar qabel l-irkant.

Il-volumi tal-offerti għandhom jingħaddu, u jibdew mill-ogħla prezz ta’ offerta. Il-prezz tal-offerta li miegħu jkun jaqbel l-għadd tal-volumi tal-offerti jew li jkun jaqbeż il-volum tal-kwoti rkantati għandu jkun il-prezz mill-ikklirjar f’irkant.

3.  L-offerti kollha li jġibu l-għadd tal-volumi tal-offerti stabilit skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu allokati skont il-prezz mill-ikklirjar f’irkant.

4.  Fejn il-volum totali ta’ offerti rebbieħa stabbilit skont il-paragrafu 2 jaqbeż il-volum tal-kwoti rkantati, il-volum li jifdal tal-kwoti rkantati għandu jkun allokat lill-offerent li ssottometta l-aħħar offerta li għaqdet l-għadd tal-volumi tal-offerti.

5.  Fejn il-volum totali tal-offerti ssortjati skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-volum tal-kwoti rkantati, il-pjattaforma tal-irkant għandha tikkanċella l-irkant.

6.  Fejn il-prezz mill-ikklirjar fl-irkant ikun sinifikantement anqas mill-prezz prevalenti fis-suq sekondarju fil-perjodu għall-offerti u immedjadament qablu u meta titqies il-volatilità fil-perjodu qasir ta' żmien tal-prezz tal-kwoti fuq perjodu definit li jippreċedi l-irkant, il-pjattaforma tal-irkant għandha tikkanċella l-irkant.

▼M4

7.  Qabel jibda rkant, il-pjattaforma tal-irkant għandha tiddetermina l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6, wara li tikkonsulta mas-sorveljatur tal-irkant, jekk dan ikun inħatar, u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 56.

Bejn żewġ perjodi għall-offerti fuq l-istess pjattaforma tal-irkant, il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata tista’ timmodifika l-metodoloġija. Din għandha tavża lis-sorveljatur tal-irkant, jekk dan ikun inħatar, u lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 56, mingħajr dewmien.

Il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata għandha tqis sewwa ħafna l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant, fejn din tkun mogħtija.

8.  Fejn jiġi kkanċellat irkant wieħed jew aktar skont il-paragrafi 5 jew 6 konsekuttivament, il-volum ikkombinat tal-kwoti ta’ dawk l-irkanti għandu jitqassam b’mod ugwali fost l-irkanti skedati li jkun imiss għal fuq l-istess pjattaforma tal-irkant.

Fil-każ ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE l-għadd ta’ rkantijiet li fuqhom irid jitqassam il-volum ikkombinat li għandu jiġi rkantat għandu jkun erba’ darbiet daqs l-għadd ta’ rkantijiet li jkunu ġew ikkanċellati.

Fil-każ ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE l-għadd ta’ rkantijiet li fuqhom irid jitqassam il-volum ikkombinat li għandu jiġi rkantat għandu jkun darbtejn l-għadd ta’ rkantijiet li jkunu ġew ikkanċellati.

▼B



KAPITOLU III

KALENDARJU TAL-IRKANT

Artikolu 8

Għażla taż-żmien u frekwenza

1.  Pjattaforma tal-irkant għandha tmexxi l-irkantijiet b’mod separat permezz tal-perjodu tagħha stess għall-offerti li jirrikorri regolarment. Il-perjodu għall-offerti għandu jinfetaħ u jingħalaq fl-istess jum ta’ negozjar. Il-perjodu għall-offerti għandu jibqa’ miftuħ għal mhux anqas minn sagħtejn. Il-perjodi għall-offerti ta’ kwalunkwe żewġ pjattaformi tal-irkant jew aktar jistgħu ma jirkbux il-wieħed fuq l-ieħor u għandu jkun hemm dewmien mill-anqas ta’ sagħtejn bejn żewġ perjodi konsekuttivi għall-offerti.

2.  Il-pjattaforma tal-irkant għandha tiddetermina d-dati u l-ħinijiet tal-irkantijiet billi tqis il-btajjel pubbliċi li jolqtu lis-swieq finanzjarji internazzjonali u kwalunkwe avveniment jew ċirkustanza rilevanti oħra li, fid-dawl tal-pjattaforma tal-irkant, jistgħu jolqtu t-tmexxija xierqa tal-irkantijiet u jwasslu għall-ħtieġa ta’ bidliet. Ma għandu jkun hemm ebda rkant fil-ġimagħtejn matul il-Milied u l-Ewwel tas-Sena kull sena.

▼M4

3.  F’ċirkustanzi eċċezzjonali, kull pjattaforma tal-irkant tista’, wara li tikkonsulta mas-sorveljatur tal-irkant u tikseb l-opinjoni tiegħu dwar dan, tibdel il-ħinijiet ta’ kwalunkwe perjodu għall-offerti, billi tavża lill-persuni kollha li x’aktarx jintlaqtu. Il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata għandha tqis sewwa ħafna l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant, fejn din tkun mogħtija.

▼M1

4.  Mis-sitt irkant jew qabel, il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) għandha twettaq irkantijiet ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE mill-inqas fuq bażi ta’ darba fil-ġimgħa, u rkantijiet ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE mill-inqas fuq bażi ta’ darba kull xahrejn, bl-eċċezzjoni tal-2012, fejn il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom iwettqu rkantijiet ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu III ta’ dik id-Direttiva fuq bażi ta’ darba fix-xahar mill-inqas.

▼B

L-ebda pjattaforma tal-irkant oħra ma għandha tikkonduċi rkant fi kwalunkwe minn massimu ta’ jumejn fil-ġimgħa li pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) tkun qed tikkonduċi rkant. Fil-każ li l-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) tikkonduċi rkanti f'aktar minn jumejn fil-ġimgħa, din għandha tiddetermina u tippubblika f'liema jumejn ma jista' jseħħ l-ebda rkant ieħor. Għandha tagħmel dan mhux aktar tard minn meta tagħmel id-determinazzjoi u l-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1).

▼M4

5.  Il-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li għandu jiġi rkantat mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) għandu jitqassam b’mod ugwali bejn l-irkanti li jsiru f’sena partikolari, ħlief li volumi rkantati f’Awwissu ta’ kull sena għandhom ikunu n-nofs tal-volum irkantat f’irkanti li jsiru f’xhur oħra tas-sena.

Il-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE li għandu jiġi rkantat mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) fil-prinċipju għandu jitqassam b’mod ugwali fost l-irkanti li jsiru f’sena partikolari, ħlief li volumi rkantati li jsiru f’Awwissu ta’ kull sena għandhom ikunu n-nofs tal-volum irkantat f’irkanti li jsiru f’xhur oħra tas-sena.

▼B

6.  Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-għażla taż-żmien u l-frekwenza tal-irkantijiet immexxija minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant ħlief il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) u (2) huma stabiliti fl-Artikolu 32.

▼M4

Artikolu 9

Ċirkustanzi li ma jħallux rkantijiet isiru

Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli msemmijin fl-Artikolu 58 fejn xieraq, pjattaforma tal-irkant tista’ tikkanċella rkant li t-tmexxija tajba tiegħu tiġi mfixxkla jew x’aktarx li se tiġi mfixkla. Fejn jiġi kkanċellat irkant wieħed jew aktar konsekuttivament, il-volum ikkombinat tal-kwoti rkantati għandu jitqassam b’mod ugwali fost l-irkanti skedati li jkun imiss għal fuq l-istess pjattaforma tal-irkant.

Fil-każ ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE l-għadd ta’ rkantijiet li fuqhom irid jitqassam il-volum ikkombinat li għandu jiġi rkantat għandu jkun erba’ darbiet daqs l-għadd ta’ rkantijiet li jkunu ġew ikkanċellati.

Fil-każ ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE l-għadd ta’ rkantijiet li fuqhom irid jitqassam il-volum ikkombinat li għandu jiġi rkantat għandu jkun darbtejn l-għadd ta’ rkantijiet li jkunu ġew ikkanċellati konsekuttivament.

▼B

Artikolu 10

Volumi annwali tal-kwoti rkantati koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE

▼M1

1.  Għal kull Stat Membru, l-Anness I għal dan ir-Regolament jistabbilixxi l-volum ta’ kwalunkwe kwota koperta mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li għandhom jiġu rkantati fl-2012.

▼M6

2.  Il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat fl-2013 u fl-2014 għandu jkun il-kwantità ta' kwoti stabbilita skont l-Artikoli 9 u 9a ta' dik id-Direttiva għas-sena kalendarja kkonċernata, wara li titnaqqas l-allokazzjoni mingħajr ħlas prevista fl-Artikoli 10a(7) u 11(2) ta' dik id-Direttiva, u wara li jitnaqqas nofs il-volum totali ta' kwalunkwe kwota rkantata fl-2012.

Il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat kull sena kalendarja mill-2015 sal-2018 għandu jkun il-kwantità ta' kwoti stabbilita skont l-Artikoli 9 u 9a ta' dik id-Direttiva għas-sena kalendarja kkonċernata, wara li titnaqqas l-allokazzjoni mingħajr ħlas prevista fl-Artikoli 10a(7) u 11(2) ta' dik id-Direttiva.

▼M5

Mill-volum ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantati f’sena partikolari, stabbilit skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fl-2014-2016, għandha titnaqqas il-kwantità ta’ kwoti għas-sena rispettiva stipulata fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Billi fl-2014 il-volum ta’ tnaqqis stabbilit fl-Anness IV ma jistax jinfirex fuq perjodu ta’ aktar minn 9 xhur, għandu jitnaqqas b’100 miljun kwota u wara bl-istess ammont għal kull tliet xhur tas-sena. F’dak il-każ, il-volumi ta’ tnaqqis għall-2015 u l-2016 għandhom jiġu aġġustati f’rati ndaqs skont dan.

▼M6

Il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat mill-2019 'il quddiem għandu jkun il-kwantità ta' kwoti stabbilita skont l-Artikoli 10(1) u 10(1a) ta' dik id-Direttiva.

▼M5

Fir-rigward tal-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 10c tad-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-ewwel sentenza tal-Artikolu 10c(2) tad-Direttiva, il-kwantità totali ta’ kwoti li trid tiġi rkantata f’sena partikolari wara l-aġġustament stabbilit fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tkun inqas mill-kwantità ta’ kwoti li trid tiġi allokata b’mod tranżitorju u mingħajr ħlas għal installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku f’dik l-istess sena.

Jekk ikun meħtieġ, il-kwantità totali ta’ kwoti li trid tiġi rkantata f’sena partikolari fil-perjodu 2014-2016 minn Stat Membru li japplika l-Artikolu 10c tad-Direttiva, għandu jiżdied skont dan. Sakemm tkun f’konformità mas-sentenza ta’ qabel, il-kwantità totali ta’ kwoti li trid tiġi rkantata għandha sussegwentament titnaqqas biex tiżgura l-konformità tat-tqassim skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-volumi tal-kwoti li jridu jiġu rkantati msemmija fit-tieni u t-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness IV tar-Regolament, għandhom jiġu aġġustati biex jirriflettu kwalunkwe żieda jew tnaqqis bħal dan.

▼B

Kwalunkwe kwantità li għandha tkun irkantata skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tingħadd mal-volum tal-kwoti li jkollu jkun irkantat f'sena kalendarja partikolari, kif stabilit skont l-ewwel jew it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

▼M6

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat fl-aħħar sena ta' kull perjodu ta' negozjar għandu jqis kwalunkwe waqfien li jkun hemm fl-operazzjonijiet ta' installazzjoni skont l-Artikolu 10a(19) ta' dik id-Direttiva, ta' kwalunkwe adattament fil-livell ta' allokazzjoni mingħajr ħlas skont l-Artikolu 10a(20) ta' dik id-Direttiva u tal-kwoti li jifdal fir-riżerva għall-parteċipanti ġodda kif previst fl-Artikolu 10a(7) ta' dik id-Direttiva.

3.  Il-volum ta' kwoti kopert bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid jiġi rkantat kull sena kalendarja mill-2013 'il quddiem għandu jkun ibbażat fuq l-Anness I u fuq l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10(1) ta' dik id-Direttiva, tal-ammont stmat ta' kwoti li jridu jiġu rkantati, jew fuq l-iżjed emenda reċenti tal-istima oriġinali tal-Kummissjoni kif ippubblikata sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' qabel, filwaqt li titqies id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 meta jkun rilevanti, u sa fejn dan ikun possibbli, kwalunkwe allokazzjonijiet tranżizzjonali mingħajr ħlas li jitnaqqsu jew li jridu jitnaqqsu mill-kwantità ta' kwoti li Stat Membru partikolari kieku jirkanta skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE kif previst fl-Artikolu 10c(2) ta' dik id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe aġġustament skont l-Artikoli 24 u 27 ta' dik id-Direttiva.

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, kwalunkwe bidla sussegwenti fil-volum ta' kwoti li jrid jiġi rkantat f'sena kalendarja partikolari għandha titqies fil-volum ta' kwoti li jrid jiġi rkantat fis-sena kalendarja ta' wara.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE, għal kwalunkwe sena kalendarja partikolari kull sehem ta' kwoti ta' Stat Membru li jrid jiġi rkantat u li huwa kopert bil-Kapitolu III ta' dik id-Direttiva għandu jkun is-sehem stabbilit skont l-Artikolu 10(2) tal-istess Direttiva, filwaqt li titqies kull allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas li tkun saret minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE f'dik is-sena kalendarja, kull kwota li trid tiġi rkantata minn dak l-Istat Membru fl-istess sena kalendarja skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva, kif ukoll kull kwota li trid titqiegħed fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq jew li trid tiġi rilaxxata minnha skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.

▼M7

5.  Il-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li għandhom jiġu rkantati fl-2020 għandhom jinkludu wkoll il-volum ta' 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva ta' stabbiltà tas-suq imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(8) ta' dik id-Direttiva. Dawk il-kwoti għandhom jinqasmu f'ammonti ugwali bejn l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta skont l-Artikolu 26(1) ta' dan ir-Regolament fl-1 ta' Jannar 2018 u għandhom jiżdiedu mal-volum ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati għal kull wieħed minnhom. Il-volum ta' 50 miljun kwota għandu fil-prinċipju jitqassam b'mod ugwali bejn l-irkanti li jsiru fl-2020.

▼B

Artikolu 11

Kalendarju għal irkantijiet individwali ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE irkantati mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament

▼M6

1.  Il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw il-perjodi għall-offerti, il-volumi individwali, id-dati tal-irkantijiet, kif ukoll il-prodott irkantat, id-dati tal-ħlas u tal-kunsinna tal-kwoti koperti bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jridu jiġu rkantati f'irkantijiet individwali kull sena kalendarja, sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' qabel, jew malajr kemm jista' jkun minn dakinhar 'il quddiem, ladarba qabel ikunu kkonsultaw lill-Kummissjoni u kisbu l-opinjoni tagħha dwar dan. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom iqisu għalkollox l-opinjoni tal-Kummissjoni.

▼M1

2.  Il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħmlu d-determinazzjonijiet u pubblikazzjonijiet tagħhom, kif previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu skont l-Anness I u skont id-determinazzjoni u l-pubblikazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-ammont stmat tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati jew skont l-emenda l-aktar riċenti tal-istima oriġinali tal-Kummissjoni, inkluż kwalunkwe aġġustament, imsemmija fl-Artikolu 10(3).

▼B

3.  Il-perjodi għall-offerti, il-volumi individwali u d-dati ta’ rkantijiet koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE li jkollhom ikunu rkantati f’irkantijiet individwali għall-aħħar sena ta’ kull perjodu ta’ negozjar, jistgħu jkunu aġġustati mill-pjattaforma tal-irkant konċernata biex jitqies kwalunkwe waqfien ta’ operati ta' stallazzjoni skont l-Artikolu 10a(19) ta’ dik id-Direttiva, ta’ kwalunkwe adattament tal-livell ta’ allokazzjoni bla ħlas skont l-Artikolu 10a(20) ta’ dik id-Direttiva jew ta’ kwoti li jifdal fir-riżerva għal parteċipanti ġodda kif ipprovdut fl-Artikolu 10a(7) ta’ dik id-Direttiva.

▼M4

4.  Il-kalendarju għal irkanti individwali ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE mmexxijin minn pjattaforma tal-irkant, barra mill-pjattaformi tal-irkanti maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi ddeterminat u ppubblikat skont l-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 32 għandu japplika wkoll rigward l-irkanti immexxija skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 30(7) mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2).

Artikolu 12

Il-volumi annwali ta’ kwoti rkantati koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE

1.  Il-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE li għandhom jiġu rkantati kull sena għandu jkun ta’ 15 % tal-volum mistenni ta’ dawk il-kwoti li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni għal dik is-sena. Fejn il-volum irkantat f’sena partikolari jkun madwar 15 % tal-volum li jkun realment iddaħħal fiċ-ċirkolazzjoni għal dik is-sena, il-volum li jkun irid jiġi rkantat fis-sena ta’ wara għandu jikkoreġi d-differenza. Jekk ikun hemm kwoti li ma jkunux għadhom ġew irkantati wara l-aħħar sena ta’ perjodu ta’ negozjar għandhom jiġu rkantati fl-ewwel erba’ xhur tas-sena ta’ wara.

Il-volum ta’ kwoti li għandu jkun irkantat fl-aħħar sena ta’ kull perjodu ta’ negozjar, għandhom jitqiesu l-kwoti li jifdal fir-riżerva speċjali msemmija fl-Artikolu 3f tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.  Għal kull sena kalendarja f’perjodu ta’ negozjar partikolari, kull sehem tal-kwoti ta’ Stat Membru li għandhom jiġu rkantati, koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jkun iddeterminat skont l-Artikolu 3d(3) ta’ dik id-Direttiva.

▼B

Artikolu 13

Kalendarju għal irkantijiet individwali ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE irkantati mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament

1.  Il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiddeterminaw u jippubblikaw il-perjodi għall-offerti, il-volumi individwali, id-dati ta’ rkantijiet tal-kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE li jkollhom ikunu rkantati f’irkantijiet individwali għall-2012, sat-30 ta’ Settembru 2011, jew malajr kemm jista’ jkun prattikabbli wara, wara li qabel ikunu kkonsultaw mal-Kummissjoni u kisbu l-opinjoni tagħha dwar dan. Il-pjattaformi tal-irkant konċernati għandhom iqisu sewwa ħafna l-opinjoni tal-Kummissjoni.

▼M4

2.  Mill-2013 ’il quddiem, il-pjattaformi tal-irkanijiet maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta’ dan ir-Regolament għandhom fil-prinċipju jiddeterminaw u jippubblikaw il-perjodi għall-offerti, il-volumi individwali, id-dati tal-irkanti, kif ukoll il-prodott irkantat, id-dati tal-ħlas u l-konsenja tal-kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE li jkollhom ikunu rkantati f’irkanti individwali għal kull sena kalendarja, sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, jew malajr kemm jista’ jkun prattikabbli minn dakinhar ‘il quddiem, wara li qabel ikunu kkonsultaw mal-Kummissjoni u kisbu l-opinjoni tagħha dwar dan. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom iqisu bl-akbar attenzjoni l-opinjoni tal-Kummissjoni.

▼B

Il-perjodi għall-offerti, il-volumi individwali, id-dati ta’ rkantijiet, kif ukoll il-prodott irkantat, id-dati tal-ħlas u l-konsenja tal-kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE li jkollhom ikunu rkantati f’irkantijiet individwali għall-aħħar sena ta’ kull perjodu ta’ negozjar, jistgħu jkunu aġġustati mill-pjattaforma tal-irkant konċernata biex jitqiesu l-kwoti li jifdal fir-riżerva speċjali msemmija fl-Artikolu 3f ta’ dik id-Direttiva.

3.  Il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament għandhom jibbażaw id-determinazzjonijiet u l-pubblikazzjonijiet tagħhom skont il-paragrafi 1 u 2 fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 3e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

4.  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kalendarju għal irkantijiet individwali ta’ kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE kondotti minn pjattaforma tal-irkant, barra mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi ddeterminat u ppubblikat skont l-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.

▼M4

L-Artikolu 32 għandu japplika wkoll rigward l-irkanti immexxija skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 30(7) mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2).

▼B

Artikolu 14

Aġġustamenti tal-kalendarju tal-irkant

1.  Id-determinazzjonijiet u l-pubblikazzjonijiet tal-volumi annwali li jridu jiġu rkantati u tal-perjodi ta’ żmien għall-offerti, volumi, dati, prodotti rkantati, dati tal-ħlas u tal-konsenja b'rabta mal-irkantijiet individwali skont l-Artikoli 10 sa 13 u l-Artiolu 32(4) ma għandhomx jiġu mmodifikati għajr għal aġġustamenti dovuti għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) il-kanċellament ta’ rkant skont l-Artikolu 7(5) u (6), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 32(5);

(b) kwalunkwe sospensjoni ta’ pjattaforma tal-irkant għajr il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament prevista fir-Regolament tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(c) kwalunkwe deċiżjoni minn Stat Membru magħmula skont l-Artikolu 30(8);

(d) kwalunkwe nuqqas ta’ saldu msemmi fl-Artikolu 45(5);

(e) kwalunkwe kwota li tifdal fir-riżerva speċjali msemmija fl-Artikolu 3f tad-Direttiva 2003/87/KE;

(f) il-waqfien ta’ operazzjonijiet ta’ stallazzjoni skont l-Artikolu 10a(19) tad-Direttiva 2003/87/KE, kwalunkwe adattament ta’ livell ta’ allokazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 10a(20) ta’ dik id-Direttiva jew ta’ kwoti li jifdal fir-riżerva għal parteċipanti ġodda msemmija fl-Artikolu 10a(7) ta’ dik id-Direttiva;

(g) kwalunkwe inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE;

(h) kwalunkwe miżura adottata skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2003/87/KE;

(i) id-dħul fis-seħħ ta’ emendi għal dan ir-Regolament jew għad-Direttiva 2003/87/KE;

▼M1

(j) kwalunkwe rtirar ta’ kwoti mill-irkantijiet skont l-Artikolu 22(5) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1);

▼M6

(k) il-ħtieġa li pjattaforma tal-irkant tevita li twettaq irkant li jikser dan ir-Regolament jew id-Direttiva 2003/87/KE;

▼M6

(l) l-aġġustamenti meħtieġa skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 li għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati sal-15 ta' Lulju tas-sena partikolari, jew malajr kemm jista' jkun minn dakinhar 'il quddiem.

▼B

2.  Fejn il-mod li bih tiġi implimentata modifma jkunx previst f'dan ir-Regolament, il-pjattaforma tal-irkant konċernata ma għandhiex timplimenta dik il-modifika sakemm ma tkunx ikkonsultat lill-Kummissjoni u kisbet l-opinjoni tagħha dwar dan. Il-pjattaforma tal-irkant konċernata għandha tqis sewwa ħafna l-opinjoni tal-Kummissjoni.



KAPITOLU IV

AĊĊESS GĦALL-IRKANTIJIET

Artikolu 15

Persuni li jistgħu jissottomettu offerti direttament f’irkant

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 28(3), persuna biss li tkun eliġibbli tapplika għall-ammissjoni għall-offerti skont l-Artikolu 18 u tkun ammessa għall-offerti skont l-Artikoli 19 u 20 tkun tista’ tissottometti offerti direttament f’irkant.

Artikolu 16

Mezzi ta’ aċċess

1.  Pjattaforma tal-irkant għandha tipprovdi għall-mezzi ta’ aċċess għall-irkantijiet tagħha fuq bażi mhux diskriminatorja.

▼M4

1a.  Il-permess tad-dħul fl-irkanti ma għandhiex tiddipendi fuq li wieħed isir membru tas-suq sekondarju, jew li jieħu sehem fis-suq sekondarju, organizzat mill-pjattaforma tal-irkant jew ta’ kwalunkwe post tal-kummerċ ieħor operat mill-pjattaforma jew minn kwalunkwe parti terza.

▼M1

2.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tiżgura li jkun hemm aċċess mill-bogħod għall-irkantijiet tagħha permezz ta’ interfaċċja elettronika aċċessibbli b’mod sigur u affidabbli permezz tal-Internet.

Barra minn hekk, pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha toffri lill-offerenti l-alternattiva ta’ aċċess għall-irkantijiet tagħha permezz ta’ konnessjonijiet dedikati għall-interfaċċja elettronika.

▼M4

3.  Pjattaforma tal-irkant tista’ toffri, u l-Istati Membri jistgħu jitolbu, mezz alternattiv wieħed jew aktar għal aċċess għall-irkanti tagħha, jekk il-mezz ewlieni ta’ aċċess ikun inaċċessibbli għal xi raġuni jew oħra, sakemm dawk il-mezzi alternattivi ta’ aċċess ikunu siguri u affidabbli u l-użu tagħhom ma jwassalx għal xi diskrimazzjoni fost l-offerenti.

▼M1

Artikolu 17

Taħriġ u “linja ta’ assistenza

Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha toffri modulu prattiku ta’ taħriġ ibbażat fuq l-Internet dwar il-proċess tal-irkant li tkun qed twettaq, inklużi gwida dwar kif wieħed jikkompleta u jippreżenta kwalunkwe formula, u simulazzjoni dwar kif tiġi sottomessa offerta f’irkant. Għandha wkoll tipprovdi linja ta’ assistenza aċċessibbli bit-telefown, faks u posta elettronika mill-inqas waqt il-ħin tax-xogħol ta’ kull jum ta’ negozjar.

▼B

Artikolu 18

Persuni eliġibbli biex japplikaw għall-ammissjoni għal offerti

1.  Il-persuni li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli japplikaw għall-ammissjoni biex jissottomettu offerti direttament fl-irkantijiet:

▼M4

(a) operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li jkollu kont ta’ depożitu ta’ operatur, li jressaq l-offerti f’ismu, u dan jinkludi kull impriża prinċipali, impriża sussidjarja jew impriża affiljata li tifforma parti mill-istess grupp ta’ impriżi bħala l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru;

▼B

(b) ditti ta’ investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2004/39/KE li joffru f’isimhom jew f’isem il-klijenti tagħhom;

(c) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE li joffru f’isimhom jew f’isem il-klijenti tagħhom;

(d) raggruppamenti ta’ negożju ta’ persuni elenkati fil-punt (a) li jissottomettu offerti f'isimhom stess u bħala agenti f'isem il-membri tagħhom;

(e) korpi pubbliċi jew entitajiet proprjetà tal-Istati Membri li jikkontrollaw kwalunkwe persuna elenkata fil-punt (a).

2.  Mingħajr ħsara għall-eżenzjoni tal-Artikolu 2(1)(i) tad-Direttiva 2004/39/KE, persuni koperti minn din l-eżenzjoni u awtorizzati skont l-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli japplikaw għall-ammissjoni biex jissottomettu offerti direttament fl-irkantijiet jew f’isimhom jew f’isem klijenti tan-negozju prinċipali tagħhom bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ta’ stabiliment jkun għadda leġiżlazzjoni biex l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti tkun tista’ f’dak l-Istat Membru tawtorizzahom jissottomettu offerta f'isimhom stess jew f’isem klijenti tan-negozju prinċipali tagħhom.

▼M1

3.  Persuni msemmija fil-paragrafu 1(b) jew (c) għandhom ikunu eliġibbli li japplikaw għall-ammissjoni biex jissottomettu offerti direttament fl-irkantijiet f’isem klijenti tagħhom meta jissottomettu offerti għal prodotti rkantati li ma jkunux strumenti finanzjarji, sakemm l-Istat Membru fejn huma stabbiliti jkun daħħal fis-seħħ leġiżlazzjoni li tippermetti lill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti f’dak l-Istat Membru li tawtorizzahom li jissottomettu offerti f’isimhom jew f’isem klijenti tagħhom.

▼B

4.  Fejn il-persuni msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c) u fil-paragrafu 2 jissottomettu offerta f’isem il-klijenti tagħhom, għandhom jiżguraw li dawk il-klijenti jkunu eliġibbli japplikaw għall-ammissjoni biex jissottomettu offerti direttament skont il-paragrafi 1 jew 2.

Fejn il-klijenti tal-persuni msemmijin fl-ewwel subparagrafu jkunu huma nfushom qed joffru f’isem il-klijenti tagħhom stess, għandhom li dawk il-klijenti jkunu eliġibbli wkoll japplikaw għall-ammissjoni biex jissottomettu offerti direttament skont il-paragrafi 1 jew 2. L-istess għandu japplika għall-klijenti l-oħra kollha li jkun hemm tul il-katina li joffru indirettament fl-irkantijiet.

5.  Il-persuni segwenti ma għandhomx ikunu eliġibbli biex japplikaw għall-ammissjoni biex jissottomettu offerti direttament fl-irkantijiet u wisq anqas ma jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-irkantijiet permezz ta’ persuna waħda jew aktar ammessa biex tissottometti offerti skont l-Artikoli 19 u 20, kemm għan-nom tagħhom stess jew f'isem kwalunkwe persuna oħra, meta dawn ikunu jaqdu r-rwol tagħhom fir-rigward tal-irkantijiet inkwistjoni:

(a) l-irkantatur;

(b) il-pjattaforma tal-irkant, inkluża kwalunkwe sistema ta’ kklirjar u kwalunkwe sistema ta’ saldu konnessa magħha;

(c) persuni li jkunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza sinifikanti fuq l-immaniġjar tal-persuni msemmijin fil-punti (a) u (b);

(d) persuni li jaħdmu għal persuni msemmija fil-punti (a) u (b).

6.  Is-sorveljatur tal-irkant ma jistax jipparteċipa fi kwalunkwe rkant direttament jew indirettament permezz ta’ persuna waħda jew aktar ammessi biex jissottomettu offerti skont l-Artikoli 19 u 20 kemm jekk għan-nom tagħha stess jew f'isem xi persuna oħra.

Persuni li jkunu f'pożizzjoni li jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tal-monitor tal-irkant ma jistgħux jipparteċipaw f'xi rkant direttament jew indirettament, permezz ta’ persuna waħda jew aktar ammessi biex jissottomettu offerti skont l-Artikoli 19 u 20, kemm jekk għan-nom tagħhom stess jew f'isem xi persuna oħra.

Persuni li jaħdmu għas-sorveljatur tal-irkant b'rabta mal-irkantijiet ma jistgħux jipparteċipaw fi kwalunkwe rkant direttament jew indirettament permezz ta’ persuna waħda jew aktar ammessi biex jissottomettu offerti skont l-Artikoli 19 u 20 kemm jekk għan-nom tagħhom stess jew f'isem xi persuna oħra.

7.  L-alternattiva disponibbli skont l-Artikoli 44 sa 50 għal pjattaforma tal-irkant, inkluż kwalunkwe sistema ta’ kklirjar jew sistema ta’ saldu marbuta magħha, biex taċċetta l-ħlas, tagħmel il-konsenja jew tiġbor kollateral minn suċċessur fit-titolu għal offerent rebbieħ għandha tkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikoli 17 sa 20.

Artikolu 19

Rekwiżiti għal ammissjoni għal offerti

▼M6

1.  Il-membri jew il-parteċipanti tas-suq sekondarju organizzat minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) li jkunu persuni eliġibbli skont l-Artikolu 18(1) jew (2), għandhom jitħallew iwettqu l-offerti direttament fl-irkantijiet imwettqa minn dik il-pjattaforma tal-irkant mingħajr ebda rekwiżit ieħor ta' ammissjoni, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ir-rekwiżiti għall-ammissjoni tal-membru jew tal-parteċipant fin-negozjar tal-kwoti permezz tas-suq sekondarju organizzat mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) ma jkunux inqas stretti minn dawk elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b) il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) tirċievi kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tivverifika l-issodisfar ta' kull rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li ma jkunx ġie vverifikat qabel.

▼M1

2.  Persuni, li ma jkunux membri jew parteċipanti tas-suq sekondarju organizzat minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1), u li jkunu persuni eliġibbli skont l-Artikolu 18(1) jew (2), għandhom ikunu ammessi biex jagħmlu offerti direttament fl-irkantijiet imwettqa minn dik il-pjattaforma tal-irkant sakemm:

(a) ikunu stabbiliti fl-Unjoni, operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru;

(b) ikollhom kont tal-kwoti desinjat;

(c) ikollhom kont bankarju desinjat;

(d) jaħtru mill-inqas rappreżentant wieħed tal-offerent skont kif hemm iddefinit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(3);

(e) jissodisfaw lill-pjattaforma tal-irkant konċernata b’konformità mal-miżuri applikabbli ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti dwar l-identità tagħhom, l-identità tas-sidien benefiċjarji tagħhom, l-integrità u l-profil kummerċjali tagħhom u dak tan-negozjar, filwaqt li jitqiesu l-mezzi biex tkun stabbilita r-relazzjoni mal-offerent, it-tip ta’ offerent, in-natura tal-prodott irkantat, id-daqs tal-offerti prospettivi u l-mezzi għal ħlas u konsenja;

(f) jissodisfaw lill-pjattaforma tal-irkant konċernata dwar il-qagħda finanzjarja tagħhom, b’mod partikolari li huma jkunu kapaċi jonoraw l-impenji finanzjarji tagħhom u l-obbligazzjonijiet kurrenti hekk kif isiru dovuti;

(g) ikollhom fis-seħħ jew ikun possibbli li jkollhom fis-seħħ, meta jintalbu, il-proċessi interni, il-proċeduri u l-ftehimiet kuntrattwali meħtieġa biex iġibu fis-seħħ offerta ta’ daqs massimu imposta skont l-Artikolu 57;

(h) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 49(1).

▼M6 —————

▼B

3.  Persuni li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 18(1)(b) u (c) jew l-Artikolu 18(2) li jissottomettu offerti f’isem il-klijenti tagħhom għandhom ikunu responsabbli mill-aċċertament li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jitħarsu:

(a) li l-klijenti tagħhom jkunu persuni eliġibbli skont l-Artikolu 18(1) jew (2);

(b) li jkollhom jew li għandu jkollhom f’waqtu qabel il-ftuħ tal-perjodu għall-offerti proċessi interni adegwati, proċeduri u ftehimiet kuntrattwali meħtieġa biex:

(i) ikunu jistgħu jipproċessaw offerti minn klijenti tagħhom inklużi s-sottomissjoni ta’ offerti, ġbir ta’ ħlas u trasferiment ta’ kwoti;

(ii) iżommu milli ssir id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni konfidenzjali minn dik il-parti tan-negozju tagħhom li tkun responsabbli biex tirċievi, tħejji u tissottometti offerti f’isem il-klijenti tagħhom lil dik il-parti tan-negozju tagħhom responsabbli biex tħejji u tissottometti offerti f’isimhom;

(iii) jiżguraw li l-klijenti tagħhom, li jkunu huma nfushom qed jaġixxu f’isem klijenti li jkunu qed joffru fl-irkantijiet, japplikaw ir-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u f’dan il-paragrafu u li jesiġu l-istess mill-klijenti tagħhom u mill-klijenti tal-klijenti tagħhom kif ipprovdut fl-Artikolu 18(4).

Il-pjattaforma tal-irkant konċernata tista’ sserraħ fuq verifiki affidabbli magħmulin mill-persuni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, mill-klijenti tagħhom jew mill-klijenti tal-klijenti tagħhom kif previst fl-Artikolu 18(4).

Il-persuni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu responsabbli mill-iżgurar li huma jkunu kapaċi juru lill-pjattaforma tal-irkant, kull darba li jintalbu jagħmlu hekk mill-pjattaforma tal-irkant skont l-Artikolu 20(5)(d), li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 20

Sottomissjoni u pproċessar ta’ applikazzjonijiet għal ammissjoni għal offerta

▼M1

1.  Qabel ma jissottomettu l-ewwel offerta direttament permezz ta’ kwalunkwe pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1), persuni eliġibbli skont l-Artikolu 18(1) jew (2) għandhom japplikaw lill-pjattaforma tal-irkant konċernata għal ammissjoni għal offerta.

▼M6

Il-membri jew il-parteċipanti fis-suq sekondarju organizzat mill-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1) għandhom jitħallew iwettqu l-offerti mingħajr ma japplikaw skont l-ewwel sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu.

▼M4

2.  Applikazzjoni għall-ammissjoni għal offerta magħmula skont il-paragrafu 1 għandha ssir billi titressaq applikazzjoni mimlija lill-pjattaforma tal-irkant. Il-formola tal-applikazzjoni u l-aċċess għaliha permezz tal-Internet għandhom ikunu pprovduti u miżmuma tajjeb mill-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata.

▼B

3.  Applikazzjoni għal ammissjoni għal offerta għandha tkun sostnuta b’kopji ċċertifikati kif imiss tad-dokumenti kollha sustantivi meħtieġa mill-pjattaforma tal-irkant biex jintwera li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2) u (3). Applikazzjoni għal ammissjoni għal offerta mill-anqas tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness II.

4.  Applikazzjoni għal ammissjoni għal offerta, inkluż kwalunkwe dokument sustantiv, għandha, meta tintalab, tkun tista’ tinkiseb għal spezzjoni mis-sorveljatur tal-irkant, mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru li jkun qed imexxi l-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 62(3)(e) u minn kwalunkwe korp kompetenti tal-Unjoni involut f’investigazzjonijiet immexxijin fuq bażi transkonfinali.

▼M1

5.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) tista’ tirrifjuta ammissjoni għal offerta fl-ikantijiet jekk l-applikant jirrifjuta xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) li jkun konformi mat-talbiet magħmula mill-pjattaforma tal-irkant għal informazzjoni jew kjarifika addizzjonali jew biex jissustanzja aktar l-informazzjoni mogħtija;

(b) li jattendi stedina għal intervista magħmula mill-pjattaforma tal-irkant ta’ kwalunkwe uffiċjal tal-applikant, inkluż fil-post tan-negozju tiegħu jew banda oħra;

(c) li jippermetti li jsiru investigazzjonijiet jew verifiki, mitluba mill-pjattaforma tal-irkant inkluż żjarat jew kontrolli fuq il-post fejn ikun jinsab in-negozju tal-applikant;

(d) li jkun konformi mat-talbiet magħmula mill-pjattaforma tal-irkant għal kwalunkwe informazzjoni meħtieġa minn klijenti, il-klijenti tal-applikant jew mill-klijenti tal-klijenti tagħhom kif previst fl-Artikolu 18(4) sabiex tkun ivverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19(3);

(e) li jkun konformi mat-talbiet magħmula mill-pjattaforma tal-irkant għal kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2).

6.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tapplika l-miżuri previsti fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2005/60/KE fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tagħha jew relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma’ persuni politikament esposti irrispettivament mill-pajjiż tar-residenza tagħhom.

7.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tesiġi li applikant għal ammissjoni għal offerta fl-irkantijiet tagħha jiżgura li klijenti tal-applikant ikunu konformi ma’ kwalunkwe talba magħmula skont il-paragrafu 5 u li kwalunkwe klijent tal-klijenti tal-applikant, kif previst fl-Artikolu 18(4), jagħmel l-istess.

▼B

8.  Applikazzjoni għal ammissjoni għandha titqies li tkun ġiet irtirata jekk l-applikant jonqos li jissottometti informazzjoni mitluba f’perjodu raġonevoli speċifikat f’talba għall-informazzjoni magħmula mill-pjattaforma tal-irkant konċernata skont il-punt (a), (d) jew (e) tal-paragrafu 5, li ma għandux ikun anqas minn ħamest ijiem ta’ negozjar mid-data tat-talba għal informazzjoni, jew jekk l-applikant jonqos li jwieġeb jew li jikkoopera f'intervista jew kwalunkwe investigazzjoni jew verifika skont punt (b) jew (c) tal-paragrafu 5.

▼M1

9.  Applikant ma għandux jipprovdi lil ebda pjattaforma tal-irkant, maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1), informazzjoni li tkun falza jew qarrieqa. Applikant għandu jinnotifika lill-pjattaforma tal-irkant konċernata b’mod sħiħ, sinċier u minnufih dwar kwalunkwe bidla li jkun hemm fiċ-ċirkustanzi tiegħu li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni tiegħu għal ammissjoni għal offerta f’irkantijiet imwettqa minn dik il-pjattaforma tal-irkant jew għal kwalunkwe ammissjoni għal offerta li tkun diġà ngħatatlu.

10.  Pjattaforma maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tiddeċiedi dwar applikazzjoni sottomessa lilha u tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-applikant bid-deċiżjoni tagħha.

Il-pjattaforma tal-irkant konċernata tista’:

(a) tagħti ammissjoni mhux kundizzjonata għall-irkantijiet għal perjodu li ma jaqbiżx it-terminu tal-ħatra tagħha, inkluża kwalunkwe estensjoni jew tiġdid ta’ dik il-ħatra;

(b) tagħti ammissjoni kundizzjonali għal irkantijiet għal perjodu li ma jaqbiżx it-terminu tal-ħatra tagħha, soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet speċifikati, sa data partikolari, li għandu jkun ivverifikat kif xieraq mill-pjattaforma tal-irkant konċernata;

(c) tirrifjuta li tagħti ammissjoni.

▼B

Artikolu 21

Rifjut, revoka jew sospensjoni ta’ ammissjoni

▼M1

1.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tirrifjuta li tagħti ammissjoni għal offerta fl-irkantijiet tagħha, tirrevoka jew tissospendi kwalunkwe ammissjoni għal offerta diġà mogħtija lil kwalunkwe persuna li:

(a) mhijiex jew li ma tkunx għadha eliġibbli tapplika għall-ammissjoni biex tissottometti offerti skont l-Artikolu 18(1) jew (2);

(b) ma tissodisfax jew li ma tkunx għadha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 18, 19 u 20;

(c) volontorjament jew ripetutament tikser dan ir-Regolament, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ammissjoni tagħha għal offerta fl-irkantijiet imwettqa mill-pjattaforma tal-irkant konċernata, jew istruzzjonijiet jew ftehimiet oħra relatati.

2.  Pjattaforma maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tirrifjuta li tagħti ammissjoni għal offerta fl-irkantijiet tagħha, tirrevoka jew tissospendi kwalunkwe ammissjoni għal offerta diġà mogħtija, jekk tissuspetta ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, attività kriminali jew abbuż mis-suq b’rabta mal-applikant, bil-kundizzjoni li jkun improbabbli li tali rifjut, revoka jew sospensjoni jfixklu l-isforzi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jsegwu u jaqbdu l-awturi ta’ tali attivitajiet.

F’każ bħal dan il-pjattaforma tal-irkant konċernata għandha tagħmel rapport lill-unità tal-intelliġenza finanzjarja (FIU) imsemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2005/60/KE skont l-Artikolu 55(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) tista’ tirrifjuta li tagħti ammissjoni fl-irkantijiet tagħha, tirrevoka jew tissospendi kwalunkwe ammissjoni għal offerta diġà mogħtija, lil kwalunkwe persuna:

(a) li b’mod negliġenti tikser dan ir-Regolament, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ammissjoni tagħha għal offerta fl-irkantijiet imwettqa mill-pjattaforma tal-irkant konċernata, jew istruzzjonijiet jew ftehimiet oħra relatati;

(b) li, b’mod ieħor, tkun ġabet ruħha b’mod li tagħmel ħsara lit-twettiq ordnat jew effiċjenti ta’ rkant;

(c) li tissemma fl-Artikolu 18(1)(b) jew (c) jew l-Artikolu 18(2) u ma tkun offriet f’ebda rkant matul il-220 jum ta’ negozjar ta’ qabel.

▼B

4.  Il-persuni msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu nnotifikati dwar ir-rifjut li għall-ammissjoni, jew dwar ir-revoka jew is-sospensjoni tal-ammissjoni, u għandhom jingħataw perjodu raġonevoli speċifikat fid-deċiżjoni ta’ rifjut, revoka jew sospensjoni tal-ammissjoni, biex iwieġbu bil-miktub.

Wara li tqis it-tweġiba bil-miktub tal-persuna, il-pjattaforma tal-irkant konċernata għandha jekk ikun ġustifikat:

(a) tagħti ammissjoni jew tagħmel arranġament għaliha b’effett minn data partikolari;

(b) tagħti ammissjoni kundizzjonata jew riintegrazzjoni kundizzjonata tal-ammissjoni b’dan imma li jitħarsu l-kundizzjonijiet speċifikati sa data partikolari, li għandha tkun ivverifikata kif imiss mill-pjattaforma tal-irkant konċernata;

(c) tikkonferma r-rifjut li tingħata ammissjoni, ir-revoka jew is-sospensjoni tal-ammissjoni b’effett minn data partikolari.

Il-pjattaforma tal-irkant għandha tinnotifika lill-persuna inkwistjoni bid-deċiżjoni tagħha.

5.  Persuni li l-ammissjoni tagħhom tkun ġiet irrevokata jew sospiża skont il-paragrafi 1, 2 jew 3 għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li t-tneħħija tagħhom mill-irkantijiet:

(a) ikun ordnat;

(b) ma tkunx ta’ preġudizzju għall-interessi tal-klijenti tagħhom jew ma tiddisturbax il-funzjonament effiċjenti tal-irkantijiet;

(c) ma jolqotx l-obbligi tagħhom li jkunu konformi ma’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ ħlas, mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-ammissjoni tagħhom għal offerta fl-irkantijiet jew ma’ kwalunkwe istruzzjoni jew ftehima oħra relatati;

(d) ma tikkompromettix l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni ta’ informazzjoni konfidenzjali skont l-Artikolu 19(3)(b)(ii) li għandhom jibqgħu fis-seħħ għal 20 sena wara t-tneħħija tagħhom mill-irkantijiet.

Ir-rifjut li tingħata ammissjoni, ir-revoka jew is-sospensjoni tal-ammissjoni, imsemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3, għandhom jispeċifikaw kwalunkwe miżura li tkun meħtieġa għall-konformità ma’ dan il-paragrafu u l-pjattaforma tal-irkant għandha tivverifika l-konformità ma’ tali miżuri.



KAPITOLU V

IL-ĦATRA TAL-IRKANTATUR U L-FUNZJONIJIET TIEGĦU

Artikolu 22

Il-ħatra tal-irkantatur

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar irkantatur. L-ebda Stat Membru ma għandu jirkanta kwoti mingħajr ma jaħtar irkantatur. Aktar minn Stat Membru wieħed jistgħu jaħtru l-istess irkantatur.

2.  L-irkantatur għandu jinħatar mill-Istat Membru ħattar f'biżżejjed żmien qabel ma jinbdew l-irkantijiet sabiex jiġu konklużi u implimentati l-arranġamenti neċessarji mal-pjattaforma tal-irkant maħtura jew biex tinħatar minn dak l-Istat Membru, inkluż kwalunkwe sistema tal-ikklirjar u sistema tas-saldu konnessa magħha, sabiex jippermetti lill-irkantatur jirkanta l-kwoti f'isem l-Istat Membru ħattar skont patti u kundizzjonijiet miftiehma reċiprokament.

▼M4

3.  Għall-Istati Membri li ma jkunux qed jipparteċipaw f’azzjonijiet konġunti kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2), l-irkantatur għandu jinħatar mill-Istat Membru li qed jaħtru, biex jiġu konklużi u implimentati l-arranġamenti meħtieġa ma’ dawn il-pjattaformi tal-irkanti maħtura skont l-Artikolu 26(1) u (2), inkluż kull sistema tal-ikklirjar u sistema tas-saldu konnessa magħhom, biex jippermetti lill-irkantatur jirkanta l-kwoti f’isem l-Istat Membru li qed jaħtru fil-pjattaformi tal-irkantar skont termini u kundizzjonijiet miftiehma reċiprokament, skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 30(7) u tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 30(8).

4.  L-Istati Membri ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni privileġġata ma’ persuni li jaħdmu mal-irkantatur sakemm il-perdsuna li tkun qed taħdem għall-Istat Membru jew taġixxi f’ismu ma tagħtix din l-informazzjoni fuq bażi ta’ ħtieġa għall-informazzjoni, b’mod normali waqt l-eżerċizzju tax-xogħol, tal-professjoni jew tal-kompiti tagħhom normali ta’ kuljum, u l-Istat Membru kkonċernat ikun sodisfatt li l-irkantatur ikollu stabbiliti l-miżuri xierqa biex jevita l-abbuż minn informazzjoni privileġġata fit-tifsira tal-Artikolu 3(28) jew kif ipprojbit bl-Artikolu 38, minn kull persuna li taħdem ma’ rkantatur, minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 42(1) u (2).

▼M1

5.  Il-kwoti li jiġu rkantati f’isem Stat Membru għandhom jiġu rtirati mill-irkantijiet kull meta dak l-Istat Membru ma jkollux fis-seħħ irkantatur maħtur kif suppost jew kull meta l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2 mhumiex konklużi jew fis-seħħ.

▼B

6.  Il-paragrafu 5 huwa mingħajr ħsara għal kwalunkwe konsegwenzi legali li joriġinaw taħt id-dritt tal-Unjoni minn Stat Membru li jonqos li jaqdi l-obbligi tiegħu skont il-paragrafi 1 sa 4.

7.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-identità tal-irkantatur u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu lill-Kummissjoni.

L-identità tal-irkantatur u d-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu ppubblikati fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

▼M7

Artikolu 23

Il-funzjonijiet tal-irkantatur

1.  L-irkantatur għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

(a) jirkanta l-volum tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati minn kull Stat Membru li jkun ħatru;

(b) jirċievi r-rikavati mill-irkant dovuti lil kull Stat Membru li jkun ħatru;

(c) jiżborża r-rikavati mill-irkant dovuti lil kull Stat Membru li jkun ħatru.

2.  L-irkantatur ta' kull Stat Membru li jirkanta l-kwoti skont l-Artikolu 10(5) għandu jirċievi r-rikavati tal-irkant minn dawk il-kwoti fuq il-kont bankarju nnominat tal-irkantatur magħżul minnu mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2019 għar-riċevuta tal-pagamenti dovuti skont l-Artikolu 10(5). L-irkantatur għandu jiżgura li dawn ir-rikavati mill-irkant jiġu żborżati fil-kont innotifikat lilu mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva 2003/87/KE, mhux aktar tard minn 15-il jum wara tmiem ix-xahar li fih ir-rikavati tal-irkant ġew iġġenerati. L-irkantatur jista' jnaqqas qabel l-iżborż kwalunkwe tariffi addizzjonali għaż-żamma jew l-iżborż tagħhom, soġġett għan-notifika minn qabel tal-ammont u r-raġuni għal dawn it-tariffi mill-Istat Membru tiegħu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra kollha.

▼B



KAPITOLU VI

IL-ĦATRA TAS-SORVELJATUR TAL-IRKANT U L-FUNZJONIJIET TIEGĦU

Artikolu 24

Is-sorveljatur tal-irkant

1.  Il-proċessi kollha tal-irkant għandhom ikunu mmonitorjati mill-istess sorveljatur tal-irkant.

▼M1

Mingħajr ħsara għat-tielet subparagrafu, il-kwoti li jiġu rkantati f’isem Stat Membru għandhom jiġu rtirati mill-irkantijiet kull meta dak l-Istat Membru ma jkollux fis-seħħ irkantatur maħtur kif suppost jew kull meta l-arranġamenti mas-sorveljatur tal-irkant mhumiex konklużi jew fis-seħħ.

▼M4

Fejn ikun hemm raġunijiet ta’ force majeure li jwaqqfu lis-sorveljatur tal-irkant milli jwettaq il-kompiti tiegħu, jew kollha jew parti minnhom, fir-rigward ta’ rkant partikolari, il-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata tista’ tiddeċiedi li tmexxi dak l-irkant sakemm din tieħu l-passi xierqa biex tiżgura monitoraġġ xieraq ta’ dan l-irkant. Dan għandu japplika wkoll sal-mument li l-ewwel sorveljatur tal-irkant maħtur skont il-paragrafu 2 jibda jissorvelja l-irkanti kkonċernati, kif speċifikat b’mod aktar iddettaljat fil-kuntratt tal-ħatra tiegħu.

▼B

2.  L-Istati Membri kollha għandhom jaħtru sorveljatur tal-irkant wara proċedura ta’ akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri mwettqa skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 91(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 125c tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

3.  Il-perjodu li għalih għandu jinħatar is-sorveljatur tal-irkant ma għandux ikun aktar minn 5 snin.

Mill-anqas tliet xhur qabel l-iskadenza tat-terminu jew it-terminazzjoni tal-ħatra tas-sorveljatur tal-irkant, għandu jinħatar suċċessur, skont il-paragrafu 2.

4.  L-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tas-sorveljatur tal-irkant għandhom ikunu ppubblikati fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

▼M1

5.  Kwalunkwe Stat Membru li jingħaqad fl-azzjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2 wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ akkwist konġunt bejn l-Istati Membri parteċipanti u l-Kummissjoni għandu jaċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet miftiehma mill-Istati Membri parteċipanti u l-Kummissjoni fil-ftehim tal-akkwist konġunt kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni diġà adottata skont dak il-ftehim.

Wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim tal-akkwist konġunt u sa ma jingħaqad Stat Membru fl-azzjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2, dan jista’ jingħata status ta’ osservatur skont termini u kundizzjonijiet miftiehma fil-ftehim ta’ akkwist konġunt bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, soġġett għal kwalunkwe regola applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.

▼B

Artikolu 25

Il-funzjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant

1.  Is-sorveljatur tal-irkant għandu jimmonitorja kull irkant u jirrapporta dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-irkantijiet imwettqa fix-xahar preċedenti lill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri u lill-Istati Membri konċernati, fit-terminu ta’ skadenza previst fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, skont dak is-subparagrafu partikolarment fir-rigward ta’:

(a) aċċess ġust u miftuħ;

(b) trasparenza;

(c) formazzjoni tal-prezz;

(d) aspetti tekniċi u operazzjonali.

2.  Is-sorveljatur tal-irkant għandu jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni rapport annwali konsolidat li għandu jkun magħmul minn:

(a) il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 kemm b'rabta ma’ kull irkant individwali kif ukoll f'aggregat għal kull pjattaforma tal-irkant.

(b) kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt ta’ ħatra ta’ pjattaforma tal-irkant;

▼M3

(c) kwalunkwe evidenza ta’ mġiba antikompetittiva, abbuż tas-suq, ħasil tal-flus, iffinanzjar tat-terroristi jew attività kriminali;

▼B

(d) l-impatt tal-irkantijiet fuq il-pożizzjoni tas-suq tal-pjattaformi tal-irkant fuq is-suq sekondarju, fejn applikabbli;

(e) ir-relazzjoni bejn il-proċessi tal-irkant koperti fir-rapport konsolidat u bejniethom u l-funzjonament tas-suq sekondarju, skont l-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE;

▼M3

(f) informazzjoni dwar l-għadd, in-natura u l-istatus ta’ kwalunkwe ilment magħmul skont l-Artikoli 59(4) jew 64(1) kif ukoll kwalunkwe ilment magħmul kontra pjattaforma tal-irkant lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jissorveljaw dik il-pjattaforma tal-irkant, il-qrati jew il-korpi amministrattivi kompetenti pprovduti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 52(2) tad-Direttiva 2004/39/KE;

▼B

(g) informazzjoni dwar kwalunkwe segwitu għal kwalunkwe rapport tas-sorveljatur tal-irkant li jsir skont il-paragrafi 3, 4 u 5;

(h) kwalunkwe rakkomandazzjoni meqjusa xierqa biex jittejjeb kwalunkwe proċess tal-irkant jew għal kwalunkwe eżami ta’:

(i) dan ir-Regolament, inkluż l-eżami mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu 33;

(ii) ir-Regolament tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE;

(iii) id-Direttiva 2003/87/KE, inkluż l-eżami mill-ġdid tal-funzjonament tas-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikoli 10(5) u 12(1a) ta’ dik id-Direttiva.

3.  Is-sorveljatur tal-irkant jista' fuq talba mill-Kummissjoni u Stat Membru wieħed jew aktar jew kif rikjest fil-paragrafu 5, jirrapporta minn żmien għal żmien dwar kwalunkwe kwistjoni speċifika relatata ma’ kwalunkwe wieħed mill-proċessi tal-irkant, kull meta jkun neċessarju li titqajjem il-kwistjoni inkwistjoni qabel is-sottomissjoni tar-rapporti koperti fil-paragrafi 1 jew 2. Inkella s-sorveljatur tal-irkant jista' jirrapporta dwar dan fir-rapporti previsti fil-paragrafi 1 jew 2.

▼M1

4.  Stat Membru li mhux qed jipparteċipa f’azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament imma li jagħżel li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess skont l-Artikolu 30(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament jista’ jitlob lis-sorveljatur tal-irkant biex jipprovdi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-pjattaforma tal-irkant konċernata, rapport tekniku dwar il-kapaċità tal-pjattaforma tal-irkant li jkun qed jipproponi jew li jkun beħsiebu jipproponi, biex iwettaq proċess tal-irkant skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u b’konformità mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE.

▼B

F'tali rapporti, is-sorveljatur tal-irkant għandu jiddikjara b'mod ċar fejn il-proċess tal-irkant jissodisfa r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu u fejn le. Għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet preċiżi għal aktar żvilupp jew titjib tal-proċess tal-irkant kull fejn ikun xieraq, u jipproponi skeda ta’ żmien speċifika għall-implimentazzjoni tagħhom.

5.  Fil-każ ta’ kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament jew in-nuqqas ta’ konformità mal-għanijiet tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE mill-proċess tal-irkant imwettaq minn pjattaforma tal-irkant, jew fuq it-talba mill-Kummissjoni fil-każ li din tissuspetta tali ksur, is-sorveljatur tal-irkant għandu jirrapporta minnufih lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-pjattaforma tal-irkant konċernata.

Ir-rapport għandu jiddikjara b'mod ċar in-natura tal-ksur jew tan-nuqqas ta’ konformità. Għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet preċiżi biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni, u jipproponi skeda ta’ żmien speċifika għall-implimentazzjoni tagħhom. Fejn ikun xieraq, jista' jirrakkomanda s-sospensjoni tal-pjattaforma tal-irkant konċernata. Is-sorveljatur tal-irkant għandu jżomm ir-rapport tiegħu skont dan il-paragrafu taħt eżami kostanti u jipprovdi aġġornamenti trimestrali tiegħu lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-pjattaforma tal-irkant konċernata.

▼M4

6.  Is-sorveljatur tal-irkant għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu skont l-Artikoli 7(7), 8(3), 27(3) u 31(1) u kif stipulat fl-Anness III. L-opinjonijiet għandhom jingħataw f’limitu ta’ żmien raġjonevoli.

▼B

7.  Ir-rapporti u l-opinjonijiet previsti f'dan l-Artikolu għandhom isiru f’format li jinftiehem, standardizzat u faċilment aċċessibbli li għandu jiġi stabilit skont kif stipulat fil-kuntratt li jaħtar lis-sorveljatur tal-irkant.



KAPITOLU VII

ĦATRA TA’ PJATTAFORMA TAL-IRKANT MILL-ISTATI MEMBRI PARTEĊIPANTI F’AZZJONI KONĠUNTA MAL-KUMMISSJONI U L-FUNZJONIJIET TAGĦHA

Artikolu 26

Ħatra ta’ pjattaforma tal-irkant permezz ta’ azzjoni konġunta tal-Istati Membri mal-Kummissjoni

▼M1

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 30, l-Istati Membri għandhom jaħtru pjattaforma tal-irkant għall-irkantar ta’ kwoti skont l-Artikolu 27, wara proċedura ta’ akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta skont dan l-Artikolu.

2.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 30, l-Istati Membri għandhom jaħtru pjattaforma tal-irkant għall-irkantar ta’ kwoti skont l-Artikolu 28, wara proċedura ta’ akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta skont dan l-Artikolu.

Pjattforma tal-irkant maħtura skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jirkanta kwoti skont l-Artikolu 28 sakemm jibdew l-irkantijiet fuq pjattaforma tal-irkant maħtura skont il-paragrafu 1.

▼B

3.  Il-proċedura ta’ akkwist konġunt imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha titmexxa skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 91(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 125c tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

4.  Kwalunkwe perjodu ta’ ħatra tal-pjattaformi tal-irkant imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux ikun itwal minn ħames snin.

5.  L-identità u d-dettalji tal-pjattaformi tal-irkant msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu ppubblikati fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

▼M1

6.  Kwalunkwe Stat Membru li jingħaqad fl-azzjonijiet konġunti kif previst fil-paragrafi 1 u 2 wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ akkwist konġunt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li qed jipparteċipaw f’dik l-azzjoni għandu jaċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jingħaqdu fl-azzjoni konġunta qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak il-ftehim kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni diġà adottata skont dak il-ftehim.

Kwalunkwe Stat Membru li jiddeċiedi skont l-Artikolu 30(4) li ma jipparteċipax fl-azzjoni konġunta kif previst fil-paragrafi 1 u 2 imma li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess jista’ jingħata status ta’ osservatur skont it-termini u l-kundizzjonijiet miftiehma fil-ftehim tal-akkwist konġunt bejn l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta kif previst fil-paragrafi 1 u 2 u l-Kummissjoni soġġett għal kwalunkwe regola applikabbli tal-akkwist pubbliku.

▼B

Artikolu 27

Il-funzjonijiet tal-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1)

1.  Il-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) għandha tipprovdi s-servizzi li ġejjin lill-Istati Membri kif partikolarment deskritt aktar fil-kuntratt tal-ħatra tagħha:

(a) tipprovdi aċċess għall-irkantijiet, skont l-Artikoli 15 sa 21, inklużi l-għoti u l-manutenzjoni tal-interfaċċji u s-sit tal-internet elettroniċi meħtieġa bbażati fuq l-internet;

(b) tmexxi l-irkantijiet skont l-Artikoli 4 sa 7;

(c) timmaniġja l-kalendarju tal-irkant skont l-Artikoli 8 sa 14;

(d) tħabbar u tinnotifika r-riżultati ta’ rkant, skont l-Artikolu 61;

(e) tipprovdi, jew tiżgura li tipprovdi ►M1  ————— ◄ , is-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu meħtieġa għal:

(i) il-maniġġ tal-ħlasijiet magħmulin minn offerenti rebbieħa jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu u d-distribuzzjoni tar-rikavati tal-irkantijiet lill-irkantatur, skont l-Artikoli 44 u 45;

(ii) il-konsenja ta’ kwoti rkantati lil offerenti rebbieħa jew lis-suċċessuri tagħom fit-titolu, skont l-Artikoli 46, 47 u 48;

(iii) l-immaniġjar ta’ kollateral inkluż kwalunkwe proviżjonament ta’ marġni, ipprovduti mill-irkantatur jew mill-offerenti, skont l-Artikoli 49 u 50;

(f) tipprovdi lis-sorveljatur tal-irkant kwalunkwe informazzjoni relatata mat-twettiq tal-irkantijiet, meħtieġa biex jitwettqu l-funzjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant, skont l-Artikolu 53;

(g)  ►M1  tistħarreġ ◄ l-irkantijiet, tinnotifika suspetti ta’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, attività kriminali jew abbuż mis-suq, tamministra kull miżura rimedjali meħtieġa jew sanzjoni, inkluż il-provediment ta’ mekkaniżmu straġudizzjali għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim, skont l-Artikoli ►M1  54 ◄ sa 59 u l-Artikolu 64(1).

2.  Mill-anqas 20 jum ta’ negozjar qabel il-ftuħ tal-ewwel perjodu għall-offerti mmexxi mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1), il-pjattaforma tal-irkant għandha tiġi konnessa ma’ mill-anqas sistema tal-ikklirjar jew sistema tas-saldu waħda.

▼M4

3.  Fi żmien tliet xhur mid-data tal-ħatra tagħha, il-pjattaforma tal-irkant għandha tressaq l-istrateġija tal-ħruġ iddettaljata tagħha lill-Kummissjoni, li mbagħad tikkonsulta mas-sorveljatur tal-irkant dwarha. Fi żmien xahrejn mid-data li tirċievi l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant skont l-Artikolu 25(6), il-pjattaforma tal-irkant għandha tanalizza, u, fejn ikun meħtieġ, temenda, l-istrateġija tal-ħruġ tagħha, filwaqt li tqis sew dik l-opinjoni.

▼B

Artikolu 28

Il-funzjonijiet tal-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(2)

1.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(2) għandha tipprovdi s-servizzi li ġejjin lill-Istati Membri:

(a) tipprovdi aċċess lill-irkantijiet skont l-arranġamenti li jkun hemm fis-suq sekondarju, organizzati mill-pjattaforma tal-irkant kif immodifikati fil-kuntratti li jaħtruha;

(b) tmexxi l-irkantijiet skont l-Artikoli 4 sa 7;

(c) timmaniġja l-kalendarju tal-irkant skont l-Artikoli 8 sa 14;

(d) tħabbar u tinnotifika r-riżultati ta’ rkant, skont l-Artikolu 61;

(e) tipprovdi, skont l-arranġamenti li jkun hemm fis-suq sekondarju, organizzati mill-pjattaforma tal-irkant, ►M1  mingħajr ħsara għall-Artikoli 44 sa 50 ◄ , kif immodifikati fil-kuntratt li jaħtarha, is-sistema tal-ikklirjar u sistema tas-saldu meħtieġa għal:

(i) l-immaniġjar tal-ħlasijiet magħmulin minn offerenti jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu u d-distribuzzjoni tar-rikavati tal-irkantijiet lill-irkantatur;

(ii) il-konsenja ta’ kwoti rkantati lil offerenti rebbieħa jew lis-suċċessuri tagħom fit-titolu;

(iii) l-immaniġjar ta’ kollateral, inkluża kwalunkwe proviżjonament ta’ marġni, ipprovduti mill-irkantatur jew mill-offerenti;

(f) tipprovdi lis-sorveljatur tal-irkant kwalunkwe informazzjoni relatata mat-twettiq tal-irkantijiet, meħtieġa biex jitwettqu l-funzjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant, skont l-Artikolu 53;

(g) tissorvelja l-irkantijiet, tinnotifika suspetti ta’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, attività kriminali jew abbuż mis-suq, tamministra kwalunkwe miżura rimedjali meħtieġa jew sanzjoni, inkluż il-provediment ta’ mekkaniżmu straġudizzjali għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim, skont l-arranġamenti li jkun hemm fis-suq sekondarju organizzat mill-pjattaforma tal-irkant, kif modifikati fil-kuntratt li jaħtarhom.

2.  Mill-anqas 20 jum ta’ negozjar qabel il-ftuħ tal-ewwel perjodu għall-offerti mmexxi mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(2), il-pjattaforma tal-irkant għandha tiġi konnessa ma’ tal-anqas sistema tal-ikklirjar jew tas-saldu waħda.

▼M1

3.  Mingħajr ħsara għall-paragrafi 4 u 5, l-Artikolu 16(2) u (3), l-Artikoli 17 u 19 sa 21, l-Artikoli 36 sa 43, l-Artikoli 54 sa 56, l-Artikoli 60(3) u 63(4) u l-Artikolu 64 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-irkantijiet imwettqa minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(2) jew 30(2).

4.  Il-paragrafu 3 ma għandux jipprekludi l-Artikolu 36(1) milli jkun applikabbli fir-rigward tal-irkantijiet ta’ kwoti fl-għamla ta’ spot ta’ (2) jumejn jew futuri ta’ ħamest (5) ijiem li huma strument finanzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE mwettqa minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(2) jew 30(2) f’ każ li l-Istat Membru fejn hija stabbilita l-pjattaforma tal-irkant ikun implimenta l-Artikolu 36(1) ta’ dan ir-Regolament jew fejn tali implimentazzjoni mhijiex meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 36(1) ta’ dan ir-Regolament.

5.  Il-paragrafu 3 ma għandux jipprekludi l-Artikoli 36(2) u 37 sa 43 milli jkunu applikabbli fir-rigward tal-irkantijiet ta’ kwoti fl-għamla ta’ spot ta’ (2) jumejn jew futuri ta’ ħamest (5) ijiem li mhumiex strument finanzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE mwettqa minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(2) jew 30(2) fejn l-Istat Membru f’każ li hija stabbilita l-pjattaforma tal-irkant ikun implimenta l-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament jew fejn tali implimentazzjoni mhijiex meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 29

Servizzi mogħtija lill-Kummissjoni mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2)

Pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni servizzi ta’ għajnuna teknika fir-rigward tax-xogħol tal-Kummissjoni relatat ma’ dan li ġej:

(a) ikkompletar ta’ Anness I u kwalunkwe koordinazzjoni tal-kalendarju tal-irkant ghall-Anness III;

(b) kwalunkwe opinjoni pprovduta mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament;

(c) kwalunkwe opinjoni jew rapport provdut mis-sorveljatur tal-irkant dwar il-funzjonament tal-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2)

(d) ir-rapporti jew kwalunkwe proposta magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 10(5) u 12(1a) tad-Direttiva 2003/87/KE;

▼M1 —————

▼B

(f) kwalunkwe eżami mill-ġdid ta’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 2003/87/KE jew ir-Regolament tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 19(3) ta’ dik id-Direttiva li jkollu impatt fuq il-funzjonament tas-suq tal-karbonju, inkluża l-implimentazzjoni tal-irkantijiet;

(g) kwalunkwe azzjoni oħra konġunta relatata mal-funzjonament tas-suq tal-karbonju, inkluża l-implimentazzjoni tal-irkantijiet mifthiema bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipi fl-azzjoni konġunta.



KAPITOLU VIII

IL-ĦATRA TA’ PJATTAFORMI TAL-IRKANT MINN STATI MEMBRI LI JAGĦŻLU LI JKOLLHOM IL-PJATTAFORMA TAL-IRKANT TAGĦHOM STESS U L-FUNZJONIJIET TAGĦHOM

Artikolu 30

Il-ħatra ta’ kwalunkwe pjattaforma tal-irkant barra mill-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2)

▼M1

1.  Kwalunkwe Stat Membru li mhux qed jipparteċipa fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) jista’ jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess għall-irkantar ta’ sehmu mill-volum ta’ kwoti kopert mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE li jkollu jkun irkantat kif previst fl-Artikolu 31(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.  Kwalunkwe Stat Membru li mhux qed jipparteċipa fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament jista’ jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess għall-irkantar ta’ sehmu mill-volum ta’ kwoti kopert mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE li jkollu jkun irkantat kif previst fl-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-Regolament.

3.  Stati Membri li mhux qed jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) jew (2) jistgħu jaħtru l-istess pjattaforma tal-irkant jew pjattaformi tal-irkant separati għall-irkantar skont l-Artikolu 31(1) u (2) rispettivament.

4.  Kwalunkwe Stat Membru li mhux qed jipparteċipa fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) jew (2), għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li ma jipparteċipax f’azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) imma li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

5.  Kwalunkwe Stat Membru li mhux qed jipparteċipa fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2), għandu jagħżel il-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess maħtura skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu abbażi ta’ proċedura ta’ għażla konformi mal-liġi ta’ akkwist tal-Unjoni u dik nazzjonali fejn il-proċess tal-akkwist pubbliku jkun meħtieġ jew mil-liġi tal-Unjoni jew minn dik nazzjonali, rispettivament. Il-proċedura tal-għażla għandha tkun soġġetta għar-rimedji u proċeduri ta’ infurzar kollha applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

Kwalunkwe perjodu ta’ ħatra tal-pjattaformi tal-irkant imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux ikun itwal minn tliet snin li jista’ jiġġedded għal mhux aktar minn sentejn oħra. Madanollu, it-terminu tal-ħatra tal-pjattaforma tal-irkant imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jiskadi jew tliet xhur mill-elenkar tal-pjattaforma tal-irkant imsemmija fil-paragrafu 1 skont il-paragrafu 7, erba’ xhur miċ-ċaħda ta’ dak l-elenkar, jew sitt xhur mill-bidu tal-irkantijiet fuq pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) f’każ li Stat Membru ma jkunx innotifika, skont l-Artikolu 30(6), pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 30(1) sad-data tal-bidu tal-irkantijiet fuq pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1), skont liema tiġi l-ewwel.

Il-ħatra tal-pjattaformi tal-irkant imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun soġġetta għall-elenkar tal-pjattaforma tal-irkant konċernata fl-Anness III skont il-paragrafu 7. Ma għandhiex tiġi implimentata qabel id-dħul fis-seħħ tal-elenkar tal-pjattaforma tal-irkant konċernata fl-Anness III kif previst fil-paragrafu 7.

6.  Kull Stat Membru li mhux qed jipparteċipa fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) imma li jagħżel li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’notifika kompleta li jkun fiha dan kollu li ġej:

(a) l-identità tal-pjattaforma tal-irkant li qed jipproponi li jaħtar;

▼M6

(b) ir-regoli operattivi dettaljati li jirregolaw il-proċess tal-irkant li jrid jitwettaq mill-pjattaforma/i tal-irkant li jipproponi li jaħtar, inkluż id-dispożizzjonijiet kuntrattwali dwar il-ħatra tal-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata inkluż kwalunkwe sistema/i tal-ikklirjar u kwalunkwe sistema/i tas-saldu konnessi mal-pjattaforma tal-irkant proposta li tistipula t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-istruttura u l-livell tat-tariffi, il-ġestjoni tal-kollateral, il-ħlas u l-kunsinna;

▼M4

(c) il-prodott irkantat u kull informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-kalendarju tal-irkanti maħsub huwiex kompatibbli ma’ kull kalendarju tal-irkanti kurrenti jew maħsub tal-pjattaformi tal-irkanti maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew (2), kif ukoll ma’ kalendarji oħrajn tal-irkanti proposti minn Stati Membri oħra li ma jkunux qegħdin jieħdu sehem fl-azzjoni konġunta stipulata fl-Artikolu 26, iżda li jagħżlu li jaħtru l-pjattaformi tal-irkanti tagħhom;

▼M1

(d) ir-regoli dettaljati u l-kundizzjonijiet tas-sorveljanza u superviżjoni tal-irkantijiet li għandha tkun soġġetta għalihom il-pjattaforma tal-irkant proposta skont l-Artikolu 35(4), (5) u (6) kif ukoll ir-regoli dettaljati għall-protezzjoni kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-attività kriminali jew l-abbuż mis-suq, fosthom kwalunkwe miżura rimedjali jew sanzjoni;

(e) il-miżuri dettaljati fis-seħħ iridu jikkonformaw mal-Artikoli 22(4) u 34 fir-rigward tal-ħatra tal-irkantatur.

▼B

7.  Pjattaformi tal-irkant barra dawk maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2), l-Istati Membri li jaħtruhom, it-terminu tal-ħatra, u kwalunkwe kundizzjoni jew obbligi applikabbli għandhom ikunu stipulati fl-Anness III fejn ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-għanijiet tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-Kummissjoni u l-Kumitat previst fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għandhom jaġixxu biss abbażi ta' dawn ir-rekwiżiti u l-oġġettivi u għandhom jikkonsidraw bis-sħiħ kwalunkwe rapporti magħmula mis-sorveljatur tal-irkant skont l-Artikolu 25(4) ta' dan ir-Regolament.

▼M1

Fin-nuqqas ta’ kwalukwe elenkar previst fl-ewwel subparagrafu, Stat Memrbu li mhux qed jipparteċipa fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) imma li jagħżel li jaħtar l-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu juża l-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) biex jirkanta sehemu mill-kwoti li kieku kienu jiġu rkantati fil-pjattaforma tal-irkant li jkollha tinħatar skont il-paragrafu 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fil-perjodu sal-iskadenza ta’ tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-elenkar previst fl-ewwel subparagrafu.

Mingħajr ħsara għall-paragrafu 8, Stat Membru li mhux qed jipparteċipa fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) imma li jagħżel li jaħtar il-pjattaforma tal-irkanta tiegħu stess skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jista’, xorta waħda, jipparteċipa fl-azzjoni konġunta għall-uniku fini li jkun jista’ jagħmel użu tal-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) u (2) kif previst fit-tieni subparagrafu. Tali parteċipazzjoni għandha sseħħ skont id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(6) u soġġetta għat-termini u kundizzjonijiet tal-ftehim tal-akkwist konġunt.

8.  Kwalunkwe Stat Membru li mhux qed jipparteċipa fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) imma li jagħżel li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant tiegħu stess skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ jingħaqad mal-azzjoni konġunta prevista fl-Artikolu 26, skont l-Artikolu 26(6).

▼B

Il-volum ta’ kwoti li jkun skedat biex jiġi rkantat fuq pjattaforma tal-irkant barra mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2), għandu jinqsam b’mod ugwali mal-irkantijiet immexxija mill-pjattaforma tal-irkant rilevanti maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2).

Artikolu 31

Il-funzjonijiet ta’ pjattaformi tal-irkant barra mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2)

▼M4

1.  Kull pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) għandha taqdi l-istess funzjonijiet bħall-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) kif stipulat fl-Artikolu 27.

B’danakollu, pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) għandha tkun eżentata mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(1)(c) u għandha tressaq l-istrateġija tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 27(3) lill-Istat Membru li jkun ħatarha, li jrid jikkonsulta mas-sorveljatur tal-irkant dwarha.

▼B

2.  Kwalunkwe pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(2) għandha taqdi l-istess funzjonijiet bħall-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(2) kif previst fl-Artikolu 28 ħlief għall-Artikolu 28(1)(c) dwar il-kalendarju tal-irkant li ma għandux japplika.

3.  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kalendarju tal-irkant previst fl-Artikolu 8(1), (2) u (3), l-Artikoli 9, 10, 12, 14 u 32 għandhom japplikaw għall-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30 (1) jew (2).

Artikolu 32

Kalendarju tal-irkant għal kwalunkwe pjattaforma tal-irkant barra mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2)

▼M6

1.  Il-volum tal-kwoti koperti bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE rkantati fi rkantijiet individwali mwettqa minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun ikbar minn 20 miljun kwota u mhux inqas minn 3,5 miljun kwota; għajr meta l-volum totali ta' kwoti, koperti bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE, li jrid jiġi rkantat mill-Istat Membru li qed jaħtar ikun inqas minn 3,5 miljun f'sena kalendarja partikolari, u f'dan il-każ il-kwoti għandhom jiġu rkantati fi rkant wieħed kull sena kalendarja. Madankollu, il-volum ta' kwoti koperti bil-Kapitolu III tad-Direttiva 2003/87/KE rkantati fi rkant individwali mwettaq minn dawk il-pjattaformi tal-irkant ma għandux ikun inqas minn 1,5 miljun kwota fil-perjodi rispettivi ta' 12-il xahar meta għadd ta' kwoti jrid jitnaqqas mill-volum ta' kwoti li jridu jiġu rkantati skont l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.

▼B

2.  Il-volum tal-kwoti koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE kondotti minn pjattaforma tal-irkant, barra mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament għandu ma għandux ikun akbar minn 5 miljun kwota u mhux anqas minn 2.5 miljun kwota; għajr fejn il-volum totali tal-kwoti, koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE, li jrid ikun irkantat mill-Istat Membru ħattar ikun anqas minn 2.5 miljuni f'sena kalendarja partikolari, fejn f'tali każ il-kwoti għandhom jiġu rkantati f'irkant wieħed kull sena kalendarja.

3.  Il-volum totali ta’ kwoti kopert mill-Kapitoli II u III tad-Direttiva 2003/87/KE li jrid ikun irkantat mill-pjattaformi tal-irkant kollha maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament kollettivament għandu jitqassam b’mod ugwali tul sena kalendarja partikolari, ħlief li volum rkantat f’irkantijiet organizzati f’Awwissu ta’ kull sena għandu jkun nofs il-volum irkantat f’irkantijiet organizzati f’xhur oħra matul is-sena. ►M1  Dawn ir-rekwiżiti għandhom jitqiesu daqslikieku ġew issodisfati fejn kull pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) tissodisfa dawn ir-rekwiżiti individwalment. Fir-rigward tas-sena kalendarja 2012, dak li ssemma qabel għandu japplika minn xahar mill-bidu tal-irkantijiet imwettqa minn kwalunkwe waħda minn dawn il-pjattaformi tal-irkant. ◄

▼M6

4.  Il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw il-perjodi għall-offerti, il-volumi individwali, id-dati tal-irkantijiet, kif ukoll il-prodott irkantat, id-dati tal-ħlas u tal-kunsinna tal-kwoti li jridu jiġu rkantati fi rkantijiet individwali kull sena, koperti bil-Kapitolu II tad-Direttiva 2003/87/KE, sal-31 ta' Ottubru tas-sena ta' qabel jew malajr kemm jista' jkun minn dakinhar 'il quddiem, u għal dawk koperti bil-Kapitolu III ta' dik id-Direttiva, sal-15 ta' Lulju tas-sena ta' qabel jew malajr kemm jista' jkun minn dakinhar 'il quddiem. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom jagħmlu l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni tagħhom biss wara l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni skont l-Artikoli 11(1) u 13(1) ta' dan ir-Regolament mill-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament, sakemm tali pjattaforma tal-irkant ma tkunx għadha ġiet maħtura. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom jagħmlu l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni tagħhom biss wara li jkunu kkonsultaw lill-Kummissjoni u kisbu l-opinjoni tagħha dwarhom. Il-pjattaformi tal-irkant ikkonċernati għandhom iqisu għalkollox l-opinjoni tal-Kummissjoni.

▼B

Kalendarji ppubblikati msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu konsistenti ma’ kwalunkwe kundizzjoni jew obbligu rilevanti elenkata fl-Anness III.

▼M1

Il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) għandhom jiddeterminaw u jippubblikaw, kif previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont il-volumi attribwiti lill-Istat Membru li qed jaħtar il-pjattaforma tal-irkant konċernata kif stipulat fl-Anness I u l-aħħar determinazzjoni u pubblikazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-għadd stmat ta’ kwoti li għandhom jiġu rkantati msemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, billi jitqiesu d-daqs possibbli ta’ kwalunkwe allokazzjoni bla ħlas imnaqqsa jew li għandha tiġi mnaqqsa mill-kwantità ta’ kwoti li Stat Membru partikolari kieku jkun se jalloka skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE kif previst fl-Artikolu 10c(2) ta’ dik id-Direttiva.

▼B

5.  Fejn irkant kondott minn pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) ikun ikkanċellat skont l-Artikolu 7(5) jew (6) jew l-Artikolu 9, il-volum irkantat għandu jitqassam b’mod ugwali jew mal-erba’ rkantijiet skedati li jkun imiss fuq l-istess pjattaforma tal-irkant, jew f’każ li l-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata tikkonduċi anqas minn erba’ rkantijiet f’sena kalendarja partikolari maż-żewġ irkantijiet skedati li jkun imiss fuq l-istess pjattaforma tal-irkant.

Artikolu 33

Eżami ta’ dan ir-Regolament

▼M4

Malli s-sorveljatur tal-irkant jibgħat ir-rapport ikkonsolidat annwali dwar l-irkanti li jkunu twettqu fl-2014, il-Kummissjoni għandha teżamina l-arranġamenti stipulati f’dan ir-Regolament, inkluż l-operat tal-proċessi kollha tal-irkantar.

▼B

L-eżami ser janalizza l-esperjenza miksuba fir-rigward tal-interazzjoni bejn il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) u dawk il-pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) kif ukoll l-interazzjoni bejn l-irkantijiet u s-suq sekondarju.

L-eżami għandu jitwettaq b'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet interessati.

Il-Kummissjoni tista' tressaq kwalunkwe miżura li meqjusa neċessarja biex tindirizza kwalunkwe distorsjoni jew funzjonament ħażin tas-suq intern jew is-suq tal-karbonju kkważati mill-arranġamenti skont dan ir-Regolament, filwaqt li tqis l-eżitu tal-eżami, bil-ħsieb li tali miżuri jidħlu fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2016.



KAPITOLU IX

REKWIŻITI TA’ ĦATRA APPLIKABBLI GĦALL-IRKANTATUR, IS-SORVELJATUR TAL-IRKANT U GĦAL KWALUNKWE PJATTAFORMA TAL-IRKANT

Artikolu 34

Rekwiżiti ta’ ħatra applikabbli għall-irkantatur u s-sorveljatur tal-irkant

1.  Meta jiġu biex jaħtru irkantaturi u s-sorveljatur tal-irkant, l-Istati Membri għandhom iqisu kemm il-kandidati:

(a) juru l-anqas riskju ta’ kunflitt ta’ interess jew abbuż mis-suq wara li jkunu kkunsidraw dan li ġej:

(i) kwalunkwe attività fis-suq sekondarju;

(ii) kwalunkwe proċess u proċedura interni li jimmitigaw ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interess jew abbuż mis-suq;

(b) ikunu kapaċi jaqdu l-funzjonijiet ta’ rkantatur jew ta’ sorveljatur tal-irkant, propizjożament, skont l-ogħla standards professjonali u ta’ kwalità.

2.  Il-ħatra tal-irkantatur għandha tkun soġġetta għall-konklużjoni tal-arranġamenti imsemmija fl-Artikolu 22(2) u (3) bejn l-irkantatur u l-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata.

Artikolu 35

Rekwiżiti ta’ ħatra applikabbli għal kwalunkwe pjattaforma tal-irkant

▼M6

1.  L-irkantijiet għandhom jitwettqu biss fi pjattaforma tal-irkant awtorizzata bħala suq regolat li fih l-operatur tiegħu jorganizza suq sekondarju tal-kwoti jew tad-derivattivi tal-kwoti.

▼B

2.  Kwalunkwe pjattaforma tal-irkant maħtura skont dan ir-Regolament għall-irkantar ta’ spot ta' jumejn jew futuri ta' ħamest ijiem għandha, mingħajr rekwiżiti legali u amminsitrattivi ulterjuri mill-Istati Membri, titħalla tipprovdi arranġamenti xierqa sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess u l-parteċipazzjoni fl-irkantijiet għall-offerenti msemmija fl-Artikolu 18(1) u (2).

3.  Meta jiġu biex jaħtru kwalunkwe pjattaforma tal-irkant, l-Istati Membri għandhom iqisu kemm il-kandidati juru li jissodisfaw dawn kollha li ġejjin:

(a) żgurar ta’ rispett għall-prinċipju ta’ imparżjalità kemm de facto kif ukoll de jure;

(b) aċċess ġust u ekwu għal offerta fl-irkantijiet għal SMEs koperti mill-iskema tal-Unjoni, u aċċess għal offerta fl-irkantijiet għal emittenti żgħar;

(c) żgurar tal-kosteffettivita' u li jkun evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ;

(d) superviżjoni robusta tal-irkant, in-notifika ta’ suspetti ta’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, attività kriminali jew abbuż mis-suq, l-amministrazzjoni ta’ kwalunkwe miżura rimedjali meħtieġa jew sanzjonijiet, inkluż li jkun ipprovdut mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni straġudizzjarja ta’ tilwim;

(e) l-evitar tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern inkluż tas-suq tal-karbonju;

(f) żgurar tal-funzjonament sewwa tas-suq tal-karbonju, inkluża l-implimentazzjoni tal-irkantijiet;

(g) konnessjoni ma' sistema waħda jew aktar tal-ikklirjar jew sistema tas-saldu;

(h) il-previżjoni ta’ miżuri adegwati li jirrikjedu pjattaforma tal-irkant li tikkonsenja l-assi kollha tanġibbli u intanġibbli neċessarji għat-twettiq tal-irkantijiet minn suċċessur tal-pjattaforma tal-irkant.

▼M1

4.  Pjattaforma tal-irkant tista’ tkun biss maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) fejn l-Istat Membru, fejn huma stabbiliti s-suq regolat tal-kandidat u l-operatur tas-suq tiegħu, ikun żgura li l-miżuri nazzjonali li jittrasponu it-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE ikunu japplikaw għall-irkant ta’ spot ta’ jumejn jew futuri ta’ ħamest ijiem safejn ikun rilevanti.

Pjattaforma ta’ rkant tista’ tkun biss maħtura skont l-Artikoli 26(1) u 30(1) wara li l-Istat Membru, fejn huma stabbiliti s-suq regolat tal-kandidat u l-operatur tas-suq tiegħu, ikun żgura li l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jkunu jistgħu jawtorizzawhom u jissorveljawhom skont il-miżuri nazzjonali li jittrasponu t-Titolu IV tad-Direttiva 2004/39/KE safejn ikun rilevanti.

▼B

Fejn is-suq regolat kandidat u l-operatur tas-suq tiegħu ma jkunux stabiliti fl-istess Stat Membru, għandhom japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi għall-Istat Membru fejn is-suq regolat kandidat ikun stabilit u l-Istat Membru fejn l-operatur tas-suq tiegħu jkun stabbilit.

▼M1

5.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu maħtura skont l-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jiddeċiedu dwar l-awtorizzazzjoni ta’ suq regolat maħtur, jew li għandu jiġi maħtur, skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) ta’ dan ir-Regolament, sakemm is-suq regolat u l-operatur tas-suq tiegħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE, kif trasposti fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Id-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni għandha tittieħed skont it-Titolu IV tad-Direttiva 2004/39/KE kif trasposta fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

6.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom iwettqu sorvelanza effikaċi tas-suq u jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-rekwiżiti msemmija f'dak il-paragrafu jitħarsu. Għal dak il-għan, għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw direttament, jew bl-għajnuna ta’ awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħra maħtura skont l-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, is-setgħat previsti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 50 ta’ dik id-Direttiva fir-rigward tas-suq regolat u l-operatur tas-suq tiegħu msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

L-Istat Membru ta’ kull awtorità kompetenti nazzjonali msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 51 u 52 tad-Direttiva 2004/39/KE japplikaw fir-rigward tal-persuni responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tagħhom skont it-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE, kif trasposti fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 56 sa 62 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom japplikaw għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti.



KAPITOLU X

REĠIM DWAR L-ABBUŻ MIS-SUQ APPLIKABBLI GĦALL-PRODOTTI RKANTATI

Artikolu 36

Reġim dwar l-abbuż mis-suq applikabbli għall-istrumenti finanzjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fejn spot ta' jumejn jew futuri ta' ħamest ijiem ikunu strumenti finanzjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE, dik id-Direttiva għandha tapplika għall-irkantar ta’ dawk il-prodotti irkantati. ►M1  Dak li ssemma qabel ikun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikoli 38 sa 40 ta’ dan ir-Regolament fuq l-użu ta’ informazzjoni privileġġata biex tiġi rtirata offerta. ◄

2.  Fejn spot ta' jumejn jew futuri ta' ħamest ijiem ma jkunux strumenti finanzjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 37 sa 43 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 37

Definizzjonijiet għar-reġim dwar l-abbuż mis-suq applikabbli għall-prodotti rkantati għajr strumenti finanzjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE

Għall-finijiet tal-Artikoli 38 sa 43 li japplikaw għall-prodotti rkantati għajr strumenti finanzjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2003/6/KE, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:

(a) “informazzjoni privileġġata” għandha tfisser informazzjoni ta’ natura preċiża li ma saritx pubblika, b'rabta, diretta jew indiretta, ma’ wieħed jew iktar mill-prodotti rkantati, u li, kieku saret pubblika, x'aktarx kien ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkwotati fl-offerti.

Għall-persuni inkarigati bl-eżekuzzjoni tal-offerti, informazzjoni privileġġata tfisser ukoll informazzjoni mgħoddija minn klijent u b'rabta mal-offerti pendenti tal-klijenti, li tkun ta’ natura preċiża, li tkun b'rabta diretta jew indiretta ma’ wieħed jew iktar mill-prodotti rkantati, u li, kieku tkun saret pubblika, x'aktarx kien ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkwotati fl-offerti.

(b) “manipulazzjoni tas-suq” għandha tfisser:

(i) offerti, jew tranżazzjonijiet jew ordnijiet fis-suq sekondarju;

 li jagħtu, jew x'aktarx jagħtu, sinjali foloz jew qarrieqa dwar id-domanda għal prodotti rkantati jew il-prezz tagħhom; jew

 li jiżguraw, permezz ta’ persuna, jew persuni li jaġixxu f'kollaborazzjoni, il-prezz mill-ikklirjar f'irkant għall-prodotti rkantati f'livell anormali jew artifiċjali;

sakemm il-persuna li tkun għamlet l-offerta jew, fis-suq sekondarju, it-tranżazzjoni jew l-ordni, tistabilixxi li r-raġunijiet tagħha għal dak l-għemil ikunu leġittimi;

(ii) offerti li jinvolvu proċeduri fittizji jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew kontravenzjoni;

(iii) tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-midja, inkluż l-Internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li jagħti, jew x'aktarx jagħti, sinjali foloz jew qarrieqa dwar il-prodotti rkantati, inkluż it-tixrid ta’ għijdud u informazzjoni falza jew qarrieqa, meta l-persuna li xerrditha kienet taf, jew suppost kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa. Fir-rigward tal-ġurnalisti meta jaġixxu fil-kapaċità professjonali tagħhom dan it-tixrid ta’ informazzjoni għandu jiġi stmat, filwaqt li jitqiesu r-regoli li jirregolaw il-professjoni tagħhom, sakemm dawk il persuni ma jieħdux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew profitti mit-tixrid tal-informazzjoni inkwistjoni.

B'mod partikolari, l-istanzi li ġejjin joħorġu mid-definizzjoni ta’ qofol mogħtija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu:

 kondotta minn persuna, jew persuni li jaġixxu inkollaborazzjoni, sabiex jiżguraw pożizzjoni dominanti fuq id-domanda għal prodott irkantat li jkollu l-effett li jiffissa, direttament jew indirettament, il-prezzijiet mill-ikklirjar f'irkant jew li joħloq kundizzjonijiet inġusti ta’ negozjar;

 ix-xiri u bejgħ fis-suq sekondarju ta’ kwoti jew derivati relatati qabel l-irkant bl-effett li jiġi ffissat il-prezz tal-ikklirjar f'irkant għall-prodotti rkantati f'livell anormali jew artifiċjali jew li jqarraq bl-offerenti li jkunu qed jissottomettu offerta fl-irkantijiet;

 li jittieħed vantaġġ minn aċċess okkażjonali jew regolari għall-midja tradizzjonali jew elettronika billi tiġi espressa opinjoni dwar prodott irkantat meta qabel tkun saret l-offerta b'rabta ma dak il-prodott u sussegwentement jsir gwadann mill-impatt tal-opinijonijiet espressi dwar il-prezzijiet ta’ offerti oħra offruti għal dak il-prodott, mingħajr ma simlutanjament jiġi ddivulgat il-kunflitt ta’ interess għall-pubbliku b'mod xieraq u effikaċi.

Artikolu 38

Projbizzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata

1.  L-ebda persuna msemmija fit-tieni subparagrafu li jkollha informazzjoni privileġġata ma għandha tuża dik l-informazzjoni billi tissottometti, timmodifika jew tirtira offerta, f'isimha jew f'isem parti terza, direttament jew indirettament, għal prodott irkantat li dwaru tkun dik l-informazzjoni.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kwalunkwe persuna li tippossjedi informazzjoni privileġġata:

(a) minħabba s-sħubija tagħha fil-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-pjattaforma tal-irkant, l-irkantatur jew is-sorveljatur tal-irkant; jew

(b) minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fir-rigward tal-kapital tal-pjattaforma tal-irkant, l-irkantatur jew is-sorveljatur tal-irkant; jew

(c) minħabba li jkollu aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju tal-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet tagħha; jew

(d) minħabba l-attivitajiet kriminali tagħha.

2.  Fejn il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 tkun persuna ġuridika, il-projbizzjoni stabilita f'dak il-paragrafu għandha wkoll tapplika għall-persuni fiżiċi li jipparteċipaw fid-deċiżjoni li tiġi sottomessa, modifikata jew irtirata l-offerta f'isem il-persuna ġuridika konċernata.

3.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għas-sottomissjoni, modifika jew irtirar ta’ offerta għal prodott irkantat magħmula fit-twettiq ta’ obbligu li jkun sar dovut fejn dak l-obbligu jirriżulta minn ftehim konkluż qabel il-persuna konċernata tippossjedi l-informazzjoni privileġġata.

Artikolu 39

Użijiet oħra projbiti ta’ informazzjoni privileġġata

L-ebda persuna li tkun soġġetta għall-projbizzjoni stabilita fl-Artikolu 38 ma għandha:

(a) tiddivulga informazzjoni privileġġata lil xi persuna oħra sakemm tali divulgazzjoni tkun qed issir fil-perkors normali tal-eżerċizzju tal-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet tagħha;

(b) tirrakkomanda jew tinduċi persuna oħra, abbażi ta’ informazzjoni privileġġata, sabiex tissottometti, timmodifika jew tirtira l-offerta għal prodotti rkantati li dwarhom tkun dik l-informazzjoni.

Artikolu 40

Persuni oħra koperti mill-projbizzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata

L-Artikoli 38 u 39 għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe persuna msemmija f'dawk l-Artikoli, li tippossjedi informazzjoni privileġġata waqt li dik il-persuna tkun taf, jew suppost kienet taf, li dik tkun informazzjoni privileġġata.

Artikolu 41

Projbizzjoni ta’ manipulazzjoni tas-suq

L-ebda persuna ma għandha tipparteċipa f'manipulazzjoni tas-suq.

Artikolu 42

Rekwiżiti speċifiċi għall-mitigazzjoni tar-riskju ta’ abbuż mis-suq

1.  Kull wieħed mill-pjattaforma tal-irkant, l-irkantatur u s-sorveljatur tal-irkant għandu jfassal lista ta’ dawk il-persuni li jaħdmu miegħu, b'kuntratt ta’ impjieg jew ta’ tip ieħor, li għandhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata. Il-pjattaforma tal-irkant għandha regolarment taġġorna l-lista tagħha u tittrażmettiha lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru fejn hu stabbilit kull meta l-awtorità kompetenti nazzjonali konċernata titlob dan. Kull wieħed mill-irkantatur u s-sorveljatur tal-irkant għandu regolarment jaġġorna l-lista tiegħu u jittrażmettiha lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-pjattaforma tal-irkant tkun stabbilita u l-Istat Membru fejn l-irkantatur jew is-sorveljatur tal-irkant ikunu stabbiliti, kif previst fil-kuntratt li jaħtarhom, kull meta l-awtorità kompetenti nazzjonali konċernata titlob hekk.

2.  Persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali fil-pjattaforma tal-irkant, l-irkantutur, jew is-sorveljatur tal-irkant u, fejn applikabbli, persuni assoċjati mill-qrib magħhom, għandhom, tal-anqas, jinnotifikaw l-awtorità kompetenti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, l-eżistenza tal-offerti sottomessi, modifikati jew irtirati f'isimhom b'rabta ma’ prodotti rkantati, jew ma’ derivati jew strumenti finanzjarji oħra konnessi magħhom.

3.  Persuni li jipproduċu jew ixerrdu riċerka dwar il-prodotti rkantati u persuni li jipproduċu jew ixerrdu informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investiment, maħsuba għall-mezzi ta’ distribuzzjoni jew għall-pubbliku, għandhom joqogħdu attenti biex jiżguraw li tali informazzjoni tkun ippreżentata b'mod ġust u jiddivulgaw l-interessi tagħhom jew jindikaw il-kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw il-prodotti rkantati.

4.  Il-pjattaforma tal-irkant għandha tadotta dispożizzjonijiet strutturali mmirati lejn il-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-prattiki ta’ manipulazzjoni tas-suq.

5.  Kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 59(1) li raġonevolment tissuspetta li tranżazzjoni tista' tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru tal-istabiliment mingħajr dewmien.

Artikolu 43

Superviżjoni u infurzar

1.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjoanli msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/6/KE għandhom iwettqu sorvelanza effikaċi tas-suq u jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 sa 42 ta’ dan ir-Regolament jitħarsu.

2.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollhom is-setgħat previsti mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/6/KE.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 14 u 15 tad-Direttiva 2003/6/KE japplikaw fir-rigward tal-persuni responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 37 sa 42 ta’ dan ir-Regolament b'rabta mal-irkantijiet imwettqa fit-territorju tagħhom jew barra.

4.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 37 sa 42 ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/6/KE għandhom japplikaw għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.



KAPITOLU XI

ĦLAS U TRASFERIMENT TAR-RIKAVATI TAL-IRKANT

Artikolu 44

Ħlas minn offerenti rebbieħa u trasferiment tar-rikavati lill-Istati Membri

1.  Kull offerent rebbieħ, jew is-suċċessur(i) tiegħu fit-titolu, inkluż kwalunkwe intermedjarju li jaġixxi f’ismhom, għandu jħallas l-ammont dovut notifikat lilu skont l-Artikolu 61(3)(c) għall-kwoti mirbuħin kif notifikati lilu skont l-Artikolu 61(3)(a), billi jittrasferixxi l-ammont dovut permezz tas-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu, jew jagħmel arranġament għat-trasferiment tagħha, fil-kont bankarju desinjat tal-irkantatur f’fondi kklirjati qabel il-konsenja tal-kwoti jew mhux aktar tard minnha fil-kont tal-kwoti desinjat tal-offerent jew il-kont tal-kwoti desinjat tas-suċċessur tiegħu fit-titolu.

▼M4

2.  Pjattaforma tal-irkant inkluż is-sistema jew is-sistemi tal-ikklirjar jew is-sistema jew sistemi tas-saldu konnessa jew konnessi magħha, għandha tittrasferixxi l-pagamenti mħallsa mill-offerenti jew mis-suċċessuri tagħhom fit-titolu li joriġinaw mill-irkantar tal-kwoti koperti mill-Kapitolu II u III tad-Direttiva 2003/87/KE lill-irkantaturi li jkunu rkantaw il-kwoti inkwistjoni, ħlief kull ammont li għalih tkun mitluba biex taġixxi bħala aġent tal-ħlas rigward is-sorveljatur tal-irkant.

▼B

3.  Pagamenti lill-irkantaturi għandhom jitħallsu f'euro jew fil-valuta tal-Istat Membru ħattar fejn dak l-Istat Membru ma jkunx membru taż-żona euro, bl-għażla f'idejn l-Istat Membru konċernat, irrispettivament f'liema valuta jsiru l-pagamenti mill-offerenti, sakemm is-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu kkonċernata tkun kapaċi tmexxi l-valuta nazzjonali inkwistjoni.

Ir-rata tal-kambju għandha tkun ir-rata ppubblikata fuq servizz ta’ linja ta’ aħbarijiet finanzjarji rikonoxxuta speċifikata fil-kuntratt li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant konċernata, minnufih wara l-għeluq tal-perjodu għall-offerti.

Artikolu 45

Konsegwenzi ta’ ħlas tard jew li ma jsirx

1.  Offerent rebbieħ, jew is-suċċessuri tiegħu fit-titolu, għandha ssirlu konsenja biss tal-kwoti notifikati lill-offerent rebbieħ skont l-Artikolu 61(3)(a), jekk l-ammont kollu dovut u notifikat lilu skont l-Artikolu 61(3)(c) jitħallas lill-irkantatur skont l-Artikolu 44(1).

2.  Offerent rebbieħ, jew is-suċċessur tiegħu fit-titolu, li jonqos milli jħares kompletament l-obbligi tiegħu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fid-data notifikata lill-offerent rebbieħ skont l-Artikolu 61(3)(d), ikun inadempjenti fil-ħlas.

3.  Offerent inadempjenti fil-ħlas jista' jiġi ddebitat wieħed jew l-ieħor minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a) imgħax għal kull jum li jibda mid-data meta l-ħlas kien dovut skont l-Artikolu 61(3)(d) u jagħlaq fid-data li fiha jsir il-ħlas b’rata ta’ mgħax stabilita fil-kuntratt li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant konċernata, ikkalkulat abbażi ta’ minn jum jum;

(b) penali, li għandha tiżdied mad-dħul tal-irkantatur wara li jitnaqqas kwalunkwe kost mis-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu.

4.  Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1, 2 u 3, fejn offerent rebbieħ ikun inadempjenti fil-ħlas, għandha sseħħ waħda minn dawn li ġejjin:

(a) il-kontroparti ċentrali għandha tinterponi li tieħu l-konsenja tal-kwoti u li tagħmel il-pagament tal-ammont dovut dovuta lill-irkantatur;

(b) l-aġent tas-saldu għandu japplika kollateral meħud mill-offerent biex jagħmel il-ħlas tal-ammont dovut lill-irkantatur.

5.  Fil-każ ta’ nuqqas ta’ saldu, il-kwoti għandhom jiġu rkantati fiż-żewġ irkantijiet skedati li jkun imiss fuq il-pjattaforma tal-irkant konċernata.



KAPITOLU XII

KONSENJA TAL-KWOTI RKANTATI

Artikolu 46

Trasferiment tal-kwoti rkantati

▼M1

Kwoti rkantati minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant għandhom ikunu ttrasferiti mir-reġistru tal-Unjoni, qabel il-ftuħ tal-perjodu għall-offerti, f’kont tal-kwoti desinjat, biex jinżammu fil-kustodja tas-sistema tal-ikklirjajr jew tas-saldu li taġixxi bħala l-kustodi sakemm issir il-konsenja tal-kwoti lil offerenti rebbieħa jew lis-suċċessuri tagħhom fit-titolu, skont ir-riżultati tal-irkant, kif previst fir-Regolament applikabbli tal-Kummissjoni adottat skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.

▼B

Artikolu 47

Konsenja tal-kwoti rkantati

1.  Is-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu għandha talloka kull kwota rkantata minn Stat Membru lil offerent rebbieħ, sakemm il-volum totali allokat ikun jaqbel mal-volum ta’ kwoti notifikat lill-offerent skont l-Artikolu 61(3)(a).

Offerent jista’ jkun allokat kwoti minn aktar minn Stat Membru wieħed li jbiegħ b’irkant fl-istess irkant biex jekk ikun meħtieġ jagħmel tajjeb għall-volum ta’ kwoti notifikat lill-offerent skont l-Artikolu 61(3)(a).

2.  Malli jsir il-ħlas tal-ammont dovut, skont l-Artikolu 44(1), kull offerent rebbieħ jew is-suċċessuri tiegħu fit-titolu, għandu jkun ikkonsenjat il-kwoti allokati lil dak l-offerent, malajr kemm jista’ jkun prattikabbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-terminu ta’ skadenza għall-konsenja tagħhom billi jsir trasferiment tal-kwoti kollha notifikati jew ta’ parti minnhom notifikata lill-offerent skont l-Artikolu 61(3)(a) minn kont tal-kwoti desinjat miżmum fil-kustodja tas-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu bħala l-kustori, totalment jew parzjalment f'kont tal-kwoti desinjat wieħed jew aktar miżmum fil-kustodja tas-sistema tal-ikklirjar jew tas-saldu bħala l-kustodi għall-offerent rebbieħ jew is-suċċessuri tiegħu fit-titolu.

Artikolu 48

Konsenja tard tal-kwoti rkantati

1.  Fejn is-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu tonqos milli tikkonsenja l-kwoti kollha rkantati jew parti minnhom minħabba ċirkustanzi li ma jkollhomx kontroll fuqhom, is-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu għandha tikkonsenja l-allokazzjonijiet fl-abkar opportunità u l-offerenti rebbieħa jew is-suċċessuri tagħhom fit-titolu għandhom jaċċettaw l-konsenja f’dik id-data li tiġi wara.

2.  Ir-rimedju previst fil-paragrafu 1 għandu jkunu l-uniku rimedju li offerent rebbieħ jew is-suċċessuri tiegħu fit-titolu għandhom ikunu intitolati għalihom f’każ ta’ xi nuqqas li ssir konsenja ta’ kwoti rkantati, minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tas-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu kkonċernata.



KAPITOLU XVI

L-IMMANIĠJAR TA’ KOLLATERAL

Artikolu 49

Kollateral mogħti mill-offerent

1.  Qabel il-ftuħ tal-perjodu għall-offerti għall-irkantar spot ta' jumejn jew futuri ta' ħamest ijiem, offerenti jew kwalunkwe intermedjarju li jaġixxi f’isimhom, ikun jeħtiġilhom jagħtu kollateral.

2.  Fejn jintalab, kwalunkwe kollateral mhux użat sottomess minn offerent tellief flimkien ma’ kwalunkwe mgħax akkumulat fuq kollateral ta’ flus għandhom ikunu rrilaxxati, malajr kemm jista’ jkun prattikabbli wara l-għeluq tal-perjodu għall-offerti.

3.  Fejn jintalab, kwalunkwe kollateral sottomess minn offerent rebbieħ li ma ntużax għas-saldu, flimkien ma’ kwalunkwe mgħax akkumulat fuq kollateral ta’ flus, għandhom ikunu rrilaxxati, malajr kemm jista’ jkun prattikabbli wara s-saldu.

Artikolu 50

Kollateral mogħti mill-irkantatur

1.  Qabel il-ftuħ tal-perjodu għall-offerti għall-irkantar spot ta' jumejn jew futuri ta' ħamest ijiem, l-irkantatur għandu jeħtieġlu biss jagħti kwoti bħala kollateral biex jinżammu fil-kustodja mis-sistema tal-ikklirjar jew tas-saldu bħala l-kusodi, sakemm issir il-konsenja tagħhom.

▼M1 —————

▼B

3.  Fejn xi kwota mogħtija bħala kollateral skont ►M1  il-paragrafu 1 ◄ ma tintużax, is-sistema tal-ikklirjar jew tas-saldu tista' żżommha, bl-għażla f'idejn l-Istat Membru rkantatur, f'kont tal-kwoti desinjat miżmum fil-kustodja tas-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu bħala l-kustodi, sakemm issir il-konsenja tagħhom.



KAPITOLU XIV

TARIFFI U SPEJJEŻ

Artikolu 51

Struttura u livell ta’ tariffi

1.  L-istruttura u l-livell tat-tariffi, kif ukoll kwalunkwe kundizzjoni oħra relatata applikata minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant u s-sistema jew sistemi tal-ikklirjar u s-sistema jew sistemi tas-saldu ma għandhomx ikunu anqas favorevoli minn tariffi standard u kundizzjonijiet komparabbli applikati fis-suq sekondarju.

2.  Kwalunkwe pjattaforma tal-irkant u s-sistema jew sistemi tal-ikklirjar u s-sistema jew sistemi tas-saldu jistgħu japplikaw biss tariffi, tnaqqis u kundizzjonijiet stabiliti espliċitament fil-kuntratt li jaħtarhom.

3.  It-tariffi u l-kundizzjonijiet kollha applikati skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu ddikjarati b’mod ċar, jinftiehmu malajr u disponibbli pubblikament. Għandhom jidhru dettaljati u jindikaw kull ħlas dovut għal kull tip ta’ servizz.

Artikolu 52

L-spejjeż tal-proċess tal-irkant

▼M1

1.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, l-ispejjeż tas-servizzi previsti fl-Artikoli 27(1) u 28(1) u Artikolu 31 għandhom jitħallsu permezz ta’ tariffi mħallsa mill-offerenti, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe spiża tal-arranġamenti bejn l-irkantatur u l-pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 22(2) u (3) jippermettu lill-irkantatur li jirkanta kwoti f’isem l-Istat Membru li qed jaħtar, iżda mhux inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe sistema ta’ kklirjar jew saldu konnessa mal-pjattaforma tal-irkant konċernata, għandhom ikunu mġarrba mill-Istat Membru li qed jirkanta.

L-ispejjeż imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitnaqqsu mir-rikavati tal-irkant pagabbli lill-irkantaturi, skont l-Artikolu 44(2) u (3).

2.  Mingħajr ħsara għat-tielet subparagrafu, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ akkwist konġunt, imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(6) jew il-kuntratt li jaħtar pjattaforma tal-irkant skont l-Artikolu 26(1) jew (2) jistgħu jidderogaw minn paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jesiġu li Stati Membri li nnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(4) dwar id-deċiżjoni tagħhom li ma jipparteċipawx f’azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2), iżda sussegwentement jagħmlu użu tal-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2), jista’ jkun meħtieġ li jħallas lill-pjattaforma tal-irkant konċernata, inklużi is-sistema/i ta’ kklirjar jew sistema/i ta’ saldu konnessi magħha, l-ispejjeż għas-servizzi previsti fl-Artikoli 27(1) u 28(1) relatati mas-sehem tal-kwoti li l-Istat Membru jirkanta mid-data meta Stat Membru jibda jirkanta permezz tal-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) sat-tmiem jew l-iskadenza tat-terminu tal-ħatra ta’ dik il-pjattaforma tal-irkant.

Dak li ssemma qabel japplika għall-Istati Membri li ma ngħaqdux fl-azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) u (2) fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ akkwist konġunt imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(6).

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn Stat Membru jingħaqad f’azzjoni konġunta kif previst fl-Artikolu 26(1) jew (2) wara l-iskadenza tal-perjodu tal-ħatra msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5), jew fejn juża l-pjattaforma tal-irkanta maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) biex jirkanta s-sehem tiegħu ta’ kwoti fin-nuqqas ta’ elenkar, skont l-Artikolu 30(7), ta’ pjattaforma tal-irkant li ġiet notifikata skont l-Artikolu 30(6).

▼B

Il-spejjeż imġarrba mill-offerenti skont il-paragrafu 1 għandhom jitnaqqsu mill-ammont tal-spejjeż imġarrba minn Stat Membru skont dan il-paragrafu.

▼M1

3.  Is-sehem tal-ispejjeż tas-sorveljatur tal-irkant li jvarja skont l-għadd ta’ rkantijiet, kif speċifikat fil-kuntratt li jaħtar is-sorveljatur tal-irkant, għandu jiġi distribwit b’mod indaqs fuq l-għadd ta’ rkantijiet. L-ispejjeż l-oħrajn kollha tas-sorveljatur tal-irkant, kif speċifikati fil-kuntratt li jaħtar is-sorveljatur tal-irkant, għajr l-ispejjeż attribwibbli għal servizzi akkwistati mill-Kummissjoni u l-ispejjeż relatati ma’ kwalunkwe rapport li jsir skont l-Artikolu 25(4), għandhom jiġu distribwiti b’mod indaqs fuq l-għadd ta’ pjattaformi ta’ rkantijiet, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-kuntratt li jaħtar is-sorveljatur tal-irkant.

▼B

Is-sehem mill-spejjeż tas-sorveljatur tal-irkant b'rabta ma’ pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 30(1) jew (2) fosthom l-ispiża ta' kwalunkwe rapport mitlub skont l-Artikolu 25(4) għandu jiġġarrab mill-Istat Membru ħattar.

Is-sehem mill-spejjeż tas-sorveljatur tal-irkant b'rabta ma’ pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2) għandu jiġġarrab mill-Istati Membri parteċipi fl-azzjoni konġunta skont l-ishma tagħhom fil-volum totali tal-kwoti rkantati fil-pjattaforma tal-irkant konċernata.

Il-spejjeż tas-sorveljatur tal-irkant imġarrba minn kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu mir-rikavati tal-irkant pagabbli mill-irkantaturi lill-Istat Membru ħattar, skont il-punt (c) tal-Artikolu 23.



KAPITOLU XV

SORVELJANZA TAL-IRKANT, MIŻURI RIMEDJALI U SANZJONIJIET

Artikolu 53

Kooperazzjoni mas-sorveljatur tal-irkant

1.  L-irkantaturi, il-pjattaformi tal-irkant u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissupervizzawhom għandhom, meta jintalbu jagħtu lis-sorveljatur tal-irkant kwalunkwe informazzjoni fil-pussess tagħhom relatata mal-irkantijiet, kif raġjonevolment tkun meħtieġa għall-qadi tal-funzjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant.

2.  Is-sorveljatur tal-irkant għandu jkollu d-dritt josserva t-tmexxija tal-irkantijiet.

3.  L-irkantaturi, il-pjattaformi tal-irkant u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jagħmlulhom superviżjoni, għandhom jassistu lis-sorveljatur tal-irkant fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu billi jikkooperaw b’mod attiv mas-sorveljatur tal-irkant kull wieħed u waħda minnhom skont il-mandat tagħhom stess.

4.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissupervizzaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissupervizzaw persuni awtorizzati jissottomettu offerti f’isem oħrajn skont l-Artikolu 18(2), għandhom jassistu lis-sorveljatur tal-irkant fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu billi jikkooperaw b’mod attiv mas-sorveljatur tal-irkant skont il-kompetenza tagħhom.

5.  L-obbligi imposti fuq l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fil-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom iqisu l-kunsiderazzjonijiet tas-segretezza professjonali li għalihom huma soġġetti skont id-dritt tal-Unjoni.

▼M1

Artikolu 54

Monitoraġġ tar-relazzjoni mal-offerenti

1.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha timmonitorja r-relazzjoni mal-offerenti ammessi biex joffru fl-irkantijiet tagħha tul kemm iddum teżisti, billi tagħmel dan li ġej:

(a) teżamina bir-reqqa l-offerti magħmulin tul il-perkors ta’ dik ir-relazzjoni biex tiżgura li l-imġiba tal-offerenti tkun konsistenti mat-tagħrif tal-pjattaforma tal-irkant dwar il-klijent, in-negozju tiegħu u l-profil tar-riskju, inkluż, fejn ikun meħtieġ, is-sors ta’ fondi;

(b) iżżomm arranġamenti u proċeduri effettivi għal monitoraġġ regolari tal-konformità minn persuni ammessi biex jissottomettu offerti skont l-Artikolu 19(1), (2) u (3) mar-regoli tagħha ta’ kondotta fis-suq;

(c) timmonitorja tranżazzjonijiet magħmulin minn persuni ammessi biex jagħmlu offerti skont l-Artikoli 19(1), (2) u (3) u 20(6) bl-użu tas-sistemi tagħha biex tidentifika ksur tar-regoli msemmijin fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu, kundizzjonijiet inġusti jew diżordinati ta’ rkantar jew kondotta li tista’ tinvoka abbuż mis-suq.

Meta tkun qed teżamina bir-reqqa offerti skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-pjattaforma tal-irkant konċernata għandha tagħti attenzjoni partikolari għal kwalunkwe attività li tqis li, min-natura tagħha, aktarx tkun partikolarment relata ma’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali.

2.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tiżgura li d-dokumenti, id-dejta jew l-informazzjoni li jkollha dwar offerent jinżammu aġġornati. Għal dan il-għan, din il-pjattaforma tal-irkant tista’:

(a) titlob kwalunkwe informazzjoni dwar l-offerent, skont l-Artikolu 19(2) u (3) u l-Artikolu 20(5), (6) u (7), għall-finijiet ta’ monitoraġġ tar-relazzjoni ma’ dak l-offerent wara li jkun ammess biex jissottomettu offerti fl-irkantijiet, tul kemm iddum teżisti dik ir-relazzjoni u għall-perjodu ta’ ħames snin wara li tintemm;

(b) tesiġi li kwalunkwe persuna ammessa biex toffri li tissottometti mill-ġdid applikazzjoni għal ammissjoni għal offerta f’intervalli regolari;

(c) tesiġi li kwalunkwe persuna ammessa biex toffri li tinnotifika minnufih lill-pjattaforma tal-irkant konċernata bi kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni sottomessa lilha skont l-Artikolu 19(2) u (3) u l-Artikolu 20(5), (6) u (7).

3.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandhom iżommu rekords ta’:

(a) l-applikazzjoni għal ammissjoni għal offerta sottomessa minn applikant, skont l-Artikolu 19(2) u (3), inkluża kwalunkwe emenda għaliha;

(b) il-verifiki mwettqa:

(i) tal-ipproċessar tal-applikazzjoni għal ammissjoni għal offerta sottomessa, skont l-Artikoli 19, 20 u 21;

(ii) l-iskrutinju u monitoraġġ tar-relazzjoni, skont il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1, wara l-ammissjoni tal-applikant għal offerta;

(c) l-informazzjoni kollha b’rabta ma’ offerta partikolari sottomessa minn offerent partikolari f’irkant, inkluż kwalunkwe irtirar jew modifika ta’ offerta bħal din, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 6(4);

(d) l-informazzjoni kollha b’rabta mat-twettiq ta’ kull irkant li fih offerent ikun issottometta offerta.

4.  Pjattaforma tal-irkant li tirkanta skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha żżomm ir-rekords msemmija fil-paragrafu 3 sakemm offerent ikun ammess biex jissottometti offerti fl-irkantijiet tagħha u mill-anqas għal ħames snin wara t-tmiem tar-relazzjoni ma’ dak l-offerent.

▼B

Artikolu 55

Notifika ta’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali

▼M1

1.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2005/60/KE għandhom jagħmlu monitoraġġ u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ta’ pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) mar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta mill-klijent tal-Artikolu 19 u l-Artikolu 20(6) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u żamma ta’ rekords tal-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti ta’ notifika tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom is-setgħat previsti mill-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 37(2) u (3) tad-Direttiva 2005/60/KE.

Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) tista’ tinżamm responsabbli għal infrazzjonijiet tal-Artikolu 19, l-Artikoli 20(6) u (7), l-Artikolu 21(1) u (2) u l-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2005/60/KE għandhom japplikaw f’dan ir-rigward.

2.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1), id-diretturi u l-impjegati tagħha, għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-FIU msemmija fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2005/60/KE, billi minnufih:

(a) jgħarrfu lill-FIU, fuq inizjattiva tagħhom stess, meta jkunu jafu, jissuspettaw jew ikollhom motivi raġonevoli biex jissuspettaw li jkunu qed jitwettqu jew twettqu jew kien hemm tentattivi ta’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali fl-irkantijiet;

(b) jipprovdu lill-FIU, meta titlobhom, l-informazzjoni kollha meħtieġa, skont il-proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

▼B

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tintbagħat lill-FIU tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-pjattaforma tal-irkant konċernata.

Il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-immaniġjar tal-konformità u l-politiki u l-proċeduri ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2005/60/KE, għandhom jaħtru persuna jew persuni bir-responsabbiltà li tintbagħat informazzjoni skont dan l-Artikolu.

▼M1

4.  L-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-pjattaforma maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1), għandu jiżgura li l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw l-Artikoli 26 sa 29, 32, l-Artikoli 34(1) u 35 tad-Direttiva 2005/60/KE japplikaw għall-pjattaforma tal-irkant konċernata.

▼B

Artikolu 56

Notifika ta’ abbuż mis-suq

▼M1

1.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, maħtura skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2004/39/KE, responsabbli għas-superviżjoni tal-pjattaforma tal-irkant konċernata jew biex tinvestiga u tipprosegwixxi abbuż mis-suq li jseħħ fis-sistemi tal-pjattaforma tal-irkant konċernata jew permezz tagħha, suspett ta’ abbuż mis-suq minn kwalunkwe persuna ammessa biex tissottometti offerti fl-irkantijiet jew minn kwalunkwe persuna li f’isimha l-persuna ammessa biex tissottometti offerti fl-irkantijiet tkun qed taġixxi.

Għandhom japplikaw miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2005/60/KE.

▼B

2.  Il-pjattaforma tal-irkant konċernata għandha tinnotifika lis-sorveljatur tal-irkant u lill-Kummissjoni dwar il-fatt li hija tkun għamlet notifika skont il-paragrafu 1, u tiddikjara x’azzjoni rimedjali tkun ħadet jew ipproponiet li tieħu biex teħodha kontra l-għemejjel ħżiena msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 57

Id-daqs massimu ta’ offerta u miżuri rimedjali

1.  Id-daqs massimu ta’ offerta, jew kwalunkwe miżura rimedjali oħra meħtieġa biex jiġi mmitigat riskju reali jew li jista’ jidher li jkun hemm ta’ abbuż mis-suq, finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali oħra, kif ukoll imġiba antikompetitittiva, jistgħu jkunu imposti minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant wara li din tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikseb l-opinjoni tagħha, bil-kundizzjoni li l-implimentazzjoni ta’ offerta ta’ daqs massimu jew ta’ kwalunkwe miżura rimedjali oħra jkunu jistgħu b’mod effikaċi jimmitigaw ir-riskju inkwistjoni. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta mal-Istati Membri konċernati u s-sorveljatur tal-irkant u tikseb l-opinjoni tagħhom dwar il-proposta magħmula mill-pjattaforma tal-irkant konċernata. Il-pjattaforma tal-irkant konċernata għandha tqis sewwa ħafna l-opinjoni tal-Kummissjoni.

2.  L-offerta ta’ daqs massimu għandha tkun jew espress bħala perċentwal tal-għadd totali ta’ kwoti rkantati f’irkant partikolari jew perċentwal tal-għadd totali ta’ kwoti rkantati f’sena waħda partikolari, skont liema minnhom tkun l-aktar xierqa biex ikun ittrattat ir-riskju ta’ abbuż mis-suq identifikat fl-Artikolu 56(1).

3.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, id-daqs massimu ta’ offerta tfisser l-għadd massimu ta’ kwoti li jistgħu jsiru offerti għalihom, direttament jew indirettament, minn kwalunkwe grupp ta' persuni elenkati fl-Artikolu 18(1) jew (2) u li jagħmlu parti minn kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) l-istess grupp ta' impriżi bl-inklużjoni ta' kwalunkwe impriża, l-impriżi sussudjarji tagħha u l-impriżi affiljati;

(b) l-istess raggruppament ta' negozju;

(c) unità ekonomika separata li jkollha setgħa indipendenti li tieħu deċiżjonijiet u jkunu kkontrollati direttament jew indirettament minn korpi pubbliċi jew entitajiet tal-Istat.

▼M1

Artikolu 58

Regoli ta’ kondotta fis-suq jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor

L-Artikoli 53 sa 57 għandhom ikunu mingħajr ħsara għal kwalunkwe azzjoni oħra li pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) tkun intitolata li tieħu skont ir-regoli ta’ kondotta fis-suq tagħha jew skont kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor li jkun hemm, direttament jew indirettament, ma’ kwalunkwe offerent ammess biex jissottometti offerti fl-irkantijiet, sakemm tali azzjoni ma tkunx f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 53 sa 57, jew tippreġudikahom.

▼B

Artikolu 59

Regoli ta’ kondotta għal persuni oħra awtorizzati joffru f’isem oħrajn skont l-Artikolu 18(1)(b) u (c) u l-Artikolu 18(2)

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika għal:

(a) persuni awtorizzati li jissottomettu offerta skont l-Artikolu 18(2);

(b) ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 18(1)(b) u (c) awtorizzati jissottomettu offerti skont l-Artikolu 18(3).

2.  Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ir-regoli segwenti ta’ kondotta fir-relazzjonijiethom mal-klijenti tagħhom:

(a) huma għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet mill-klijenti tagħhom dwar termini komparabbli;

(b) huma jistgħu jirrifjutaw li joffru f’isem klijent jekk ikollhom motivi raġonevoli biex jissuspettaw ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, attività kriminali jew abbuż mis-suq, bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikoli 24 u 28 tad-Direttiva 2005/60/KE;

(c) huma jistgħu jirrifjutaw li joffru f’isem klijent jekk ikollhom motivi raġonevoli li l-klijent ma jkunx jista’ jħallas għall-kwoti li għalihom ikun irid jissottometti offerta għalihom;

(d) huma għandhom jagħmlu ftehima bil-miktub mal-klijenti tagħhom. Ftehimiet li jsiru ma għandhomx jimponu kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet mhux ġusti fuq il-klijent konċernat. Huma għandhom jipprovdu t-termini u l-kundizzjonijiet kollha relatati mas-servizzi offruti, inklużi b’mod partikolari l-ħlas u l-konsenja tal-kwoti;

(e) huma jistgħu jitolbu lill-klijenti tagħhom jagħmlu depożitu bħala ħlas bil-quddiem għal kwoti;

(f) huma ma jistgħux jillimitaw kif mhux xieraq l-għadd ta’ offerti li klijent jista’ jissottometti;

(g) huma ma għandhomx iżommu jew jirrestrinġu l-klijenti tagħhom milli jinqdew mis-servizzi ta’ entitajiet eliġibbli oħra skont l-Artikolu 18(1)(b) sa (e) u Artikolu 18(2) biex joffru f’isimhom fl-irkantijiet;

(h) huma għandhom iqisu kif imiss l-interessi tal-klijenti tagħhom li jitolbuhom jissottomettu offerti f’isimhom fl-irkantijiet;

(i) huma għandhom jittrattaw lill-klijenti b’mod ġust u mingħajr diskriminazzjoni;

(j) huma għandhom iżommu fi stat tajjeb sistemi u proċeduri interni adegwati biex jipproċessaw talbiet mingħand klijenti biex huma jaġixxu bħala aġenti f’irkant u biex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod effikaċi f’irkant partikolarment fir-rigward ta’ sottomissjoni ta’ offerti f’isem il-klijenti tagħhom, jiġbru ħlasijiet u kollaterali mingħand klijenti li jaġixxu għalihom u jittrasferulhom kwoti;

(k) huma ma għandhomx iħallu toħroġ informazzjoni konfidenzjali minn dik il-parti tan-negozju tagħhom li tkun responsabbli biex tirċievi, tħejji u tissottometti offerti f’isem il-klijenti tagħhom għal dik il-parti tan-negozju tagħhom li tkun responsabbli mit-tħejjija u s-sottomissjoni ta’ offerti f’isimhom jew għal dik il-parti tan-negozju tagħhom inkariga li tinnegozja għan-nom tagħhom fis-suq sekondarja;

(l) huma għandhom iżommu rekords ta’ informazzjoni miksuba jew maħluqa fl-irwol tagħhom ta’ intermedarji li jimmaniġjaw offerti f’isem il-klijenti tagħhom fl-irkantijiet għal ħames snin mid-data tal-ksib jew il-ħolqien tal-informazzjoni konċernata.

L-ammont tad-depożitu msemmi fil-punt (e) għandu jkun ikkalkulat fuq bażi ġusta u raġonevoli.

Il-metodu ta’ kalkulazzjoni tad-depożitu msemmi fil-punt (e) għandu jkun stabilit fil-ftehimiet milħuqa skont il-punt (d).

Kwalunkwe parti tad-depożitu msemmija fil-punt (e) jekk ma tintużax biex tissodisfa ħlas għal kwoti għandha tintradd lura lil min ikun iddepożitaha f’perjodu raġonevoli wara l-irkant kif indikat fil-ftehimiet milħuqa skont il-punt (d).

3.  Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ir-regoli segwenti ta’ kondotta meta jissottomettu offerti għalihom stess jew f'isem il-klijenti tagħhom:

(a) huma għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant fejn ikunu ammessi biex joffru jew mis-sorveljatur tal-irkant biex jaqdu l-funzjonijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament;

(b) huma għandhom jaġixxu b’integrità, ħila raġonevoli, attenzjoni u diliġenzal.

4.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali maħtura mill-Istati Membri fejn il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu stabiliti għandhom ikunu responsabbli għall-awtorizzazzjoni ta’ tali persuni biex iwettqu l-attivitajiet imsemmija f'dak il-paragrafu u għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-konformità mar-regoli ta’ kondotta previsti fil-paragrafi 2 u 3 inkluż il-maniġġ ta’ kwalunkwe ilmenti magħmula dwar in-nuqqas ta’ konformità ma’ tali regoli ta’ kondotta.

5.  L-awtoritjiet kompetenti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss lill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 fejn il-persuni jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u esperjenzati biżżejjed biex jiżguraw l-ħarsien xieraq tar-regoli ta’ kondotta previsti fil-paragrafu 2 u 3;

(b) ikunu daħħlu fis-seħħ il-proċessi u l-kontrolli meħtieġa biex jimmaniġjaw il-kunflitti ta’ interess u jaqdu l-aqwa interessi tal-klijenti tagħhom;

(c) jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2005/60/KE;

(d) jikkonformaw ma’ kwalunkwe miżura oħra meqjusa xierqa wara li tkun tqieset in-natura tas-servizzi ta’ offerta li jkunu qed jiġu offruti u l-livell ta’ sofistikazzjoni tal-klijenti inkwistjoni skont il-profil tagħhom ta’ investituri jew negozjanti, kif ukoll kwalunkwe valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju dwar il-possibbiltà ta’ ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali.

6.  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu awtorizzati għandha timmonitorja u tinforza l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 5. L-Istat Membru għandu jiżgura li:

(a) l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tiegħu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-setgħat investigattivi u penali li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi;

(b) jitwaqqaf mekkaniżmu biex jittratta lmenti u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet fejn il-persuni awtorizzati jkunu kisru l-obbligi tagħhom skont dik l-awtorizzazzjoni;

(c) l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tiegħu jkunu jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 5 fejn persuna msemmija fil-paragrafu 1 tkun kisret gravament u sistematikament id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3.

▼M2

7.  Klijenti tal-offerenti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jressqu kwalunkwe ilment li jista’ jkollhom fir-rigward tal-konformità mar-regoli ta’ twettiq ipprovduti fil-paragrafi 2 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 4 skont ir-regoli ta’ proċedura stabbiliti għall-ġestjoni ta’ lmenti bħal dawn fl-Istat Membru fejn il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 huma sorveljati.

▼B

8.  Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ammessi biex jissottomettu offerti fi pjattaforma tal-irkant skont l-Artikolu 18, 19 u 20 għandhom jitħallew, mingħajr rekwiżiti legali jew amministrattivi ulterjuri tal-Istati Membri, jipprovdu servizzi ta’ sottomissjoni ta’ offerti lill-klijenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 19(3).



KAPITOLU XVI

TRASPARENZA U KONFIDENZJALITÀ

Artikolu 60

Pubblikazzjoni

▼M6

1.  Kull leġiżlazzjoni, gwida, struzzjoni, formola, dokument u tħabbira, inkluż il-kalendarju tal-irkantijiet, kull informazzjoni oħra mhux konfidenzjali rilevanti għall-irkantijiet fi pjattaforma tal-irkant partikolari, inkluż il-lista ta' persuni li jitħallew iwettqu l-offerti fl-irkantijiet, kull deċiżjoni, inkluż kull deċiżjoni skont l-Artikolu 57, li timponi daqs massimu tal-offerta u kull miżura korrettiva oħra li tkun meħtieġa biex tnaqqas ir-riskju reali jew potenzjali li jkun hemm ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, attività kriminali jew abbuż tas-suq fuq dik il-pjattaforma tal-irkant, għandhom jiġu ppubblikati f'sit web tal-irkantar aġġornat u dedikat għalhekk li jinżamm fil-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata.

▼B

Informazzjoni li ma tkunx aktar rilevanti għandha tiġi arkivjata. Arkivji bħal dawn għandhom ikunu aċċessibbli permezz tal-istess websajt tal-irkantar.

2.  Verżjonijiet mhux konfidenzjali tar-rapporti tas-sorveljatur tal-irkant lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 25(1) u (2), għandhom ikunu ppubblikati fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

Rapporti li ma jkunux aktar rilevanti għandhom jiġu arkivjati. Dawn l-arkivji għandhom ikunu aċċessibbli permezz tas-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

▼M1

3.  Lista bl-ismijiet, indirizzi, numri tat-telefown u tal-faks, indirizzi tal-posta elettronika u siti elettroniċi tal-persuni kollha ammessi biex joffru f’isem oħrajn f’irkantijiet mwettqa minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tkun ippubblikata fis-sit tal-Internet miżmuma tajjeb mill-pjattaforma tal-irkant konċernata.

▼B

Artikolu 61

Tħabbir u notifika tar-riżultati tal-irkant

1.  Pjattaforma tal-irkant għandha tħabbar ir-riżultati ta’ kull irkant li tmexxi malajr kemm jista’ jkun raġonevolment prattikabbli u mhux aktar tard minn 15-il minuta wara l-għeluq tal-perjodu għall-offerti.

▼M7

2.  Skont il-paragrafu 1, il-pjattaforma tal-irkant għandha tħabbar mill-inqas ir-riżultati li ġejjin għal kull irkant:

(a) il-volum tal-kwoti rkantati;

(b) il-prezz tal-ikklirjar tal-irkant f'euro;

(c) il-volum totali ta' offerti sottomessi;

(d) l-għadd totali ta' offerenti u l-għadd ta' offerenti rebbieħa;

(e) fil-każ ta' kanċellazzjoni ta' rkant, l-irkanti li dak il-volum jgħaddi għal għandhom;

(f) id-dħul totali rikavat mill-irkant;

(g) id-distribuzzjoni tad-dħul bejn l-Istati Membri, fil-każ ta' pjattaformi tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1) u (2).

3.  Fl-istess ħin li l-pjattaforma tal-irkant tħabbar ir-riżultati ta' kull irkant skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, il-pjattaforma tal-irkant għandha tinnotifika lil kull offerent rebbieħ li jissottometti l-offerti permezz tas-sistemi tagħha:

(a) l-għadd totali ta' kwoti li għandhom jiġu allokati lil dak l-offerent;

(b) liema mill-offerti marbuta tiegħu, jekk kien hemm, intgħażlu b'mod aleatorju;

(c) il-ħlas dovut kemm fl-euro jew fil-munita tal-Istat Membru mhux membru taż-żona tal-euro, kif jagħżel l-offerent sakemm is-sistema tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu tkun kapaċi timmaniġġja l-valuta nazzjonali inkwistjoni;

(d) id-data sa liema għandu jsir il-ħlas dovut f'fondi kklirjati fil-kont bankarju nnominat tal-irkantatur.

▼B

4.  Fejn il-munita magħżula mill-offerent ma tkunx euro, pjattaforma tal-irkant għandha tinnotifika offerent rebbieħ li jkun offra f’irkantijiet immexxija minnha r-rata tal-kambju użata biex ikun ikkalkulat l-ammont dovut fil-munita magħżula mill-offerent rebbieħ.

Ir-rata tal-kambju għandha tkun ir-rata ppubblikata fuq servizz ta’ linja ta’ aħbarijiet finanzjarji rikonoxxuta speċifikata fil-kuntratt li jaħtar il-pjattaforma tal-irkant konċernata, minnufih wara l-għeluq tal-perjodu għall-offerti.

5.  Pjattaforma tal-irkant għandha tinnotifika lis-sistema tal-ikklerjar relevanti u lis-sistema tas-saldu relatati bl-informazzjoni notifikata lil kull offerent rebbieħ, skont il-paragrafu 3.

Artikolu 62

Protezzjoni ta’ informazzjoni konfidenzjali

1.  Dawn li ġejjin jikkostitwixxu informazzjoni konfidenzjali:

(a) il-kontenut ta’ offerta;

(b) il-kontenut ta’ kwalunkwe struzzjoni għal min joffri wkoll meta ma tintbagħat ebda offerta;

(c) informazzjoni li tiżvela, jew li minnha wieħed jista’ jiddeduċi, l-identità tal-offerent inkwistjoni u xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i) l-għadd tal-kwoti li offerent ikun jixtieq jakkwista f’irkant;

(ii) il-prezz li offerent ikun lest li jħallas għal dawk il-kwoti;

(d) informazzjoni dwar offerta waħda jew aktar jew li toriġina minnha jew minnhom, jew istruzzjonijiet għal min joffri li separatament jew kollettivament aktarx li:

(i) jagħtu indikazzjoni tad-domanda għal kwoti qabel kwalunkwe rkant;

(ii) jagħtu indikazzjoni tal-prezz mill-ikklirjar f’irkant qabel kwalunkwe rkant;

(e) informazzjoni mogħtija minn persuni fil-qafas tal-istabiliment u ż-żamma tar-relazzjoni mal-offerenti jew fil-qafas tal-monitoraġġ ta’ dik ir-relazzjoni skont l-Artikoli 19, 20, 21 u 54;

(f) ir-rapporti u l-opinjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant magħmulin skont l-Artikolu 25(1) sa (6) għajr għall-partijiet li jkun hemm fi kwalunkwe verżjoni mhux konfidenzjali tar-rapporti tas-sorveljatur tal-irkant ippubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 60(2);

(g) sigrieti tan-negozju mogħtijin minn persuni li jieħdu sehem fi proċess kompetittiv tal-akkwist għall-ħatra ta’ kwalunkwe pjattaforma tal-irkant jew tas-sorveljatur tal-irkant;

(h) informazzjoni dwar l-algoritmu użat għall-għażla każwali ta’ offerti marbuta msemmija fl-Artikolu 7(2);

(i) informazzjoni dwar il-metodoloġija għad-definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi prezz mill-ikklirjar f’irkant b’mod sinifikanti skont il-prezz prevalenti tas-suq sekondarju qabel u matul l-irkant, imsemmi fl-Artikolu 7(6).

2.  Ma għandhiex tkun divulgata informazzjoni konfidenzjali minn kwalunkwe persuna li tkun kisbet dik l-informazzjoni, kemm jekk direttament jew indirettament, jekk mhux skont il-paragrafu 3.

3.  Il-paragrafu 2 ma għandhux jipprevjeni d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni konfidenzjali li:

(a) tkun diġà tinsab disponibbli għall-pubbliku;

(b) issir pubbliku bil-kunsens bil-miktub ta’ offerent, ta’ persuna ammessa biex tissottometti offerti jew ta’ persuna li tapplika biex tkun ammessa biex tissottometti offerti;

(c) ikun meħtieġ li tiġi ddivulgata jew li ssir disponibbli pubblikament skont obbligu tal-liġi tal-Unjoni;

(d) issir pubblika skont ordni ta’ qorti;

(e)  ►M1  tiġi żvelata jew issir pubblika ◄ għall-finijiet ta’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali, amministrattivi jew ġudizzjali li jsiru fl-Unjoni;

(f) tkun iddivulgata minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant lis-sorveljatur tal-irkant li tagħmilha tippermetti lis-sorveljatur tal-irkant u tgħinu biex ikun jista’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu jew biex jaqdi l-obbligi tiegħu b’rabta mal-irkantijiet;

(g) tinġabar flimkien u tkun redatta qabel ma tkun divulgata, biex b’hekk aktarx li ma tkunx tingħaraf informazzjoni relatata ma dan li ġej:

(i) offerti individwali jew istruzzjonijiet biex issir offerta;

(ii) irkantijiet individwali;

(iii) offerenti individwali, offerenti prospettivi jew persuni li japplikaw għal ammissjoni għal offerta;

(iv) applikazzjonijiet individwali għal ammissjoni għal offerta;

(v) relazzjonijiet individwali mal-offerenti;

(h) tissemma fil-paragrafu 1(f) ladarba tkun iddivulgata lill-pubbliku b’mod mhux diskriminatorju u b'mod ordnat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri għal informazzjoni koperta mill-Artikolu 25(2)(c) u mill-Kummissjoni għal informazzjoni oħra koperta mill-Artikolu 25(2);

(i) tissemma fil-paragrafu 1(g) ladarba tkun iddivulgata lil persuni li jaħdmu għall-Istati Membri jew għall-Kummissjoni involuti fil-proċess ta’ akkwist kompetittiv imsemmi fil-paragrafu 1(g), li jkunu huma nfushom marbutin b’obbligu tas-segretezza professjonali skont il-patti tal-impjieg tagħhom;

(j) issir pubblika wara t-tmiem ta’ perjodu ta’ 30 xahar li jibda minn waħda mid-dati li ġejjin, bla ħsara għal kwalunkwe obbligu sussistenti ta’ segretezza professjonali skont id-dritt tal- Unjoni:

(i) id-data tal-ftuħ tal-perjodu għall-offerti tal-irkant li fiha l-informazzjoni konfidenzjali tkun divulgata għall-ewwel darba fir-rigward tal-informazzjoni konfidenzjali fil-paragrafu 1(a) sa (d);

(ii) id-data li fiha tintemm ir-relazzjoni ma’ offerenti fir-rigward tal-informazzjoni konfidenzjali fil-paragrafu 1(e);

(iii) id-data tar-rapport jew l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant fir-rigward tal-informazzjoni konfidenzjali fil-paragrafu 1(f);

(iv) id-data tas-sottomissjoni tal-informazzjoni fil-proċess ta’ akkwist kompetittiv fir-rigward tal-informazzjoni konfidenzjali fil-paragrafu 1(g).

4.  Il-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat li informazzjoni konfidenzjali ma tkunx divulgata b’mod ħażin u li ma jkunx hemm il-konsegwenzi ta’ divulgazzjoni ħażina bħal din minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant jew mis-sorveljatur tal-irkant, inkluża kwalunkwe persuna li jkollha kuntratt biex taħdem għalihom, għandhom ikunu stabiliti fil-kuntratti li jaħtruhom.

5.  Informazzjoni konfidenzjali miksuba minn pjattaforma tal-irkant jew mis-sorveljatur tal-irkant, inkluża kwalunkwe persuna li jkollha kuntratt biex taħdem għalihom, għandha tintuża biss għall-fini tal-qadi tal-obbligi tagħhom jew tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-irkantijiet.

6.  Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx ma jħallux l-iskambju ta’ informazzjoni konfidenzjali bejn pjattaforma tal-irkant u s-sorveljatur tal-irkant, jew bejn kwalunkwe waħda minnhom u:

(a) l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jissupervizzaw pjattaforma tal-irkant;

(b) l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli biex jinvestigaw u jipprosegwixxu ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu, attività kriminali jew abbuż mis-suq;

(c) il-Kummissjoni.

Informazzjoni konfidenzjali skambjata skont dan il-paragrafu ma għandhiex tkun divulgata lil persuni oħra, ħlief lil dawk msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) kuntrarju għall-paragrafu 2.

7.  Kwalunkwe persuna li taħdem jew li ħadmet għal pjattaforma tal-irkant jew is-sorveljatur tal-irkant, involut fl-irkantijiet, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali, u għandhom jiżguraw li informazzjoni konfidenzjali tkun protetta skont dan l-Artikolu.

Artikolu 63

Reġim ta’ lingwa

1.  Informazzjoni bil-miktub mogħtija minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant skont l-Artikolu 60(1) u (3) jew mis-sorveljatur tal-irkant skont l-Artikolu 60(2) jew skont il-kuntratt li jaħtarhom, li ma tkunx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun f’lingwa konvenzjonali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

2.  Kwalunkwe Stat Membru jista' jipprovdi, għal spejjeż tiegħu stess, it-traduzzjoni tal-informazzjoni kollha koperta mill-paragrafu 1 ta’ pjattaforma tal-irkant, fil-lingwa/i uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

Fejn Stat Membru jipprovdi bl-ispejjeż għalih għat-traduzzjoni tal-informazzjoni kollha prevista fil-paragrafu 1 tal-pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikolu 26(1), kwalunkwe Stat Membru li jkun ħatar pjattaforma tal-irkant skont l-Artikolu 30(1) għandu wkoll jipprovdi a spejjeż tiegħu għat-traduzzjoni fl-istess lingwa jew lingwi tal-informazzjoni kollha koperta mill-paragrafu 1 tal-pjattaforma tal-irkant maħtura minnu skont l-Artikolu 30(1).

3.  Applikanti għal ammissjoni għal offerta u persuni ammessi biex joffru jistgħu jissottomettu dan li ġej fil-lingwa uffiċjali tal-Unjoni li jkunu għażlu skont il-paragrafu 4 bil-kundizzjoni li Stat Membru jkun iddeċieda li jipprovdi traduzzjoni f’dik il-lingwa skont il-paragrafu 2:

(a) l-applikazzjonijiet tagħhom għal ammissjoni għal offerta, inkluż kwalunkwe dokument sustantiv;

(b) l-offerti tagħhom, inkluż kwalunkwe irtirar jew modifika tagħhom;

(c) kwalunkwe mistoqsija relatata mal-punti (a) jew (b).

Pjattaforma tal-irkant tista’ titlob traduzzjoni ċertifikata għal lingwa konvenzjonali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

4.  Applikanti għal ammissjoni biex jagħmlu offerti, persuni ammessi jagħmlu offerti u offerenti parteċipi f’irkant għandhom jagħżlu minn kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni li fiha għandhom jirċievu n-notifiki kollha magħmula skont l-Artikoli 8(3), 20(10), 21(4), u 61(3).

Il-komunikazzjoni orali jew bil-miktub l-oħra kollha minn kwalunkwe pjattaforma tal-irkant lill-applikanti għall-ammissjoni biex jagħmlu offerti, lill-persuni ammessi biex jissottomettu offerti jew lill-offerenti parteċipi f'irkant għandha ssir fil-lingwa magħżula skont l-ewwel subparagrafu mingħajr ebda kost addizzjonali għall-applikanti, persuni jew offerenti inkwistjoni, bil-kundizzjoni li Stat Membru jkun iddeċieda li jipprovdi traduzzjoni f’dik il-lingwa skont il-paragrafu 2.

Madankollu, ukoll fejn Stat Membru skont il-paragrafu 2 jkun iddeċieda li jipprovdi traduzzjoni fil-lingwa magħżula skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu kif ipprovdut fil-paragrafu 2, l-applikant għal ammissjoni għal offerta, il-persuna ammessa biex tissottometti offerti jew l-offerent parteċipanti f’irkant jistgħu jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu billi jagħtu minn qabel kunsens bil-miktub biex il-pjattaforma tal-irkant konċernata tuża biss lingwa konvenzjonali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

5.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-akkuratezza ta’ kwalunkwe traduzzjoni magħmula skont il-paragrafu 2.

Persuni li jissottomettu traduzzjoni ta’ dokument imsemmi fil-paragrafu 3, u kwalunkwe pjattaforma tal-irkant li tinnotifika dokument tradott skont il-paragrafu 4, għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw li d-dokument ikun traduzzjoni preċiża tal-oriġinal.



KAPITOLU XVII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

▼M1

Artikolu 64

Dritt għal appell

1.  Pjattaforma tal-irkant maħtura skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) għandha tiżgura li jkollha lest mekkaniżmu straġudizzjarju biex jittratta lmenti minn applikanti għal ammissjoni għal offerta, offerenti ammessi biex joffru jew minn min l-ammissjoni tiegħu tkun rifjutata, revokata jew sospiża.

2.  L-Istati Membri fejn issir superviżjoni ta’ suq regolat maħtur bħala pjattaforma tal-irkant skont l-Artikoli 26(1) jew 30(1) jew l-operatur tas-suq tagħhom, għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-mekkaniżmu straġudizzjarju li jittratta lmenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun motivata sewwa u tkun soġġetta għad-dritt ta’ appell lill-qrati msemmija fl-Artikolu 52(1) tad-Direttiva 2004/39/KE. Dak id-dritt għandu jkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dritt ta’ appell direttament lill-qrati jew lill-korpi amministrattivi kompetenti previsti fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 52(2) tad-Direttiva 2004/39/KE.

▼B

Artikolu 65

Korrezzjoni ta’ żbalji

1.  Kwalunkwe żball fi kwalunkwe trasferiment li jsir ta’ ħlasijiet jew kwoti jew fl-għoti jew fil-ħruġ ta’ kollateral jew depożitu skont dan ir-Regolament għandu jkun innotifikat lis-sistemi tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu malli ssir taf bih kwalunkwe persuna.

2.  Is-sistemi tal-ikklirjar jew is-sistema tas-saldu għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jikkoreġu kwalunkwe żball fi kwalunkwe trasferiment li jsir ta’ ħlasijiet jew kwoti u fl-għoti jew fir-rilaxx ta’ kollateral jew depożitu skont dan ir-Regolament li huma jsiru jafu bih bi kwalunkwe mezz.

3.  Kwalunkwe persuna li tibbenefika minn żball skont il-paragrafu 1 li ma jkunx jista’ jiġi kkoreġut skont il-paragrafu 2, minħabba drittijiet intervenjenti ta’ akkwirent ta’ parti terza b'rieda tajba, li kienet taf jew li messha kienet taf bl-iżball u naqset li tinnotifika bih lis-sistemi tal-ikklirjar jew sistema tas-saldu, tkun responsabbli biex tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kawżata.

Artikolu 66

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I



Kwoti rkantati fl-2012 skont l-Artikolu 10(1)

Stat Membru

Volum

Il-Belġju

2 979 000

Il-Bulgarija

3 277 000

Ir-Repubblika Ċeka

5 503 000

Id-Danimarka

1 472 000

Il-Ġermanja

23 531 000

L-Estonja

1 068 000

L-Irlanda

1 100 000

Il-Greċja

4 077 000

Spanja

10 145 000

Franza

6 434 000

L-Italja

11 324 000

Ċipru

307 000

Il-Latvja

315 000

Il-Litwanja

637 000

Il-Lussemburgu

141 000

L-Ungerija

1 761 000

Malta

120 000

Il-Pajjiżi l-Baxxi

3 938 000

L-Awstrija

1 636 000

Il-Polonja

14 698 000

Il-Portugall

2 065 000

Ir-Rumanija

5 878 000

Is-Slovenja

520 000

Is-Slovakkja

1 805 000

Il-Finlandja

1 965 000

L-Isvezja

1 046 000

Ir-Renju Unit

12 258 000

Total

120 000 000

▼B




ANNESS II

Lista tal-elementi msemmija fl-Artikolu 20(3)

1.

Prova ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 18(1) jew (2).

2.

L-isem, l-indiriżż u n-numri tat-telefon u tal-faks tal-applikant.

3.

L-identifikatur tal-kont tal-kont tal-kwoti desinjat tal-applikant.

4.

Id-dettalji sħaħ tal-kont bankarju desinjat tal-applikant.

5.

L-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-faks, kif ukoll l-indirizz tal-posta elettronika ta’ rappreżentat wieħed jew aktar tal-offerent kif iddefinit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(3).

6.

Għal persuni ġuridiċi, prova ta’:

(a) l-inkorporazzjoni tagħhom li turi: il-forma ġuridika tal-applikant; il-liġi li tirregolaha; jekk l-applikant hux kumpanija elenkata pubblikament f'Borża waħda rikonoxxuta jew aktar;

(b) jekk japplika, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-applikant fir-reġistru rilevanti fejn l-applikant ikun reġistrat, u fin-nuqqas l-applikant għandu jipprovdi l-memorandum, l-statuti u dokument ieħor bħala attestazzjoni tal-inkorporazzjoni tiegħu.

7.

Għal persuni ġuridiċi u/jew arranġamenti legali, dik l-informazzjoni li tkun meħtieġa biex ikun identifikat is-sid benefiċjarju u biex ikunu magħrufin is-sjieda u l-istruttura ta’ kontroll tal-persuna ġuridika jew arranġament bħal dawk.

8.

Għal persuni fiżiċi, prova tal-identità tagħhom, permezz ta’ karta tal-identità, liċenzja tas-sewqan, passaport jew dokument simili maħruġ mill-gvern li jkollu l-isem sħiħ, ir-ritratt, id-data tat-twelid u l-indirizz residenzjali permanenti fl-Unjoni tal-applikant konċernat, li jistgħu jiġu ssustanzjati b'dokumenti korroboratorji oħra xierqa kull fejn ikun neċessarju.

9.

Għal operaturi, il-permess imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/87/KE.

10.

Għal operaturi tal-inġenji tal-ajru, prova li jkunu elenkati skont l-Artikolu 18a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jew il-pjan ta’ monitoraġġ sottomess u approvat skont l-Artikolu 3(g) ta’ dik id-Direttiva.

11.

Dik l-informazzjoni li tkun meħtieġa biex jitwettqu l-miżuri ta’ diliġenza dovuta mill-klijent msemmija fl-Artikolu 19(2)(e).

12.

L-aħħar rapport u kontijiet annwali awditjati, inklużi l-kont tal-profitti u t-telf u l-karta bilanċjali u r-rapport annwali, jekk ikun hemm; jekk ma jkunx hemm, denunzja tal-VAT, jew dik l-informazzjoni addizzjonali li jkun meħtieġ tkun sodisfatta dwar is-solvenza tal-applikant u l-affidabbiltà tal-kreditu.

13.

In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT, jekk ikun hemm, u, fejn l-applikant ma jkunx irreġistrat għall-VAT, kwalunkwe mezz ieħor ta’ identifikazzjoni tal-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-istabiliment jew fejn ikun residemt fiskali, jew dik l-informazzjoni addizzjonali li jkun meħtieġ tkun issodisfata dwar l-istatus fiskali tal-applikant fl-Unjoni.

14.

Dikjarazzjoni li skont l-aħjar tagħrif tal-applikant l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2)(f).

15.

Prova ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2)(g).

16.

Prova li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(3).

17.

Dikjarazzjoni li l-applikant għandu l-kapaċità u l-awtorità legali biex jissottometti offerti f’ismu jew f’isem oħrajn f’irkant.

18.

Dikjarazzjoni li skont l-aħjar tagħrif tal-applikant ma jkunx hemm impediment legali, regolatorju, kuntrattwali jew xi impediment ieħor li jżommu milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.

19.

Dikjarazzjoni dwar jekk l-applikant jipproponix iħallas bl-euro jew b’munita ta’ Stat Membru li ma jkunx membru taż-żona euro, b’indikazzjoni tal-munita magħżula.




ANNESS III

Pjattaformi tal-irkant barra dawk maħtura skont l-Artikolu 26(1) jew (2), l-Istati Membri tagħhom li jaħtruhom u kwalunkwe kundizzjoni jew obbligu applikabbli msemmija fl-Artikolu 30(7)

▼M2



Pjattaformi tal-irkant maħtura mill-Ġermanja

1

Pjattaforma tal-irkant

European Energy Exchange AG (EEX)

 

Terminu tal-ħatra

Mill-1 ta’ Settembru 2012 l-aktar kmieni sa, tal-inqas, il-31 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013 l-iktar tard, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5).

 

Kundizzjonjiet

L-ammissjoni fl-irkanti ma għandhiex tkun dipendenti fuq li wieħed isir membru ta’ jew parteċipant fis-suq sekondarju organizzat mill-EEX jew ta’ kwalunkwe post tal-kummerċ ieħor operat mill-EEX jew minn kwalunkwe parti terza.

 

Obbligi

Fi żmien xahrejn mill-1 ta’ Settembru 2012, EEX għandha tissottometti l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha lill-Ġermanja biex issir konsultazzjoni tas-sorveljatur tal-irkant.

Fi żmien xahrejn minn meta tasal l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant, EEX għandha tirrevedi l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha, filwaqt li kemm jista' jkun tikkunsidra dik l-opinjoni.

Il-Ġermanja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidliet sostantivi f'relazzjonijiet kuntrattwali rilevanti mal-EEX.

▼M4

 

Il-bażi legali

l-Artikolu 30(2)

▼M3

Pjattaformi tal-irkant maħtura mir-Renju Unit

2

Pjattaforma tal-irkant

ICE Futures Europe (ICE)

 

Terminu tal-ħatra

Mill-10 ta' Novembru 2012 l-aktar kmieni sad-9 ta' Novembru 2017 l-aktar tard, bla ħsara għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5).

 

Definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-kundizzjoni u l-obbligi li japplikaw għal ICE għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“Ir-regoli ta’ skambju ta’ ICE” — tfisser Regolamenti ta’ ICE, inkluż b’mod partikolari regoli tal-kuntratt u l-proċeduri marbuta ma’ ICE FUTURES EUA AUCTION CONTRACT u ICE FUTURES EUAA AUCTION CONTRACT;

“membru ta’ skambju” — tfisser membru kif definit fit-Taqsima A.1 tar-regoli ta’ skambju ta’ ICE;

“klijent” — tfisser klijent ta’ membru ta’ skambju, kif ukoll klijenti tal-klijenti tagħhom ’l isfel fil-katina, li jiffaċilitaw l-ammissjoni ta’ persuni biex jagħmlu offerta u jaġixxu f’isem l-offerenti.

 

Kundizzjonjiet

L-ammissjoni fl-irkantijiet ma għandhiex tkun dipendenti fuq li wieħed isir membru ta’ skambju jew parteċipant fis-suq sekondarju organizzat minn ICE jew minn kwalunkwe post tal-kummerċ ieħor operat minn ICE jew minn kwalunkwe parti terza.

 

Obbligi

1.  ICE għandha tirrikjedi li kwalunkwe deċiżjoni li għandha tittieħed mill-membri ta’ skambju ta’ ICE jew il-klijenti tagħhom fir-rigward tal-għoti tal-ammissjoni biex jagħmlu l-offerti fl-irkantijiet, ir-revoka jew is-sospensjoni ta’ ammissjoni bħal din tkun ikkomunikata lil ICE mill-membri tal-iskambju jew il-klijenti tagħhom li jieħdu tali deċiżjonijiet fil-mod li ġej:

(a)  fil-każ ta’ deċiżjonijiet li jirrifjutaw li jagħtu ammissjoni biex jagħmlu offerta u d-deċiżjonijiet li jirrevokaw jew jissospendu l-aċċess għal irkantijiet, fuq bażi individwali mingħajr dewmien;

(b)  fil-każ ta’deċiżjonijiet oħrajn, fuq talba.

ICE għandha tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni bħal din tista’ tkun soġġetta għal eżami minn ICE fir-rigward tal-konformità tagħha mal-obbligi eżistenti tal-pjattaforma tal-irkant skont dan ir-Regolament, u li l-membri ta’ skambju ta’ ICE jew il-klijenti tagħhom jirrispettaw ir-riżultati ta’ kwalunkwe eżami bħal dan minn ICE. Dan jista’ jinkludi, iżda ma jkunx limitat għal, rikors għal kwalunkwe regoli ta’ skambju ta’ ICE applikabbli, inkluż proċeduri dixxiplinarji, jew kwalunkwe azzjoni oħra kif xieraq biex tiffaċilita l-ammissjoni biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet.

2.  ICE għandha tfassal u żżomm fuq il-paġna web tagħha lista komprensiva u aġġornata tal-membri ta’ skambju jew il-klijenti tagħhom li huma eliġibbli biex jiffaċilitaw l-aċċess lill-SMEs u l-emittenti żgħar għall-irkantijiet tar-Renju Unit fuq ICE flimkien ma’ gwida prattika li tiftiehem immedjatament, li tinforma lill-SMEs u l-emittenti żgħar dwar il-passi li jridu jieħdu biex jaċċessaw l-irkantijiet permezz ta’ membri ta’ skambju bħal dawn jew il-klijenti tagħhom.

3.  Fi żmien sitt xhur wara l-bidu tal-irkantijiet jew xahrejn mill-ħatra tas-sorveljatur tal-irkant, skont liema minnhom iseħħ l-iktar tard, ICE għandha tirrapporta lis-sorveljatur tal-irkant, dwar il-kopertura miksuba taħt il-mudell ta’ kooperazzjoni tagħha mal-membri ta’ skambju u l-klijenti tagħhom, inkluż il-livell ta’ kopertura ġeografika miksub u tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant f’dan ir-rigward sabiex tiżgura t-twettiq tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 35(3)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament.

4.  It-tariffi u l-kundizzjonijiet kollha applikati minn ICE u s-sistema ta’ kklerjar tagħha fuq persuni ammessi biex jagħmlu offerta jew offerenti għandhom ikunu ddikjarati b’mod ċar, li jiftiehem faċilment u jkunu pubblikament disponibbli fuq il-paġna web ta’ ICE, li għandha tinżamm aġġornata.

ICE għandha tipprovdi li fejn jiġu applikati miżati u kundizzjonijiet addizzjonali minn membru ta’ skambju jew klijent tiegħu, għall-ammissjoni biex jagħmel offerta, dawn it-tariffi u l-kundizzjonijiet għandhom ukoll ikunu ddikjarati b’mod ċar, jinftiehmu faċilment u jkunu pubblikament disponibbli fuq il-paġni web ta’ dawk li joffru s-servizzi b’referenzi diretti għal dawk il-paġni web disponibbli fuq il-paġna web ta’ ICE.

5.  Bla ħsara għal rimedji legali oħra, ICE għandha tipprovdi għad-disponibbiltà tal-Proċeduri ta’ Riżoluzzjoni ta’ Ilmenti ta’ ICE biex tiddeċiedi dwar ilmenti li jistgħu jirriżultaw f’rabta ma’ deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ ammissjoni biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet, dwar ir-rifjut li tingħata ammissjoni biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet, dwar ir-revoka jew is-sospensjoni ta’ ammissjonijiet biex jagħmlu offerta fl-irkantijiet diġà mogħtija, kif hemm speċifikat aktar fil-punt 1, meħuda minn membri ta’ skambju ta’ ICE jew il-klijenti tagħhom.

6.  ICE għandha temenda r-regoli ta’ skambju tagħha biex tiżgura konformità sħiħa mal-kundizzjoni u l-obbligi għall-elenkar tagħha li huma stipulati f’dan l-Anness. B’mod partikolari, ir-regoli ta’ skambju ta’ ICE emendati għandhom jistipulaw l-obbligi stipulati fil-punti 1, 2, 4 u 5.

7.  Fi żmien xahrejn mill-10 ta' Novembru 2012, ICE għandha tissottometti l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha dettaljata lir-Renju Unit għall-konsultazzjoni tas-sorveljatur tal-irkant. Fi żmien xahrejn minn meta tasal l-opinjoni tas-sorveljatur tal-irkant, ICE għandha tirrevedi l-istrateġija ta’ ħruġ tagħha, filwaqt li tqis bl-ikbar reqqa dik l-opinjoni.

8.  Ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sostantiva fl-arranġamenti kuntrattwali ma’ ICE, innotifikati lill-Kummissjoni fit-30 ta’ April, l-4 ta’ Mejju u l-14 ta’ Ġunju 2012 u kkomunikati lill-Kumitat tat-Tibdil fil-Klima fil-15 ta’ Mejju u fit-3 ta’ Lulju 2012.

▼M4

 

Il-bażi legali

l-Artikolu 30(1)

Pjattaformi tal-irkant maħtura mill-Ġermanja

3.

Pjattaforma tal-irkant

European Energy Exchange AG (EEX)

 

Il-bażi legali

l-Artikolu 30(1)

 

Tul-ta’ żmien tal-ħatra

L-aktar kmieni mill-15 ta’ Novembru 2013 sal-aktar tard l-14 ta’ Novembru 2018, mingħajr ħsara lit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 30(5).

 

Kundizzjonijiet

L-ammissjoni fl-irkanti ma għandhiex tkun dipendenti fuq li wieħed isir membru ta’ jew parteċipant fis-suq sekondarju organizzat mill-EEX jew ta’ kwalunkwe post tal-kummerċ ieħor operat mill-EEX jew minn kwalunkwe parti terza.

 

Obbligi

1.  Fi żmien xahrejn mill-15 ta’ Novembru 2013, l-EEX għandha tressaq l-istrateġija tal-ħruġ tagħha lill-Ġermanja għall-konsultazzjoni mas-sorveljatur tal-irkant. L-istrateġija tal-ħruġ għandha tkun mingħajr ħsara għall-obbligi fuq l-EEX skont il-kuntratt mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri, konkluż skont l-Artikolu 26 u għad-drittijiet tal-Kummissjoni u ta’ dawk l-Istati Membri f’dak il-kuntratt.

2.  L-EEX għandha tikkompila u żżomm fil-paġna tagħha fuq l-Internet, lista komprensiva u aġġornata tal-membri ammessi biex jagħmlu l-offerti li għandhom liċenzja biex jagħmlu l-offerti f’isem l-SMEs u emittenti żgħar, flimkien ma’ gwida prattika u li tinftiehem faċilment li tinforma lill-SMEs u lill-emittenti żgħar dwar il-passi li jridu jieħdu biex jaċċessaw l-irkanti permezz ta’ dawn il-membri.

3.  Fi żmien sitt xhur wara l-bidu tal-irkanti jew xaħrejn wara l-ħatra tas-sorveljatur tal-irkant, liema jiġi l-aħħar, l-EEX għandha tirrapporta dwar il-kopertura miksuba, inkluż il-livell tal-kopertura ġeografika, lis-sorveljatur tal-irkant, u tqis bl-akbar attenzjoni r-rakkomandazzjonijiet tas-sorveljatur tal-irkant dwar dan biex tiżgura li tkun qed tissodisfa l-obbligi kollha tagħha skont l-Artikolu 35(3)(a) u (b).

4.  Il-Ġermanja għandha tavża lill-Kummissjoni dwar kull tibdil sostantiv fir-relazzjonijiet kuntrattwali rilevanti mal-EEX li ġew innotifikati lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Marzu 2013 u li ġew ikkomunitati lill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima fl-20 ta’ Marzu 2013.

▼M6

Pjattaformi tal-irkant maħtura mir-Renju Unit

4.

Pjattaforma tal-irkant

ICE Futures Europe (ICE)

 

Bażi ġuridika

L-Artikolu 30(1)

 

Tul ta' żmien tal-ħatra

Mhux qabel l-10 ta' Novembru 2017 u mhux iktar tard mid-9 ta' Novembru 2022, mingħajr preġudizzju għat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 30(5).

 

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet tal-kundizzjoni u tal-obbligi li japplikaw għall-ICE, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“regoli ta' skambju tal-ICE” — tfisser ir-Regolamenti tal-ICE, inkluż b'mod partikolari r-regoli u l-proċeduri tal-kuntratti marbuta mal-ICE FUTURES EUA AUCTION CONTRACT u l-ICE FUTURES EUAA AUCTION CONTRACT;

“membru ta' skambju” — tfisser membru kif definit fit-Taqsima A.1 tar-regoli ta' skambju tal-ICE;

“klijent” — tfisser klijent ta' membru ta' skambju, kif ukoll klijenti tal-klijenti tagħhom 'l isfel fil-katina, li jiffaċilitaw l-ammissjoni ta' persuni biex iwettqu l-offerti u jaġixxu f'isem l-offerenti.

 

Kundizzjonijiet

L-ammissjoni fl-irkantijiet ma għandhiex tiddependi fuq li wieħed isir membru ta' skambju jew parteċipant tas-suq sekondarju organizzat mill-ICE jew ta' kwalunkwe post ta' negozjar ieħor imħaddem mill-ICE jew minn kwalunkwe parti terza.

 

Obbligi

1.  L-ICE għandha tirrikjedi li kull deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-membri ta' skambju tal-ICE jew mill-klijenti tagħhom fir-rigward tal-għoti tal-ammissjoni biex iwettqu l-offerti fl-irkantijiet, filwaqt li din l-ammissjoni tiġi rrevokata jew sospiża, kemm jekk id-deċiżjoni ttieħdet fir-rigward ta' ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkant biss jew inkella ta' ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet u wkoll biex issir membru jew parteċipant tas-suq sekondarju, tiġi kkomunikata lill-ICE mill-membri tal-iskambju jew mill-klijenti tagħhom filwaqt li jieħdu dawn id-deċiżjonijiet kif ġej:

(a)  fil-każ ta' deċiżjonijiet li jiċħdu l-għoti tal-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti u ta' deċiżjonijiet li jirrevokaw jew jissospendu l-aċċess għall-irkantijiet, fuq bażi individwali mingħajr dewmien;

(b)  fil-każ ta' deċiżjonijiet oħra, fuq talba.

L-ICE għandha tiżgura li kull deċiżjoni bħal din tkun tista' tiġi soġġetta għal eżaminazzjoni mill-ICE fir-rigward tal-konformità tagħha mal-obbligi eżistenti fil-konfront tal-pjattaforma tal-irkant skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010, u li l-membri tal-iskambju tal-ICE jew il-klijenti tagħhom jirrispettaw ir-riżultati ta' kull eżaminazzjoni ta' din ix-xorta mill-ICE. Dan jista' jinkludi rikors għal kwalunkwe regola tal-iskambju applikabbli tal-ICE, inklużi proċeduri dixxiplinarji, jew kull azzjoni oħra kif ikun xieraq biex tiffaċilita l-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet, iżda mhux limitat għal dawn ir-regoli jew miżuri biss.

2.  L-ICE għandha tfassal lista komprensiva u aġġornata tal-membri tal-iskambju jew tal-klijenti tagħhom li huma eliġibbli u żżommha fuq il-paġna web tagħha, sabiex tiffaċilita l-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet tar-Renju Unit fuq l-ICE, u din il-lista għandha tinkludi l-fornituri tal-aċċess għall-irkantijiet biss kif stabbilit fir-regoli tal-iskambju tal-ICE, kif ukoll il-membri tal-iskambju jew il-klijenti tagħhom li jipprovdu l-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet lil persuni li jistgħu jkunu wkoll membri jew parteċipanti tas-suq sekondarju.

Barra minn hekk, l-ICE għandha tfassal gwida prattika u li tinftiehem faċilment li tinforma lill-SMEs u lill-emittenti ż-żgħar dwar il-passi li hemm bżonn jieħdu biex ikollhom aċċess għall-irkantijiet permezz ta' dawn il-membri tal-iskambju jew tal-klijenti tagħhom u għandha żżommha fuq il-paġna web tagħha.

3.  It-tariffi u l-kundizzjonijiet kollha applikati mill-ICE u s-sistema ta' approvazzjoni tagħha għall-persuni li jitħallew iwettqu l-offerti jew għall-offerenti għandhom ikunu ddikjarati b'mod ċar, ikunu jinftiehmu faċilment u jkunu disponibbli pubblikament fuq il-paġna web tal-ICE, li għandha tinżamm aġġornata.

L-ICE għandha tistipula li meta jiġu applikati miżati u kundizzjonijiet addizzjonali minn membru tal-iskambju jew minn klijent tiegħu, għall-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti, dawn it-tariffi u l-kundizzjonijiet għandhom ukoll jiġu ddikjarati b'mod ċar, ikunu jinftiehmu faċilment u jkunu disponibbli pubblikament fuq il-paġni web ta' dawk li joffru s-servizzi b'referenzi diretti għal dawk il-paġni web li jkunu disponibbli fuq il-paġna web tal-ICE, filwaqt li ssir distinzjoni bejn it-tariffi u l-kundizzjonijiet li qed jiġu applikati għall-persuni li jitħallew iwettqu l-offerti fl-irkantijiet biss, jekk dawn ikunu disponibbli, u t-tariffi u l-kundizzjonijiet applikati għall-persuni li jitħallew iwettqu l-offerti fl-irkantijiet u li jkunu wkoll membri jew parteċipanti tas-suq sekondarju.

4.  Mingħajr preġudizzju għal rimedji ġuridiċi oħra, l-ICE għandha tistipula d-disponibbiltà tal-Proċeduri ta' Riżoluzzjoni tal-Ilmenti tal-ICE għal ilmenti li jistgħu jirriżultaw b'rabta ma' deċiżjonijiet dwar l-għoti tal-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet, iċ-ċaħda tal-għoti tal-ammissjoni biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet, u r-revoka jew is-sospensjoni tal-ammissjonijiet biex jitwettqu l-offerti fl-irkantijiet li diġà jkunu ngħataw, kif hemm speċifikat iktar fil-punt 1, li jkunu ttieħdu mill-membri ta' skambju tal-ICE jew mill-klijenti tagħhom, u dawn l-ilmenti kollha għandhom jitqiesu bħala lmenti eliġibbli għall-iskopijiet tal-Proċeduri ta' Riżoluzzjoni tal-Ilmenti tal-ICE.

5.  Fi żmien sitt xhur wara l-bidu tal-irkantijiet, l-ICE għandha tirrapporta lis-sorveljatur tal-irkantijiet dwar il-kopertura li nkisbet bil-mudell ta' kooperazzjoni tagħha mal-membri ta' skambju u mal-klijenti tagħhom, inkluż il-livell li nkiseb ta' kopertura ġeografika. L-ICE għandha tqis għalkollox kwalunkwe rakkomandazzjoni tas-sorveljatur tal-irkantijiet f'dan ir-rigward sabiex tiżgura li l-obbligi tagħha jkunu ġew issodisfati skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

6.  L-ICE għandha tiżgura konformità sħiħa mal-kundizzjoni u mal-obbligi għall-elenkar tagħha li huma stabbiliti f'dan l-Anness.

7.  Ir-Renju Unit għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sostantiva fl-arranġamenti kuntrattwali mal-ICE li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni.

▼M7

Pjattaformi ta' rkant maħtura mill-Ġermanja

5.

Pjattaforma ta' rkant

European Energy Exchange AG (EEX)

 

Bażi ġuridika

L-Artikolu 30(1)

 

Terminu tal-ħatra

L-iktar kmieni mill-5 ta' Jannar 2019 għal perjodu massimu ta' ħames snin sal-4 ta' Jannar 2024, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(5).

 

Kundizzjonijiet

Id-dħul għall-irkanti ma għandux jiddependi fuq li wieħed isir membru jew parteċipant fis-suq sekondarju organizzat mill-EEX jew ta' kwalunkwe post tan-negozjar operat mill-EEX jew minn kwalunkwe parti terza.

 

Obbligi

1.  Fi żmien xahrejn mill-5 ta' Jannar 2019, l-EEX għandha tissottometti lill-Ġermanja l-istrateġija ta' ħruġ tagħha. L-istrateġija ta' ħruġ għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-EEX kif stabbiliti fil-kuntratt mal-Kummissjoni u l-Istati Membri konkluż skont l-Artikolu 26 u għad-drittijiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri taħt dak il-kuntratt.

2.  Il-Ġermanja għandha tinnotifika l-Kummissjoni dwar kwalunkwe emendi sostantivi fir-relazzjonijiet kuntrattwali rilevanti mal-EEX innotifikati lill-Kummissjoni fit-12 ta' April 2018.

▼M6




ANNESS IV

Aġġustamenti għall-volumi tal-kwoti (f'miljuni) li jridu jiġu rkantati mill-2013 sal-2020, imsemmija fl-Artikolu 10(2)



Sena

Volum ta' tnaqqis

2013

 

2014

400

2015

300

2016

200

2017

 

2018

 

2019

 

2020

 



( 1 ) ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.

( 2 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

( 3 ) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

( 4 ) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

( 5 ) ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1.

( 6 ) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

( 7 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

( 8 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).