2010R0185 — MT — 01.03.2015 — 015.003


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 185/2010

tal-4 ta’ Marzu 2010

li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 055, 5.3.2010, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 357/2010 tat-23 ta’ April 2010

  L 105

10

27.4.2010

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 358/2010 tat-23 ta' April 2010

  L 105

12

27.4.2010

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 573/2010 tat-30 ta’ Ġunju 2010

  L 166

1

1.7.2010

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 983/2010 tat-3 ta’ Novembru 2010

  L 286

1

4.11.2010

 M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 334/2011 tas-7 ta’ April 2011

  L 94

12

8.4.2011

►M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 859/2011 tal-25 ta’ Awwissu 2011

  L 220

9

26.8.2011

 M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1087/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011

  L 281

12

28.10.2011

►M8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1147/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011

  L 294

7

12.11.2011

►M9

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 173/2012 tad-29 ta’ Frar 2012

  L 59

1

1.3.2012

►M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 711/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012

  L 209

1

4.8.2012

►M11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1082/2012 tad-9 ta’ Novembru 2012

  L 324

25

22.11.2012

►M12

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 104/2013 tal-4 ta’ Frar 2013

  L 34

13

5.2.2013

 M13

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 189/2013 tal-5 ta' Marzu 2013

  L 62

17

6.3.2013

►M14

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 246/2013 tad-19 ta’ Marzu 2013

  L 77

8

20.3.2013

►M15

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 654/2013 tal-10 ta’ Lulju 2013

  L 190

1

11.7.2013

 M16

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1103/2013 tas-6 ta’ Novembru 2013

  L 296

6

7.11.2013

►M17

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONITAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1116/2013 tas-6 ta’ Novembru 2013

  L 299

1

9.11.2013

►M18

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 278/2014 tad-19 ta’ Marzu 2014

  L 82

3

20.3.2014

►M19

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 687/2014 tal-20 ta' Ġunju 2014

  L 182

31

21.6.2014

►M20

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/187 tas-6 ta' Frar 2015

  L 31

18

7.2.2015




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 185/2010

tal-4 ta’ Marzu 2010

li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(1) u tal-miżuri ġenerali li jissupplimentaw l-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Jekk ikun fihom miżuri ta’ sigurtà sensittivi, dawn il-miżuri għandhom jitqiesu bħala tagħrif tal-UE ikklassifikat fi ħdan it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, il-KEFA, il-Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tal-proċedura ( 2 ), kif ipprovdut bl-Artikolu 18, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u għalhekk ma għandhomx jiġu ppubblikati. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati separatament, permezz ta’ Deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu japplika bis-sħiħ mid-data speċifikata fir-regoli tal-implimentazzjoni adottati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 4(2) u 4(3) ta’ dak ir-Regolament iżda mhux aktar tard mid-29 ta’ April 2010. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mid-29 ta’ April 2010 sabiex tiġi armonizzata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti li jimplimentawh.

(4)

Il-metodi, inklużi t-teknoloġiji, użati għall-individwazzjoni tal-esplożivi likwidi se jiżviluppaw fuq perjodu ta’ żmien. Skont l-iżviluppi teknoloġiċi u l-esperjenzi tal-operat, kemm f’livell Komunitarju u globali, il-Kummissjoni se tagħmel proposti, meta hu xieraq, sabiex tirrevedi d-dispożizzjonijiet teknoloġiċi u dwar l-operat tal-iskrinjar tal-likwidi, aerosols u ġellijiet.

(5)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003 tal-4 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għal programmi ta’ kontroll ta’ kwalità għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali ( 3 ), (KE) Nru 1486/2003 tat-22 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi proċeduri sabiex jitmexxew spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurta’ tal-avjazzjoni ċivili ( 4 ), (KE) Nru 1138/2004 tal-21 ta’ Ġunju 2004 li jistabbilixxi tifsira komuni għal partijiet kritiċi taż-żoni ta’ sigurtà ristretta fl-ajruporti ( 5 ), u (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( 6 ), li kollha implimentaw ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili ( 7 ) għandhom għalhekk jiġu rrevokati.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ standards bażiċi komuni sabiex l-avjazzjoni ċivili tkun issalvagwardjata kontra atti illeġittimi ta’ interferenza li jipperikolaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-miżuri ġenerali li jissupplimentaw l-istandards bażiċi komuni.

Artikolu 2

Regoli ta’ implimentazzjoni

1.  Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 huma stipulati fl-Anness.

2.  Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-programmi nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandhom iqisu dan ir-Regolament kif xieraq.

Artikolu 3

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1217/2003, (KE) Nru 1486/2003, (KE) Nru 1138/2004 u (KE) Nru 820/2008 għandhom jiġu rrevokati b’effett mid-29 ta’ April 2010.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-29 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

1    SIGURTÀ FL-AJRUPORTI

1.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.0.1. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

1.0.2. Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, inġenju tal-ajru, xarabank, karru tal-bagalji jew mezzi oħra tat-trasport, jew passaġġi minn fejn jgħaddu n-nies, jew jetway għandhom jitqiesu bħala parti minn ajruport.

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, “bagalji sikuri” tfisser bagalji skrinjati għal ġol-istiva li huma protetti b’mod fiżiku sabiex jiġi evitat li jiddaħħal kwalunkwe oġġett fihom.

1.0.3. Mingħajr preġudizzju għall-kriterji għad-derogi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 272/2009, l-awtorità xierqa tista’ tippermetti proċeduri ta’ sigurtà speċjali jew eżenzjonijiet għall-protezzjoni u s-sigurtà taż-żoni tal-ajru fl-ajruporti fi ġranet meta ma jkunx hemm ippjanat li jitilqu aktar minn tmien titjiriet, sakemm inġenju tal-ajru wieħed biss ikun se jitgħabba, ikun se jinħatt, ikunu se jitilgħu n-nies fuqu jew ikunu se jiżbarkaw mill-inġenju tal-ajru fi kwalunkwe ħin wieħed jew fil-parti kritika taż-żona ta’ sigurtà ristretta jew f’ajruport li ma jkunx fl-ambitu tal-punt 1.1.3.

▼M17

1.0.4. “Oġġetti li jinġarru minn persuni li ma jkunux passiġġieri” huma oġġetti personali maħsuba għall-użu personali tal-persuna li ġġorrhom.

▼M19

1.0.5. Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tat-Trattat.

▼B

1.1.   REKWIŻITI TA’ PPJANAR FL-AJRUPORTI

1.1.1.    Konfini

1.1.1.1. Il-konfini bejn iż-żoni tal-art, iż-żoni tal-ajru, iż-żoni ta’ sigurtà ristretta, il-partijiet kritiċi u, fejn applikabbli, iż-żoni demarkati għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar f’kull ajruport sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa ta’ sigurtà f’kull waħda minn dawk iż-żoni.

1.1.1.2. Il-konfini bejn iż-żona tal-art u ż-żona tal-ajru għandhom ikunu ostaklu fiżiku li l-pubbliku ġenerali jkun jista’ jarah b’mod ċar u li ma jippermettix aċċess għal persuni mhux awtorizzati.

1.1.2.    Żoni ta’ sigurtà ristretta

1.1.2.1. Iż-żoni ta’ sigurtà ristretta għandhom jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a) parti minn ajruport li l-passiġġieri skrinjati li sejrin għandhom aċċess għaliha; u

(b) parti minn ajruport li minnha jistgħu jgħaddu jew li fiha jistgħu jinżammu l-bagalji skrinjati għal ġol-istiva, sakemm ma tikkonċernax il-bagalji sikuri; u

(c) parti minn ajruport allokata għall-parkeġġ tal-inġenji tal-ajru li jkunu se jitilgħu n-nies fuqhom jew li jkunu se jitgħabbew.

1.1.2.2. Parti minn ajruport għandha titqies bħala żona ta’ sigurtà ristretta tal-anqas għall-perjodu taż-żmien li tulu jkunu qegħdin jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt 1.1.2.1.

Meta tiġi stabbilita żona ta’ sigurtà ristretta, għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati immedjatament qabel ma tiġi stabbilita t-tali żona sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma fihiex oġġetti pprojbiti. Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet ssodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta’ sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

1.1.2.3. Kull meta persuni mhux awtorizzati jista’ jkun li kellhom aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta, għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà minnufih tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma fihomx oġġetti pprojbiti. Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet ssodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta’ sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

1.1.3.    Partijiet kritiċi ta’ żoni ta’ sigurtà ristretta

1.1.3.1. Il-partijiet kritiċi għandhom jiġu stabbiliti fl-ajruporti fejn aktar minn 40 persuna jkollha karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport li tagħti aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta.

1.1.3.2. Il-partijiet kritiċi għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(a) il-partijiet kollha ta’ ajruport li l-passiġġieri skrinjati li sejrin għandhom aċċess għalihom; u

(b) il-partijiet kollha ta’ ajruport li minnhom jistgħu jgħaddu jew li fihom jistgħu jinżammu l-bagalji skrinjati għal ġol-istiva, sakemm ma jikkonċernawx il-bagalji sikuri;

Parti minn ajruport għandha titqies bħala parti kritika tal-anqas għall-perjodu taż-żmien li tulu jkunu qegħdin jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) jew (b).

1.1.3.3. Meta tiġi stabbilita parti kritika, għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati immedjatament qabel ma tiġi stabbilita t-tali parti sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma fihiex oġġetti pprojbiti. Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta’ sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

▼M9

1.1.3.4. Kull meta persuni mhux skrinjati, jew passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ li ġejjin minn pajjiżi terzi, minbarra dawk imsemmija fid-Dokument Mehmuż 4-B, jista’ jkun li kellhom aċċess għal partijiet kritiċi, għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà minnufih fil-partijiet li setgħu ġew kontaminati sabiex jiġi żgurat, b’mod raġonevoli, li ma fihomx oġġetti projbiti.

Il-paragrafu 1 għandu jitqies li ġie sodisfat għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta' sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta persuni koperti bil-punt 1.3.2 u l-punt 4.1.1.7 seta’ kellhom aċċess għal partijiet kritiċi.

Fir-rigward ta’ passiġġieri u ta’ membri tal-ekwipaġġ li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, minbarra dawk elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-B, il-paragrafu 1 għandu japplika biss għal dawk il-partijiet kritiċi użati minn bagalji tal-istiva skrinjati u/jew passiġġieri skrinjati li jkunu se jitilqu, li ma jkunux se jitilqu fuq l-istess inġenju tal-ajru ta’ dawn il-passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ.

▼B

1.2.   KONTROLL FUQ L-AĊĊESS

1.2.1.    Aċċess għaż-żona tal-ajru

1.2.1.1. L-aċċess għaż-żona tal-ajru jista’ jiġi awtorizzat biss jekk il-persuni u l-vetturi jkollhom raġuni leġittima għala jkunu qegħdin hemm. ►M17  Żjarat gwidati tal-ajruport skortati minn persuni awtorizzati għandha titqies li tkun raġuni leġittima. ◄

1.2.1.2. Sabiex persuna tingħata aċċess għal żona tal-ajru għandu jkollha awtorizzazzjoni.

1.2.1.3. Sabiex vettura tingħata aċċess għal żona tal-ajru l-vettura għandha turi l-pass tal-vettura.

1.2.1.4. Persuni li jinsabu fiż-żona tal-ajru, għandhom, meta mitluba, jippreżentaw l-awtorizzazzjoni tagħhom għall-kontroll.

1.2.2.    Aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta

1.2.2.1. L-aċċess għaż-żona ta’ sigurtà ristretta jista’ jingħata biss jekk il-persuni u l-vetturi jkollhom raġuni leġittima għala jkunu qegħdin hemm. ►M17  Żjarat gwidati tal-ajruport skortati minn persuni awtorizzati għandha titqies li tkun raġuni leġittima. ◄

1.2.2.2. Sabiex tingħata aċċess għal żona ta’ sigurtà ristretta persuna għandha tippreżenta waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:

(a) karta għall-imbark valida jew l-ekwivalenti; jew

(b) karta tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ valida; jew

(c) karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport valida; jew

(d) karta tal-identifikazzjoni valida tal-awtorità xierqa nazzjonali; jew

(e) karta tal-identifikazzjoni tal-awtorità tal-konformità valida rikonoxxuta mill-awtorità nazzjonali xierqa.

Minflok, jista’ jingħata wkoll aċċess wara identifikazzjoni pożittiva permezz ta' verifika ta’ dejta bijometrika.

1.2.2.3. Sabiex vettura tingħata aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta l-vettura għandha turi l-pass tal-vettura validu.

1.2.2.4. Il-karta tal-imbark jew l-ekwivalenti msemmija fil-punt 1.2.2.2 (a) għandha tiġi ċċekkjata qabel ma persuna tingħata aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li tkun valida.

Il-karta msemmija fil-punt 1.2.2.2 (b) – (e), rispettivament, għandha tiġi ċċekkjata qabel ma persuna tingħata aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li tkun valida u tikkorrispondi mad-detentur.

Meta tintuża identifikazzjoni bijometrika, il-verifikazzjoni għandha tiżgura li l-persuna li tkun qed tfittex aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta jkollha waħda mill-awtorizzazzjonijiet elenkati fil-punt 1.2.2.2 u li din l-awtorizzazzjoni tkun valida u ma tkunx ġiet diżattivata.

1.2.2.5. Għall-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta l-punti tal-aċċess għandhom jiġu kkontrollati minn:

(a) sistema elettronika li tillimita l-aċċess għal kull persuna waħda waħda; jew

(b) persuni awtorizatti li jimplimentaw il-kontroll fuq l-aċċess.

1.2.2.6. Il-pass tal-vettura għandu jiġi ċċekkjat qabel ma vettura tingħata aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex jiġi żgurat li jkun validu u jikkorrispondi mal-vettura.

1.2.2.7. L-aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta għandu wkoll ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.2.3.    Rekwiżiti għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ u l-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport tal-Komunità

1.2.3.1. Karta tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ ta’ membru tal-ekwipaġġ impjegat minn trasportatur tal-ajru Komunitarju u karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport jistgħu jinħarġu biss għal persuna li jkollha ħtieġa operazzjonali u li jkun sarilha kontroll tal-isfond b’eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.3.

1.2.3.2. Il-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ u tal-ajruport għandhom jinħarġu għal perjodu mhux itwal minn ħames snin.

1.2.3.3. Il-karta tal-identifikazzjoni ta’ persuna li ma tgħaddix mill-kontroll tal-isfond għandha tiġi rtirata immedjatament.

1.2.3.4. Il-karta tal-identifikazzjoni għandha tintlibes f’post fejn tidher tal-anqas kull meta d-detentur ikun f’żoni ta’ sigurtà ristretta.

Persuna li ma turix il-karta tagħha f’żoni ta’ sigurtà ristretta għajr f’dawk iż-żoni fejn ikun hemm il-passiġġieri għandha tintalab tagħmel dan minn persuni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-punt 1.5.1 (c) u, skont kif ikun xieraq, tiġi rrappurtata.

1.2.3.5. Il-karta tal-identifikazzjoni għandha tingħata lura immedjatament lill-entità li tkun ħarġitha:

(a) malli tintalab mill-entità li tkun ħarġitha; jew

(b) malli jintemm l-impjieg; jew

(c) malli jinbidel min jimpjega; jew

(d) malli jkun hemm bidla fil-ħtieġa li wieħed ikollu aċċess għaż-żoni li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni; jew

(e) malli tiskadi l-karta; jew

(f) malli tiġi rtirata l-karta;

1.2.3.6. L-entità li toħroġ il-karta għandha tiġi nnotifikata immedjatament dwar telf, serq jew f’każ li l-karta tal-identifikazzjoni ma ngħatatx lura.

1.2.3.7. Karta elettronika għandha tiġi invalidata immedjatament wara li tingħata lura, tiskadi, tiġi rtirata jew ikun hemm notifika dwar telf, serq jew f’każ li ma tingħatax lura.

1.2.3.8. Il-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ u l-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport Komunitarji għandhom ukoll ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.2.4.    Rekwiżiti supplimentari għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-Komunità

1.2.4.1. Karta tal-identifikazzjoni ta’ membru tal-ekwipaġġ impjegat minn trasportatur tal-ajru Komunitarju għandha turi:

(a) isem id-detentur u ritratt tiegħu; u

(b) isem it-trasportatur tal-ajru; u

(c) il-kelma “crew” bl-Ingliż, li għandha tibda tidher sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; u

(d) id-data ta’ skadenza, li għandha tiġi applikata sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

1.2.5.    Rekwiżiti supplimentari għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport

1.2.5.1. Karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport għandha turi:

(a) isem id-detentur u ritratt tiegħu; u

(b) isem min iħaddem lid-detentur, sakemm il-karta ma tkunx ipprogrammata elettronikament; u

(c) isem l-entità li toħroġ il-karta jew isem l-ajruport; u

(d) iż-żoni li d-detentur għandu aċċess għalihom; u

(e) id-data ta’ skadenza, sakemm il-karta ma tkunx ipprogrammata elettronikament.

L-ismijiet u ż-żoni ta’ aċċess jistgħu jiġu ssostitwiti b’identifikazzjoni ekwivalenti.

1.2.5.2. Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport, għandu jkun hemm sistema li tiżgura b’mod raġonevoli li jiġi individwat kwalunkwe attentat ta’ użu ta’ karti li jkunu ntilfu, insterqu jew li ma jkunux ingħataw lura. Malli t-tali użu jiġi individwat, għandha tittieħed azzjoni xierqa.

1.2.6.    Rekwiżiti għall-passes tal-vetturi

1.2.6.1. Pass ta’ vettura jista’ jinħareġ biss fejn tkun ġiet stabbilita ħtieġa operazzjonali.

1.2.6.2. Pass ta’ vettura għandu jkun speċifiku għall-vettura u juri:

(a) iż-żoni li għandha aċċess għalihom; u

(b) id-data ta’ skadenza.

Passes elettroniċi ta’ vetturi mhumiex meħtieġa juru ż-żoni li l-vettura għandha aċċess għalihom u lanqas id-data ta’ skadenza, sakemm dan it-tagħrif ikun jista’ jinqara b’mod elettroniku u jiġi ċċekkjat qabel ma jingħata l-aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta.

1.2.6.3. Pass elettroniku ta’ vettura għandu jitwaħħal mal-vettura b’mod li jiżgura li ma jistax jiġi ttrasferit minn vettura għall-oħra.

1.2.6.4. Il-pass tal-vettura għandu jitqiegħed f’post fejn jidher kull meta l-vettura tkun tinsab f’żona tal-ajru.

1.2.6.5. Il-pass tal-vettura għandu jingħata lura immedjatament lill-entità li tkun ħarġitu:

(a) malli jintalab mill-entità li tkun ħarġitu; jew

(b) meta l-vettura ma tkunx se tibqa’ tintuża sabiex ikollha aċċess għaż-żona tal-ajru; jew

(c) malli jiskadi l-pass, sakemm il-pass ma jiġix invalidat awtomatikament.

1.2.6.6. L-entità li toħroġ il-karta għandha tiġi nnotifikata immedjatament dwar telf, serq jew f’każ li l-pass tal-vettura ma jingħatax lura.

1.2.6.7. Pass elettroniku tal-vettura għandu jiġi invalidat immedjatament wara li jingħata lura, jiskadi, jew ikun hemm notifika dwar telf, serq jew f’każ li ma jingħatax lura.

1.2.6.8. Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-passes tal-vetturi, għandu jkun hemm sistema li tiżgura b’mod raġonevoli li jiġi individwat kwalunkwe attentat ta’ użu ta’ passes tal-vetturi li jkunu ntilfu, insterqu jew li ma jkunux ingħataw lura. Malli t-tali użu jiġi individwat, għandha tittieħed azzjoni xierqa.

▼M9

1.2.6.9. Vetturi li jintużaw biss fiż-żona tal-ajru u li ma jkollhom l-ebda permess li jsuqu f'toroq pubbliċi jistgħu jkunu eżentati mill-applikazzjoni tal-punti 1.2.6.2 sa 1.2.6.8 jekk fuq barra jkollhom immarkat b'mod ċar li huma vetturi operazzjonali użati f'dak l-ajruport.

▼B

1.2.7.    Aċċess skortat

1.2.7.1. Il-membri tal-ekwipaġġ, għajr dawk li jkollhom karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport valida, għandhom jiġu skortati l-ħin kollu meta jkunu f’żoni ta’ sigurtà ristretta għajr:

(a) żoni fejn jista’ jkun hemm il-pasiġġeri; u

(b) żoni fil-qrib ħafna tal-inġenju tal-ajru li jkunu waslu jew sejrin fuqu; u

(c) żoni allokati għall-ekwipaġġ . ►M9  ; u ◄

▼M9

(d) id-distanzi bejn it-terminal jew il-punt ta' aċċess u l-inġenju tal-ajru li fuqu l-membri tal-ekwipaġġ ikunu waslu jew ikunu se jitilqu.

▼B

1.2.7.2. Eċċezzjonalment, persuna tista’ tiġi eżentata mir-rekwiżiti tal-punt 1.2.5.1 u l-obbligi tal-kontrolli tal-isfond sakemm il-persuna tiġi skortata l-ħin kollu meta tkun fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta. ►M17  Persuna tista’ tiġi eżentata mir-rekwiżit li tiġi skortata jekk dik il-persuna turi awtorizzazzjoni u jkollha karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport valida. ◄

1.2.7.3. Skorta:

(a) għandu jkollha karta tal-identifikazzjoni valida kif imsemmi fil-punt 1.2.2.2 (c), (d) jew (e); u

(b) għandha tkun awtorizzata tiskorta f’żoni ta’ sigurtà ristretta; u

(c) iżżomm lill-persuna jew lill-persuni skortata/i l-ħin kollu direttament taħt għajnejha; u

(d) tiżgura b’mod raġonevoli li ma jitwettaq l-ebda ksur tas-sigurtà mill-persuna jew il-persuni skortata/i.

1.2.7.4. Vettura tista’ tiġi eżentata mir-rekwiżiti tal-punt 1.2.6 sakemm tiġi skortata l-ħin kollu meta tkun fiż-żoni tal-ajru.

▼M17

1.2.7.5. Kull meta passiġġier ma jivvjaġġax b’riżultat ta’ kuntratt ta’ trasport bl-ajru li jirriżulta fl-għoti ta’ karta tal-imbark jew l-ekwivalenti, membru tal-ekwipaġġ li jkun qed jeskorta dan il-passiġġier jista’ jiġi eżentat mir-rekwiżiti tal-punt 1.2.7.3(a).

▼B

1.2.8.    Eżenzjonijiet oħra

Eżenzjonijiet oħra għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.3.   SKRINJAR TA’ PERSUNI GĦAJR IL-PASSIĠĠIERI U L-OĠĠETTI LI JĠORRU MAGĦHOM

▼M10

1.3.1.    Skrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom

1.3.1.1. Persuni għajr il-passiġġieri għandhom ikunu skrinjati permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a) tfittxija bl-idejn;

(b) individwaturi tal-metall li tgħaddi minnhom (WTMD);

(c) klieb li jindividwaw l-isplussivi;

(d) tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD);

(e) skaners tas-sigurtà li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti;

▼M12

(f) tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi ta’ splussivi (ETD) flimkien ma’ tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD).

▼M12

1.3.1.2. Il-punti 4.1.1.3 – 4.1.1.6 u 4.1.1.10 – 4.1.1.11 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar ta’ persuni oħra għajr il-passiġġieri.

▼M10

1.3.1.3. Il-klieb li jindividwaw l-isplussivi u t-tagħmir ETD jistgħu jintużaw biss bħala mezz supplimentari ta’ skrinjar jew f’alternazzjoni mhux prevista tat-tfittxija bl-idejn, tal-WTMD jew tal-iskaners tas-sigurtà.

1.3.1.4. L-oġġetti li jġorru magħhom il-persuni għajr il-passiġġieri għandhom ikunu skrinjati permezz ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin:

(a) tfittxija bl-idejn;

(b) tagħmir bir-raġġi X;

(c) tagħmir b’sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS);

(d) klieb li jindividwaw l-isplussivi;

(e) tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD).

▼M17

1.3.1.5. Il-punti 4.1.2.4–4.1.2.7 u 4.1.2.11 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar tal-oġġetti li jinġarru minn persuni li ma jkunux passiġġieri.

▼M10

1.3.1.6. Il-klieb li jindividwaw l-isplussivi u t-tagħmir ETD jistgħu jitużaw biss bħala mezz supplimentari ta’ skrinjar jew f’alternazzjoni mhux prevista tat-tfittxija bl-idejn, tat-tagħmir bir-raġġi X jew tat-tagħmir b’sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS).

▼M19 —————

▼M10

1.3.1.8. Fejn persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom jeħtieġu li jiġu skrinjati fuq bażi aleatorja, il-frekwenza għandha tiġi stabbilita mill-awtorità xierqa abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji.

1.3.1.9. L-iskrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stabbiliti f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼B

1.3.2.    Eżenzjonijiet u proċeduri ta’ skrinjar speċjali

1.3.2.1. L-awtorità xierqa tista’, għal raġunijiet oġġettivi, tippermetti li persuni għajr il-passiġġieri jkunu eżentati mill-iskrinjar, jew li jkunu soġġetti għal proċeduri ta’ skrinjar speċjali, sakemm ikunu skortati minn persuna awtorizzata tiskorta skont il-punt 1.2.7.3.

1.3.2.2. Il-persuni skrinjati għajr il-passiġġieri li temporanjament jitilqu mill-partijiet kritiċi jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar malli jaslu lura sakemm ikunu ilhom biżżejjed taħt osservazzjoni minn persuni awtorizzati biex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma jdaħħlux oġġetti pprojbiti f’dawk il-partijiet kritiċi.

1.3.2.3. Eżenzjonijiet u proċeduri ta’ skrinjar speċjali għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.4.   EŻAMI TAL-VETTURI

1.4.1.    Vetturi li jidħlu fil-partijiet kritiċi

1.4.1.1. Il-vetturi kollha għandhom jiġu eżaminati qabel ma jidħlu fil-partijiet kritiċi. Għandhom jiġu protetti minn interferenzi illeġittimi minn wara l-eżami sa ma jidħlu fil-partijiet kritiċi.

1.4.1.2. Is-sewwieq u kwalunkwe okkupant ieħor tal-vettura ma għandhomx ikunu fil-vettura meta jsir l-eżami. Huma jkunu meħtieġa joħorġu l-affarijiet personali tagħhom minn ġol-vettura għall-iskrinjar.

1.4.1.3. Jeħtieġ li jkun hemm metodoloġiji definiti li jiżguraw li l-għażla taż-żoni li għandhom jiġu eżaminati tkun aleatorja.

1.4.1.4. Il-vetturi li jidħlu fil-partijiet kritiċi għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.4.2.    Vetturi li jidħlu f’żoni ta’ sigurtà ristretta għajr il-partijiet kritiċi

1.4.2.1. Is-sewwieq u kwalunkwe okkupant ieħor tal-vettura ma għandhomx ikunu fil-vettura meta jsir l-eżami. Huma jkunu meħtieġa joħorġu l-affarijiet personali tagħhom minn ġol-vettura għall-iskrinjar.

1.4.2.2. Għandu jkun hemm metodoloġiji definiti li jiżguraw li l-għażla kemm tal-vetturi kif ukoll taż-żoni li għandhom jiġu eżaminati tkun aleatorja.

1.4.2.3. Il-vetturi li jidħlu fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta għajr il-partijiet kritiċi għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.4.3.    Metodi ta’ eżaminar

1.4.3.1. Tfittxija bl-idejn għandha tikkonsisti minn kontroll manwali bir-reqqa taż-żoni magħżula, inkluż il-kontenut tagħhom, sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti.

1.4.3.2. Il-metodi li ġejjin jistgħu jintużaw biss bħala mezz supplimentari ta’ eżaminar:

(a) klieb li jindividwaw l-isplussivi; u

(b) tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD).

1.4.3.3. Il-metodi tal-eżaminar għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.4.4.    Eżenzjonijiet u proċeduri ta’ eżaminar speċjali

1.4.4.1. L-awtorità xierqa tista’, għal raġunijiet oġġettivi, tippermetti li vetturi jkunu eżentati mill-eżami, jew li jkunu soġġetti għal proċeduri ta’ eżaminar speċjali, sakemm ikunu skortati minn persuna awtorizzata tiskorta skont il-punt 1.2.7.3.

1.4.4.2. Eżenzjonijiet u proċeduri ta’ eżaminar speċjali għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.5.   SORVELJANZA, GĦASSA U KONTROLLI FIŻIĊI OĦRA

1.5.1. Għandha titwettaq sorveljanza jew għassa sabiex jiġu mmonitorjati:

(a) il-konfini bejn iż-żoni tal-art, iż-żoni tal-ajru, iż-żoni ta’ sigurtà ristretta, il-partijiet kritiċi u, fejn applikabbli, iż-żoni demarkati; u

(b) iż-żoni tat-terminals u ż-żoni li jkunu fil-qrib tagħhom li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku, inklużi ż-żoni ta’ parkeġġ u l-partijiet tat-toroq li jgħaddu minnhom il-vetturi; u

(c) il-validità tal-karti tal-identifkazzjoni tal-persuni f’żoni ta’ sigurtà ristretta għajr f’dawk iż-żoni fejn ikun hemm il-passiġġieri u li l-karti tal-identifikazzjoni tagħhom ikunu jidhru; u

(d) il-validità tal-passes tal-vetturi u li l-passes ikunu jidhru meta l-vetturi jinsabu fiż-żoni tal-ajru; u

(e) il-bagalji tal-istiva, il-merkanzija u l-posta, il-provvisti għal matul it-titjira, il-posta u l-materjali tat-trasportatur tal-ajru fil-partijiet kritiċi li jkunu qegħdin jistennew biex jitgħabbew.

▼M9

1.5.2. Il-frekwenza tat-twettiq tas-sorveljanza u l-għassa, u l-mezzi li permezz tagħhom jitwettaq dan, għandhom jiġu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskji u għandhom jiġu approvati mill-awtorità xierqa. Dawn għandhom iqisu:

(a) id-daqs tal-ajruport, inkluż l-għadd u n-natura tal-operazzjonijiet; u

(b) il-lejawt tal-ajruport, b'mod partikolari l-interrelazzjoni bejn iż-żoni stabbiliti fl-ajruport; u

(c) il-possibbiltajiet u l-limitazzjonijiet tal-mezzi għat-twettiq tas-sorveljanza, u l-għassa.

Il-partijiet tal-valutazzjoni tar-riskji relatati mal-frekwenza u l-mezzi għat-twettiq tas-sorveljanza u l-għassa għandhom, meta mitluba, jiġu provduti bil-miktub għal finijiet ta' monitoraġġ tal-konformità.

▼B

1.5.3. Is-sorveljanza u l-għassa ma għandhomx isegwu mudell prevedibbli. Il-validità tal-karti tal-identifikazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati fuq bażi aleatorja.

1.5.4. Għandu jkun hemm miżuri li jiskoraġġixxu kemm li persuni jiksru l-punti ta’ kontroll tas-sigurtà kif ukoll, li f’każ li jseħħ it-tali ksur, jippermettu li l-ksur u r-riperkussjonijiet tiegħu jiġu solvuti u rrettifikati.

▼M19

1.6.   OĠĠETTI PPROJBITI

1.6.1. Persuni għajr il-passiġġieri ma għandux ikollhom il-permess li jġorru l-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 1-A fiż-żoni ta' sigurtà ristretta.

1.6.2. Tista' tingħata eżenzjoni mill-punt 1.6.1 bil-kundizzjoni li l-persuna tkun awtorizzata ġġorr l-oġġetti pprojbiti f'żoni ta' sigurtà ristretta sabiex twettaq ħidmiet li huma essenzjali għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ajruport jew tal-inġenji tal-ajru, jew biex twettaq il-ħidmiet ta' waqt it-titjira.

1.6.3. Sabiex jiġi permess it-taqbil tal-persuna awtorizzata li ġġorr oġġett wieħed jew aktar, kif elenkat fid-Dokument Mehmuż 1-A mal-oġġett li jkun qiegħed jinġarr:

(a) il-persuna għandu jkollha awtorizzazzjoni u għandha ġġorrha magħha. L-awtorizzazzjoni għandha jew tiġi indikata fuq il-karta tal-identifikazzjoni li tagħti aċċess għaż-żoni ta' sigurtà ristretta jew inkella fuq dikjarazzjoni bil-miktub separata. L-awtorizzazzjoni għandha tindika l-oġġetti li jistgħu jinġarru, jew bħala kategorija jew inkella bħala oġġett speċifiku. Jekk l-awtorizzazzjoni tkun indikata fuq il-karta tal-identifikazzjoni, għandha tkun ta' tip li jista' jingħaraf fuq bażi ta' ħtieġa ta' għarfien; jew

(b) għandu jkun hemm sistema stabbilita fil-punt ta' kontroll tas-sigurtà li tindika liema oġġetti jistgħu jinġarru minn liema persuni, jew bħala kategorija inkella bħala oġġett speċifiku.

It-taqbil għandu jitwettaq qabel ma l-persuna tingħata l-permess iġġorr l-oġġetti kkonċernati fiż-żoni ta' sigurtà ristretta jew abbord inġenju tal-ajru, jew jekk tintalab tagħmel dan minn persuni li jwettqu sorveljanza jew għassa skont il-punt 1.5.1 (c).

1.6.4. L-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 1-A jistgħu jinħażnu f'żoni ta' sigurtà ristretta sakemm jinżammu f'kundizzjonijiet siguri. L-oġġetti elenkati fil-punti (c), (d) u (e) tad-Dokument Mehmuż 4-C jistgħu jinħażnu f'żoni ta' sigurtà ristretta sakemm ma jkunux aċċessibbli għall-passiġġieri.

DOKUMENT MEHMUŻ 1-A

PERSUNI GĦAJR PASSIĠĠIERI

LISTA TA' OĠĠETTI PPROJBITI

(a)  armi tan-nar u kwalunkwe apparat ieħor li jispara l-projettili — apparat li jista', jew li jidher li jista' jintuża sabiex jikkawża ġrieħi serji billi jispara projettili, inklużi:

 armi tan-nar ta' kull tip, bħalma huma l-pistoli, ir-revolvers, l-azzarini, is-snieter,

 armi tan-nar tal-logħob, kopji u imitazzjonijiet tal-armi tan-nar li dak li jkun jista' jaħsibhom armi ta' vera,

 partijiet komponenti ta' armi tan-nar, esklużi l-miri teleskopiċi,

 armi tal-arja u tas-CO2 kkumpressati, bħalma huma pistoli, armi li jisparaw il-pritkuni, azzarini u armi li jisparaw il-ball bearings,

 pistoli tas-suffarelli tas-sinjali u pistoli tat-tlielaq,

 qwies, “cross bows” u vleġeġ,

 apparat li jispara l-ħarpuni jew il-froxxni,

 wdab u żbandoli;

(b)  apparat li jistordi — apparat maħsub speċifikament biex jistordi jew jimmobilizza, inklużi:

 apparat li jixxokkja, bħalma huma l-pistoli li jistordu, it-tasers u l-lembubi li jistordu,

 apparat li jistordi l-annimali u li joqtol l-annimali,

 kimiċi, gassijiet u sprejs li jrendu inkapaċi, bħalma huma l-mace, l-isprejs tal-bżar, l-isprejs tal-bżar aħdar, il-gass tad-dmugħ, l-isprejs tal-aċidu u l-isprejs li jgerrxu l-annimali;

(c)  splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u — splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu, jew jidhru li jistgħu, jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

 munizzjoni,

 mezzi detonaturi,

 detonaturi u miċeċ,

 apparat splussiv ta' imitazzjoni,

 mini, granati u oġġetti splussivi militari oħra,

 logħob tan-nar u oġġetti pirotekniċi oħra,

 bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen,

 dinamite, porvli u splussivi plastiċi;

(d) kull oġġett ieħor li jista' jintuża biex jikkawża ġrieħi serji u li ġeneralment ma jintużax f'żoni ta' sigurtà ristretta, eż. tagħmir tal-arti marzjali, xwabel, eċċ.

▼B

2    ŻONI DEMARKATI TAL-AJRUPORTI

L-ebda dispożizzjoni f’dan ir-Regolament.

3    SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

3.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

3.0.1. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, trasportatur tal-ajru għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu fir-rigward tal-inġenji tal-ajru tiegħu.

3.0.2. Il-pajjiżi terzi fejn l-istandards tas-sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru huma elenkati fid-Dokument Mehmuż 3-B.

3.0.3. Inġenju tal-ajru jeħtieġ li ma jkunx soġġett għal kontroll ta’ sigurtà ta’ inġenju tal-ajru. Għandu jkun soġġett għal tfittxija ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru skont il-punt 3.1.

3.0.4. Trasportatur tal-ajru għandu, meta mitlub, jiġi nnotifkat mill-operatur tal-ajruport dwar jekk l-inġenju tal-ajru tiegħu jkunx jinsab f’parti kritika jew le. Meta dan it-tagħrif ma jkunx ċar, wieħed għandu jassumi li l-inġenju tal-ajru jinsab f’parti li mhijiex kritika.

3.0.5. Meta żona ma tibqax titqies bħala parti kritika minħabba bidla fl-istatus tas-sigurtà l-ajruport imbagħad għandu jgħarraf lil dawk it-trasportaturi bl-ajru milquta.

▼M19

3.0.6. Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tat-Trattat.

▼B

3.1.   TFITTXIJA TA’ SIGURTÀ TAL-INĠENJU TAL-AJRU

3.1.1.    Meta għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà ta’ inġenju tal-ajru

3.1.1.1. Inġenju tal-ajru dejjem għandu jiġi soġġett għal tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru kull meta jkun hemm raġuni sabiex wieħed jemmen li persuni mhux awtorizzati setgħu kellhom aċċess għalih.

3.1.1.2. Tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru għandha tikkonsisti minn eżami taż-żoni tal-inġenju tal-ajru ddefiniti li huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M17

3.1.1.3. Inġenju tal-ajru li jasal f’parti kritika minn pajjiż terz li mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 3-B għandu jkun soġġett għal tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru fi kwalunkwe ħin wara l-iżbarkar tal-passiġġieri miż-żona li trid tiġi mfittxija u/jew il-ħatt tal-istiva.

▼B

3.1.1.4. Inġenju tal-ajru li jkun ġej minn Stat Membru fejn kien fi tranżitu wara li jkun wasal minn pajjiż terz li mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 3-B għandu jitqies bħala inġenju tal-ajru li jkun ġej minn pajjiż terz.

3.1.1.5. Il-ħin li fih għandha titwettaq it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

3.1.2.    Kif għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà ta’ inġenju tal-ajru

Il-mod kif għandha titwettaq it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

3.1.3.    Tagħrif dwar it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru

It-tagħrif li ġej dwar it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru ta’ titjira li tkun se titlaq għandu jiġi rreġistrat u għandu jinżamm x’imkien mhux fuq l-inġejnu tal-ajru matul it-titjira jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom ikun l-itwal.

 in-numru tat-titjira; u

▼M17 —————

▼M17

 l-oriġini tat-titjira preċedenti.

▼M17 —————

▼B

Meta t-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru tkun twettqet, it-tagħrif għandu jinkludi wkoll:

 id-data u l-ħin meta tkun twettqet it-tfittxija tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru; u

 l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli għat-twettiq tat-tfittxija tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru.

3.2.   PROTEZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

3.2.1.    Protezzjoni tal-inġenji tal-ajru - ġenerali

▼M19

3.2.1.1. Ikun fejn ikun ipparkjat fl-ajruport, kull bieba esterna tal-inġenju tal-ajru għandha tkun protetta minn aċċess mhux awtorizzat billi:

(a) ikun żgurat li l-persuni li jfittxu li jiksbu aċċess mhux awtorizzat jiġu kkontrollati minnufih; jew

(b) il-bibien esterni jkunu magħluqin. Meta inġenju tal-ajru jkun f'parti kritika, il-bibien esterni li ma jkunux aċċessibbli minn persuna mill-art għandhom jitqiesu magħluqa jekk l-għajnuniet għall-aċċess ikunu tneħħew u tqiegħdu 'l bogħod biżżejjed mill-inġenju tal-ajru sabiex jiġi ostakolat l-aċċess b'mod raġonevoli minn persuna; jew

(c) ikun hemm mezzi elettroniċi li immedjatament jindividwaw aċċess mhux awtorizzat; jew;

(d) ikun hemm sistema b'karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport li tagħti aċċess elettroniku għall-bibien kollha li jwasslu direttament għall-pont tal-imbark tal-passiġġieri, maġenb bieb miftuħ tal-inġenju tal-ajru, li tagħti aċċess biss lill-persuni li huma mħarrġa f'konformità mal-punt 11.2.3.7. Dawn il-persuni għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm aċċess mhux awtorizzat waqt li jkunu qed jużaw il-bieb.

▼B

3.2.1.2. Il-Punt 3.2.1.1 ma għandux japplika għal inġenju tal-ajru pparkjat f’ħangar li jkun imsakkar jew protett b’xi mod ieħor minn aċċess mhux awtorizzat.

3.2.2.    Protezzjoni addizzjonali ta’ inġenju tal-ajru bil-bibien esterni magħluqa f’parti oħra għajr il-parti kritika

3.2.2.1. Meta l-bibien esterni jingħalqu u l-inġenju tal-ajru jkun f’parti għajr il-parti kritika, kull bieb estern għandu wkoll:

(a) ikollu l-għajnuniet għall-aċċess imneħħija; jew

(b) ikun issiġillat; jew

(c) ikun imsakkar; jew

(d) jiġi mmonitorjat.

Il-punt (a) ma għandux japplika għal bieb li jkun aċċessibbli mill-art minn persuna.

3.2.2.2 Meta jitneħħew l-għajnuniet għall-aċċess għall-bibien li ma jkunux aċċessibbli minn persuna mill-art, dawn għandhom jitqiegħdu ‘l bogħod biżżejjed mill-inġenju tal-ajru sabiex l-aċċess jiġi evitat b’mod raġonevoli.

▼B

3.2.2.3. Meta l-bibien esterni jkunu msakkra, il-persuni li jkollhom ħtieġa operazzjonali biss għandhom ikunu jistgħu jiftħu dawn il-bibien.

3.2.2.4. Meta l-bibien esterni jiġu mmonitorjati, il-monitoraġġ għandu jiżgura li l-aċċess mhux awtorizzat għall-inġenju tal-ajru jiġi individwat immedjatament.

3.2.2.5. Il-protezzjoni tal-inġenji tal-ajru bil-bibien esterni magħluqa f’parti għajr parti kritika għandha tkun soġġetta wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 3-A

TFITTXIJA TAS-SIGURTÀ TA’ INĠENJU TAL-AJRU

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għal tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M19

DOKUMENT MEHMUŻ 3-B

SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI.

Fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità tal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat, ġew rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

Il-Groenlandja, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

Guernsey

Jersey

Il-Gżira ta' Man

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat, hija stabbilita mill-ġdid.

▼B

4    PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

4.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

4.0.1. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

4.0.2. Il-pajjiżi terzi fejn l-istandards tas-sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni fir-rigward tas-sigurtà tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina huma elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-B.

4.0.3. Il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom li jkunu ġejjin minn Stat Membru fejn l-inġenju tal-ajru kien fi tranżitu wara li jkun wasal minn pajjiż terz li ma jkunx elenkat fid-Dokument Mehmuż 4-B għandhom jitqiesu bħala passiġġieri u bagalji tal-kabina li ġejjin minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li dawn il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom ġew skrinjati f’dak l-Istat Membru.

▼M2

4.0.4. Għall-iskop ta' dan l-Anness:

(a) “likwidi, aerosols u ġellijiet” (LAGs) għandhom jinkludu pejsts, lozjonijiet, taħlitiet likwidi/solidi u l-kontenut ta' reċipjenti taħt pressjoni, bħalma huma l-pejst għat-tindif tas-snien, il-ġell tax-xagħar, xarbiet, sopop, xropp, fwieħa, ragħwa tal-leħja u oġġetti oħra b'konsistenzi simili.

(b) “il-borża ta” sigurtà li tikxef kwalunkwe tbagħbis ' (STEB) hija borża konformi mal-linji gwida ta' kontroll tas-sigurtà rrakkomandati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili.

▼M14

(c) tagħmir ta’ sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi likwidi (LEDS) huwa tagħmir li kapaċi jindividwa materjali ta’ theddid li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 12.7 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774.

▼M19

4.0.5. Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat.

▼B

4.1.   SKRINJAR TAL-PASSIĠĠIERI U TAL-BAGALJI TAL-KABINA

4.1.1.    Skrinjar tal-passiġġieri

▼M8

4.1.1.1. Qabel l-iskrinjar, il-passiġġieri għandhom jinżgħu il-kowtijiet u l-ġkieket u dawn għandhom jiġu skrinjati bħala bagalji tal-kabina. L-ispettur tas-sigurtà jista’ jitlob lill-passiġġier biex jinża’ iktar ħwejjeġ kif xieraq.

▼M18

4.1.1.2. Għallinqas il-passiġġieri għandhom jiġu skrinjati b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) tfittxija bl-idejn;

(b) tagħmir bokka għall-individwazzjoni tal-metall (WTMD);

(c) klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi;

(d) tagħmir tal-individwazzjoni tat-traċċi splussivi (ETD);

(e) skeners tas-sigurtà li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti;

(f) tagħmir tal-ETD flimkien mat-tagħmir tal-id għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk il-passiġġier hux iġorr oġġetti pprojbiti jew le, il-passiġġier ma għandux jingħata aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta jew għandu jerġa’ jiġi skrinjat sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

▼B

4.1.1.3. Meta ssir tfittxija bl-idejn din għandha titwettaq b’mod li jiżgura b’mod raġonevoli li l-persuna ma tkunx qiegħda ġġorr oġġetti pprojbiti.

4.1.1.4. Meta t-tagħmir jiskatta l-allarm tad-WTMD, il-kawża tal-allarm għandha tiġi riżolta.

4.1.1.5. Tagħmir ta’ individwazzjoni tal-metall li jinżamm fl-idejn (HHMD) jista’ jintuża biss bħala mezz supplimentari għall-iskrinjar. Ma għandux jissostitwixxi r-rekwiżiti ta’ tfittxija bl-idejn.

4.1.1.6. Meta annimal ħaj jitħalla jinġarr fil-kabina ta’ inġenju tal-ajru, dan għandu jiġi skrinjat jew bħala passiġġier jew bħala bagalja tal-kabina.

4.1.1.7. L-awtorità xierqa tista’ toħloq kategoriji ta’ passiġġieri li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta’ skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.

4.1.1.8. L-iskrinjar tal-passiġġieri għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M18

4.1.1.9. Il-klieb għall-individwazzjoni ta’ splussivi u t-tagħmir tal-ETD jistgħu jintużaw biss bħala mezzi supplimentari għall-iskrinjar.

▼M8

4.1.1.10. Meta għall-iskrinjar tal-passiġġieri jintuża scanner tas-sigurtà b’eżaminatur uman, kif iddefinit skont il-punt 12.11.1 tat-tieni paragrafu, għandhom ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) scanners tas-sigurtà ma għandhomx jaħżnu, jżommu, jikkupjaw, jistampaw jew jirkupraw immaġnijiet. Madankollu, kwalunkwe immaġni ġġenerat matul l-iskrinjar jista’ jinżamm għaż-żmien meħtieġ mill-eżaminatur uman biex janalizzah u għandu jħassru hekk kif il-passiġġier ikun rilaxxat. Kwalunkwe aċċess u użu mhux awtorizzat tal-immaġni huwa pprojbit u għandu jkun evitat;

(b) l-eżaminatur uman li janalizza l-immaġni għandu jkun f’post separat sabiex hu/hi ma jkunx/tkunx jista’/tista’ tara lill-passiġġier skrinjat;

(ċ) kwalunkwe tagħmir tekniku li għandu l-kapaċità li jaħżen, jikkopja jew jiffotografa jew jirrekordja immaġni mod ieħor ma għandux ikun permess fil-post separat fejn ikun qed jiġi analizzat l-immaġni;

(d) l-immaġni ma għandhiex tkun marbuta ma’ ebda dejta li tikkonċerna lill-persuna skrinjata u l-identità tiegħu/tagħha għandha tibqa’ anonima;

(e) passiġġier jista’ jitlob li l-immaġni tiegħu/tagħha tkun analizzata minn persuna tas-sess tal-għażla tiegħu/tagħha;

(f) l-immaġni għandha tkun imċajpra jew skurata biex tkun evitata l-identifikazzjoni tal-wiċċ tal-passiġġier.

Il-paragrafi (a) u (d) għandhom japplikaw ukoll għall-iscanners tas-sigurtà li għandhom individwazzjoni awtomatika ta’ theddid.

Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li ma jagħżlux l-iskrinjar tas-sigurtà. F’dan il-każ, il-passiġġier għandu jkun skrinjat b’metodu ta’ skrinjar alternattiv, inkluża għall-inqas tfittxija bl-idejn f’konformità mad-Dokument Mehmuż 4 A tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2010)774. Meta jiskatta l-allarm tal-iscanner tas-sigurtà, il-kawża tal-allarm għandha tiġi riżolta.

Qabel ma jkun skrinjat bi scanner tas-sigurtà, il-passiġġier għandu jkun infurmat dwar it-teknoloġija użata, il-kundizzjonijiet assoċjati mal-użu tiegħu u l-possibbiltà li jagħzel li ma jiġix skrinjat bi scanner tas-sigurtà [opt-out].

▼M12

4.1.1.11. Tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi ta’ splussivi (ETD) flimkien ma’ tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD) jistgħu jintużaw biss f’każijiet meta l-persunal tal-iskrinjar iqis li tfittxija bl-idejn ta’ ċerta parti tal-persuna hija ineffiċjenti u/jew mhux mixtieqa.

▼B

4.1.2.    L-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina

▼M20

4.1.2.1. Qabel l-iskrinjar, il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku għandhom jitneħħew mill-bagalji tal-kabina u għandhom jiġu skrinjati b'mod separat, sakemm il-bagalji tal-kabina ma jkunux se jiġu skrinjati b'tagħmir b'sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS) li jkun jissodisfa l-istandard C2 jew standard ogħla minnu.

▼M14

4.1.2.2. L-entità xierqa fl-ajruporti kollha għandhom jiskrinjaw, mad-dħul fl-SRA, mill-inqas l-LAGs miksuba f’ajruport jew abbord inġenju tal-ajru li jkunu ssiġillati f’STEB li fiha tintwera prova sodisfaċenti li nxtraw f’żona tal-ajru f’dak l-ajruport jew abbord inġenju tal-ajru, kif ukoll LAGs li se jintużaw waqt il-vjaġġ għal raġunijiet mediċi inkella bħala rekwiżit speċjali tad-dieta, inkluż l-ikel tat-trabi.

Qabel l-iskrinjar, l-LAGs għandhom jitneħħew mill-bagalji tal-kabina u għandhom jiġu skrinjati b’mod separat minn oġġetti oħra tal-bagalji tal-kabina, sakemm it-tagħmir li jkun qiegħed jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina ma jkunx jista’ jiskrinja wkoll kontenituri magħluqin multipli tal-LAGs li jkun hemm fil-bagalji.

Meta l-LAGs ikunu tneħħew mill-bagalji tal-kabina, il-passiġġier għandu jippreżenta:

(a) l-LAGs kollha f’kontenituri individwali b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f’borża waħda tal-plastik trasparenti li tista’ tiġi ssiġillata mill-ġdid b’kapaċità li ma taqbiżx litru (1), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament; kif ukoll

(b) l-LAGs l-oħra kollha, inklużi STEBs li jinkludu LAGs.

L-awtoritajiet xierqa, il-linji tal-ajru u l-ajruporti għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa lill-passiġġieri fir-rigward tal-iskrinjar tal-LAGs fl-ajruporti tagħhom.

▼M18

4.1.2.3. Għallinqas il-bagalji tal-kabina għandhom jiġu skrinjati b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

(a) tfittxija bl-idejn;

(b) tagħmir tal-x-ray;

(c) tagħmir ta’ sistemi tal-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS);

(d) klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a);

(e) tagħmir tal-ETD.

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk il-bagalja tal-kabina fihiex oġġetti pprojbiti jew le, din għandha tiġi rifjutata jew għandha terġa’ tiġi skrinjata sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

▼B

4.1.2.4. Tfittxija bl-idejn tal-bagalji tal-kabina għandha tikkonsisti minn kontroll manwali tal-bagalji, inkluż il-kontenut tagħhom, sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti.

4.1.2.5. Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar għandu jara kull immaġni.

4.1.2.6. Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, l-allarmi kollha għandhom jiġu riżolti sa ma dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ikun sodisfatt sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma jinġarr fiż-żona ta’ sigurtà ristretta (SRA) jew abbord l-inġenju tal-ajru.

4.1.2.7. Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, kwalunkwe oġġett li minħabba d-densità tiegħu ma jħallix lil dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar janalizza l-kontenut tal-bagalji tal-kabina għandu jinħareġ mill-bagalji. Il-bagalji għandhom jerġgħu jiġu skrinjati u l-oġġett għandu jiġi skrinjat b’mod separat bħala bagalja tal-kabina.

▼M20

4.1.2.8. Kwalunkwe bagalja li fiha jinsab oġġett kbir li jaħdem bl-elettriku għandha terġa' tiġi skrinjata mingħajr dak l-oġġett fiha u l-oġġett li jaħdem bl-elettriku għandu jiġi skrinjat b'mod separat, sakemm il-bagalja tal-kabina ma tkunx ġiet skrinjata b'tagħmir b'sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS) li jkun jissodisfa l-istandard C2 jew standard ogħla minnu.

▼B

4.1.2.9. Klieb għall-individwazzjoni ta’ splussivi u tagħmir ta’ individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD) jistgħu jintużaw biss bħala mezzi supplimentari għall-iskrinjar.

4.1.2.10. L-awtorità xierqa tista’ toħloq kategoriji ta’ bagalji tal-kabina li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta’ skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.

▼M17

4.1.2.11. Persuni li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina b’tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS ma għandhomx normalment iqattgħu iżjed minn 20 minuta kontinwi janalizzaw l-immaġini. Wara kull wieħed minn dawn il-perjodi, il-persuna li tkun qiegħda twettaq l-iskrinjar m’għandhiex tirrevedi immaġini oħra għal mill-inqas 10 minuti. Din il-ħtieġa għandha tapplika biss meta jkun hemm fluss ta’ immaġini bla interruzzjoni li jrid jiġi analizzat.

Għandu jkun hemm superviżur responsabbli għal dawk li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina sabiex ikun assigurat l-aħjar kompożizzjoni tat-tim, kwalità tax-xogħol, taħriġ, appoġġ u evalwazzjoni.

▼B

4.1.2.12. L-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M14

4.1.3.   Skrinjar ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs)

4.1.3.1. LAGs li jinġarru minn passiġġieri jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar b’tagħmir ta’ LEDS mad-dħul fl-SRA:

(a) jekk l-LAG ikun jinsab f’kontenituri individwali b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f’borża tal-plastik trasparenti li tista’ tiġi ssiġillata mill-ġdid b’kapaċità li ma taqbiżx litru (1), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament; jew

(b) jekk l-LAG jiġi ssiġillat f’STEB apposta malli jinxtara fiż-żona tal-ajru ta’ dak l-ajruport;

(c) jekk l-LAG f’STEB joriġina minn ajruport ieħor tal-UE jew inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-UE u jiġi ssiġillat mill-ġdid f’STEB apposta qabel joħroġ miż-żona ristretta tas-sigurtà tal-ajruport;

(d) jekk l-LAG jiġi skrinjat f’dak l-ajruport b’tagħmir ta’ LEDs fiż-żona tal-ajru u mbagħad jiġi ssiġillat f’STEB apposta.

L-eżenzjonijiet imsemmija taħt il-punti c) u d) għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2015.

4.1.3.2. L-STEBs apposta msemmija taħt il-punti b) sa d) tal-punt 4.1.3.1 għandhom:

(a) ikunu identifikabbli b’mod ċar bħala STEB ta’ dak l-ajruport;

(b) juru fihom prova ta’ akkwist jew siġillar mill-ġdid f’dak l-ajruport matul it-tliet sigħat ta’ qabel;

(c) ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

4.1.3.3. L-iskrinjar tal-LAGs għandu wkoll ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

▼B

4.2.   PROTEZZJONI TAL-PASSIĠĠIERI U TAL-BAGALJI TAL-KABINA

Il-protezzjoni tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

4.3.   PASSIĠĠIERI POTENZJALMENT PROBLEMATIĊI

4.3.1. Trasportatur tal-ajru għandu jiġi nnotifkat bil-miktub minn qabel mill-awtorità kompetenti dwar il-ħsieb li passiġġier potenzjalment problematiku se jittella’ abbord l-inġenju tal-ajru tiegħu.

4.3.2. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a) l-identità u s-sess tal-persuna; u

(b) ir-raġuni tal-vjaġġ; u

(c) l-isem u t-titlu tal-iskorta/i, jekk ikun(u) ipprovdut/i; u

(d) valutazzjoni tar-riskji mill-awtorità kompetenti, inklużi r-raġunijiet dwar jekk għandux ikun hemm skorta jew le; u

(e) arranġament minn qabel dwar il-postijiet, jekk meħtieġa; u

(f) in-natura tad-dokumenti tal-ivvjaġġar disponibbli.

It-trasportatur tal-ajru għandu jipprovdi lill-pilota kmandant b’dan it-tagħrif qabel ma l-passiġġieri jitilgħu abbord l-inġenju tal-ajru.

4.3.3. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-persuni taħt kustodja legali dejjem jiġu skortati.

4.4.   OĠĠETTI PPROJBITI

4.4.1. Il-passiġġieri ma għandux ikollhom il-permess li jġorru l-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-C fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta jew abbord inġenju tal-ajru.

4.4.2. Tista’ tingħata eżenzjoni għall-punt 4.4.1. bil-kundizzjoni li:

(a) l-awtorità xierqa tkun tat kunsens li l-oġġett jista’ jinġarr; u

(b) it-trasportatur tal-ajru ġie mgħarraf dwar il-passiġġier u l-oġġett li qiegħed iġorr qabel ma l-passiġġieri jkunu telgħu abbord l-inġenju tal-ajru, u

(c) ikun hemm konformità mar-regoli tas-sikurezza applikabbli.

Dawn l-oġġetti għandhom imbagħad jitqiegħdu taħt kundizzjonijiet sikuri abbord l-inġenju tal-ajru.

4.4.3. It-trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li l-passiġġieri jiġu mgħarrfa dwar l-oġġetti pprojbiti elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-C qabel ma jsir iċ-check in.

DOKUMENT MEHMUŻ 4-A

REKWIŻITI GĦAL TFITTXIJA BL-IDEJN

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għal tfittxija bl-idejn huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M19

DOKUMENT MEHMUŻ 4-B

PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità tal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat, rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

Il-Groenlandja, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

Guernsey

Jersey

Il-Gżira ta' Man

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat, hija stabbilita mill-ġdid.

▼B

DOKUMENT MEHMUŻ 4-C

PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

LISTA TA’ OĠĠETTI PPROJBITI

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-sikurezza applikabbli, il-passiġġieri ma għandhomx permess iġorru l-oġġetti li ġejjin fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta u abbord inġenju tal-ajru:

a)

armi tan-nar u kwalunkwe apparat ieħor li jiskarika l-projettili —

apparat li jista’, jew li jidher li jista’ jintuża sabiex jikkawża ġrieħi serji billi jiskarika projettili, inklużi:

 armi tan-nar ta’ kull tip, bħalma huma l-pistoli, ir-revolvers, l-azzarini, is-snieter

 armi tan-nar tal-logħob, kopji u imitazzjonijiet tal-armi tan-nar li dak li jkun jista’ jaħsibhom armi ta’ vera

 partijiet komponenti ta’ armi tan-nar, esklużi l-miri teleskopiċi

 armi tal-arja u tas-CO2 kkumpressati, bħalma huma pistoli, armi li jisparaw il-pritkuni, azzarini u armi li jisparaw il-ball bearings

 pistoli tas-suffarelli tas-sinjali u pistoli tat-tlielaq

 qwies, “cross bows” u vleġeġ

 apparat li jispara l-ħarpuni jew il-froxxni

 wdab u żbandoli

b)

apparat li jistordi —

apparat maħsub speċifikament biex jistordi jew jimmobilizza, inklużi:

 apparat li jixxokkja, bħalma huma l-pistoli li jistordu, tasers u lembubi li jistordu

 apparat li jistordi l-annimali u li joqtol l-annimali

 kimiċi, gassijiet u sprejs li jrendu inkapaċi, bħalma huma l-mace, l-isprejs tal-bżar, l-isprejs tal-bżar aħdar, il-gass tad-dmugħ, sprejs tal-aċidu u sprejs li jgerrxu l-annimali

c)

oġġetti b’ponta taqta’ jew xifer jaqta’ —

oġġetti b’ponta taqta’ jew xifer jaqta’ li jistgħu jintużaw sabiex jikkawżaw ġrieħi serji, inklużi:

 oġġetti għat-tqattigħ, bħall-imnanar, mannaretti u skieken tal-biċċiera

 fisien u baqquni tas-silġ

 xfafar tal-leħja

 xfafar tal-kartun

 skieken bi xfafar ta’ aktar minn 6 ċm

 mqassijiet bi xfafar ta’ aktar minn 6 ċm mill-fulkru

 tagħmir tal-arti marzjali bil-ponta taqta’ jew b’xifer jaqta’

 xwabel

d)

għodod tal-ħaddiema —

għodod li jistgħu jintużaw jew biex jikkawżaw ġrieħi serji jew inkella biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

 lievi

 drillers u trapani, inklużi d-drillers portabbli mingħajr wajer

 għodod bi xfafar jew xaftijiet ta’ aktar minn 6 ċm li jistgħu jintużaw bħala armi, bħalma huma t-turnaviti u l-furmaturi

 srieraq, inklużi s-srieraq portabbli mingħajr wajer

 torċi tal-ħruq

 apparat li jispara l-boltijiet u l-imsiemer

e)

strumenti spuntati —

oġġetti li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji mad-daqqa, inklużi:

 mazez tal-baseball u tas-softball

 mazez u lembubi, bħall-billy clubs, blackjacks u lembubi tal-għassa

 tagħmir tal-arti marzjali

f)

splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u —

splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu, jew jidhru li jistgħu, jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

 munizzjon

 mezzi detonaturi

 detonaturi u miċeċ

 tagħmir splussiv ta’ imitazzjoni

 mini, granadi u oġġetti splussivi militari oħra

 logħob tan-nar u pirotekniki oħra

 bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen

 dinamite, porvli u splussivi plastiċi

▼M14 —————

▼B

5    BAGALJI TAL-ISTIVA

5.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

5.0.1. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

5.0.2. Il-pajjiżi terzi fejn l-istandards tas-sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni fir-rigward tal-bagalji tal-istiva huma elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-A.

5.0.3. Il-bagalji tal-istiva li jkunu ġejjin minn Stat Membru fejn l-inġenju tal-ajru kien fi tranżitu wara li jkun wasal minn pajjiż terz li ma jkunx elenkat fid-Dokument Mehmuż 5-A għandhom jitqiesu bħala bagalji tal-istiva li ġejjin minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li dawn il-bagalji tal-istiva ġew skrinjati f’dak l-Istat Membru.

5.0.4. Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, “bagalji sikuri” tfisser bagalji skrinjati għal ġol-istiva li huma protetti b’mod fiżiku sabiex jipprevjenu t-tidħil ta’ kwalunkwe oġġett.

▼M19

5.0.5. Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat.

▼B

5.1.   SKRINJAR TAL-BAGALJI TAL-ISTIVA

5.1.1. Il-metodi li ġejjin, jew individwalment jew flimkien, għandhom jintużaw għall-iskrinjar tal-bagalji:

(a) tfittxija bl-idejn; jew

(b) tagħmir tar-raġġi X; jew

(c) sistemi għall-individwazzjoni ta’ splussivi (EDS); jew

(d) tagħmir ta’ individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD)

▼M3

(e) klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi.

▼B

Meta dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ma jkunx jista’ jiddetermina jekk il-bagalji tal-istiva fihomx oġġetti pprojbiti jew le, għandhom jew jiġu rrifjutati jew jerġgħu jiġu skrinjati sa ma dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ikun sodisfatt.

5.1.2. Tfittxija bl-idejn għandha tikkonsisti minn kontroll manwali bir-reqqa tal-bagalji, inkluż il-kontenut kollu tagħhom, sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti.

5.1.3. Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, kwalunkwe oġġett ta’ densità li ma tħallix lil dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar janalizza l-kontenut tal-bagalji għandu jagħti lok sabiex il-bagalji jiġu soġġetti għal metodu ieħor ta’ skrinjar.

5.1.4. L-iskrinjar b’tagħmir ta’ individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD) għandu jikkonsisti mill-analiżi ta’ kampjuni meħuda kemm minn ġol-bagalji kif ukoll mill-parti ta’ barra tal-bagalji u mill-kontenut tagħhom. Il-kontenut jista’ jiġi soġġett ukoll għal tfittxija bl-idejn.

5.1.5. L-awtorità xierqa tista’ toħloq kategoriji ta’ bagalji tal-istiva li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta’ skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.

5.1.6. L-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M17

5.1.7. Il-persuni li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva permezz ta’ tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS ma għandhomx normalment iqattgħu iżjed minn 20 minuta kontinwament janalizzaw l-immaġini. Wara kull wieħed minn dawn il-perjodi, il-persuna li tkun qiegħda twettaq l-iskrinjar m’għandhiex tirrevedi immaġini oħra għal mill-inqas 10 minuti. Din il-ħtieġa għandha tapplika biss meta jkun hemm fluss ta’ immaġini bla interruzzjoni li jrid jiġi analizzat.

Għandu jkun hemm superviżur responsabbli għal dawk li jwettqu l-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva sabiex tkun assigurata l-aħjar kompożizzjoni tat-tim, il-kwalità tax-xogħol, it-taħriġ, l-appoġġ u l-evalwazzjoni.

▼B

5.2.   PROTEZZJONI TAL-BAGALJI TAL-ISTIVA

5.2.1. Il-passiġġieri ma għandux ikollhom aċċess għal bagalji tal-istiva skrinjati, sakemm ma jkunux il-bagalji tagħhom stess u jkunu taħt sorveljanza sabiex ikun żgurat li:

(a) l-ebda oġġett ipprojbit kif hemm elenkat fid-Dokument Mehmuż 5-B ma jiddaħħal fil-bagalji tal-istiva; jew

(b) l-ebda oġġett ipprojbit kif hemm elenkat fid-Dokument Mehmuż 4-C ma jitneħħa mill-bagalji tal-istiva u jiddaħħal f’żoni ta’ sigurtà ristretta jew abbord inġenju tal-ajru.

5.2.2. Bagalji tal-istiva li ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata għandhom jerġgħu jiġu skrinjati mill-ġdid.

5.2.3. Il-protezzjoni ta’ bagalji tal-istiva għandha tkun ukoll soġġetta għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

5.3.   TAQBIL TAL-BAGALJI

5.3.1.    Identifikazzjoni tal-bagalji tal-istiva

5.3.1.1. Trasportatur tal-ajru għandu, waqt il-proċess li tulu l-passiġġieri jkunu telgħin abbord, jiżgura li passiġġier jippreżenta karta tat-tlugħ valida jew l-ekwivalenti li tikkorrispondi mal-bagalji tal-istiva li sar iċ-check in tagħhom.

5.3.1.2. Trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li teżisti proċedura li tidentifika l-bagalji tal-istiva tal-passiġġieri li ma telgħux abbord jew li telqu mill-inġenju tal-ajru qabel it-tluq.

5.3.1.3. Jekk il-passiġġier ma jkunx abbord l-inġenju tal-ajru, il-bagalji tal-istiva li jikkorrispondu mal-karta tat-tlugħ tiegħu jew l-ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala mhux akkumpanjati.

5.3.1.4. Trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li kull oġġett li jinsab fil-bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati jkun identifikabbli b’mod ċar bħala li huwa awtorizzat għat-trasport bl-ajru.

5.3.2.    Fatturi li l-passiġġieri ma għandhomx kontroll fuqhom

5.3.2.1. Ir-raġuni għaliex il-bagalja tkun saret bagalja mhux akkumpanjata għandha tiġi rreġistrata qabel ma titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru, sakemm ma jiġux applikati l-kontrolli tas-sigurtà msemmija fil-punt 5.3.3.

5.3.2.2. Id-dispożizzjonijiet dettaljati addizzjonali dwar il-fatturi li l-passiġġieri ma għandhomx kontroll fuqhom huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

5.3.3.    Kontrolli tas-sigurtà xierqa għall-bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati

5.3.3.1. Bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati li mhumiex koperti bil-punt 5.3.2 għandhom jiġu skrinjati permezz ta’ wieħed mill-metodi stipulati fil-punt 5.1.1 u, fejn applikabbli, bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M9

5.3.3.2. Bagalji tal-istiva li jsiru bagalji mhux akkumpanjati minħabba fatturi għajr dawk imsemmija fil-punt 5.3.2 għandhom jitneħħew mill-inġenju tal-ajru u jerġgħu jiġu skrinjati qabel ma jerġgħu jitgħabbew.

▼B

5.3.3.3. Id-dispożizzjonijiet dettaljati addizzjonali għal kontrolli tas-sigurtà xierqa għall-bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

5.4.   OĠĠETTI PPROJBITI

5.4.1. Il-passiġġieri ma għandux ikollhom il-permess li jġorru l-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-B fil-bagalji tal-istiva tagħhom.

5.4.2. Tista’ tingħata eżenzjoni għall-punt 5.4.1 bil-kundizzjoni li:

(a) l-awtorità xierqa jkollha regoli nazzjonali li jippermettu l-ġarr tal-oġġett; u

(b) jkun hemm konformità mar-regoli tas-sikurezza applikabbli.

5.4.3. Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa dwar l-oġġetti pprojbiti elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-B qabel ma jitlesta ċ-check in.

▼M19

DOKUMENT MEHMUŻ 5-A

BAGALJI TAL-ISTIVA

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigwardl-bagalji tal-istiva, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità tal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat, rikonoxxuti bħala li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

L-Istati Uniti tal-Amerika

Il-Gżejjer Faeroe, fir-rigward tal-ajruport Vagar

Il-Groenlandja, fir-rigward tal-ajruport Kangerlussuaq

Guernsey

Jersey

Il-Gżira ta' Man

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni.

L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jiġu nnotifikati meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat, hija stabbilita mill-ġdid.

▼B

DOKUMENT MEHMUŻ 5-B

BAGALJI TAL-ISTIVA

LISTA TA’ OĠĠETTI PPROJBITI

Il-passiġġieri ma għandhomx il-permess iġorru l-oġġetti li ġejjin fil-bagalji tal-istiva tagħhom:

splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u —

splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

 munizzjon

 mezzi detonaturi

 detonaturi u miċeċ

 mini, granadi u oġġetti splussivi militari oħra

 logħob tan-nar u pirotekniki oħra

 bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen

 dinamite, porvli u splussivi plastiċi

6    MERKANZIJA U POSTA

6.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

6.0.1. L-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità kif inhuma ddefinti f’dan il-kapitolu għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

▼M9

6.0.2. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala oġġetti projbiti f’kunsinni tal-merkanzija u tal-posta:

 apparat esplożiv u inċendjarju armat li ma jinġarrx skont ir-regoli tas-sikurezza applikabbli.

▼M9 —————

▼M19

6.0.3. Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-kapitolu u fejn applikabbli f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI ta' dak it-Trattat.

▼B

6.1.   KONTROLLI TAS-SIGURTÀ — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.1. Il-merkanzija u l-posta kollha għandhom jiġu skrinjati minn aġent regolat qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru, sakemm:

(a) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn aġent regolat u l-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba; jew

(b) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn kunsinnatur magħruf u l-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba; jew

(c) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn kunsinnatur in konto, il-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba, u ma tinġarrx fuq inġenju tal-ajru tal-passiġġieri; jew

(d) il-kunsinna ma tkunx eżentata mill-iskrinjar u ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta tkun saret merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta tal-ajru identifikabbli sa ma titgħabba.

▼M6

6.1.2. Kull meta jkun hemm raġuni sabiex wieħed jemmen li kunsinna li jkunu sarulha l-kontrolli tas-sigurtà ġiet imbgħabsa jew ma ġietx protetta minn interferenza mhux awtorizzata [b'seħħ mill-mument li fih ikunu saru dawk il-kontrolli], din għandha tiġi skrinjata minn aġent regolat qabel ma titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru. Il-kunsinni li jidhru li tbagħbsu b'mod sinifikanti jew li huma taħt suspett għandhom ikunu ttrattati bħala merkanzija jew posta b'riskju għoli (High Risk Cargo - HRCM) skont il-punt 6.7.

▼B

6.1.3. Persuna li jkollha aċċess mingħajr skorta għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li għalihom ikunu ġew applikati il-kontrolli tas-sigurtà jeħtieġ li jkun sarilha jew kontroll tal-isfond jew kontroll ta’ qabel l-impjieg, b’eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.

6.2.   SKRINJAR

6.2.1.    Skrinjar

6.2.1.1. Meta l-merkanzija jew il-posta tkun qiegħda tiġi skrinjata:

(a) għandu jintuża l-mezz jew il-metodu li l-aktar li huwa probabbli li jindividwa oġġetti pprojbiti, fil-qies tan-natura tal-kunsinna; u

(b) il-mezz jew il-metodu użat għandu jkun ta’ standard biżżejjed li jiżgura b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma’ jkun moħbi fil-kunsinna.

6.2.1.2. Meta dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ma jistax ikun żgur b’mod raġonevoli li m’hemm l-ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna, il-kunsinna għandha tiġi rrifjutata jew terġa’ tiġi skrinjata sa ma dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ikun sodisfatt.

6.2.1.3. L-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M17

6.2.1.4. Persuni li jisskrinjaw il-merkanzija b’tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS m’għandhomx normalment iqattgħu iżjed minn 20 minuta ta’ analiżi kontinwa ta’ immaġini. Wara kull wieħed minn dawn il-perjodi, il-persuna li tkun qiegħda twettaq l-iskrinjar m’għandhiex tirrevedi immaġini oħra għal mill-inqas 10 minuti. Din il-ħtieġa għandha tapplika biss meta jkun hemm fluss ta’ immaġini bla interruzzjoni li jrid jiġi analizzat.

▼M18

6.2.1.5. Għallinqas il-merkanzija u l-posta għandhom jiġu skrinjati b’wieħed mill-metodi li ġejjin skont id-Dokument Mehmuż 6-J:

(a) tfittxija bl-idejn;

(b) tagħmir tal-x-ray;

(c) tagħmir tal-EDS;

(d) klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDD);

(e) tagħmir tal-ETD;

(f) kontrolli viżwali;

(g) tagħmir għall-individwazzjoni tal-metall (MDE).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk il-merkanzija jew il-posta fihiex oġġetti pprojbiti jew le, din għandha tiġi rifjutata jew għandha terġa’ tiġi skrinjata sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

6.2.1.6. Dan il-mezz jew il-metodu li ġej jista’ jiġi applikat biss meta ma jkunx possibbli li jiġi applikat xi mezz jew metodu ieħor speċifikat fil-punt 6.2.1.5 minħabba n-natura tal-kunsinna:

kontrolli oħra xierqa ta’ sigurtà, jekk ikun hemm qbil min-naħa tal-awtorità responsabbli u jkun ġie notifikat lill-Kummissjoni.

▼B

6.2.2.    Eżenzjonijiet mill-iskrinjar

Id-dispożizzjonijiet għall-eżenzjonijiet mill-iskrinjar huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

6.3.   AĠENTI REGOLATI

6.3.1.    Approvazzjoni ta’ aġenti regolati

6.3.1.1. Aġenti regolati għandhom ikunu approvati mill-awtorità xierqa.

L-approvazzjoni bħala aġent regolat għandha tkun speċifika għas-sit.

Kwalunkwe entità li tapplika l-kontrolli tas-sigurtà kif inhuma msemmija fil-punt 6.3.2 għandha tkun approvata bħala aġent regolat. Dan jinkludi fornituri ta’ servizzi ta’ loġistika li jkunu partijiet terzi responsabbli għall-magazzinaġġ integrat u servizzi tat-trasport, trasportaturi bl-ajru u aġenti tal-immaniġġar.

Aġent regolat jista’ jidħol f’sottokuntratt dwar:

(a) kwalunkwe kontroll tas-sigurtà msemmi fil-punt 6.3.2 ma’ kwalunkwe aġent regolat ieħor;

(b) kwalunkwe kontroll tas-sigurtà msemmi fil-punt 6.3.2 ma’ entità oħra, meta l-kontrolli jitwettqu fil-post tal-aġent regolat stess jew f’ajruport, u jkunu koperti bil-programm tas-sigurtà tal-aġent regolat jew tal-ajruport;

(c) kwalunkwe kontroll tas-sigurtà msemmi fil-punt 6.3.2 ma’ entità oħra, meta l-kontrolli jitwettqu x’imkien ieħor li ma jkunx il-post tal-aġent regolat stess jew f’ajruport, u l-entità tkun ġiet iċċertifikata jew approvata u elenkata sabiex tforni dawn is-servizzi mill-awtorità xierqa; u

(d) il-protezzjoni u t-trasport ta’ kunsinni għal għand trasportatur li jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 6.6.

6.3.1.2. L-awtorità xierqa ta’ kull Stat Membru għandha tiddefinixxi fil-programm tas-sigurtà nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura li ġejja dwar l-approvazzjoni ta’ aġenti regolati:

(a) L-applikant għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-postijiet inklużi fl-applikazzjoni.

L-applikant għandu jressaq programm ta’ sigurtà quddiem l-awtorità xierqa konċernata. Il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li l-aġent għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-programm għandu jiddeskrivi wkoll kif il-konformità ma’ dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi mmonitorjata mill-aġent innifsu. Programm tas-sigurtà ta’ trasportatur tal-ajru li jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li t-trasportatur tal-ajru għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżit għal programm ta’ sigurtà ta’ aġent regolat.

L-applikant għandu jressaq ukoll id-“Dikjarazzjoni tal-impenji – aġent regolat” kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-A. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata.

▼M19

(b) L-awtorità xierqa jew validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jaġixxi f'isimha, għandhom jeżaminaw il-programm tas-sigurtà u mbagħad iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

Għajr għall-ħtiġiet stipulati fil-punt 6.2, eżami tas-sit tal-applikant mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 8 ) għandu jitqies bħala verifika fuq il-post jekk ikun sar mhux aktar kmieni minn 3 snin qabel id-data li fiha l-applikant ifittex approvazzjoni bħala aġent regolat. Iċ-ċertifikat tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) u l-valutazzjoni rilevanti tal-awtoritajiet doganali għandhom ikunu magħmula disponibbli mill-applikant għal spezzjoni ulterjuri.

▼B

(c) Jekk l-awtorità xierqa tkun sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b), għandha tiżgura li d-dettalji meħtieġa tal-aġent jiddaħħlu ►M17  fil-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jkun imiss. Meta t-tagħrif jiddaħħal fil-bażi tad-dejta l-awtorità xierqa għandha tassenja identifikatur alfanumeriku uniku skont il-format standard lil kull sit approvat.

Jekk l-awtorità xierqa ma tkunx sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b) ir-raġunijiet għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-entità li tkun qiegħda tfittex li tikseb l-approvazzjoni bħala aġent regolat.

Meta programm tas-sigurtà ta’ trasportatur tal-ajru jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li t-trasportatur tal-ajru għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu, it-trasportatur tal-ajru jista’ jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti (a) u (b) għas-siti kollha speċifikati fil-programm. Verifika fuq il-post tas-siti speċifikati fil-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru għandha titwettaq mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Meta aġent regolat ikun ġie approvat jew skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2320/2002 inkella skont ir-Regolament (KE) Nru 820/2008 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4333, jista’ jitqies bħala aġent regolat għall-finijiet tar-Regolament (KE) 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu għas-siti kollha fejn tkun saret verifika fuq il-post.

(d) Aġent regolat ma għandux jitqies approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jiddaħħlu ►M17  fil-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ .

6.3.1.3. Aġent irregolat għandu jinnomina tal-anqas persuna waħda f’kull sit li għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm tas-sigurtà li jkun ġie sottomess. Jeħtieġ li din il-persuna jkun sarilha kontroll tal-isfond b’eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.

6.3.1.4. Aġent regolat għandu jerġa’ jiġi vvalidat mill-ġdid f’intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames (5) snin. Dan għandu jinkludi verifika fuq il-post sabiex jiġi vvalutat jekk l-aġent regolat għadux konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u mal-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Spezzjoni fuq il-post ta’ aġent regolat mill-awtorità xierqa skont il-programm nazzjonali tiegħu tal-kontroll tal-kwalità tista’ titqies bħala verifika fuq il-post, sakemm din tkun tkopri r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-approvazzjoni.

Għajr għall-ħtiġiet imniżżla fil-punt 6.2, eżami tas-sit tal-aġent regolat mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandu jitqies bħala verfika fuq il-post.

▼M19

6.3.1.5. Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-aġent regolat mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u mal-atti ta' implimentazzjoni tiegħu, għandha tirtira l-istatus ta' aġent regolat għas-siti speċifiċi.

Jekk l-entità ma tkunx għadha d-detentriċi taċ-ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jew jekk dan iċ-ċertifikat jiġi sospiż minħabba nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 14k ta' dak ir-Regolament, l-awtorità xierqa għandha tieħu azzjoni xierqa biex tissodisfa ruħha li l-aġent regolat huwa konformi mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

L-entità għandha tinforma lill-awtorità xierqa bi kwalunkwe bidla relatata maċ-ċertifikat AEO tagħha msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Immedjatament wara l-irtirar u, f'kull każ, fi żmien 24 siegħa, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-bidla fl-istatus tal-aġent regolat preċedenti hija indikata fil-'bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista'.

▼B

6.3.1.6. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li japplika miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, aġent regolat approvat skont il-punt 6.3 għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

6.3.1.7. Ir-rekwiżiti tal-punt 6.3.1, għajr il-punt 6.3.1.2 (d), ma għandhomx japplikaw meta l-awtorità xierqa stess tkun se tiġi approvata bħala aġent regolat.

▼M19

6.3.1.8. L-awtorità xierqa għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità doganali kull tagħrif relatat mal-istatus ta' aġent regolat li jista' jkun rilevanti fir-rigward tal-kisba ta' ċertifikat AEO kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Dan għandu jinkludi t-tagħrif relatat mal-approvazzjonijiet il-ġodda tal-istatus ta' aġent regolat, mal-irtirar tal-istatus ta' aġent regolat, mal-validazzjoni mill-ġdid u l-ispezzjonijiet, mal-iskedi ta' verifika u mar-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015, għandhom jiġu stabbiliti l-modalitajiet għal dan l-iskambju ta' tagħrif bejn l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet doganali nazzjonali.

▼B

6.3.2.    Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn aġent regolat

6.3.2.1. Meta jaċċetta kwalunkwe kunsinna, aġent regolat għandu jistabbilixxi jekk l-entità li mingħandha jkun irċieva l-kunsinna hijiex aġent regolat, kunsinnatur magħruf, kunsinnatur in konto jew l-ebda wieħed minn dawn.

6.3.2.2. Il-persuna li twassal il-kunsinni għand l-aġent regolat jew it-trasportatur tal-ajru għandha tippreżenta karta tal-identità, passaport, liċenzja tas-sewqan jew dokument ieħor, li jkun jinkludi ritratt tiegħu jew tagħha u li jkun inħareġ jew li huwa rikonoxxut mill-awtorità nazzjonali. Il-karta jew id-dokument għandhom jintużaw biex tkun stabbilita l-identità tal-persuna li twassal il-kunsinni.

▼M19

6.3.2.3. Għall-kunsinni li għalihom ma jkunux ġew applikati minn qabel il-kontrolli tas-sigurtà kollha meħtieġa, l-aġent regolat għandu jiżgura li dawn jiġu:

(a) skrinjati f'konformità mal-punt 6.2; jew

(b) aċċettati għall-ħżin taħt ir-repsonsabbiltà esklussiva tal-aġent regolat, ma jkunux jistgħu jiġu identifikati bħala kunsinni li jridu jiġu ttrasportati fuq inġenju tal-ajru qabel jiġu magħżula u li jintgħażlu b'mod awtonomu mingħajr l-ebda intervent tal-kunsinnatur jew ta' kwalunkwe persuna jew entità oħra għajr dawk innominati u mħarrġa mill-aġent regolat għal dak il-għan.

Il-punt (b) jista' jiġi applikat biss jekk ma jistax jitbassar mill-kunsinnatur li l-kunsinna se tiġi ttrasportata bl-ajru.

▼M17

6.3.2.4. Wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli kollha tas-sigurtà msemmija fil-punti 6.3.2.1 sa 6.3.2.3 ta’ dan ir-Regolament u l-punt 6.3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE jkunu ġew applikati, l-aġent regolat għandu jiżgura li:

(a) L-aċċess mingħajr skorta għal dawn il-kunsinni jkun limitat għal persuni awtorizzati; u

(b) Dawn il-kunsinni jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata sakemm jgħaddu f’idejn aġent regolat jew trasportatur tal-ajru ieħor. Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f’parti kritika ta’ żona ta’ sigurtà ristretta għandhom jitqiesu bħala protetti minn interferenza mhux awtorizzata. Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f’partijiet għajr parti kritika ta’ żona ristretta ta’ sigurtà għandhom jinsabu fil-partijiet fejn l-aċċess huwa kkontrollat tal-bini tal-aġent regolat jew, kull meta jinsabu barra minn dawk il-partijiet, għandhom

 ikunu protetti fiżikament sabiex jiġi evitat li jiddaħħlu xi oġġetti fihom, jew

 ma jitħallewx waħedhom u l-aċċess ikun limitat għal persuni involuti fil-protezzjoni u l-ġestjoni tal-kunsinni tal-merkanzija.

▼B

6.3.2.5. Wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli kollha tas-sigurtà msemmija fil-punti 6.3.2.1 sa 6.3.2.4 ta’ dan ir-Regolament, l-aġent regolat għandu jiżgura li kwalunkwe kunsinna ppreżentata lil trasportatur tal-ajru jew lil aġent regolat ieħor ikollha mehmuża magħha d-dokumentazzjoni xierqa, jew fil-forma ta’ airway bill jew f’dikjarazzjoni separata u jew f’forma elettronika jew bil-miktub.

▼M9

6.3.2.6. Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità xierqa fi kwalunkwe ħin qabel ma l-kunsinna titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru u wara, għal kemm iddum it-titjira jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom tkun l-itwal, u għandha tipprovdi t-tagħrif li ġej:

(a) l-identifikatur alfanumeriku uniku tal-aġent regolat kif ikun wasal mingħand l-awtorità xierqa;

(b) identifikatur uniku tal-kunsinna, bħalma huwa n-numru tal-polza tal-ajru (house jew master);

(c) il-kontenut tal-kunsinna, ħlief għall-kunsinni elenkati fil-punti 6.2.3 (d) u (e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774 finali tat-13 ta' April 2010 ( 9 );

(d) l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna, li jindika:

 “SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta; jew

 “SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss; jew

 “SHR”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta kollha skont rekwiżiti ta' riskju għoli;

▼M19

(e) ir-raġuni li għaliha nħareġ l-istatus tas-sigurtà, bl-indikazzjonijiet:

 “KC”, jiġifieri wasal mingħand kunsinnatur magħruf, jew

 “AC”, jiġifieri wasal mingħand kunsinnatur in konto, jew

 “RA”, jiġifieri magħżul minn aġent regolat, jew

 il-mezz jew il-metodu li ntuża għall-iskrinjar, jew

 ir-raġunijiet li għalihom il-kunsinna ġiet eżentata mill-iskrinjar;

▼M9

(f) isem il-persuna li ħarġet l-istatus tas-sigurtà, jew identifikazzjoni ekwivalenti, u d-data u l-ħin ta’ meta nħarġet;

(g) l-identifikatur uniku li jkun wasal mingħand l-awtorità xierqa, ta' kwalunkwe aġent regolat li jkun aċċetta l-istatus tas-sigurtà mogħti lil kunsinna mingħand aġent regolat ieħor.

Aġent regolat li joffri l-kunsinni lil aġent regolat jew trasportatur tal-ajru ieħor jista’ jiddeċiedi wkoll li jittrażmetti biss l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punti (a) sa (e) u (g) u li jżomm l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (f) għal kemm iddum it-titjira (titjiriet) jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom ikun l-itwal.

▼M9

6.3.2.7. Fil-każ tal-konsolidazzjonijiet, se jitqies li r-rekwiżiti fil-punti 6.3.2.5 u 6.3.2.6 ikunu ntlaħqu jekk:

(a) l-aġent regolat li jagħmel il-konsolidazzjoni iżomm l-informazzjoni meħtieġa fil-punti 6.3.2.6(a) sa (g) għal kull kunsinna individwali għal kemm iddum it-titjira (titjiriet) jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom tkun l-itwal; u

(b) id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-konsolidazzjoni tinkludi l-identifikatur alfanumeriku tal-aġent regolat li jkun wettaq il-konsolidazzjoni, identifikatur uniku tal-konsolidazzjoni u l-istatus ta’ sigurtà tiegħu.

Il-punt (a) ma għandux ikun meħtieġ għal konsolidazzjonijiet li jkunu dejjem soġġetti għal skrinjar jew li jkunu eżentati minn skrinjar skont il-punti 6.2.3(d) u (e) tad-Deċiżjoni C(2010) 774 jekk l-aġent regolat jagħti lill-konsolidazzjoni identifikatur uniku u jindika l-istatus ta’ sigurtà u raġuni waħda għaliex dan l-istatus ta’ sigurtà ġie maħruġ.

▼B

6.3.2.8. Meta jaċċetta kunsinni li għalihom ma jkunux ġew applikati minn qabel il-kontrolli tas-sigurtà kollha meħtieġa, l-aġent regolat jista’ jagħżel li ma japplikax il-kontrolli tas-sigurtà kif imsemmija fil-punt 6.3.2, iżda li jgħaddi l-kunsinni lil aġent regolat ieħor sabiex jiżgura l-applikazzjoni ta’ dawn il-kontrolli tas-sigurtà.

Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn aġent regolat għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet l-oħra stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M17

6.3.2.9. Aġent regolat għandu jiżgura illi l-membri kollha tal-persunal li jimplimenta l-kontrolli tas-sigurtà jiġu rreklutati u mħarrġa skont ir-rekwiżiti tal-kapitolu 11 u li l-membri kollha tal-persunal li jkollhom aċċess għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li jkunu diġà sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u soġġetti għal taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont ir-rekwiżiti tal-kapitolu 11.

▼B

6.4.   KUNSINNATURI MAGĦRUFA

6.4.1.    Approvazzjoni ta’ kunsinnaturi magħrufa

6.4.1.1. Kunsinnaturi magħrufa għandhom ikunu approvati mill-awtorità xierqa.

L-approvazzjoni bħala kunsinnatur magħruf għandha tkun speċifika għas-sit.

▼M19

6.4.1.2. L-awtorità xierqa ta' kull Stat Membru għandha tiddefinixxi fil-programm tas-sigurtà nazzjonali tagħha tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura li ġejja dwar l-approvazzjoni ta' kunsinnaturi magħrufa:

(a) l-applikant għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih jinsab is-sit tiegħu.

L-applikant għandu jingħata 'Gwida għall-kunsinnaturi magħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-B u l-'Lista ta' verifika tal-validazzjoni għall-kunsinnaturi magħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C;

(b) l-awtorità xierqa, jew il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jaġixxi f'isimha, għandhom iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu.

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi jew le ma' dawn il-ħtiġiet, l-awtorità xierqa, jew validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jaġixxi f'isimha, għandhom jużaw il-'Lista ta' verifika tal-validazzjoni għall-kunsinnaturi magħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C. Din il-lista ta' verifika tinkludi dikjarazzjoni tal-impenji li għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà tas-sit.

Ladarba timtela l-lista ta' verifika tal-validazzjoni, it-tagħrif li jkun hemm fil-lista ta' verifika għandu jiġi ttrattat bħala tagħrif ikklassifikat.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata jew tinżamm mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata;

(c) eżami tas-sit tal-applikant mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandu jitqies bħala verfika fuq il-post jekk isir mhux aktar kmieni minn 3 snin qabel id-data li fiha l-applikant ifittex approvazzjoni bħala kunsinnatur magħruf. F'dawk il-każijiet, l-applikant għandu jimla t-tagħrif meħtieġ fl-Ewwel Parti tal-'Lista ta' verifika tal-validazzjoni għall-kunsinnaturi mgaħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C u jibgħatha lill-awtorità xierqa flimkien mad-dikjarazzjoni tal-impenji li għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà tas-sit.

Iċ-ċertifikat AEO u l-valutazzjoni rilevanti tal-awtoritajiet doganali għandhom ikunu disponibbli mill-applikant għal aktar spezzjoni.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata jew tinżamm mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata;

(d) jekk l-awtorità xierqa tkun sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b) jew (a) u (c), kif applikabbli, għandha tiżgura li d-dettalji meħtieġa tal-kunsinnatur jiddaħħlu fil-'Bażi tad-dejta dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista' sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jkun imiss. Meta t-tagħrif jiddaħħal fil-bażi tad-dejta l-awtorità xierqa għandha tagħti identifikatur alfanumeriku uniku skont il-format standard għal kull sit approvat.

Jekk l-awtorità xierqa ma tkunx sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut bħala parti mill-punti (a) u (b) jew (a) u (c), kif applikabbli, ir-raġunijiet għandhom jiġu mgħarrfa minnufih lill-entità li tkun qiegħda tfittex li tikseb l-approvazzjoni bħala kunsinnatur magħruf;

(e) kunsinnatur magħruf ma għandux jitqies bħala approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jiddaħħlu fil-'Bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista'.

▼B

6.4.1.3. Kunsinnatur magħruf għandu jinnomina tal-anqas persuna waħda f’kull sit li għandha tkun responsabbli għall-applikazzjoni u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà f’dak il-post. Din il-persuna jeħtieġ li jkun sarilha kontroll tal-isfond b’eżitu pożittiv.

6.4.1.4. Kunsinnatur magħruf għandu jerġa’ jiġi vvalidat mill-ġdid f’intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames (5) snin. Dan għandu jinkludi verifika fuq il-post sabiex jiġi vvalutat jekk il-kunsinnatur magħruf għadux konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Spezzjoni mill-awtorità xierqa fil-bini ta’ kunsinnatur magħruf skont il-programm nazzjonali tiegħu tal-kontroll tal-kwalità tista’ titqies bħala verifika fuq il-post, sakemm din tkun tkopri l-oqsma kollha speċifikati fil-lista ta’ verifika tad-Dokument Mehmuż 6-C.

Eżami tas-sit tal-kunsinnatur magħruf mill-awtorità doganali rilevanti f'konformità mal-Artikolu 14n tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jitqies bħala verfika fuq il-post.

▼M19

6.4.1.5. Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-kunsinnatur magħruf mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta' implimentazzjoni tiegħu, għandha tirtira l-istatus ta' kunsinnatur magħruf għas-siti speċifiċi.

Jekk l-entità ma jkunx għada d-detentur taċ-ċertifikat AEO msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jew jekk dan iċ-ċertifikat jiġi sospiż minħabba nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 14k ta' dak ir-Regolament, l-awtorità xierqa għandha tieħu azzjoni xierqa biex tissodisfa ruħha li l-kunsinnatur magħruf jikkonforma mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

L-entità għandha tinforma lill-awtorità xierqa bi kwalunkwe bidla relatata maċ-ċertifikat AEO tagħha msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Immedjatament wara l-irtirar, u, f'kull każ, fi żmien 24 siegħa, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-bidla fl-istatus tal-kunsinnatur magħruf preċedenti hija indikata fil-'bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista'.

▼B

6.4.1.6. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li japplika miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kunsinnatur magħruf approvat skont il-punt 6.4 għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

Kunsinnaturi magħrufa approvati skont il-punt 6.4.1.2 (d) għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjoni l-oħra stipulati fil-punt 6.4 ta’ Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M19

6.4.1.7. L-awtorità xierqa għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità doganali, kull tagħrif relatat mal-istatus ta' kunsinnatur magħruf li jista' jkun rilevanti fir-rigward tal-kisba ta' ċertifikat AEO kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Dan jinkludi t-tagħrif relatat mal-approvazzjonijiet il-ġodda tal-kunsinnaturi magħrufa, mal-irtirar tal-istatus ta' kunsinnatur magħruf, mal-validazzjoni mill-ġdid u l-ispezzjonijiet, mal-iskedi ta' verifika u mar-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015, għandhom jiġu stabbiliti l-modalitajiet għal dan l-iskambju ta' tagħrif bejn l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet doganali nazzjonali.

▼B

6.4.2.    Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn kunsinnatur magħruf

6.4.2.1. Kunsinnatur magħruf għandu jiżgura li:

(a) jkun hemm livell ta’ sigurtà fis-sit jew fil-bini li jkun suffiċjenti sabiex il-merkanzija bl-ajru identifikabbli u l-posta bl-ajru identifikabbli jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata; u

▼M17

(b) il-membri kollha tal-persunal li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà jiġu rreklutati u mħarrġa skont ir-rekwiżiti tal-kapitolu 11 u l-membri kollha tal-persunal li jkollhom aċċess għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li jkunu diġà sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u soġġetti għal taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont ir-rekwiżiti tal-kapitolu 11; u

▼B

(c) matul il-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin, il-bgħit u/jew it-trasport, skont kif ikun xieraq, merkanzija bl-ajru identifikabbli u posta bl-ajru identifikabbli jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata jew minn tbagħbis;

Meta, għal kwalunkwe raġuni, dawn il-kontrolli tas-sigurtà ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna, jew meta l-kunsinna ma tkunx oriġinat mingħand il-kunsinnatur magħruf għall-kont tiegħu stess, il-kunsinnatur magħruf għandu jindika dan b’mod ċar lill-aġent regolat sabiex ikun jista’ jiġi applikat il-punt 6.3.2.3.

6.4.2.2. Il-kunsinnatur magħruf għandu jaċċetta li l-kunsinni li ma jkunux sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà xierqa jiġu skrinjati skont il-punt 6.2.1.

6.5.   KUNSINNATURI IN KONTO

6.5.1. Il-kunsinnaturi in konto għandhom jiġu nnominati minn aġent regolat.

6.5.2. Il-proċedura li ġejja għandha tapplika sabiex kunsinnatur jiġi nnominat bħala kunsinnatur in konto:

(a) L-aġent regolat għandu jipprovdi lill-entità bl-“Istruzzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-kunsinnaturi in konto” u d-“Dikjarazzjoni tal-impenji – kunsinnaturi in konto” kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-D. Dawn l-istruzzjonijiet u d-dikjarazzjoni għandhom jiġu pprovduti lill-aġent regolat mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih jinsab is-sit tiegħu.

(b) L-entità għandha tissottometti “Dikjarazzjoni tal-impenji – kunsinnaturi in konto” kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-D lill-aġent regolat, sakemm l-entità ma tkunx id-detentur ta’ ċertifikat tal-AEO kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993.

L-entità għandha tinnomina wkoll tal-anqas persuna waħda responsabbli għas-sigurtà fil-bini tagħha u għandha tgħarraf lill-aġent regolat bl-isem u bid-dettalji ta’ kuntatt ta’ din il-persuna.

Fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-aġent regolat u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata.

Meta r-rekwiżit li timtela Dikjarazzjoni tal-Impenji tkun ġiet irtirata abbażi ta’ ċerifikat tal-AEO, il-kunsinnatur in konto għandu jgħarraf minnufih lill-aġent regolat jekk ma jkunx għadu d-detentur tat-tali ċertifikat.

(c) L-aġent regolat għandu jwettaq validazzjoni billi jistabbilixxi d-dettalji li ġejjin tal-kunsinnatur in konto prospettiv:

 id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide; u

 in-natura tan-negozju; u

 id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli għas-sigurtà; u

 in-numru ta’ referenza tal-VAT jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija; u

 meta tiġi applikata l-eżenzjoni taħt il-punt 6.5.2 (b), in-numru taċ-ċertifikat tal-AEO.

(d) Jekk l-aġent regolat ikun sodisfatt bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (b) u (c), l-aġent regolat jista’ jinnomina l-entità bħala kunsinnatur in konto.

6.5.3. L-aġent regolat għandu jżomm bażi tad-dejta bit-tagħrif imsemmi fil-punt 6.5.2 (c). Il-bażi tad-dejta għandha tkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità xierqa.

6.5.4. Jekk ma jkun hemm l-ebda attività fiċ-ċaqliq tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru fil-kont tal-kunsinnatur in konto fi żmien sentejn (2), l-istatus ta’ kunsinnatur in konto għandu jiskadi.

6.5.5. Jekk l-awtorità xierqa jew l-aġent regolat ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward tal-konformità tal-kunsinnatur in konto mal-istruzzjonijiet kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-D, l-aġent regolat għandu jirtira minnufih l-istatus ta’ kunsinnatur in konto.

6.5.6. Meta, għal kwalunkwe raġuni, il-kontrolli tas-sigurtà speċifikati fl-“Istruzzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-kunsinnaturi in konto” ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna, jew meta l-kunsinna ma tkunx oriġinat mingħand il-kunsinnatur in konto għall-kont tiegħu stess, il-kunsinnatur in konto għandu jindika dan b’mod ċar lill-aġent regolat sabiex ikun jista’ jiġi applikat il-punt 6.3.2.3.

6.6.   PROTEZZJONI TA’ MERKANZIJA U POSTA

6.6.1.    Protezzjoni ta’ merkanzija u posta matul it-trasport

6.6.1.1. Sabiex jiġi żgurat li l-kunsinni li jkunu sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata matul it-trasport:

▼M9

(a) il-kunsinni għandhom jiġu ppakkjati jew issiġġillati mill-aġent regolat, mill-kunsinnatur magħruf jew mill-kunsinnatur in konto sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti; fejn dan ma jkunx possibbli, għandhom jittieħdu miżuri alternattivi ta' protezzjoni li jiżguraw l-integrità tal-kunsinna; u

▼B

(b) il-kompartiment tal-vettura għat-tagħbija tal-merkanzija fejn se jiġu ttrasportati l-kunsinni għandha tissakkar u tiġi ssiġillata jew vetturi li jkollhom il-purtieri fil-ġnub tagħhom għandhom jingħalqu b’mod sikur permezz tal-ħbula tat-TIR sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti, jew il-parti tat-tagħbija ta’ vetturi bi pjattaforma għall-ġarr għandha tinżamm taħt osservazzjoni; u jew

▼M19

(c) id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-E għandha ssir bi qbil mat-trasportatur li jkun daħal fi ftehim dwar it-trasport mal-aġent regolat, il-kunsinnatur magħruf jew il-kunsinnatur in konto, sakemm it-trasportatur innifsu ma jkunx aġent regolat.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-aġent regolat, mill-kunsinnatur magħruf jew mill-kunsinnatur in konto li f'ismu jkun qiegħed isir it-trasport. Meta tintalab, kopja tad-dikjarazzjoni ffirmata għandha tkun magħmula disponibbli wkoll għall-aġent regolat jew għat-trasportatur tal-ajru li jirċievi l-kunsinna, jew għall-awtorità xierqa konċernata; jew

▼B

(d) it-trasportatur għandu jipprovdi lill-aġent regolat, lill-kunsinnatur magħruf jew lill-kunsinnatur in konto li jkun qiegħed jipprovdi t-trasport għalihom, evidenza li jkun ġie ċċertifikat jew approvat minn awtorità xierqa.

Din l-evidenza għandha tinkludi r-rekwiżiti li jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-E u l-kopji għandhom jinżammu mill-aġent regolat, mill-kunsinnatur magħruf jew mill-kunsinnatur in konto konċernat. Meta tintalab, għandha tkun disponibbli wkoll kopja għall-aġent regolat jew għat-trasportatur tal-ajru li jirċievi l-kunsinna jew għal awtorità xierqa oħra.

6.6.1.2. Il-punti 6.6.1.1 (b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw waqt it-trasport fiż-żona tal-ajru.

▼M17

6.6.2.    Protezzjoni ta’ merkanzija u posta fl-ajruporti għat-tagħbija fuq inġenju tal-ajru

▼B

6.6.2.1. Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f’parti kritika għandhom jitqiesu bħala protetti minn interferenza mhux awtorizzata.

▼M17

6.6.2.2. Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta f’parti għajr parti kritika ta’ żona ristretta ta’ sigurtà għandhom ikunu lokalizzati fil-partijiet tal-post tal-aġent regolat fejn l-aċċess huwa kkontrollat, jew kull meta l-bini jinsab barra dawk il-partijiet, għandu jitqies bħala protett minn interferenza mhux awtorizzata jekk:

(a) ikunu protetti fiżikament sabiex jiġi evitat li jiddaħħlu xi oġġetti fihom; jew

(b) ma jitħallewx waħedhom u l-aċċess ikun limitat għal persuni involuti fil-protezzjoni u t-tagħbien tal-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta fuq l-inġenju tal-ajru.

▼M6

6.7.   MERKANZIJA JEW POSTA B'RISKJU GĦOLI (HRCM)

Id-dispożizzjonijiet għall-merkanzija jew il-posta b'riskju għoli huma stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

▼M11

6.8.   IL-PROTEZZJONI TAL-MERKANZIJA U L-POSTA LI JINĠARRU MINN PAJJIŻI TERZI LEJN L-UNJONI

6.8.1    Nominazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru

6.8.1.1. Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f’pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-Dokument mehmuż 6-F għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jkun innominat bħala “Trasportatur ta’ Merkanzija jew ta’ Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz” (ACC3):

(a) mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-Ċertifikat tal-Operatur tat-trasportatur tal-ajru;

(b) mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru elenkat fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009 ( 10 ) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2011 ( 11 ) dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni skont it-tifsira tal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara, għat-trasportaturi tal-ajru li mhumiex detenturi ta’ Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru;

(c) mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn it-trasportatur tal-ajru għandu l-bażi prinċipali tiegħu tal-operazzjonijiet fl-Unjoni, jew minn kwalunkwe awtorità xierqa oħra tal-Unjoni bi ftehim ma’ dik l-awtorità xierqa, għat-trasportaturi tal-ajru li mhumiex detenturi ta’ Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru u li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 748/2009.

6.8.1.2. In-nominazzjoni ta’ trasportatur tal-ajru bħala ACC3 fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu tal-merkanzija u tal-posta minn ajruport li għalih tkun meħtieġa nominazzjoni tal-ACC3 (minn hawn ‘il quddiem, “l-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija”) għanda tkun abbażi ta’

(a) in-nomina ta’ persuna b’responsabbiltà globali f’isem it-trasportatur tal-ajru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-merkanzija jew tal-posta fir-rigward tal-operazzjoni rilevanti tal-merkanzija; u

(b) sat-30 ta’ Ġunju 2014, “Dikjarazzjoni tal-impenji – ACC3” kif stipulat fid-Dokument mehmuż 6-H li tikkonferma l-implimentazzjoni tal-programm ta’ sigurtà li jkopri l-punti speċifikati fid-Dokument mehmuż 6-G. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata f’isem it-trasportatur tal-ajru mir-rappreżentant legali tiegħu jew mill-persuna responsabbli mis-sigurtà. Id-dikjarazzjoni oriġinali jew kopja tagħha għandha tinżamm mill-awtorità xierqa sad-data tal-iskadenza tan-nominazzjoni tal-ACC3;

(c) mill-1 ta’ Lulju 2014, rapport ta’ validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li jikkonferma l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà.

6.8.1.3. L-awtorità xierqa għandha talloka identifikatur alfanumeriku uniku fil-format standard lill-ACC3 innominat li jidentifika t-trasportatur tal-ajru u l-ajruport tal-pajjiż terz li għalih it-trasportatur tal-ajru jkun ġie nnominat biex iġorr il-merkanzija jew il-posta lejn l-Unjoni.

6.8.1.4. In-nominazzjoni għandha tkun valida minn dakinhar li l-awtorità xierqa tkun daħħlet id-dettalji tal-ACC3 ►M17  fil-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ , għal perjodu massimu ta’ ħames snin.

6.8.1.5. ACC3 elenkat ►M17  fil-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha għall-operazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz.

6.8.2.    Validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-ACC3

6.8.2.1. Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fir-rigward tal-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija ta’ trasportatur tal-ajru għandha tikkonsisti minn

(a) eżami tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li jiżgura r-rilevanza u l-kompletezza tiegħu fir-rigward tal-punti kollha stipulati fid-Dokument mehmuż 6-G; u

(b) verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija permezz tal-użu tal-lista ta’ kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3.

6.8.2.2. Il-verifika tal-implimentazzjoni tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha ssir fuq il-post, f’wieħed minn dawn il-gradi:

1. Fl-ajruport minn fejn it-trasportatur tal-ajru jkollu operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija qabel ma tkun tista’ tingħata n-nominazzjoni bħala ACC3 għal dak l-ajruport.

Jekk, bħala riżultat ta’ dan, il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tistabbilixxi n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi elenkati fil-lista ta’ kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3, l-awtorità xierqa ma għandhiex tinnomina lit-trasportatur tal-ajru bħala ACC3 għall-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija mingħajr prova tal-implimentazzjoni tal-miżuri mit-trasportatur tal-ajru sabiex jiġi rrettifikat in-nuqqas identifikat.

2. F’għadd rappreżentattiv ta’ ajruporti b’operazzjonijiet rilevanti ta’ merkanzija ta’ trasportatur tal-ajru qabel tingħata nominazzjoni bħala ACC3 għall-ajruporti kollha b’operazzjonijiet rilevanti ta’ merkanzija ta’ dak it-trasportatur tal-ajru. Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a) Din l-għażla tintalab mit-trasportatur tal-ajru li jopera bosta operazzjonijiet rilevanti ta’ merkanzija bl-ajru;

(b) l-awtorità xierqa tkun ivverifikat li t-trasportatur tal-ajru japplika programm ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

(c) in-numru rappreżentattiv għandu jkun mill-inqas 3 jew 5 %, skont liema jkun l-ogħla, u l-ajruporti kollha jkunu jinsabu f’oriġini ta’ riskju għoli;

(d) l-awtorità xierqa tkun qablet ma’ pjan direzzjonali li jiżgura l-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għal kull sena tan-nominazzjoni f’ajruporti addizzjonali li għalihom tkun sejra tingħata n-nominazzjoni bħala ACC3 jew sakemm jiġu vvalidati l-ajruporti kollha. Dawk il-validazzjonijiet għandhom kull sena jkunu mill-inqas ugwali fin-numru għal dawk meħtieġa fil-punt (c). Il-pjan direzzjonali għandu jgħid x’inhuma r-raġunijiet li jsostnu l-għażla tal-ajruporti addizzjonali;

(e) in-nominazzjonijiet kollha bħala ACC3 għandhom jiġu fi tmiemhom fl-istess ġurnata;

(f) fejn waħda mill-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE maqbula skont il-pjan direzzjonali tistabbilixxi n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi elenkati fil-lista ta’ kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3, l-awtorità xierqa li tinnomina għandha titlob prova tal-implimentazzjoni tal-miżuri li jirrettifikaw in-nuqqas identifikat f’dak l-ajruport, u, skont is-serjetà tan-nuqqas, titlob:

 validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tal-ajruporti kollha li għalihom tkun meħtieġa n-nominazzjoni tal-ACC3 skont il-punt 6.8.2.2.1 fi ħdan l-iskadenza stabbilita mill-awtorità xierqa, jew

 id-doppju tan-numru tal-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE stabbiliti skont il-punt (d) għal kull sena mis-snin li jifdal ta’ nominazzjonijiet bħala ACC3.

L-awtorità xierqa tista’ taċċetta r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ entità ta’ pajjiż terz għal nominazzjoni ACC3 f’każijiet fejn dik l-entità twettaq operazzjoni ta’ merkanzija sħiħa, inkluż it-tagħbien fl-istiva tal-inġenju tal-ajru, f’isem l-ACC3 u r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ikopri dawn l-attivitajiet kollha.

▼M19

6.8.2.3. L-awtorità xierqa tista' tinnomina trasportatur tal-ajru bħala ACC3 għal perjodu limitat, li jiġi fi tmiemu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2016, f'każ li validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma tkunx tista' sseħħ għal raġunijiet oġġettivi li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru. Fejn tali nominazzjoni tingħata għal perjodu ta' aktar minn sitt xhur, l-awtorità xierqa għandha tkun ivverifikat li t-trasportatur tal-ajru japplika programm ta' assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

▼M11

6.8.2.4. Fejn il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ ACC3 tkun saret qabel l-1 ta’ Lulju 2014 u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tat-tieni sentenza tal-punt 6.8.3.2 ma tkunx ġiet ikkonfermata, l-ACC3 għandu jipprovdi lill-awtorità xierqa bi prova tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2014. Il-prova għandha tikkonsisti minn aġġornament tal-parti rispettiva tal-programm tas-sigurtà u tista’ tikkonsisti minn verifika ta’ segwitu fuq il-post.

6.8.2.5. Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha tiġi rreġistrata f’rapport ta’ validazzjoni li jkun jikkonsisti mill-inqas fid-dikjarazzjoni tal-impenji stipulati fid-Dokument mehmuż 6-H1, il-lista ta’ kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3 u dikjarazzjoni mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE kif stipulata fid-Dokument mehmuż 11-A. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jissottometti r-rapport ta’ validazzjoni lill-awtorità x-xierqa u għandu jipprovdi kopja tagħha lit-trasportatur tal-ajru vvalidat.

6.8.3.    Il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta li jaslu minn pajjiż terz

6.8.3.1. L-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija u l-posta kollha li jinġarru għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f’ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati, sakemm:

(a) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta titgħabba; jew

(b) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn speditur magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta titgħabba; jew

▼M19

(c) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu ġew applikati għall-kunsinna minn kunsinnatur in konto, taħt ir-responsabbiltà tal-ACC3 jew ta' aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, il-kunsinna tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba, u ma tinġarrx fuq inġenju tal-ajru tal-passiġġieri; jew

▼M11

(d) il-kunsinna tkun eżentata mill-iskrinjar skont il-punt 6.1.1.d tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u tkun ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta tkun saret merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli sa ma titgħabba.

▼M19

6.8.3.2. Il-merkanzija u l-posta li jinġarru lejn l-Unjoni għandhom jiġu skrinjati permezz ta' wieħed mill-mezzi u l-metodi elenkati fil-punt 6.2.1 skont standard li jkun biżżejjed biex jiġi żgurat b'mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.

▼M11

6.8.3.3. L-ACC3 għandu jiżgura, fir-rigward ta’

▼M19

(a) it-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija jew tal-posta, li l-iskrinjar skont il-punt 6.8.3.2 jew il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati minnu nnifsu jew minn entità vvalidata tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fil-punt tal-oriġini jew f'xi punt ieħor fil-katina tal-provvista, u li tali kunsinni jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta jitgħabbew;

▼M11

(b) il-merkanzija u l-posta b’riskju għoli, li l-iskrinjar skont il-punt 6.7 ikun ġie applikat minnu nnifsu jew minn entità vvalidata tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fil-punt tal-oriġini jew f’xi punt ieħor fil-katina tal-provvista, li tali kunsinni jkunu ġew ittikkettjati bħala SHR u li jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa meta jitgħabbew.

6.8.3.4. L-identifikatur alfanumeriku uniku tal-ACC3 u l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna kif imsemmi fil-punt 6.3.2.6(d), maħruġa minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandhom jiġu indikati fid-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, jew fil-forma ta’ polza tat-tagħbija bl-ajru, ta’ dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f’dikjarazzjoni separata u, jew f’format elettroniku jew bil-miktub.

6.8.3.5. Fin-nuqqas ta’ aġent regolat li ssir referenza għalih fil-punt 6.8.4, l-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz elenkat fid-Dokument mehmuż 6Fii jista’ joħroġ id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà.

6.8.4.    Il-validazzjoni tal-aġenti regolati u tal-ispedituri magħrufa

▼M19

6.8.4.1. Sabiex isir aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew kunsinnatur magħruf, l-entitajiet li jinsabu f'pajjiżi terzi għandhom jiġu vvalidati skont waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin u għandhom jiġu elenkati fil-bażi tad-dejta tal-ACC3(s) fejn jitwasslu direttament il-merkanzija jew il-posta sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:

(a) il-programm tas-sigurtà tal-ACC3 għandu jistabbilixxi d-dettalji tal-kontrolli tas-sigurtà implimentati f’ismu minn entitajiet minn pajjiżi terzi minn fejn huwa jaċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament sabiex jinġarru lejn l-Unjoni. Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tal-ACC3 għandha tivvalida l-kontrolli tas-sigurtà applikati minn dawk l-entitajiet; jew

(b) l-entitajiet minn pajjiżi terzi jissottomettu l-attivitajiet rilevanti ta’ ġestjoni tal-merkanzija għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE f’intervalli ta’ mhux aktar minn 5 snin u jipprovdu lill-ACC3(s) b’kopja tar-rapport tal-validazzjoni.

6.8.4.2. Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1(b) tikkonkludi li l-entità

(a) irnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija fil-lista ta’ kontroll rilevanti, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jgħid li l-entità hija nnominata bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew bħala speditur magħruf. Il-validatur għandu jipprovdi lill-entità vvalidata bl-oriġinal tar-rapport tal-validazzjoni;

(b) naqset milli tikkonforma mal-objettivi msemmija fil-lista ta’ kontroll rilevanti, l-entità ma tkunx awtorizzata biex topera l-ġarr tal-merkanzija lejn l-UE. Hija għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll kompluta li tgħid x’inhuma n-nuqqasijiet.

6.8.4.3. L-ACC3 għandu iżomm(u) database li tagħti mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull aġent regolat jew speditur magħruf li jkun soġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1, minn fejn huwa jaċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:

(a) id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide,

(b) in-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju,

(c) id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà,

(d) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli,

(e) fejn ikun disponibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2014, ir-rapport tal-validazzjoni.

Id-database għandha tkun disponibbli għal spezzjoni tal-ACC3.

Entitajiet ivvalidati oħrajn tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jistgħu jżommu database ta’ dan it-tip.

▼M19

6.8.4.4. Entità tal-merkanzija jew tal-posta ttrasportata bl-ajru li taħdem f'netwerk b'siti differenti f'pajjiżi terzi, tista' tikseb nominazzjoni waħda bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li tkopri s-siti kollha tan-netwerk jekk:

(a) l-operazzjonijiet rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni tan-netwerk, inklużi s-servizzi ta' trasport bejn is-siti, ikunu koperti minn programm uniku ta' sigurtà jew minn programmi standardizzati ta' sigurtà; u

(b) l-implimentazzjoni tal-programmi ta' sigurtà għanhom ikunu suġġetti għal programm uniku ta' assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE; u

(c) qabel in-nominazzjoni tan-netwerk bħala aġent regolat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, is-siti li ġejjin tal-entità ġew soġġetti għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE:

i. is-siti li minnhom il-merkanzija jew il-posta titwassal direttament għal ACC3, u

ii. minn tal-inqas żewġ siti jew numru li jikkorrispondi għal 20 % tas-siti tan-netwerk, skont liema minnhom huwa l-ogħla, li minnhom il-merkanzija jew il-posta tintbagħat fis-siti msemmija fil-punt i., u

iii. is-siti kollha li jinsabu f'pajjiżi terzi elenkati fid-Dokument Mehmuż 6-I tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 774.

Sabiex l-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jibqa' nnominat għas-siti kollha tan-netwerk li jkunu għadhom ma ġewx ivvalidati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, kull sena wara s-sena tan-nominazzjoni, minn tal-inqas żewġ siti jew numru li jikkorispondi għal 20 % tas-siti, skont liema minnhom huwa l-ogħla, li minnhom il-merkanzija jew il-posta tintbagħat fis-siti msemmija fil-punt (c) i. għandhom ikunu suġġetti għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE sakemm is-siti kollha jkunu vvalidati.

Validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jistabbilixxi l-pjan direzzjonali li jelenka l-ordni tas-siti li jridu jiġu vvalidati kull sena, magħżula b'mod aleatorju. Il-pjan direzzjonali għandu jiġi stabbilit b'mod indipendenti mill-entità li tħaddem in-netwerk u ma jistax jinbidel minn dik l-istess entità. Dan il-pjan direzzjonali għandu jifforma parti integrali mir-rapport ta' validazzjoni li abbażi tiegħu n-netwerk ikun ġie nnominat bħala aġent tal-UE regolat u vvalidat ta' pajjiż terz.

Ladarba jkun ġie suġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, sit tan-netwerk għandu jitqies bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.2 (a).

6.8.4.5. Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta' sit tan-netwerk imsemmi fil-punt 6.8.4.4 (c) ii tikkonkludi li s-sit naqas milli jikkonforma mal-objettivi msemmija fil-lista ta' verifika li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C2, il-merkanzija u l-posta minn dak is-sit għandhom jiġu skrinjati f'sit ivvalidat skont il-punt 6.8.4.2 (a) sakemm validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tikkonferma l-konformità mal-objettivi tal-lista ta' verifika.

6.8.4.6. Il-punti 6.8.4.4 sa 6.8.4.6 jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2018.

▼M11

6.8.5    In-nuqqas tal-konformità u s-sospensjoni tan-nominazzjoni bħala ACC3

6.8.5.1.   In-nuqqas tal-konformità

1. F’każ li l-Kummissjoni jew awtorità xierqa tidentifika nuqqas serju relatat ma’ operazzjoni tal-ACC3 li jitqies bħala li għandu impatt sinifikanti fuq il-livell globali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni, hija għandha:

(a) tgħarraf minnufih lill-ACC3 ikkonċernat, titolbu l-kummenti u tieħu l-miżuri xierqa sabiex tirrettifika n-nuqqas serju;

(b) tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

2. Meta awtorità xierqa ma tkunx għamlet ir-rettifika, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-kumitat regolatorju għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, tikkonkludi li t-trasportatur ma għandux jibqa’ jkun rikonoxxut bħala ACC3, kemm għal rotot speċifiċi kif ukoll għar-rotot kollha minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, id-dettalji tal-ACC3 għandhom jitneħħew ►M17  mill-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ .

3. Trasportatur tal-ajru li r-rikonoxximent tiegħu bħala ACC3 ikun ġie rtirat skont il-punt 6.8.5.1 ma għandux jerġa’ jiddaħħal jew jiġi inkluż ►M17  fil-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ sakemm il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma tkunx ikkonfermat li n-nuqqas serju ġie rrettifikat u l-kumitat dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili jkun ġie mgħarraf dwar dan mill-awtorità rilevanti xierqa.

6.8.5.2.   Is-sospensjoni

L-awtorità xierqa li nnominat l-ACC3 hija responsabbli għat-tneħħija tal-ACC3 ►M17  mill-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄

(a) fuq it-talba tat-trasportatur tal-ajru jew bi qbil miegħu jew

(b) fejn l-ACC3 ma jsegwix l-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija u ma jirreaġixxix għal talba għall-kummenti jew inkella jfixkel il-valutazzjoni tar-riskju għall-avjazzjoni.

▼B

DOKUMENT MEHMUŻ 6-A

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI – AĠENT REGOLAT

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

 skont l-aħjar tagħrif u twemmin tiegħi, it-tagħrif li jinsab fil-programm tas-sigurtà tal-kumpanija huwa veru u preċiż,

 il-prattiki u l-proċeduri stabbiliti f’dan il-programm tas-sigurtà se jiġu implimentati u se jinżammu fis-siti kollha koperti bil-programm,

 dan il-programm tas-sigurtà se jiġi aġġustat u adattat sabiex ikun konformi ma’ kull bidla rilevanti futura fil-leġiżlazzjoni tal-KE, sakemm [isem il-kumpanija] ma tkunx avżat lil [isem l-awtorità xierqa] li ma tixtieqx tibqa’ fin-negozju bħala aġent regolat,

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] bil-miktub dwar:

 

(a) bidliet żgħar li jsiru fil-programm tas-sigurtà tagħha, bħalma huma isem il-kumpanija, il-persuna responsabbli għas-sigurtà jew id-dettalji tal-kuntatt, il-bdil tal-persuna li teħtieġ l-aċċess ►M17  għall-bażi ta’ dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ , minnufih u tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol, u

(b) bidliet kbar li jkunu ppjanati, bħalma huma proċeduri ġodda ta’ skrinjar, xogħlijiet kbar ta’ kostruzzjoni li jistgħu jaffettwaw il-konformità tagħha mal-leġiżlazzjoni tal-KE rilevanti jew bidla fil-post/indirizz, tal-anqas 15-il jum tax-xogħol qabel ma jinbdew/il-bidla ppjanata.

 sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi,

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti pprojbiti fil-kunsinni,

▼M9

 [isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà fil-kuntest tal-programm tas-sigurtà tal-kumpanija; u

▼B

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] jekk:

 

(a) twaqqaf in-negozju;

(b) ma tibqax timmaniġġa merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru; jew

(c) ma tkunx tista’ tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-KE rilevanti.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

▼M17

DOKUMENT MEHMUŻ 6-B

GWIDA GĦALL-KUNSINNATURI MAGĦRUFA

Din il-gwida għandha tgħinek tivvaluta l-arranġamenti eżistenti tas-sigurtà tiegħek skont il-kriterji meħtieġa għall-kunsinnaturi magħrufa kif deskritti fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu. Dan għandu jippermettilek tiżgura li int tissodisfa r-rekwiżiti qabel ma torganizza żjara uffiċjali ta’ validazzjoni fuq il-post.

Huwa importanti li l-validatur ikun jista’ jkellem lill-persuni xierqa waqt iż-żjara ta’ validazzjoni (eż. il-persuna responsabbli għas-sigurtà u l-persuna responsabbli għar-reklutaġġ tal-persunal). Lista ta’ verifika tal-UE se tintuża biex tirreġistra l-valutazzjonijiet tal-validatur. Ladarba timtela l-lista ta’ verifika tal-validazzjoni, it-tagħrif li jkun hemm fil-lista ta’ verifika se jiġi ttrattat bħala tagħrif ikklassifikat.

Jekk jogħġbok kun af li l-mistoqsijiet fuq il-lista ta’ verifika tal-UE huma ta’ żewġ tipi: (1) dawk li f’każ ta’ reazzjoni negattiva awtomatikament ifissru li ma tistax tiġi aċċettat bħala kunsinnatur magħruf u (2) dawk li se jintużaw biex joħolqu stampa ġenerali tal-provvedimenti ta’ sigurtà tiegħek sabiex lill-validatur jippermettulu jilħaq konklużjoni ġenerali. Il-partijiet fejn “insuffiċjenza” tiġi rreġistrata awtomatikament huma indikati bir-rekwiżiti indikati bit-tipa grassa hawn taħt. Jekk ikun hemm “insuffiċjenza” għar-rekwiżiti indikati bit-tipa grassa, jingħatawlek ir-raġunijiet għal dan u wkoll parir dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex tgħaddi.

▼M19

Jekk int detentur ta' ċertifikat AEO imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (l-hekk imsejħa ċertifikati AEOF u AEOS) u jekk is-sit li għalih qed titlob l-istatus ta' kunsinnatur magħruf ġie eżaminat b'suċċess mill-awtoritajiet doganali f'data li ma tkunx qabel 3 snin mid-data tat-talba tal-istatus ta' kunsinnatur magħruf, int meħtieġ li timla, u li rappreżentant legali tal-kumpanija tiegħek jiffirma, l-Ewwel (1) Parti dwar l-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-impenji tal-'Lista ta' verifika tal-validazzjoni għal kunsinnaturi magħrufa' li tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C.

▼M17

Daħla

Il-merkanzija fuq il-post li se jiġi spezzjonat għandha tkun oriġinata mill-kumpanija tiegħek. Dan ikopri l-manifattura li ssir fuq il-post u operazzjonijiet ta’ ġbir u ppakkjar (pick and pack) fejn l-oġġetti ma jkunux identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru sakemm ma jintgħażlux biex titlesta ordni partikolari. (Ara wkoll in-Nota)

Jeħtieġ li inti tiddetermina meta kunsinna ta’ merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru u turi li jeżistu l-miżuri rilevanti li jipproteġuha minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati. Dan għandu jinkludi dettalji dwar il-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin u/jew il-bgħit.

▼M19

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet

Se tkun meħtieġ tipprovdi dettalji dwar l-organizzazzjoni tiegħek (l-isem, in-numru tal-VAT jew tal-Kamra tal-Kummerċ jew in-numru ta' reġistrazzjoni tal-korporazzjoni jekk ikunu applikabbli, in-numru taċ-ċertifikat AEO u d-data tal-aħħar eżami ta' dan is-sit mill-awtoritajiet doganali, jekk ikun applikabbli), l-indirizz tas-sit li għandu jiġi vvalidat u l-indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk dan ikun differenti minn dak tas-sit li jkun se jiġi vvalidat). Huma meħtieġa: id-data taż-żjara tal-validazzjoni preċedenti u l-aħħar identifikatur alfanumeriku uniku (jekk ikun applikabbli), kif ukoll in-natura tal-kummerċ, l-għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post, l-isem u t-titlu tal-persuna responsabbli għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru u d-dettalji ta' kuntatt.

▼M17

Proċedura ta’ reklutaġġ tal-persunal

Se jkun meħtieġ li tipprovdi dettalji dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ għall-persunal kollu (permanenti, temporanju jew persunal ta’ aġenziji, xufiera) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli. Il-proċedura ta’ reklutaġġ għandha tinkludi kontroll ta’ qabel l-impjieg jew kontroll tal-isfond skont il-punt 11.1 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Iż-żjara tal-validazzjoni fuq il-post se tinvolvi intervista mal-persuna responsabbli għar-reklutaġġ tal-persunal. Ikun meħtieġ li huwa/hija jippreżenta/tippreżenta evidenza (eż. formoli vojta) biex tissostanzja l-proċeduri tal-kumpanija. Din il-proċedura ta’ reklutaġġ għandha tapplika għall-persunal irreklutat wara d-29 ta’ April 2010.

Proċedura ta’ taħriġ tal-persunal dwar sigurtà

Li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenziji, sewwieqa) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu ġew soġġetti għal taħriġ xieraq dwar kwistjonijiet ta’ għarfien rigward is-sigurtà. Dan it-taħriġ għandu jsir skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Għandhom jinżammu reġistri ta’ taħriġ individwali. Barra minn hekk, tkun meħtieġ turi li l-membri kollha tal-persunal rilevanti li jimplimentaw il-kontrolli tas-siġurtà jkunu rċevew taħriġ jew taħriġ rikorrenti skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010.

Is-sigurtà fiżika

Se tintalab turi kif inhuwa protett is-sit tiegħek (eż. ċint fiżiku jew barriera) u li jeżistu l-proċeduri rilevanti ta’ kontroll fuq l-aċċess. Fejn applikabbli, se tintalab tipprovdi dettalji dwar kwalunkwe sistema ta’ allarm u/jew ta’ CCTV possibbli. Huwa essenzjali li l-aċċess għaż-żona fejn il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi pproċessata jew maħżuna, ikun ikkontrollat. Jeħtieġ li l-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra ta’ aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jkunu sikuri jew soġġetti għal kontroll fuq l-aċċess.

Produzzjoni (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni hija kkontrollata u l-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-produzzjoni jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

Ippakkjar (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar hija kkontrollata u l-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ippakkjar jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

Se tintalab tipprovdi dettalji dwar il-proċess tiegħek tal-ippakkjar u turi li l-oġġetti kollha lesti jiġu kkontrollati qabel l-ippakkjar.

Jeħtieġ li tiddeskrivi l-imballaġġ ta’ barra meta jkun lest u turi li huwa b’saħħtu. Trid turi wkoll kif l-imballaġġ ta’ barra, lest minn kollox, ma jkunx jista’jiġi mbagħbas, pereżempju bl-użu ta’ siġilli nnumerati, tejp tas-sigurtà, timbri speċjali jew kaxxi tal-kartun magħluqa permezz tat-tejp. Teħtieġ turi wkoll li dawn jinżammu f’kundizzjonijiet ta’ sigurtà meta ma jkunux qegħdin jintużaw u li tikkontrolla l-produzzjoni tagħhom.

Ħżin (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-ħżin huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru waqt li jkun qiegħed jinħażen se jkollok turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

Fl-aħħar nett, jeħtieġ li turi li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru lesta u ppakkjata tiġi ċċekkjata qabel il-bgħit.

Bgħit (fejn applikabbli)

Jeħtieġ li turi li l-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tad-dispaċċ jkun meħtieġ li turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

It-trasportazzjoni

Jeħtieġ li tipprovdi dettalji dwar il-metodu tat-trasport tal-merkanzija/posta għal għand l-aġent regolat.

Jekk tuża t-trasport tiegħek stess, jeħtieġ li turi li s-sewwieqa tiegħek ġew imħarrġa sal-livell meħtieġ. Jekk il-kumpanija tiegħek tuża kuntrattur, jeħtieġ li tiżgura li a) il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun ġiet issiġillata jew ippakkjata minnek sabiex tiżgura li kull tbagħbis ikun evidenti u b) id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif inhi fid-Dokument Mehmuż 6-E tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 ġiet iffirmata mit-trasportatur.

Jekk inti responsabbli għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru, se jkollok turi li l-mezzi tat-trasport jistgħu jiġu assigurati, jew bl-użu ta’ siġilli, jekk dan ikun prattikabbli, jew bi kwalunkwe mod ieħor. Meta jintużaw siġilli nnumerati, se jkollok turi li l-aċċess għas-siġilli huwa kkontrollat u n-numri huma rreġistrati; jekk jintużaw metodi oħra jeħtieġ li turi kif il-merkanzija/posta tkun tista’ turi li ma ġietx imbgħabsa u/jew kif tinżamm sikura. Barra minn hekk jeħtieġ li turi li jeżistu miżuri biex tkun ivverifikata l-identità tas-sewwieqa tal-vetturi li jiġbru l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiegħek. Jeħtieġ ukoll li turi li inti tiżgura li l-merkanzija/posta tkun sikura meta tħalli l-bini. Jeħtieġ li turi li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru hija protetta minn interferenza mhux awtorizzata waqt it-trasport.

Mhux se jkollok tipprovdi evidenza dwar it-taħriġ tas-sewwieq jew kopja tad-dikjarazzjoni tat-trasportatur meta aġent regolat ikun għamel l-arranġamenti tat-trasport għall-ġbir tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru mill-bini tiegħek.

Responsabbiltajiet tal-kunsinnatur

Jeħtieġ li tiddikjara li se taċċetta spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel mill-ispetturi tal-awtorità xierqa għall-fini ta’ monitoraġġ ta’ dawn l-istandards.

Jeħtieġ ukoll li tiddikjara li tipprovdi [isem l-awtorità xierqa] bid-dettalji rilevanti minnufih iżda tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol jekk:

(a)   ir-responsabbiltà komprensiva għas-sigurtà tkun assenjata lil kwalunkwe persuna għajr dik imsemmija

(b)   ikun hemm kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq is-sigurtà

(c)   il-kumpanija tiegħek ma tibqax fin-negozju, ma tibqax tittratta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma tistax tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

Fl-aħħar nett jeħtieġ li tiddikjara li se żżomm l-istandards ta’ sigurtà saż-żjara u/jew l-ispezzjoni sussegwenti tal-validazzjoni fuq il-post.

Imbagħad se tintalab taċċetta r-responsabbiltà sħiħa għad-dikjarazzjoni u tiffirma d-dokument tal-validazzjoni.

NOTI

Apparat esplożiv jew inċendjarju

Apparat esplożiv u inċendjarju armat jista’ jinġarr f’kunsinni ta’ merkanzija jekk ir-rekwiżiti tar-regoli tas-sikurezza kollha jiġu ssodisfati kompletament.

Il-kunsinni minn sorsi oħra

Kunsinnatur magħruf jista’ jgħaddi kunsinni li ma jkunx oriġinahom huwa stess għal għand aġent regolat, bil-kundizzjoni li:

(a) ikunu separati minn kunsinni li jkun oriġina huwa stess; u

(b) l-oriġini tkun indikata b’mod ċar fuq il-kunsinna jew fuq id-dokumentazzjoni mehmuża.

It-tali kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.

DOKUMENT MEHMUŻ 6-C

VALIDAZZJONI TAL-LISTA TA’ VERIFIKA GĦAL KUNSINNATURI MAGĦRUFA

Noti dwar il-mili:

Meta tkun qiegħed timla din il-formola jekk jogħġbok innota li:

 L-entrati mmarkati* huma dejta obbligatorja u JEĦTIEĠ li jimtlew,

 Jekk it-tweġiba għal kwalunkwe mistoqsija b’tipa grassa hija LE, il-validazzjoni JEĦTIEĠ li tiġi vvalutata bħala INSUFFIĊJENTI. Dan ma japplikax meta l-mistoqsijiet ma jkunux applikabbli,

 Il-valutazzjoni ġenerali tista’ tiġi vvalutata biss bħala SUFFIĊJENTI wara li l-kunsinnatur ikun iffirma d-dikjarazzjoni tal-impenji fl-aħħar paġna,

 Id-dikjarazzjoni oriġinali tal-impenji jeħtieġ li tinżamm minn jew tkun disponibbli għall-awtorità xierqa sa ma tiskadi l-validazzjoni. Kopja tad-dikjarazzjoni għandha tingħata wkoll lill-kunsinnatur.

▼M19

IL-PARTI 1

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet



1.1  Data tal-validazzjoni*

jj/xx/ssss

 

1.2  Data tal-validazzjoni ta' qabel u l-Identifikatur Uniku, fejn ikun applikabbli

jj/xx/ssss

 

UNI

 

1.3  Isem l-organizzazzjoni li għandha tiġi vvalidata*

Isem

Numru tal-VAT/Numru tal-Kamra tal-Kummerċ/Numru ta' reġistrazzjoni tal-korporazzjoni (jekk applikabbli)

1.4  Tagħrif dwar iċ-ċertifikat AEOF jew AEOS, jekk applikabbli

Numru taċ-ċertifikat tal-AEO

 

Data ta' meta dan is-sit ġie eżaminat l-aħħar mill-awtoritajiet doganali

 

1.5  Indirizz tas-sit li għandu jiġi vvalidat*

Numru/Unità/Bini

 

Triq

 

Belt

 

Kodiċi postali

 

Pajjiż

 

1.6  Indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk dan ikun differenti minn dak tas-sit li se jiġi vvalidat, sakemm ikun fl-istess pajjiż)

Numru/Unità/Bini

 

Triq

 

Belt

 

Kodiċi postali

 

Pajjiż

 

1.7  Natura tal-Kummerċ — tipi ta' merkanzija pproċessati

1.8  L-applikant huwa responsabbli għal dawn li ġejjin:

(a)  Produzzjoni

(b)  Imballaġġ

(c)  Ħżin

(d)  Dispaċċ

(e)  Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika

 

1.9  Għadd approssimattiv ta' ħaddiema fuq il-post

 

1.10  Isem u t-titlu tal-persuna responsabbli għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru*

Isem

 

Titlu tax-xogħol

 

1.11  Numru ta' kuntatt bit-telefown

Numru tat-telefown

 

1.12  Posta elettronika *

Posta elettronika

 

▼M17

IL-PARTI 2

Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli (“Ħin/lok tal-identifikazzjoni”)

Għan: Li jiġi stabbilit il-punt (jew: il-post) fejn il-merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta. Il-ħin/il-lok tal-identifikazzjoni hija ddefinita bħala l-ħila li wieħed jivvaluta meta/fejn il-merkanzija/posta tkun identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru.

2.1. Permezz ta’ spezzjoni tal-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin, l-għażla, il-bgħit u kwalunkwe parti oħra rilevanti, żgura fejn u kif kunsinna tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ssir identifikabbli bħala tali.

Iddeskrivi:

NB. N.B. Għandu jingħata tagħrif dettaljat dwar il-protezzjoni ta’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati fil-Partijiet 5 sa 8.

IL-PARTI 3

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

Għan: Li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenziji, sewwieqa) li jkollhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu ġew soġġetti għal kontroll xieraq ta’ qabel l-impjieg u/jew kontroll tal-isfond kif ukoll jingħataw taħriġ skont il-punt 11.2.7 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Barra min hekk, li jiġi żgurat li l-membri kollha tal-persunal li jimplimentaw l-kontrolli tas-sigurtà fir-rigward tal-provvisti jitħarġu skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010.

Jekk il-mistoqsijiet 3.1 u 3.2 ikunu jew ma jkunux bit-tipa grassa (u għalhekk meta t-tweġiba tkun LE l-valutazzjoni jeħtieġ li tkun insuffiċjenti) jiddependi mir-regoli nazzjonali applikabbli tal-Istat fejn jinsab is-sit. Madankollu, tal-anqas waħda minn dawn iż-żewġ mistoqsijiet jeħtieġ li tkun bit-tipa grassa, u permezz ta’ dan jista’ jkun permess li fejn ikun twettaq kontroll tal-isfond, kontroll ta’ qabel l-impjieg ma jkunx meħtieġ aktar. Jeħtieġ li l-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà dejjem isirilha kontroll tal-isfond.)



3.1.  Hemm proċedura ta’ reklutaġġ għall-membri kollha tal-persunal li għandhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli li tinkludi kontroll ta’ qabel l-impjieg skont il-punt 11.1.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010? Dan japplika għall-persunal irreklutat wara [id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008].

IVA jew LE

 

Jekk IVA, liema tip

 

3.2.  Din il-proċedura ta’ reklutaġġ tinkludi wkoll kontroll tal-isfond, inkluż kontroll tar-reġistri kriminali, skont il-punt 11.1.3 tal-Anness tar-Regolament 185/2010?

Dan japplika għall-persunal irreklutat wara [id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008].

IVA jew LE

 

Jekk IVA, liema tip

 

3.3.  Il-proċess tal-ħatra tal-persuna msemmija responsabbli għall-applikazzjoni u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post jinkudi rekwiżit għall-kontroll tal-isfond, inkluż kontroll tar-reġistri kriminali skont il-punt 11.1.3 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

3.4.  Il-persuni b’aċċess għall-merkanzija tal-ajru indentifikabbli/posta tal-ajru identifikabbli jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti? Il-kontrolli tas-sigurtà ta’ implimentazzjoni tal-membri tal-persunal fir-rigward ta’ provvisti jirċievu t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

3.5.  Il-membri tal-persunal (kif imsemmi hawn fuq) jirċievu taħriġ ta’ aġġornament skont il-frekwenza stabbilita għal dan it-taħriġ?

IVA jew LE

 

3.6.  Valutazzjoni — il-miżuri huma biżżejjed sabiex jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal li għandhom aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli u l-membri tal-persunal li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u mħarrġa skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

IL-PARTI 4

Is-sigurtà fiżika

Għan: Li jiġi stabbilit jekk hemmx livell ta’ sigurtà (fiżika) fis-sit jew fil-bini li huwa biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata.



4.1.  Is-sit huwa protett minn ċint fiżiku jew barriera?

IVA jew LE

 

4.2.  Il-punti ta’ aċċess għas-sit kollha huma soġġetti għall-kontroll fuq l-aċċess?

IVA jew LE

 

4.3.  Jekk IVA, il-punti ta’ aċċess huma…?

Issorveljati mill-persunal:

 

Manwal

 

Awtomatiċi

 

Elettroniċi

Oħrajn, speċifika

4.4.  Il-bini għandu kostruzzjoni solida?

IVA jew LE

 

4.5.  Il-bini għandu sistema effikaċi tal-allarm?

IVA jew LE

 

4.6.  Il-bini għandu sistema effikaċi tas-CCTV?

IVA jew LE

 

4.7.  Jekk iva, l-immaġnijiet tas-CCTV jiġu rrekordjati?

IVA jew LE

 

4.8.  Il-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra ta’ aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli sikuri jew soġġetti għall-kontroll fuq l-aċċess?

IVA jew LE

 

4.9.  Jekk le, speċifika r-raġunijiet

4.10.  Valutazzjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jevitaw aċċess mhux awtorizzat għal dawk il-partijiet tas-sit u l-bini fejn tiġi pproċessata jew maħżuna l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

IL-PARTI 5

Il-produzzjoni

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-produzzjoni.



5.1.  L-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat?

IVA jew LE

 

5.2.  Jekk IVA, kif?

5.3.  Il-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

5.4.  Jekk IVA, kif?

5.5.  Jeżistu kontrolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

5.6.  Valutazzjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati tul il-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

IL-PARTI 6

L-ippakkjar

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ippakkjar.



6.1.  Il-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

6.2.  Jekk IVA, kif?

6.3.  Jekk jogħġbok iddeskrivi l-imballaġġ ta’ barra meta jkun lest:

(a)  Meta jitlesta, l-imballaġġ ta’ barra huwa sod?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

(b)  Meta jitlesta, l-imballaġġ ta’ barra juri li ma jkunx ġie mbagħbas?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

6.4.(a)  Jintużaw siġilli nnumerati, tejp tas-sigurtà jew timbri speċjali sabiex jintwera li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ma ġietx imbagħbsa?

IVA jew LE

 

Jekk IVA:

 

6.4.(b)  Is-siġilli nnumerati, it-tejp tas-sigurtà jew it-timbri speċjali jinżammu f’kundizzjonijiet sikuri meta ma jkunux qegħdin jintużaw?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

6.4.(c)  Il-produzzjoni tas-siġilli nnumerati, it-tejp tas-sigurtà, u/jew it-timbri hija kkontrollata?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi:

 

6.5.  Jekk it-tweġiba għal 6.4 (a) hija IVA, kif isir dan il-kontroll?

6.6  Valutazzjoni: Il-proċeduri tal-ippakkjar huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

IL-PARTI 7

Il-ħażna

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-ħżin.



7.1.  Meta tkun lesta u ppakkjata, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tinħażen b’mod sikur u jiġi ċċekkjat jekk kienx hemm tbagħbis?

IVA jew LE

 

7.2.  Valutazzjoni: Il-proċeduri tal-ħżin huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tkun protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

IL-PARTI 8

Il-bgħit

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tul il-proċess tal-bgħit.



8.1.  L-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat?

IVA jew LE

 

8.2.  Jekk IVA, kif?

8.3.  Min għandu aċċess għaż-żona tal-bgħit?

L-impjegati?

IVA jew LE

 

Is-sewwieqa?

IVA jew LE

 

Il-viżitaturi?

IVA jew LE

 

Il-kuntratturi

IVA jew LE

 

8.4.  Valutazzjoni: Il-protezzjoni hija biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati fiż-żona tal-bgħit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

IL-PARTI 8A

Il-kunsinni minn sorsi oħra

Għan: li jiġu stabbiliti proċeduri sabiex ikunu ttrattati kunsinni mhux sikuri.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet biss jekk il-kunsinni għat-trasport bl-ajru qegħdin jiġu aċċettati minn kumpaniji oħra.



8 A.1.  Il-kumpanija taċċetta kunsinni ta’ merkanzija maħsuba għat-trasport bl-ajru minn kwalunkwe kumpanija oħra?

IVA JEW LE

 

8 A.2.  Jekk IVA, dawn kif jinżammu separati mill-merkanzija tal-kumpanija stess u kif jiġu identifikati għall-aġent regolat/it-trasportatur?

IL-PARTI 9

It-trasportazzjoni

Għan: Li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati.



9.1.  Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru kif tiġi ttrasportata għal għand l-aġent regolat?

(a)  Mill-aġent regolat, jew f’ismu?

IVA jew LE

 

(b)  Bit-trasport tal-kunsinnatur stess?

IVA jew LE

 

(c)  Minn kuntrattur li jintuża mill-kunsinnatur?

IVA jew LE

 

9.2.  Meta kunsinnatur juża kuntrattur:

— il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru qed tiġi ssiġillata jew ippakkjata qabel it-trasportazzjoni sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti? u

— it-trasportatur iffirmaha d-dikjarazzjoni tat-trasportatur?

IVA jew LE

 

Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin biss meta 9.1(b) jew 9.1(c) japplikaw

9.3.  Il-kompartiment tal-merkanzija tal-vettura tat-trasport jista’ jiġi assigurat?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif…

9.4.(a)  Meta l-kompartiment tal-merkanzija tal-vettura tat-trasport jista’ jiġi assigurat, jintużaw siġilli nnumerati?

IVA jew LE

 

9.4.(b)  Meta jintużaw is-siġilli nnumerati, l-aċċess għas-siġilli jkun ikkontrollat u n-numri jiġu rreġistrati malli jinħarġu?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif...

 

9.5.  Meta l-kompartiment tal-merkanzija tal-vettura tat-trasport ma jkunx jista’ jiġi assigurat, ikun jista’ jintwera li l-merkanzija/posta ma ġietx imbagħbsa?

IVA jew LE

9.6.  Jekk IVA, iddeskrivi x’tip ta’ evidenza tintuża biex jintwera li ma kienx hemm tbagħbis

9.7.  Jekk LE, kif jinżamm sikur?

9.8.  Valutazzjoni: Il-miżuri huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis waqt it-trasport?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Dikjarazzjoni tal-impenji

Niddikjara li:

  Se naċċetta spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel mill-ispetturi tal-awtorità xierqa għall-fini ta’ monitoraġġ ta’ dawn l-istandards. Jekk l-ispettur jiskopri kwalunkwe nuqqas serju fis-sigurtà, dan jista’ jwassal għall-irtirar tal-istat tiegħi bħala kunsinnatur magħruf.

  Se nipprovdi [isem l-awtorità xierqa] bid-dettalji rilevanti minnufih iżda tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol jekk:

 

  ir-responsabbiltà komprensiva għas-sigurtà tkun assenjata lil kwalunkwe persuna għajr dik imsemmija fil-punt 1.9,

  ikun hemm kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq is-sigurtà, u

  il-kumpanija ma tibqax fin-negozju, ma tibqax tittratta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma tistax tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

  Se nżomm l-istandards ta’ sigurtà saż-żjara u/jew l-ispezzjoni sussegwenti tal-validazzjoni fuq il-post,

  Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.



Iffirmat

Pożizzjoni fil-kumpanija

 

Valutazzjoni (u notifika)

Suffiċjenza/Insuffiċjenza

 

Meta l-valutazzjoni ġenerali hija insuffiċjenza, elenka hawn taħt il-partijiet fejn il-kunsinnatur jonqos milli jilħaq l-istandard ta’ sigurtà meħtieġ jew għandu vulnerabilità speċifika. Agħti parir ukoll dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jintlaħaq l-istandard meħtieġ u għalhekk sabiex ikollu suffiċjenza.

Iffirmat

(Isem il-validatur)

▼M15

DOKUMENT MEHMUŻ 6-C2

LISTA TA’ KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦAL AĠENTI REGOLATI MINN PAJJIŻI TERZI LI HUMA VVALIDATI SKONT L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

Entitatjiet minn pajjiżi terzi jistgħu jagħżlu li jsiru parti mill-katina ta’ provvista sikura ta’ ACC3 (Merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li joperaw fl-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz) billi jitolbu nominazzjoni bħala Aġent Regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3). RA3 huwa entità tal-maniġġar tal-merkanzija li tinsab f’pajjiż terz li hija vvalidata u approvata bħala tali abbażi tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

RA3 għandu jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà, inkluż l-iskrinjar fejn applikabbli, ikunu saru fuq il-kunsinni fil-limiti tal-Unjoni Ewropea u li l-kunsinni jkunu ġew imħarsa minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati dawk il-kontrolli tas-sigurtà u sakemm il-kunsinni tgħabbew fuq inġenju tal-ajru jew inkella ngħataw lil ACC3 jew RA3 ieħor.

Il-prerekwiżiti għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru lejn l-Unjoni ( 13 ) jew l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera huma meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 185/2010.

Il-lista ta’ kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà applikat għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru ( 14 ) fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE mill-entità li qed titlob nominazzjoni bħala RA3 jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. Il-lista ta’ kontroll għandha tintuża biss fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(b) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(a) tal-Anness, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu juża l-lista ta’ kontroll tal-ACC3.

Jekk il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll, għandu jingħata rapport ta’ validazzjoni lill-entità vvalidata. Ir-rapport ta’ validazzjoni għandu jiddikjara li l-entità huwa Aġent Regolat minn Pajjiż Terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3). Ir-RA3 għandu jkun jista’ juża r-rapport fir-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu ma’ kwalunkwe ACC3. Partijiet integrali tar-rapport ta’ validazzjoni għandhom jinkludu minn tal-inqas dawn kollha li ġejjin:

(a) il-lista ta’ kontroll mimlija (id-dokument mehmuż 6-C2 stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u fejn applikabbli, isiru l-kummenti dwarha mill-entità vvalidata.

(b) id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument mehmuż 6-H2 stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-entità vvalidata;

(c) dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument mehmuż 11-A stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F’kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.

Il-Parti 5 — L-iskrinjar u l-Parti 6 — Merkanzija jew posta b’riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Għal dawk il-partijiet li ma jistgħux jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta’ gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).

Jekk il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll, l-entità għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll mimlija li telenka n-nuqqasijiet.

Noti dwar il-mili:

(1) Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta’ kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan.

(2) Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta’ din il-parti.

PARTI 1

Identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur



1.1  Id-data/i tal-validazzjoni

Uża l-format eżatt tad-data, bħal 01.10.2012 sa 02.10.2012

jj/xx/ssss

 

1.2  Id-data tal-validazzjoni preċedenti fejn applikabbli

jj/xx/ssss

 

In-numru tar-reġistrazzjoni preċedenti tal-RA3, fejn disponibbli

 

Ċertifikat AEO/status C-TPAT/ċertifikazzjonijiet oħrajn, fejn disponibbli

 

1.3  Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Isem

 

Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità

 

Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI)

 

L-indirizz tal-e-Mail

 

In-numru tat-telefon — inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

1.4  L-isem tal-entità

Isem

 

In-numru tal-kumpanija (eż. numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistru kummerċjali, fejn applikabbli)

 

Numru/Unità/Bini

 

It-triq

 

Il-belt

 

Kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Pajjiż

 

Indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

 

1.5  Indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk differenti mis-sit li se tiġi vvalidata)

Numru/Unità/Bini

 

It-triq

 

Il-belt

 

Kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Pajjiż

 

Indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

 

1.6  In-natura tan-negozju – Jista’ jkun applikabbli aktar minn tip wieħed ta’ negozju

(a)  merkanzija bl-ajru biss

(b)  bl-ajru u permezz ta’ mezzi oħra ta’ trasport

(c)  persuna li tgħaddi l-merkanzija li għandha l-bini għall-merkanizja

(d)  persuna li tgħaddi l-merkanzija li ma għandhiex bini għall-merkanizja

(e)  aġent tal-maniġġar

(f)  oħrajn

 

1.7  L-applikant ...?

(a)  jirċievi merkanzija minn aġent regolat minn pajjiż terz ieħor

 

(b)  jirċievi merkanzija minn spedituri magħrufa minn pajjiż terz

 

(c)  jirċievi merkanzija minn spedituri in konto minn pajjiż terz

 

(d)  jirċievi merkanzija esportata

 

(e)  merkanzija skrinjata

 

(f)  merkanzija maħżuna

 

(g)  oħrajn, jekk jogħġbok speċifika:

 

1.8  Għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post

Numru

 

1.9  L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-pajjiżi terzi

Isem

 

Titlu tax-xogħol

 

L-indirizz tal-e-Mail

 

In-numru tat-telefon — inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

PARTI 2

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-aġent regolat minn pajjiż Terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

Objettiv: L-ebda merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru ma tista’ tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Il-merkanzija u l-posta li jintbagħtu minn RA3 lil ACC3 jew lil RA3 ieħor jistgħu jiġu aċċettati biss bħala merkanzija jew posta sikura jekk jiġu applikati kontrolli tas-sigurtà bħal dawn mill-RA3. Id-dettalji ta’ tali kontrolli huma pprovduti fil-Partijiet li ġejjin ta’ din il-lista ta’ kontroll.

L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li jiġu applikati l-kontrolli tas-sigurtà xierqa lill-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u l-merkanzija jew il-posta sikura tkun imħarsa sakemm tkun trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) Skrinjar fiżiku li għandu jkun ta’ standard suffiċjenti biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna;

(b) Kontrolli tas-sigurtà oħrajn li huma parti minn proċess ta’ sigurtà fil-katina tal-provvista li jiżguraw b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna u li ġew applikati minn RA3 ieħor, KC3 jew AC3 nominati mill-RA3.

Referenza: Il-punt 6.8.3



2.1.  L-entità stabbiliet programm ta’ sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk LE mur mal-ewwel għall-punt 2.5

 

2.2.  Programm tas-sigurtà tal-entità

Data – uża l-format eżatt jj/xx/ssss

 

Il-verżjoni

 

Il-programm tas-sigurtà tressaq u/jew ġie approvat mill-awtorità xierqa tal-istat tal-entità? Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċess

 

2.3.  Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi msemmija fil-lista ta’ kontroll (il-partijiet 3 sa 9)?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

2.4.  Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

2.5.  L-entità stabbilixxiet proċess sabiex tiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel ma tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

2.6.  L-entità għandha fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni (eż. strumenti, istruzzjonijiet) biex tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi s-sistema ta’ ġestjoni u spjega jekk hijiex approvata, iċċekkjata jew ipprovduta mill-awtorità xierqa jew minn entità oħra.

 

Jekk LE, spjega kif l-entità tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jiġu applikati bil-mod meħtieġ.

 

2.7.  Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklużività u r-robustezza tal-proċess.

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 3

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

Objettiv: Biex jiġi żgurat li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati, l-RA3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-memrbi tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà għandu jkollhom il-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u għandhom jingħataw taħriġ adegwat.

Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-RA3 għandu jkollu proċeduri sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, membri tal-persunal tal-aġenzija, sewwieqa, eċċ.) b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:

(c) kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal verifiki tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-RA3 ivvalidat; kif ukoll

(d) ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-RA3 ivvalidat.

Nota:

 Verifika tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta’ persuna, inkluż fejn ikun legalment permissibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta’ individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta’ sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO).

 Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta’ xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta’ qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta’ qabel (definizzjoni tal-Unjoni).

Referenza: Il-punt 6.8.3.1



3.1.  Hemm xi proċedura li tiżgura li l-membri kollha tal-persunal b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkun soġġetti għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

3.2.  Din il-proċedura tinkludi?

 Verifika tal-preċedenti personali

 Verifika qabel l-impjieg

 Verifika tar-rekords kriminali

 Intervisti

 Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

 

3.3.  Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

3.4.  Din il-proċedura tinkludi?

 Verifika tal-preċedenti personali

 Verifika qabel l-impjieg

 Verifika tar-rekords kriminali

 Intervisti

 Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

 

3.5.  Il-membri tal-persunal b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ

 

3.6.  Il-membri tal-persunal li jaċċettaw, jiskrinjaw u/jew jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jirċievu xi taħriġ relatat mal-impjieg speċifiku?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tal-korsijiet tat-taħriġ.

 

3.7.  Il-membri tal-persunal imsemmija fil-punti 3.5 u 3.6 jirċievu taħriġ rikorrenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti

 

3.8.  Konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkunu ġew irreklutati u mħarrġa kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikollhom sensibilizzazzjoni tar-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Comments from the entity

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 4

Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni

Objettiv: L-RA3 jista’ jirċievi merkanzija jew posta minn RA3 ieħor, KC3, AC3 minn speditur mhux magħruf. L-RA3 għandu jkollu proċeduri ta’ aċċettazzjoni adegwati għall-merkanzija u għall-posta sabiex ikun jista’ jistabbilixxi jekk kunsinna tiġix minn katina ta’ provvista sikura jew le u sussegwentament liema miżura ta’ sigurtà għandha tiġi applikata għaliha.

RA3 jista’ jżomm bażi ta’ dejta li tagħti mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull aġent regolat jew speditur magħruf li jkun soġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1, minn fejn huwa jaċċetta direttament il-merkanzija jew il-posta li għandha tintbagħat lil ACC3 għall-ġarr fl-Unjoni:

(a) Id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide,

(b) In-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju,

(c) Id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà,

(d) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli,

(e) ir-rapport ta’ validazzjoni, fejn disponibbli.

Referenza: Il-punti 6.8.3.1 u 6.8.4.3

Nota: RA3 jista’ jaċċetta biss merkanzija minn AC3 bħala merkanzija sikura, jekk dan l-RA3 ikun innomina lil dan l-ispeditur bħala AC3 hu nnifsu u jagħmel tajjeb għall-merkanzija mibgħuta minn dan il-kunsinnatur.



4.1.  Meta taċċetta kunsinna, l-entità tistabbilixxi jekk din hijiex ġejja minn RA3 ieħor, KC3, AC3 jew speditur mhux magħruf?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif?

 

4.2.  L-entità tistabbilixxi u żżomm bażi ta’ dejta li tinkludi informazzjoni għal kull RA3, KC3 u AC3 minn fejn hija taċċetta direttament merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru li għandha tintbagħat lil ACC3 għall-ġarr fl-Unjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika l-informazzjoni inkluża fil-bażi ta’ dejta.

 

Jekk LE, kif tkun taf l-entità li l-merkanzija ġejja minn RA3 ieħor, KC3 jew AC3?

 

4.3.  L-entità taħtar spedituri bħala AC3?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura u l-miżuri ta’ salvagwardja li l-entità teħtieġ li l-ispeditur ikollu

 

4.4.  Meta taċċetta kunsinna, l-entità tistabbilixxi jekk id-destinazzjoni tkunx ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE - spjega

 

4.5.  Jekk IVA — l-entità tissottometti l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru kollha għall-istess kontrolli tas-sigurtà meta d-destinazzjoni tkun ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura

 

4.6.  Meta taċċetta kunsinna, l-entità tistabbilixxi jekk din għandhiex titqies bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM) (ara d-definizzjoni fil-parti 6), inkluż għal kunsinni li jitwasslu b’mezzi oħrajn ta’ trasport minbarra bl-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif?

Iddeskrivi l-proċedura

 

4.7.  Meta taċċetta kunsinna taħt sigurtà, l-entità vvalidata tistabbilixxi jekk din kinitx protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mingħajr awtorizzazzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif (siġilli, katnazzi, spezzjoni, eċċ.)

 

4.8.  Il-persuna li twassal il-kunsinna hija meħtieġa tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali li jkun fih ritratt?

IVA jew LE

 

4.9.  Hemm fis-seħħ proċess li jidentifika l-kunsinni li jeħtieġu l-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif?

 

4.10.  Konklużjoni: Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni huma biżżejjed biex jistabbilixxu jekk il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal destinazzjoni ta’ ajruport tal-UE/taż-ŻEE tiġix minn katina ta’ provvista sikura jew jekk hemmx bżonn li tiġi soġġetta għal skrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 5

L-iskrinjar

Objettiv: Meta l-RA3 jaċċetta merkanzija u posta li ma tiġix minn katina ta’ provvista sikura, jeħtieġ li l-RA3 jgħaddi lil dawn il-kunsinni minn skrinjar adegwat qabel ma jkunu jistgħu jintbagħtu lil ACC3 bħala merkanzija sikura. L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f’ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.

Meta l-iskrinjar tal-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru jitwettaq mill-awtorità xierqa fil-pajjiż terz jew f’isimha, l-RA3 għandu jiddikjara dan il-fatt u jispeċifika kif l-iskrinjar xieraq huwa żgurat.

Nota: Minkejja li l-punt 6.8.3.2 jippermetti li l-istandards tal-ICAO jiġu applikati bħala minimu biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8.3.1 sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tqis ir-rekwiżiti tal-iskrinjar tal-UE, anke jekk il-validazzjoni titwettaq qabel l-1 ta’ Lulju 2014.

Referenza: Il-punt 6.8.3



5.1.  L-iskrinjar isir f’isem l-entità minn entità oħra?

IVA jew LE

 

Jekk IVA,

Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji:

— Kumpanija privata tal-iskrinjar

— Kumpanija regolata mill-gvern

— Faċilità jew entità tal-iskrinjar tal-gvern

— Oħrajn

Speċifika n-natura tal-ftehim/kuntratt bejn l-entità vvalidata u l-entità li tapplika l-iskrinjar f’isimha.

 

5.2.  Liema metodi ta’ skrinjar jintużaw għall-merkanzija bl-ajru u għall-posta bl-ajru?

Speċifika, inklużi d-dettalji tal-apparat li jintuża għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru (eż. il-manifattur, it-tip, il-verżjoni tas-softwer, l-istandard, in-numru tas-serje, eċċ.) għall-metodi kollha użati

 

5.3.  L-apparat jew il-metodu użat (eż. klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi) huwa inkluż fl-aktar lista ta’ konformità riċenti tal-UE, tal-ECAC jew tat-TSA?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, agħti d-dettalji li jispeċifikaw l-approvazzjoni tal-apparat u d-data tagħha, kif ukoll kwalunkwe indikazzjoni li turi li l-apparat huwa konformi mal-istandards tal-apparat tal-UE

 

5.4.  L-apparat qiegħed jintuża skont il-CONOPS (il-kunċett tal-operazzjonijiet) tal-manifatturi u l-apparat qiegħed jiġi ttestjat u ssirlu manutenzjoni regolari?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

5.5.  In-natura tal-kunsinna qiegħda tittieħed f’kunsiderazzjoni matul l-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi żgurat li l-metodu ta’ skrinjar magħżul qiegħed jiġi applikat għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma jitqiegħed ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna

 

5.6.  Hemm xi proċess għar-riżoluzzjoni tal-allarm iġġenerat mill-apparat tal-iskrinjar? (Għal xi tagħmir, (eż. tagħmir tar-raġġi X), l-allarm jiskatta mill-operatur innifsu)

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess li jintuża għar-riżoluzzjoni tal-allarmi sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli n-nuqqas ta’ oġġetti pprojbiti.

 

Jekk LE, iddeskrivi x’jiġri mill-kunsinna.

 

5.7.  Hemm xi kunsinni li huma eżentati mill-iskrinjar tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

5.8.  Hemm xi eżenzjonijiet li mhumiex konformi mal-lista tal-Unjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

5.9.  L-aċċess għaż-żona tal-iskrinjar huwa kkontrollat sabiex jiġi żgurat li membri tal-persunal awtorizzati u mħarrġa biss jingħataw aċċess?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

5.10.  Hemm xi sistema stabbilita ta’ kontroll tal-kwalità u/jew ittestjar fis-seħħ?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

5.11.  Konklużjoni: Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru qiegħda tiġi skrinjata b’wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tad-Deċiżjoni 2010/774/UE għal standard biżżejjed sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li din ma jkun fiha ebda oġġett ipprojbit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 6

Il-Merkanzija jew Posta b’Riskju Għoli (HRCM)

Objettiv: Kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f’postijiet identifikati bħala ta’ riskju għoli mill-Unjoni jew li jidhru li ġew imbagħbsa b’mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li permezz tagħhom jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

L-ACC3 fejn l-RA3 tibgħat merkanzija jew posta bl-ajru għat-trasportazzjoni għandu jiġi awtorizzat li jinforma lill-RA3 dwar l-aktar stat riċenti tal-informazzjoni rilevanti dwar l-oriġini ta’ riskju għoli.

L-RA3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta’ riskju għoli minn trasportatur tal-ajru jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ trasportazzjoni.

Referenza: Punt 6.7

Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta’ “SHR”, jiġifieri li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.



6.1.  Il-membri tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà jafu liema merkanzija u posta bl-ajru għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta ta’ riskju għoli (HRCM)?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

6.2.  L-entità għandha fis-seħħ xi proċeduri għall-identifikazzjoni tal-HRCM?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

6.3.  L-HRCM hija soġġetta għal proċeduri ta’ skrinjar tal-HRCM skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni?

IVA jew LE

 

Jekk LE, indika l-proċeduri applikati

 

6.4.  Wara l-iskrinjar, l-entità toħroġ dikjarazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà għall-SHR fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif jinħareġ l-istatus tas-sigurtà u f’liema dokument

 

6.5.  Konklużjoni: Il-proċess implimentat mill-entità huwa rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-HRCM kollha jkunu ġew ittrattati kif xieraq qabel tgħabbew?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 7

Il-protezzjoni tal-merkanzija u l-posta bl-ajru taħt sigurtà

Objettiv: L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta’ aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrining, sakemm titgħabba jew tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor. Jekk merkanzija u posta bl-ajru li qabel kienu taħt sigurtà ma jibqgħux protetti, ma jkunux jistgħu jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor bħala merkanzija jew posta sikura.

Il-protezzjoni tista’ tiġi pprovduta b’mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (barrikati, kmamar imsakkrin, eċċ.), umani (patrols, membri tal-persunal imħarrġa, eċċ.) u teknoloġiċi (CCTV, allarm, eċċ.).

Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà.

Referenza: Il-punt 6.8.3.1



7.1.  Il-protezzjoni ta’ merkanzija bl-ajru u posta bl-ajru taħt sigurtà hija applikata f’isem l-entità vvalidata minn entità oħra?

IVA jew LE

 

Jekk IVA,

Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji:

— Kumpanija privata tal-iskrinjar

— Kumpanija regolata mill-gvern

— Faċilità jew entità ta’ skrinjar tal-gvern

— Oħrajn

 

7.2.  Il-protezzjoni u l-kontrolli tas-sigurtà qegħdin fis-seħħ biex jipprevjenu milli jsir xi tbagħbis matul il-proċess tal-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

Speċifika x’tip/i ta’ protezzjoni/jiet hemm fis-seħħ:

— Fiżika (ċnut, barrikati, bini ta’ kostruzzjoni solida, eċċ.)

— Umana (patrols eċċ.)

— Teknoloġika (CCTV, sistema ta’ allarm, eċċ.)

U spjega kif inhuma organizzati

 

7.3.  Il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru taħt sigurtà huma biss aċċessibbli għal persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

Speċifika kif il-punti kollha tal-aċċess (inklużi l-bibien u t-twieqi) għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli u taħt sigurtà huma kkontrollati.

 

7.4.  Hemm fis-seħħ xi proċeduri li jiżguraw li l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, li għaliha ġew applikati kontrolli tas-sigurtà, hija protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn dak il-ħin li titpoġġa taħt sigurtà sakemm titgħabba jew tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħda tiġi protetta (b’mod fiżiku, uman, teknoloġiku, eċċ.)

Speċifika wkoll jekk il-bini huwiex magħmul minn kostruzzjoni solida u x’tipi ta’ materjali qed jiġu użati, jekk disponibbli.

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

7.5.  Konklużjonijiet: Il-protezzjoni tal-kunsinni hija robusta biżżejjed biex tipprevjeni interferenza illegali?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 8

Id-dokumentazzjoni

Objettiv: L-istatus tas-sigurtà ta’ kunsinna għandu jkun indikat fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna, jew fil-forma ta’ fattura tal-passaġġ bl-ajru, ta’ dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f’dikjarazzjoni separata kif ukoll jew fil-format elettroniku jew bil-kitba. L-istatus tas-sigurtà għandu jingħata mill-RA3.

Referenza: Punti 6.3.2.6(d) u 6.8.3.4.

Nota: jistgħu jiġu indikati l-istatus tas-sigurtà li ġejjin:

 “SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta, jew

 “SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss, jew

 “SHR”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.



8.1.  Fid-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament, l-entità tispeċifika (eż. polza tat-tagħbija bl-ajru) l-istatus tal-merkanzija u kif dan inkiseb?

IVA jew LE

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

8.2.  Konklużjoni: Il-proċess tad-dokumentazzjoni huwa biżżejjed biex jiġi żgurat li l-merkanzija jew il-posta jkollha magħha d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ xierqa li tispeċifika l-istatus korrett tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 9

It-trasportazzjoni

Objettiv: Il-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat minn meta jitpoġġew taħt sigurtà sakemm jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor. Dan jinkludi protezzjoni waqt it-trasportazzjoni sal-inġenju tal-ajru, inkella s’għand l-ACC3 jew għand RA3 ieħor. Jekk merkanzija u posta bl-ajru li qabel kienu taħt sigurtà ma jkunux protetti waqt it-trasportazzjoni, ma jkunux jistgħu jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor bħala merkanzija sikura.

Waqt it-trasportazzjoni sal-inġenju tal-ajru, ACC3 jew RA3 ieħor, l-RA3 huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-kunsinni sikuri. Dan jinkludi każijiet fejn it-trasportazzjoni ssir minn entità oħra, bħal persuna li tgħaddi l-merkanzija, f’isimha. Dan ma jinkludix każijiet fejn il-kunsinni huma ttrasportati taħt ir-responsabbiltà ta’ ACC3 jew RA3 ieħor.

Referenza: Il-punt 6.8.3



9.1.  Kif tasal il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għand ACC3/RA3 ieħor?

(a)  It-trasport personali tal-entità vvalidata?

IVA jew LE

 

(b)  It-trasport ta’ RA3 ieħor/ACC3?

IVA jew LE

 

(c)  Kuntrattur użat mill-entità vvalidata?

IVA jew LE

 

9.2.  Wara li tbagħbset, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ġiet ippakkjata b’mod evidenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif

 

9.3.  Il-vettura tiġi ssiġġillata jew imsakkra qabel it-trasportazzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif

 

9.4.  Meta jintużaw is-siġilli nnumerati, l-aċċess għas-siġilli huwa kkontrollat u n-numri huma rreġistrati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif

 

9.5.  Jekk applikabbli, it-trasportatur rispettiv jiffirma d-dikjarazzjoni tat-trasport?

IVA jew LE

 

9.6.  Il-persuna li tittrasporta l-merkanzija ġiet soġġetta għal kontrolli speċifiċi ta’ sigurtà u taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni qabel ma ġiet awtorizzata tittrasporta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi x’tipi ta’ kontrolli tas-sigurtà (verifika qabel l-impjieg, verifika tal-isfond, eċċ.) u x’tip ta’ taħriġ (taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tas-sigurtà, eċċ.)

 

9.7.  Konklużjoni: Il-miżuri huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis waqt it-trasport?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 10

Il-konformità

Objettiv: Wara li jivvaluta d-disa’ partijiet preċedenti ta’ din il-lista ta’ kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika fuq is-sit tiegħu tikkonfermax l-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sigurtà f’konformità mal-objettivi elenkati f’din il-lista ta’ kontroll għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE.

Huma possibbli żewġ xenarji differenti. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità:

(a) irnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll. Il-validatur għandu jipprovdi lill-entità vvalidata r-rapport ta’ validazzjoni oriġinali u jiddikjara li l-entità hija nnominata aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

(b) ma rnexxilhiex tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll. F’dak il-każ, l-entità ma tkunx awtorizzata li tibgħat merkanzija jew posta bl-ajru f’destinazzjoni tal-UE/taż-ŻEE għand ACC3 jew RA3 ieħor. Hija għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll kompluta li tgħid x’inhuma n-nuqqasijiet.

B’mod ġenerali, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jiddeċiedi jekk il-merkanzija u l-posta ġestiti mill-entità vvalidata humiex ġestiti b’tali mod li fil-mument meta jaslu għand ACC3 jew RA3 ieħor jistgħux jitqiesu li huma sikuri biex imorru fl-UE/ZEE skont ir-regolamenti applikabbli tal-Unjoni.

Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jżomm f’moħħu li l-valutazzjoni hija bbażata fuq metodoloġija ta’ konformità globali abbażi tal-objettivi.



10.1.  Konklużjoni ġenerali:

Valutazzjoni (u notifika)

(immarka l-kelma li tapplika)

Jekk tkun “SUFFIĊJENZA”, l-entità għandha tiġi kkunsidrata nominata bħala aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3).

Suffiċjenza/Insuffiċjenza

Meta l-valutazzjoni ġenerali tirriżulta f’insuffiċjenza, elenka hawn taħt il-partijiet fejn entità ma rnexxilhiex tikseb l-istandard ta’ sigurtà meħtieġ jew għandha vulnerabilità speċifika. Agħti parir ukoll dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jintlaħaq l-istandard meħtieġ u għalhekk sabiex ikollu suffiċjenza.

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

Kummenti mill-entità

 

L-isem tal-validatur:

Data:

Firma:




ANNESS

Lista ta’ persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati

Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta’ kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.



L-isem tal-entità

L-isem tal-persuna ta’ kuntatt

Data taż-żjara/intervista

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

▼M11

DOKUMENT MEHMUŻ 6-C3

LISTA TA’ KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ACC3

In-nominazzjoni bħala ACC3 (Trasportaturi tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru li joperaw lejn l-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz) hija l-prerekwiżit għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru lejn l-Unjoni Ewropea ( 15 ) (UE) jew l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera u hija meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011 ( 16 ).

In-nominazzjoni bħala ACC3 hija fil-prinċipju ( 17 ) meħtieġa għat-titjiriet kollha li jġorru merkanzija jew posta għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fl-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE. L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-Islanda, tan-Norveġja u tal-Isvizzera huma lkoll responsabbli għan-nominazzjoni ta’ trasportaturi tal-ajru speċifiċi bħala ACC3. In-nominazzjoni hija bbażata fuq il-programm tas-sigurtà ta’ trasportatur tal-ajru u fuq verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni skont l-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll tal-validazzjoni.

Il-lista ta’ kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà applikata għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru ( 18 ) fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li japplika għal nominazzjoni bħala ACC3.

Għandu jintbagħat rapport ta’ validazzjoni lill-awtorità ta’ nominazzjoni x-xierqa u lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta’ xahar wara l-verifika fuq il-post. Partijiet integrali tar-rapport ta’ validazzjoni għandhom ikunu mill-inqas:

 il-lista ta’ kontroll mimlija, iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u, fejn applikabbli, bil-kummenti dwarha mill-entità vvalidata;

 id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument mehmuż 6-H1 stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-entità vvalidata; u

 dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument mehmuż 11-A stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F’kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.

Il-Parti 3 – Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, il-Parti 6 – Id-database, il-Parti 7 – L-iskrinjar u l-Parti 8 – Merkanzija jew posta b’riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalidati fl-isfond tar-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Għall-partijiet l-oħrajn, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta’ gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).

Noti dwar il-mili:

 Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta’ kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan.

 Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta’ din il-parti.

PARTI 1

Identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur



Uża l-format eżatt tad-data, bħal 01.10.2012 sa 02.10.2012

1.1  Id-data/i tal-validazzjoni

jj/xx/ssss

 

1.2  Id-data tal-validazzjoni preċedenti u l-Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI) tal-ACC3, fejn disponibbli

jj/xx/ssss

 

UAI

 

1.3  Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Isem

 

Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità

 

UAI

 

L-indirizz tal-e-Mail

 

In-numru tat-telefon – inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

1.4  L-isem tat-trasportatur tal-ajru li għandu jiġi vvalidat

Isem

 

AOC (iċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru) maħruġ fi (l-isem tal-Istat):

 

Il-kodiċi tal-IATA (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru), jew il-kodiċi tal-ICAO (l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali) jekk il-kodiċi tal-IATA ma jeżistix għat-trasportatur tal-ajru. Speċifika liema kodiċi.

 

L-Istat responsabbli għan-nominazzjoni tat-trasportatur tal-ajru bħala ACC3

 

1.5  Id-dettalji tal-post tal-ajruport tal-pajjiż terz li għandu jiġi vvalidat jew il-faċilitajiet tal-merkanzija/posta marbuta miegħu

Isem

 

Il-kodiċi tal-IATA (jew tal-ICAO) għall-ajruport

 

Il-pajjiż

 

1.6  In-natura tan-negozju tat-trasportatur tal-ajru – Jista’ jkun applikabbli aktar minn tip wieħed ta’ negozju

(a)  Trasportatur tal-passiġġieri u tal-merkanzija/posta

(b)  Trasportatur tal-merkanzija u l-posta biss

(c)  Trasportatur tal-merkanzija biss

(d)  Trasportatur tal-posta biss

(e)  Integratur

(f)  Trasportatur mikri (charter)

 

1.7  L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru minn pajjiżi terzi

Isem

 

It-titolu tal-impjieg

 

L-indirizz tal-e-Mail

 

In-numru tat-telefon – inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

1.8  L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur tal-ajru fl-ajruport fejn issir iż-żjara

Numru/Taqsima/Bini/Ajruport

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

1.9  L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur tal-ajru, eż il-kwartieri korporattivi

Numru/Taqsima/Bini/Ajruport

 

It-triq

 

Il-belt

 

Il-kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Il-pajjiż

 

PARTI 2

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-ACC3 fl-ajruport

Objettiv: Ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista’ tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Id-dettalji ta’ tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta’ din il-lista ta’ kontroll. L-ACC3 ma għandux jaċċetta merkanzija jew posta biex tinġarr fuq inġenju tal-ajru fil-limiti tal-UE sakemm l-applikazzjoni tal-iskrinjar jew ta’ kontrolli tas-sigurtà oħrajn ma tkunx ikkonfermata u miżmuma responsabbli minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, minn speditur magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, jew sakemm tali kunsinni ma jkunux soġġetti għall-iskrinjar skont ir-regoli tal-UE.

L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li jiġu applikati kontrolli xierqa tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE sakemm dawn ma jkunux eżentati mill-iskrinjar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u bil-kundizzjoni li l-merkanzija jew il-posta jkunu protetti minn hemm ‘il quddiem sakemm jitgħabbew fuq l-inġenju tal-ajru. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jikkonsistu minn:

 Skrinjar fiżiku li għandu jkun ta’ standard suffiċjenti biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna; jew

 Kontrolli tas-sigurtà oħrajn li huma parti minn proċess ta’ Sigurtà fil-Katina tal-Provvista li jiżguraw b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna applikati minn aġenti regolati u vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn spedituri magħrufa jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

Referenza: Il-punt 6.8.3



2.1  It-trasportatur tal-ajru stabbilixxa proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel titgħabba fuq inġenju tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

2.2  Il-kontrolli tas-sigurtà huma applikati mit-trasportatur tal-ajru jew f’ismu minn entità koperta skont il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru?

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, liema entitajiet mhux koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw kontrolli tas-sigurtà għal merkanzija jew posta bl-ajru li tinġarr minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE?

 

Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji

— Kumpanija privata ta’ ġestjoni tal-merkanzija

— Kumpanija regolata mill-gvern

— Faċilità jew entità ta’ skrinjar tal-gvern

— Oħrajn

 

2.3  Permezz ta’ liema strumenti u struzzjonijiet it-trasportatur tal-ajru jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà huma applikati bil-mod meħtieġ?

 

2.4  It-trasportatur tal-ajru huwa kapaċi jesiġi li jsiru l-kontrolli tas-sigurtà xierqa f’każ li l-iskrinjar jitwettaq minn entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, bħalma huma l-faċilitajiet tal-gvern?

IVA jew LE

 

Jekk LE, ipprovdi d-dettalji

 

2.5  Ġie implimentat xi programm ta’ aġenti regolati/spedituri magħrufa għall-merkanzija u l-posta bl-ajru skont l-istandards tal-ICAO fl-Istat tal-ajruport fejn issir iż-żjara ta’ validazzjoni?

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi tal-programm u kif dan iddaħħal fis-seħħ

 

2.6  Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklussività u r-robustezza tal-proċess.

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 3

Il-Programm tas-Sigurtà tat-trasportatur tal-ajru

Objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li l-programm tas-sigurtà tiegħu jkun jinkludi l-miżuri kollha tas-sigurtà tal-avjazzjoni li huma rilevanti u suffiċjenti biex il-merkanzija u l-posta bl-ajru jinġarru lejn l-UE

Il-programm tas-sigurtà u d-dokumentazzjoni assoċjata tat-trasportatur tal-ajru għandhom ikunu l-bażi tal-kontrolli tas-sigurtà applikati skont l-objettiv ta’ din il-lista ta’ kontroll. It-trasportatur tal-ajru jista’ jikkunsidra li jgħaddi d-dokumentazzjoni tiegħu lill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE qabel ma ssir iż-żjara fuq il-post, biex tgħinu jiffamiljarizza ruħu mad-dettalji tal-postijiet li jrid iżur.

Referenza: Il-punt 6.8.2.1 u d-Dokument mehmuż 6-G

Nota: Il-punti li ġejjin elenkati fid-Dokument mehmuż 6-G kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandhom ikunu koperti b’mod xieraq:

(a) deskrizzjoni tal-miżuri għall-merkanzija u l-posta bl-ajru;

(b) il-proċeduri għall-aċċettazzjoni

(c) l-iskema u l-kriterji tal-aġent regolat

(d) l-iskema u l-kriterji tal-ispeditur magħruf;

(e) l-iskema u l-kriterji tal-ispeditur in konto [akkont];

(f) l-istandard tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku;

(g) il-post tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku;

(h) id-dettalji dwar it-tagħmir tal-iskrinjar;

(i) id-dettalji tal-operatur jew tal-fornitur tas-servizz;

(j) il-lista ta’ eżenzjonijiet mill-iskrinjar tas-sigurtà jew mill-eżami fiżiku;

(k) it-trattament ta’ merkanzija u posta bl-ajru b’riskju għoli.



3.1  Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru

Data – uża l-format eżatt tad-data jj/xx/ssss

 

Verżjoni

 

Il-programm ġie sottomess lil awtorità xierqa tal-UE/ŻEE fi stadju aktar bikri? Jekk IVA, meta għal nominazzjoni bħala ACC3? Għal skopijiet oħrajn?

 

3.2  Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi tal-lista ta’ hawn fuq?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

3.3  Il-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni deskritti mill-programm tas-sigurtà huma rilevanti u biżżejjed sabiex jiżguraw il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE skont l-istandards meħtieġa?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

3.4  Konklużjoni: Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 4

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal

Objettiv: L-ACC3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza u l-ġestjoni tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà jippossjedu l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u ngħataw taħriġ adegwat.

Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-ACC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenzija, sewwieqa, eċċ.) b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:

 kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal verifiki tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-ajruport ivvalidat; u

 ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-ajruport ivvalidat.

▼M17 —————

▼M11

Nota:

 Verifika tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta’ persuna, inkluż fejn ikun legalment permessibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta’ individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta’ sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO).

 Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta’ xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta’ qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta’ qabel (definizzjoni tal-Unjoni).



4.1  Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persunal kollu b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkun soġġetti għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.2  Din il-proċedura tinkludi?

— Verifika tal-preċedenti personali

— Verifika qabel l-impjieg

— Verifika tar-rekords kriminali

— Intervisti

— Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

 

4.3  Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.4  Din il-proċedura tinkludi?

— Verifika tal-preċedenti personali

— Verifika qabel l-impjieg

— Verifika tar-rekords kriminali

— Intervisti

— Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

 

4.5  Il-persunal b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru marbuta?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ

 

4.6  Il-persunal li jaċċettaw, jiskrinjaw u/jew jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jirċievu xi taħriġ relatat mal-impjieg speċifiku?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tal-korsijiet tat-taħriġ.

 

4.7  Il-persunal imsemmija fil-punti 4.5 u 4.6 jirċievu taħriġ rikorrenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti

 

4.8  Konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal jiżguraw li l-persunal kollu b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkunu ġew assenjati u mħarrġin kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 5

Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni

Objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċedura fis-seħħ sabiex mal-aċċettazzjoni jivvaluta u jivverifika l-istatus tas-sigurtà ta’ kunsinna fir-rigward tal-verifiki preċedenti.

Il-proċedura għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

 Verifika ta’ jekk il-kunsinna titwassalx minn persuna nnominata mill-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-EU jew minn speditur magħruf kif elenkat fid-database tagħha (il-Parti 6) jew minn speditur in konto [akkont] ta’ tali aġent regolat;

 Verifika ta’ jekk il-kunsinna hijiex ippreżentata bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sigurtà (polza tat-tagħbija bl-ajru u informazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà bil-kitba jew b’mod elettroniku) li tikkorrespondi għall-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru li jkunu qegħdin jitwasslu;

 Verifika ta’ jekk il-kunsinna hijiex ħielsa minn kwalunkwe sinjal ta’ tbagħbis; u

 Verifika ta’ jekk il-kunsinna għandhiex tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM).

▼M17

Referenza: Punt 6.8.3

▼M11

Nota:

 Aġent regolat jew speditur magħruf huwa entità li tiġġestixxi merkanzija li tkun ġiet ivvalidata b’suċċess minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew li l-miżuri ta’ sigurtà tagħha jkunu ġew inklużi fil-programm tas-sigurtà tal-ACC3 ivvalidat mill-UE (f’dak il-każ, l-ACC3 huwa ko-responsabbli għall-miżuri tas-sigurtà).

 Speditur in konto [akkont] huwa entità li tiġġestixxi merkanzija akkont tagħha stess taħt ir-responsabbiltà ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. Dan l-aġent regolat huwa responsabbli b’mod sħiħ mill-kontrolli tas-sigurtà applikati mill-ispeditur in konto [akkont].

 Il-persuna nnominata tikkorrespondi għall-persuna inkarigata biex twassal il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għal fuq it-trasportatur tal-ajru. Il-persuna li twassal il-kunsinna fuq it-trasportatur tal-ajru għandha tippreżenta karta tal-identità, passaport, liċenzja tas-sewqan jew xi dokument ieħor, li jkun jinkludi ritratt tagħha u li jkun inħareġ jew li jkun ġie rikonoxxut mill-awtorità nazzjonali.



5.1  Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din hijiex ġejja minn aġent regolat, minn speditur magħruf jew minn speditur in konto [akkont] li jkun ivvalidat jew rikonoxxut skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-merkanzija bl-ajru u elenkat fid-database miżmuma mit-trasportatur tal-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura

 

5.2  Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk id-destinazzjoni tagħha hijiex ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE - spjega

 

5.3  Jekk IVA – it-trasportatur tal-ajru jissottometti l-merkanzija kollha tiegħu għall-istess kontrolli tas-sigurtà meta d-destinazzjoni tkun ajruport tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura

 

5.4  Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din għandhiex titqies bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM), inkluż għal kunsinni li jitwasslu b’mezzi oħrajn ta’ trasport minbarra bl-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif?

Iddeskrivi l-proċedura

 

5.5  Meta jaċċetta kunsinna taħt sigurtà, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din kinitx protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mingħajr awtorizzazzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif (siġilli, katnazzi, eċċ.).

 

5.6  Jekk it-trasportatur tal-ajru jaċċetta t-tranżitu tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru f’dan il-post (merkanzija/posta li titlaq fuq l-istess inġenju tal-ajru li tkun waslet fuqu), it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi abbażi tad-dejta mogħtija jekk hemmx bżonn jiġu applikati jew le kontrolli ta’ sigurtà ulterjuri?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif jiġi stabbilit dan?

 

Jekk LE, x’tip ta’ kontrolli huma applikati sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

 

5.7  Jekk it-trasportatur tal-ajru jaċċetta t-trasferiment tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru f’dan il-post (merkanzija/posta li titlaq fuq inġenju tal-ajru differenti minn dak li tkun waslet fuqu), it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi abbażi tad-dejta mogħtija jekk hemmx bżonn jiġu applikati jew le kontrolli ta’ sigurtà ulterjuri?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif jiġi stabbilit dan?

 

Jekk LE, x’tip ta’ kontrolli huma applikati sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

 

5.8  Il-persuna li twassal il-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà lit-trasportatur tal-ajru hija meħtieġa tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali li jkun fih ritratt?

IVA jew LE

 

5.9  Konklużjoni: Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni huma biżżejjed biex jistabbilixxu jekk il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġix minn katina ta’ provvista sikura jew jekk hemmx bżonn li tiġi soġġetta għal skrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 6

Id-database

Objettiv: Meta l-ACC3 ma jkunx obbligat li japplika skrinjar ta’ 100 % għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, l-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija jew il-posta tkun ġejja minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur magħruf jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat.

Għall-monitoraġġ tar-rekord għall-verifika rilevanti għas-sigurtà, l-ACC3 għandu jżomm database li tagħti l-informazzjoni li ġejja għal kull entità jew persuna li mingħandha jkun aċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament:

 L-istatus tal-entità involuta (aġent regolat jew speditur magħruf)

 Id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide

 In-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju

 Id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà

 In-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli.

Meta jirċievi merkanzija jew posta bl-ajru, l-ACC3 għandu jiċċekkja fid-database jekk l-entità hijiex imniżżla. Jekk l-entità ma tkunx inkluża fid-database, il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru mwassla minnha tkun trid tiġi skrinjata qabel titgħabba.

Referenza: Il-punti 6.8.4.1 u 6.8.4.3



6.1  It-trasportatur tal-ajru jżomm database li tinkludi, skont kif xieraq, id-dettalji msemmija hawn fuq, ta’:

— Aġenti regolati u vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

— Spedituri magħrufa vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE;

— Spedituri in konto [akkont] ta’ aġent regolat (fuq bażi volontarja)?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi d-database

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

6.2  Il-persunal li jaċċettaw il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għandhom aċċess faċli għad-database?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

6.3  Id-database tiġi aġġornata b’mod regolari sabiex tipprovdi dejta affidabbli lill-persunal li jaċċetta merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

6.4  Konklużjoni: It-trasportatur tal-ajru jżomm xi database li tiżgura t-trasparenza sħiħa fir-rigward tiegħu mal-entitajiet li mingħandhom jirċievi direttament merkanzija jew posta (skrinjata jew ikkontrollata mis-sigurtà) għat-trasport lejn l-UE/iż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 7

L-iskrinjar

Objettiv: Meta l-ACC3 jaċċetta merkanzija u posta mingħand entità li mhijiex ivvalidata għas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew il-merkanzija kkunsinjata ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn dak iż-żmien li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà, l-ACC3 għandu jiżgura li din il-merkanzija/posta bl-ajru tiġi skrinjata qabel titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru. L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f’ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-UE għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.

Meta l-ACC3 ma jiskrinjax il-merkanzija jew il-posta bl-ajru huwa nnifsu, huwa għandu jiżgura li l-iskrinjar xieraq jitwettaq skont ir-rekwiżiti tal-UE. Il-proċeduri tal-iskrinjar għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, it-trattament tat-trasferiment u/jew it-tranżitu tal-merkanzija u l-posta.

Meta l-iskrinjar tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru jitwettaq minn jew f’isem l-awtorità xierqa fil-pajjiż terz, l-ACC3 li jirċievi tali merkanzija jew posta bl-ajru mingħand l-entità għandu jiddikjara dan il-fatt fil-programm tas-sigurtà tiegħu, u jispeċifika l-mod li bih jista’ jiġi żgurat skrinjar adegwat.

Nota: Minkejja li l-punt 6.8.3.2. jippermetti li ACC3’s japplikaw l-istandards tal-ICAO bħala minimu biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8.3.1 sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tqis ir-rekwiżiti tal-iskrinjar tal-UE, anke jekk il-validazzjoni titwettaq qabel l-1 ta’ Lulju 2014.

▼M17

Referenza: Il-punti 6.8.3.1, 6.8.3.2, 6.8.3.3 kif ukoll 6.2.1 u 6.7

▼M11



7.1  L-iskrinjar huwa applikat mit-trasportatur tal-ajru jew f’ismu minn entità koperta taħt il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru?

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji.

Jekk applikabbli, ipprovdi d-dettalji tal-entità jew entitajiet koperta/i skont il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru:

— Isem

— indirizz tal-post

— Preżenza ta’ status AEO, jekk applikabbli

 

Jekk LE, liema entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw l-iskrinjar għall-merkanzija jew il-posta bl-ajru kkunsinjata minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE?

Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji

— Kumpanija privata ta’ ġestjoni tal-merkanzija

— Kumpanija regolata mill-gvern

— Faċilità jew entità ta’ skrinjar tal-gvern

— Oħrajn

 

7.2  Liema metodi ta’ skrinjar jintużaw għall-merkanzija bl-ajru u għall-posta bl-ajru?

Speċifika, inklużi d-dettalji tal-apparat li jintuża għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru (il-manifattur, it-tip, il-verżjoni tas-softwer, l-istandard, in-numru tas-serje, eċċ.) għall-metodi kollha użati

 

7.3  L-apparat jew il-metodu użat (eż. klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi) huwa inkluż fl-aktar lista ta’ konformità riċenti tal-UE, tal-ECAC jew tat-TSA?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, agħti d-dettalji li jispeċifikaw l-approvazzjoni tal-apparat u d-data tagħha, kif ukoll kwalunkwe indikazzjoni li turi li l-apparat huwa konformi mal-istandards tal-apparat tal-UE

 

7.4  L-apparat qiegħed jintuża skont il-CONOPS (il-kunċett tal-operazzjonijiet) tal-manifatturi u l-apparat qiegħed jiġi ttestjat u ssirlu manutenzjoni regolari?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

7.5  In-natura tal-kunsinna qiegħda tittieħed f’kunsiderazzjoni matul l-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi żgurat li l-metodu ta’ skrinjar magħżul qiegħed jiġi applikat għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma jitqiegħed ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna

 

7.6  Hemm xi proċess għar-riżoluzzjoni tal-allarm iġġenerat mill-apparat tal-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess li jintuża għar-riżoluzzjoni tal-allarmi sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli n-nuqqas ta’ oġġetti pprojbiti.

 

Jekk LE, iddeskrivi x’jiġri mill-kunsinna.

 

7.7  Hemm xi kunsinni li huma eżentati mill-iskrinjar tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

7.8  Hemm xi eżenzjonijiet li mhumiex konformi mal-lista tal-Unjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.9  L-aċċess għaż-żona tal-iskrinjar huwa kkontrollat sabiex jiġi żgurat li membri tal-persunal awtorizzati u mħarrġin biss jingħataw aċċess?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.10  Hemm xi sistema stabbilita ta’ kontroll tal-kwalità u/jew ittestjar fis-seħħ?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.11  Konklużjoni: Il-merkanzija/posta bl-ajru qiegħda tiġi skrinjata b’wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tad-Deċiżjoni 2010/774/UE għal standard biżżejjed sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li din ma jkun fiha ebda oġġett ipprojbit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 8

Merkanzija jew Posta b’Riskju Għoli (HRCM)

Objettiv: Kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f’postijiet identifikati bħala ta’ riskju għoli mill-UE jew li jidhru li ġew imbagħbsa b’mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-oriġini ta’ riskju għoli u l-istruzzjonijiet tal-iskrinjar jiġu pprovduti mill-awtorità xierqa tal-UE/taż-ŻEE li tkun innominat l-ACC3. L-ACC3 għandu jkollu proċedura li permezz tagħha jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

L-ACC3 għandu jibqa’ f’kuntatt mal-awtorità xierqa responsabbli għall-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE li jġorr il-merkanzija lejhom sabiex ikollu disponibbli l-aħħar stat ta’ informazzjoni dwar l-oriġini ta’ riskju għoli.

L-ACC3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta’ riskju għoli minn trasportatur tal-ajru ieħor jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ trasportazzjoni.

Referenza: Il-punti 6.7 u 6.8.3.4

Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta’ “SHR”, jiġifieri li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.



8.1  Il-persunal tat-trasportatur tal-ajru responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà jaf liema merkanzija u posta bl-ajru għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta ta’ riskju għoli (HRCM)?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

8.2  It-trasportatur tal-ajru għandu xi proċeduri fis-seħħ għall-identifikazzjoni tal-HRCM?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

8.3  L-HRCM hija soġġetta għal proċeduri ta’ skrinjar tal-HRCM skont il-leġiżlazzjoni tal-UE?

IVA jew LE

 

Jekk LE, indika l-proċeduri applikati

 

8.4  Wara l-iskrinjar, it-trasportatur tal-ajru joħroġ dikjarazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà għall-SHR fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif jinħareġ l-istatus tas-sigurtà u f’liema dokument

 

8.5  Konklużjoni: Il-proċess implimentat mit-trasportatur tal-ajru huwa rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-HRCM kollha jkunu ġew ittrattati kif xieraq qabel tgħabbew?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 9

Il-protezzjoni

Objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċessi fis-seħħ sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta’ aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrining, sakemm titgħabba.

Il-protezzjoni tista’ tiġi pprovduta b’mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (barrikati, kmamar imsakkrin, eċċ.), umani (patrols, persunal imħarrġa, eċċ.) u teknoloġiċi (CCTV, allarm, eċċ.).

Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà.

Referenza: Il-punt 6.8.3



9.1  Il-protezzjoni tal-merkanzija bl-ajru u tal-posta bl-ajru taħt sigurtà tiġi applikata mit-trasportatur tal-ajru jew f’ismu minn entità koperta taħt il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru?

Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji

 

Jekk LE, liema entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw il-miżuri ta’ protezzjoni għall-merkanzija jew il-posta bl-ajru li jinġarru minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE?

Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji

— Kumpanija privata ta’ ġestjoni tal-merkanzija

— Kumpanija regolata mill-gvern

— Faċilità jew entità ta’ skrinjar tal-gvern

— Oħrajn

 

9.2  Il-protezzjoni u l-kontrolli tas-sigurtà qegħdin fis-seħħ biex jipprevjenu milli jsir xi tbagħbis matul il-proċess tal-iskrinjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

9.3  Hemm xi proċessi fis-seħħ biex jiżguraw li l-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, li għalihom ġew applikati kontrolli tas-sigurtà, huma protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn dak il-ħin li jintrabtu sakemm jitgħabbew?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qegħdin jiġu protetti

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

9.4  Konklużjonijiet: Il-protezzjoni tal-kunsinni hija robusta biżżejjed biex tipprevjeni interferenza illegali?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 10

Dokumentazzjoni ta’ appoġġ

Objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li:

(1) L-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna jkun indikat fid-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, jew fil-forma ta’ polza tat-tagħbija bl-ajru, ta’ dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f’dikjarazzjoni separata u jew fil-format elettroniku jew bil-miktub; u

(2) L-identifikatur alfanumeriku uniku tiegħu jkun jidher fuq id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għall-kunsinni li jinġarru, f’format elettroniku jew bil-miktub.

Referenza: Il-punti 6.3.2.6 (d), 6.8.3.4 u 6.8.3.5

Nota: jistgħu jiġu indikati l-istatus tas-sigurtà li ġejjin:

 “SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta, jew

 “SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss, jew

 “SHR”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.

Fin-nuqqas ta’ aġent regola, l-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz eżentat mir-reġim tal-ACC3 jista’ joħroġ id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà.



10.1  Il-kunsinni huma akkumpanjati minn dokumentazzjoni li tikkonferma l-kontrolli tas-sigurtà preċedenti u attwali?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-kontenut tad-dokumentazzjoni

 

Jekk LE, spjega għalfejn u kif il-merkanzija jew il-posta hija ttrattata bħala “sikura” mit-trasportatur tal-ajru jekk din titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru

 

10.2  Id-dokumentazzjoni tinkludi l-identifikatur alfanumeriku uniku ACC3 tat-trasportatur tal-ajru?

IVA jew LE

 

Jekk LE, spjega għaliex

 

10.3  Id-dokumentazzjoni tispeċifika l-istatus tas-sigurtà tal-merkanzija u kif inkiseb dan l-istatus?

IVA jew LE

 

10.4  Konklużjoni: Il-proċess tad-dokumentazzjoni huwa biżżejjed biex jiġi żgurat li l-merkanzija jew il-posta jkollha magħha d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ xierqa li tispeċifika l-istatus korrett tas-sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 11

Il-konformità

▼M17

Għan: Wara li jivvaluta l-għaxar partijiet preċedenti ta’ din il-lista ta’ kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika tiegħu fuq il-post tikkorrespondix mal-kontenut tal-parti tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li tiddeskrivi l-miżuri għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u jekk il-kontrolli tas-sigurtà jimplimentawx biżżejjed l-objettivi elenkati f’din il-lista ta’ kontroll.

▼M11

Għall-konklużjonijiet tiegħek, iddistingwi bejn erba’ każijiet prinċipali possibbli:

(1) Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru huwa f’konformità mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-verifika fuq il-post tikkonferma l-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll; jew

(2) Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru huwa f’konformità mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, iżda l-verifika fuq il-post ma tikkonfermax il-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll; jew

(3) Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru mhuwiex konformi mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, iżda l-verifika fuq il-post tikkonferma l-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll; jew

(4) Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru mhuwiex konformi mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-verifika fuq il-post ma tikkonfermax il-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll.



11.  1 Konklużjoni ġenerali: Indika l-każ li huwa l-eqreb għas-sitwazzjoni vvalidata

1, 2, 3 jew 4

 

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

Kummenti mit-trasportatur tal-ajru

 

L-isem tal-validatur:

Data:

Firma:




ANNESS

Lista ta’ persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati

Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta’ kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.

▼M15

DOKUMENT MEHMUŻ 6-C4

LISTA TA’ KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ISPEDITURI MAGĦRUFA MINN PAJJIŻ TERZ LI HUMA VVALIDATI SKONT L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

Entitatjiet minn pajjiżi terzi jistgħu jagħżlu li jsiru parti mill-katina ta’ provvista sikura ta’ ACC3 (merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li joperaw fl-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz) billi jitolbu nominazzjoni bħala Speditur Magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (KC3). KC3 huwa entità tal-maniġġar tal-merkanzija minn pajjiż terz li hija vvalidata u approvata bħala tali abbażi tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

(KC3) għandu jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati lill-kunsinni fil-limiti tal-Unjoni u li l-kunsinni jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizza minn meta jiġu applikati dawk il-kontrolli tas-sigurtà u sakemm jiġu trasferiti għand ACC3 jew aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3).

Il-prerekwiżiti għall-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru fl-Unjoni (UE) jew l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera huma meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 859/2011 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012 ( 19 ).

Il-lista ta’ kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà applikata għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE mill-entità li qed titlob nominazzjoni bħala KC3 jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. Il-lista ta’ kontroll għandha tintuża biss fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(b) tal-Anness tar-REgolament (UE) Nru 185/2010. Fil-każijiet speċifikati fil-punt 6.8.4.1(a) tal-imsemmi Anness, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu juża l-lista ta’ kontroll tal-ACC3.

Jekk il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll, għandu jingħata rapport ta’ validazzjoni lill-entità vvalidata. Ir-rapport tal-validazzjoni għandu jiddikjara li l-entità hija nominata speditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (KC3). Il-KC3 għandu jkun jista’ juża r-rapport fir-relazzjonijiet kummerċjali tiegħu ma’ kwalunkwe ACC3 u RA3. Partijiet integrali tar-rapport ta’ validazzjoni għandhom jinkludu minn tal-inqas dawn kollha li ġejjin:

(a) il-lista ta’ kontroll mimlija (id-dokument mehmuż 6-C4 stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u fejn applikabbli, isiru l-kummenti dwarha mill-entità vvalidata.

(b) id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument mehmuż 6-H3 stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-entità vvalidata; kif ukoll

(c) dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument mehmuż 11-A stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F’kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.

Għall-partijiet l-oħrajn li ma jistgħux jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta’ gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).

Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tikkonkludi li l-entità rnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll, din l-entità għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll mimlija li telenka n-nuqqasijiet.

Noti dwar il-mili:

(1) Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta’ kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan.

(2) Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta’ din il-parti.

PARTI 1

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet



1.1.  Id-data/i tal-validazzjoni

Uża l-format eżatt tad-data, bħal 01.10.2012 sa 02.10.2012

jj/xx/ssss

 

1.2.  Id-data tal-validazzjoni preċedenti fejn applikabbli.

jj/xx/ssss

 

In-numru tar-reġistrazzjoni preċedenti tal-KC3, fejn disponibbli

 

Ċertifikat AEO/status C-TPAT/ċertifikazzjonijiet oħrajn, fejn disponibbli

 

1.3.  Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Isem

 

Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità

 

Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI)

 

L-indirizz tal-e-Mail

 

In-numru tat-telefon — inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

1.4.  L-isem tal-entità

Isem

 

In-numru tal-kumpanija (eż. numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistru kummerċjali, fejn applikabbli)

 

Numru/Unità/Bini

 

It-triq

 

Il-belt

 

Kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Pajjiż

 

Indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

 

1.5.  Indirizz ewlieni tal-organizzazzjoni (jekk differenti mis-sit li se tiġi vvalidata)

Numru/Unità/Bini

 

It-triq

 

Il-belt

 

Kodiċi postali

 

L-Istat (fejn ikun rilevanti)

 

Pajjiż

 

Indirizz tal-Kaxxa Postali, jekk applikabbli

 

1.6.  In-natura tan-negozju — It-tipi ta’ merkanzija pproċessati

X’inhi n-natura tan-negozju(negozji) — tip ta’ merkanzija pproċessata fil-bini tal-applikant?

 

1.7.  L-applikant huwa responsabbli għal...?

(a)  Produzzjoni

(b)  Ippakkjar

(c)  Ħażna

(d)  Bgħit

(e)  Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika:

 

1.8.  Għadd approssimattiv tal-ħaddiema fuq il-post

Numru

 

1.9.  L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-pajjiż terz

Isem

 

Titlu tax-xogħol

 

L-indirizz tal-e-Mail

 

In-numru tat-telefon — inkluż il-kodiċi internazzjonali

 

PARTI 2

L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-ispeditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

Objettiv: L-ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista’ tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Il-merkanzija u l-posta li jintbagħtu minn KC3 għand ACC3 jew RA3 jistgħu jiġu aċċettati biss bħala merkanzija jew posta sikura jekk jiġu applikati kontrolli tas-sigurtà bħal dawn mill-KC3. Id-dettalji ta’ tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta’ din il-lista ta’ kontroll.

Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li jiġu applikati l-kontrolli tas-sigurtà xierqa lill-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u l-merkanzija jew il-posta sikura tkun imħarsa sakemm tkun trasferita għand ACC3 jew RA3. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jikkonsistu f’miżuri li jiżguraw b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna.

Referenza: Il-punt 6.8.3



2.1.  L-entità stabbiliet programm ta’ sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk LE mur mal-ewwel għall-punt 2.5

 

2.2.  Informazzjoni dwar il-programm tas-sigurtà tal-entità

Data – uża l-format eżatt jj/xx/ssss

 

Il-verżjoni

 

Il-programm tas-sigurtà tressaq quddiem l-awtorità xierqa tal-istat fejn tinsab l-entità u/jew ġie approvat minnha? Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi l-proċess

 

2.3.  Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi msemmija fil-lista ta’ kontroll (il-partijiet 4 sa 11)?

IVA jew LE

 

Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall

 

2.4  Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

2.5  L-entità stabbilixxiet proċess sabiex tiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel ma tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess

 

2.6.  L-entità għandha fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni (eż. strumenti, istruzzjonijiet, eċċ.) biex tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi s-sistema ta’ ġestjoni u spjega jekk hijiex approvata, iċċekkjata jew ipprovduta mill-awtorità xierqa jew minn entità oħra.

 

Jekk LE, spjega kif l-entità tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jiġu applikati bil-mod meħtieġ.

 

2.7.  Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklużività u r-robustezza tal-proċess.

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 3

Il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli (“Ħin/lok tal-identifikazzjoni”)

Objettiv: Li jiġi stabbilit il-punt (jew: il-post) fejn il-merkanzija/posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru. Il-ħin/il-lok tal-identifikazzjoni hija ddefinita bħala l-ħila li wieħed jivvaluta meta/fejn il-merkanzija/posta tkun identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru.



3.1.  Permezz ta’ spezzjoni tal-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħażna, l-għażla, il-bgħit u kwalunkwe parti oħra rilevanti, żgura fejn u kif kunsinna tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ssir identifikabbli bħala tali.

Iddeskrivi

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

N.B. Għandu jingħata tagħrif dettaljat dwar il-protezzjoni ta’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati fil-Partijiet 6 sa 9.

PARTI 4

Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal

Objettiv: Biex jiġi żgurat li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati, il-KC3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-membri tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru identifikabbli jippossjedu l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u jingħataw taħriġ adegwat.

Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, il-KC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, membri tal-persunal tal-aġenzija, sewwieqa, eċċ.) b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:

(a) kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal verifiki tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-KC3 ivvalidat; kif ukoll

(b) ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-bini tal-KC3 ivvalidat.

Nota:

 Verifika tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta’ persuna, inkluż fejn ikun legalment permessibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta’ individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta’ sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO).

 Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta’ xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta’ qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta’ qabel (definizzjoni tal-Unjoni).

Referenza: Il-punt 6.8.3.1



4.1.  Hemm xi proċedura li tiżgura li l-membri kollha tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jkunu soġġetti għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.2.  Din il-proċedura tinkludi?

 Verifika tal-preċedenti personali

 Verifika qabel l-impjieg

 Verifika tar-rekords kriminali

 Intervisti

 Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

 

4.3.  Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha.

 

4.4.  Din il-proċedura tinkludi?

 Verifika tal-preċedenti personali

 Verifika qabel l-impjieg

 Verifika tar-rekords kriminali

 Intervisti

 Oħrajn (ipprovdi d-dettalji)

Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni.

 

4.5.  Il-membri tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ

 

4.6.  Il-membri tal-persunal imsemmija fil-punt 4.5 jirċievu taħriġ rikorrenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti

 

4.7.  Konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-membri tal-persunal jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE jkunu ġew irreklutati u mħarrġa kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikollhom sensibilizzazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 5

Is-sigurtà fiżika

Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha turi kif is-sit tagħha jew il-bini tagħha huma protetti u li hemm fis-seħħ proċeduri ta’ kontroll rilevanti għall-aċċess. Huwa essenzjali li l-aċċess għaż-żona fejn il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli tiġi pproċessata jew maħżuna, ikun ikkontrollat. Jeħtieġ li l-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra kollha ta’ aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru sikuri fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ikunu taħt sigurtà jew soġġetti għall-kontroll tal-aċċess.

Is-sigurtà fiżika tista’ tkun, imma mhix limitata għal:

 Ostakli fiżiċi bħal ċnut jew barrikati;

 Teknoloġija bl-użu ta’ allarmi u/jew sistemi ta’ CCTV;

 Sigurtà umana bħal membri tal-persunal li xogħolhom ikun li jwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza.

Referenza: Il-punt 6.8.3.1



5.1.  Il-punti tal-aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli huma kollha soġġetti għall-kontroll tal-aċċess u l-aċċess huwa limitat għal persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif jiġi kkontrollat l-aċċess? Spjega u ddeskrivi. Tista’ tagħti aktar minn risposta waħda.

 Minn membri tal-persunal tas-sigurtà

 Minn membri oħrajn tal-persunal

 Verifika manwali jekk il-persuni jkunu jistgħu jidħlu f’dik iż-żona

 Sistemi ta’ kontroll elettroniku għall-aċċess

 Oħrajn, speċifika

 

Jekk IVA, kif jiġi żgurat li persuna tkun awtorizzata li tidħol fiż-żona? Spjega u ddeskrivi. Tista’ tagħti aktar minn risposta waħda.

— Użu ta’ karta ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija

— Użu ta’ tip ieħor ta’ karta tal-identifikazzjoni bħal passaport jew liċenzja tas-sewqan

— Lista tal-persuni awtorizzati użata mill-membri tal-persunal (tas-sigurtà)

— Awtorizzazzjoni elettronika, eż. bl-użu ta’ ċippa

— Distribuzzjoni ta’ ċwievet jew kodiċi ta’ aċċess biss lill-membri awtorizzati tal-persunal

— Oħrajn, speċifika

 

5.2.  Il-punti kollha tal-aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli huma taħt sigurtà? Dawn jinkludu l-punti tal-aċċess li mhumiex f’użu permanenti u punti li normalment ma jintużawx bħala punti tal-aċċess, bħat-twieqi

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif inhuma dawn il-punti taħt sigurtà? Spjega u ddeskrivi. Tista’ tagħti aktar minn risposta waħda.

— Preżenza tal-membri tal-persunal tas-sigurtà

— Sistemi ta’ kontroll elettroniku għall-aċċess li jippermettu aċċess lil persuna waħda biss fl-istess ħin

— Barrikati, eż. kontraporti jew serraturi

— Sistema ta’ CCTV

— Sistema ta’ sejbien ta’ intrużi

 

5.3.  Hemm miżuri addizzjonali biex itejbu s-sigurtà tal-bini b’mod ġenerali?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega u ddeskrivi x’inhuma

 Ċnut jew barrikati

 Sistema ta’ CCTV

 Sistema ta’ sejbien ta’ intrużi

 Sorveljanza u patrols

 Oħrajn, speċifika

 

5.4.  Il-bini huwa magħmul minn kostruzzjoni solida?

IVA jew LE

 

5.5.  Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-entità huma biżżejjed sabiex jevitaw aċċess mhux awtorizzat għal dawk il-partijiet tas-sit u l-bini fejn tiġi pproċessata jew maħżuna l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 6

Il-produzzjoni

Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess ta’ produzzjoni. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat u l-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-produzzjoni, l-entità jkollha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-produzzjoni.



6.1.  L-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

 

6.2.  Il-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi sorveljat

 

6.3.  Jeżistu kontolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

6.4.  Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-entità huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati tul il-produzzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 7

L-ippakkjar

Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess tal-ippakkjar. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar huwa kkontrollat u l-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-ippakkjar, l-entità għandha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju. Hemm bżonn li l-prodotti lesti kollha jiġu vverifikati qabel ma jiġu ppakkjati.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-ippakkjar.



7.1.  L-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

 

7.2.  Il-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi sorveljat

 

7.3.  Jeżistu kontolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-ippakkjar?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

7.4.  Iddeskrivi l-imballaġġ ta’ barra meta jkun lest:

(a)  L-ippakkjar ta’ barra meta jkun lest huwa robust?

IVA jew LE

 

Iddeskrivi

 

(b)  Meta jitlesta, l-imballaġġ ta’ barra juri li ma jkunx ġie mbagħbas?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi liema proċess jintuża biex jagħmilha evidenti li jkun sar tbagħbis fl-imballaġġ, pereżempju bl-użu ta’ siġilli nnumerati, timbri speċjali jew tejp tas-sigurtà, eċċ.

 

Jekk LE, iddeskrivi x’miżuri ta’ protezzjoni jittieħdu biex jiżguraw l-integrità tal-kunsinni.

 

7.5.  Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati matul l-ippakkjar?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 8

Il-ħażna

Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-ħażna. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-ħażna huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE waqt li jkun qiegħed jinħażen, l-entità għandha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-ħażna.



8.1.  L-aċċess għaż-żona tal-ħażna huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

 

8.2.  Meta tkun lesta u ppakkjata, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tinħażen b’mod sikur u jiġi ċċekkjat jekk kienx hemm tbagħbis?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

Jekk LE, spjega kif l-entità tiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru lesti u ppakkjati fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ikunu protetti minn kull interferenza u tbagħbis mhux awtorizzati.

 

8.3.  Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati matul il-ħażna?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 9

Il-bgħit

Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess tal-bgħit. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-bgħit, l-entità jkollha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati f’dan l-istadju.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE matul il-proċess tal-bgħit.



9.1.  L-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, spjega kif l-aċċess huwa kkontrollat u limitat għall-persuni awtorizzati

 

9.2.  Min għandu aċċess għaż-żona tal-bgħit? Tista’ tagħti aktar minn risposta waħda.

 Impjegati tal-entità

 Sewwieqa

 Viżitaturi

 Kuntratturi

 Oħrajn (speċifika)

 

9.3.  Il-proċess tal-bgħit huwa taħt sorveljanza?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi sorveljat

 

9.4.  Jeżistu kontolli li jevitaw it-tbagħbis fl-istadju tal-bgħit?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, iddeskrivi

 

9.5.  Konklużjoni: Il-miżuri li jittieħdu mill-organizzazzjoni huma biżżejjed sabiex jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzati matul il-proċess tal-bgħit?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 10

Il-kunsinni minn sorsi oħra

Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jiżguraw li l-merkanzija jew il-posta li ma jkunx oriġina hu, ma tintbagħatx għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

KC3 jistgħa jgħaddi kunsinni li ma jkunx oriġina hu lil RA3 jew ACC3 sakemm:

(a) ikunu separati minn kunsinni li jkun oriġina huwa stess; kif ukoll

(b) l-oriġini tkun indikata b’mod ċar fuq il-kunsinna jew fuq id-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament.

Il-kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati minn RA3 jew ACC3 qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.



10.1.  L-entità taċċetta kunsinni ta’ merkanzija jew posta maħsuba għall-ġarr bl-ajru minn entità oħra?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif dawn il-kunsinni jinżammu separati mill-merkanzija jew il-posta tal-kumpanija nnifisha u kif inhuma identifikabbli għall-aġent/trasportatur regolat?

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

 

PARTI 11

It-trasportazzjoni

Objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli fil-limiti tal-UE/ŻEE tkun protetta minn kull interferenza u/jew tbagħbis mhux awtorizzat matul it-trasportazzjoni. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tiġi aċċettata mingħand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura.

Matul it-trasportazzjoni, il-KC3 huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-kunsinni sikuri. Dan jinkludi każijiet fejn it-trasportazzjoni ssir minn entità oħra, bħal persuna li tgħaddi l-merkanzija, f’isimha. Dan ma jinkludix każijiet fejn il-kunsinni jkunu ttrasportati taħt ir-responsabbiltà ta’ ACC3 jew RA3.

Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista’ jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE meta ttrasportat.



11.1.  Kif tasal il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għand l-ACC3 jew l-RA3?

(a)  It-trasport personali tal-entità vvalidata?

IVA jew LE

 

(b)  It-trasport ta’ RA3/ACC3?

IVA jew LE

 

(c)  Kuntrattur użat mill-entità vvalidata?

IVA jew LE

 

11.2.  Wara li tbagħbset, il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ġiet ippakkjata b’mod evidenti?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif

 

11.3.  Il-vettura tiġi ssiġġillata jew imsakkra qabel it-trasportazzjoni?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, kif

 

11.4.  Meta jintużaw is-siġilli nnumerati, l-aċċess għas-siġilli jkun ikkontrollat u n-numri jiġu rreġistrati malli jinħarġu?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, speċifika kif

 

11.5.  Jekk applikabbli, it-trasportatur rispettiv jiffirma d-dikjarazzjoni tat-trasport?

IVA jew LE

 

11.6.  Il-persuna li tittrasporta l-merkanzija ġiet soġġetta għal kontrolli speċifiċi ta’ sigurtà u taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni qabel ma ġiet awtorizzata tittrasporta merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà?

IVA jew LE

 

Jekk IVA, jekk jogħġbok iddeskrivi x’tipi ta’ kontrolli tas-sigurtà (verifika qabel l-impjieg, verifika tal-isfond, eċċ.) u x’tip ta’ taħriġ (taħriġ dwar is-sensibilizzazzjoni tas-sigurtà, eċċ.)

 

11.7.  Konklużjoni: Il-miżuri huma biżżejjed sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza u/jew tbagħbis waqt it-trasport?

IVA jew LE

 

Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet

 

Kummenti mill-entità

 

Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

PARTI 12

Il-konformità

Objettiv: Wara li jivvaluta l-ħdax-il parti preċedenti ta’ din il-lista ta’ kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika fuq is-sit tiegħu tikkonfermax l-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sigurtà f’konformità mal-objettivi elenkati f’din il-lista ta’ kontroll għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE.

Huma possibbli żewġ xenarji differenti. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità:

(a) irnexxielha tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll. Il-validatur għandu jipprovdi lill-entità vvalidata r-rapport ta’ validazzjoni oriġinali u jiddikjara li l-entità hija nnominata speditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (KC3);

(b) ma rnexxilhiex tikkonforma mal-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll. F’dak il-każ, l-entità ma tkunx awtorizzata li tibgħat merkanzija jew posta bl-ajru f’destinazzjoni tal-UE/ŻEE għand ACC3 jew RA3 mingħajr ma l-ewwel tiġi skrinjata minn parti awtorizzata. Hija għandha tirċievi kopja tal-lista ta’ kontroll kompluta li tgħid x’inhuma n-nuqqasijiet.

B’mod ġenerali, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jiddeċiedi jekk il-merkanzija u l-posta ġestiti mill-entità vvalidata humiex ġestiti b’tali mod li fil-mument meta jaslu għand ACC3 jew RA3 jistgħux jitqiesu li huma sikuri biex imorru fl-UE/ZEE skont ir-regolamenti applikabbli tal-Unjoni.

Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jżomm f’moħħu li l-valutazzjoni hija bbażata fuq metodoloġija ta’ konformità globali abbażi tal-objettivi.



12.1.  Konklużjoni ġenerali:

Valutazzjoni (u notifika)

(immarka l-kelma li tapplika)

Jekk tkun “SUFFIĊJENZA”, l-entità għandha tiġi kkunsidrata nominata bħala speditur magħruf u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz (KC3).

Suffiċjenza/Insuffiċjenza

Meta l-valutazzjoni ġenerali twassal għal insuffiċjenza, elenka hawn taħt il-partijiet fejn il-kunsinnatur jonqos milli jilħaq l-istandard ta’ sigurtà meħtieġ jew għandu vulnerabilità speċifika. Agħti parir ukoll dwar l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jintlaħaq l-istandard meħtieġ u għalhekk sabiex ikollu suffiċjenza.

Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

 

Kummenti mill-entità

 

L-isem tal-validatur:

Data:

Firma:




ANNESS

Lista ta’ persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati

Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta’ kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.



L-isem tal-entità

L-isem tal-persuna ta’ kuntatt

Data taż-żjara/intervista

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

▼B

DOKUMENT MEHMUŻ 6-D

STRUZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI GĦALL-

KUNSINNATURI IN KONTO

Dawn l-istruzzjonijiet tħejjew għall-użu tiegħek u għat-tagħrif tal-persunal tiegħek involut fit-tħejjija u l-kontroll tal-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru. Dawn l-istruzzjonijiet qegħdin jiġu pprovduti lilek skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Bini

L-aċċess għaż-żoni fejn jitħejjew, jiġu ppakkjati u/jew maħżuna l-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli għandhom jiġu kkontrollati sabiex jiġi żgurat li l-ebda persuna mhux awtorizzata ma jkollha aċċess għall-kunsinni.

Il-viżitaturi għandhom ikunu akkumpanjati l-ħin kollu, jew ma għandhomx jingħataw aċċess għal, dawk iż-żoni fejn jitħejjew, jiġu ppakkjati jew/u maħżuna l-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli.

Persunal

L-integrità tal-persunal kollu li jiġi rreklutat li jkun se jkollu aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli għandha tiġi vverifikata. Din il-verifika għandha tinkludi tal-anqas kontroll tal-identità (jekk possibbli permezz ta’ karta tal-identità, liċenzja tas-sewqan jew passaport li jkollhom ritratt tal-persuna) u kontroll tal-curriculum vitae u/jew ir-referenzi pprovduti.

Il-persunal kollu li jkollu aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għandu jkun konxju tar-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà kif stabbiliti f’dawn l-istruzzjonijiet.

Il-persuna nnominata bħala responsabbli

Tal-anqas persuna waħda għandha tiġi nnominata (il-persuna nnominata bħala responsabbli) għall-applikazzjoni u l-kontroll ta’ dawn l-istruzzjonijiet.

Integrità tal-kunsinna

Il-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ma għandu jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit, sakemm ma jkunux ġew iddikjarati kif suppost u soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.

Il-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata.

Il-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għandha tiġi ppakkjata b’mod adegwat u, fejn possibbli, jingħalqu b’mod li juri li ma kienx hemm tbagħbis.

Il-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati għandhom jiġu deskritti b’mod sħiħ fuq id-dokumentazzjoni mehmuża flimkien mat-tagħrif korrett rigward l-indirizz.

Trasport

Meta l-kunsinnatur in konto jkun responsabbli għat-trasport tal-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru, il-kunsinni għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata.

Meta l-kunsinnatur in konto juża kuntrattur:

(a) il-kunsinni għandhom jiġu ssiġillati qabel ma jiġu ttrasportati; u

(b) jeħtieġ li jkun hemm qbil dwar id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-E min-naħa tat-trasportatur li jittrasporta f’isem il-kunsinnatur in konto.

Id-dikjarazzjoni ffirmata jew kopja tal-ekwivalenti mingħand l-awtorità xierqa, għandha tinżamm mill-kunsinnatur in konto.

Irregolaritajiet

L-irregolaritajiet li jkunu ovvji kif ukoll dawk issuspettati relatati ma’ dawn l-istruzzjonijiet għandhom jiġu rrapportati lill-persuna nnominata bħala responsabbli. Il-persuna nnominata bħala responsabbli għandha tieħu azzjoni xierqa.

Kunsinni minn sorsi oħra

Kunsinnatur in konto jista’ jgħaddi kunsinni li ma jkunx oriġinahom huwa stess għal għand aġent irregolat, bil-kundizzjoni li:

(a) ikunu sseparati minn kunsinni li jkun oriġina huwa stess; u

(b) l-oriġini tkun indikata b’mod ċar fuq il-kunsinna jew fuq id-dokumentazzjoni mehmuża magħha.

It-tali kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.

Spezzjonijiet mingħajr avviż

L-ispetturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni mill-awtorità xierqa jistgħu jwettqu spezzjonijiet mingħajr avviż sabiex jivverifikaw il-konformità ma’ dawn l-istruzzjonijiet. L-ispetturi għandhom dejjem iġorru magħhom pass uffiċjali, li għandu jinwtera kull meta jintalab meta tkun qiegħda titwettaq spezzjoni fil-bini tiegħek. Il-pass għandu jinkludi isem l-ispettur kif ukoll ritratt tiegħu.

Oġġetti pprojbiti

Apparat esplożiv u inċendjarju armat ma għandux jinġarr f’kunsinni ta’ merkanzija sakemm ir-rekwiżiti tar-regoli tas-sikurezza kollha ma jkunux ġew ssodisfati kompletament. ►M9  ————— ◄

Dikjarazzjoni tal-impenji

Id-“Dikjarazzjoni tal-impenji – kunsinnatur in konto” m’hemmx għalfejn tiġi ffirmata u mogħtija lill-aġent regolat, jekk il-kumpanija tiegħek tkun id-detentur ta’ ċertifikat tal-AEO msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1875/2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993.

Madankollu, għandek tgħarraf minnufih lill-aġent regolat jekk il-kumpanija tiegħek ma tkunx għadha d-detentur ta’ ċertifikat tal-AEO. F’dan il-każ, l-aġent regolat għandu jinfurmak kif tista’ tkun żgur dwar l-istatus tal-kunsinnatur in konto.

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — KUNSINNATUR IN KONTO

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

 [isem il-kumpanija] tikkonforma ma’ dawn l-istruzzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-kunsinnaturi in konto,

 [isem il-kumpanija] tiżgura li dawn l-istruzzjonijiet jiġu kkomunikati lill-persunal li għandu aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru,

 [isem il-kumpanija] iżżomm il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru sikura sa ma tingħadda għand l-aġent regolat,

 [isem il-kumpanija] taċċetta li l-kunsinni jistgħu jkunu soġġetti għall-kontrolli tas-sigurtà, inkluż l-iskrinjar, u

 [isem il-kumpanija] taċċetta spezzjonijiet mingħajr avviż fil-bini tagħha mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn tinsab sabiex tivvaluta jekk [isem il-kumpanija] hijiex konformi ma’ dawn l-istruzzjonijiet.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

▼M9

DOKUMENT MEHMUŻ 6-E

DIKJARAZZJONI TAT-TRASPORTATUR

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Waqt il-ġbir, il-ġarr, il-ħżin u t-twassil tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li jkunu sarulha l-kontrolli tas-sigurtà [f’isem isem l-aġent regolat/it-trasportatur tal-ajru li japplika l-kontrolli ta' sigurtà għall-merkanzija jew għall-posta/il-kunsinnatur magħruf/il-kunsinnatur in konto], nikkonferma li se jkun hemm konformità mal-proċeduri tas-sigurtà li ġejjin:

 Il-persunal kollu li jittrasporta din il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru se jkun irċieva taħriġ ġenerali ta' għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010;

 L-integrità tal-persunal kollu li jiġi rreklutat u li jkollu aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru se tkun ivverifikata. Din il-verifika għandha tinkludi tal-anqas kontroll tal-identità (jekk hu possibbli permezz ta' karta tal-identità, liċenzja tas-sewqan jew passaport li jkollhom ritratt tal-persuna) u kontroll tal-curriculum vitae u/jew ir-referenzi provduti;

 Il-kompartimenti għat-tagħbija fil-vetturi se jkunu siġġillati jew imsakkra. Vetturi li jkollhom il-purtieri fil-ġnub tagħhom se jingħalqu b’mod sikur permezz ta’ ħbula tat-TIR. Il-partijiet tat-tagħbija tat-trakkijiet bi pjattaforma għall-ġarr se jinżammu taħt osservazzjoni meta l-merkanzija bl-ajru tkun qiegħda tiġi trasportata;

 Minnufih qabel it-tagħbien, għandha ssir tiftixa fil-kompartiment tat-tagħbija u l-integrità ta' din it-tiftixa għandha tinżamm sa ma jintemm it-tagħbien;

 Kull sewwieq se jġorr miegħu l-kartà tal-identità, il-passaport, il-liċenzja tas-sewqan jew dokument ieħor, li jkollu ritratt tal-persuna, li jkun inħareġ jew li jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet nazzjonali;

 Bejn il-ġbir u t-twassil, is-sewwieqa mhumiex se jieqfu f'postijiet li ma jkunux inklużi fl-iskeda. Meta dan ma jkunx jista’ jiġi evitat, is-sewwieq se jiċċekkja s-sigurtà tat-tagħbija u l-integrità tal-qofol u/jew tas-siġilli malli jasal lura. Jekk is-sewwieq jiskopri kwalunkwe evidenza ta' interferenza, se jinnotifika lis-superviżur tiegħu u l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru mhux se titwassal mingħajr notifika waqt it-twassil tagħha;

▼M19

 It-trasport mhux se jiġi subkuntrattat lil parti terza, sakemm il-parti terza:

 

(a) ma jkollhiex ftehim ta' trasportatur ma' aġent regolat, ma' kunsinnatur magħruf jew ma' kunsinnatur in konto responsabbli mit-trasport [l-istess isem ta' hawn fuq]; jew

(b) ma tkunx approvata jew ċertifikata mill-awtorità xierqa; jew

(c) ma jkollhiex ftehim ta' trasportatur mat-trasportatur firmatarju li jeħtieġ li l-parti terza ma tagħmilx subkuntratti ulterjuri u li din timplimenta l-proċeduri ta' sigurtà li jinsabu f'din id-dikjarazzjoni. It-trasportatur firmatarju jġorr ir-responsabbiltà kollha għat-trasport kollu f'isem l-aġent regolat, il-kunsinnatur magħruf jew il-kunsinnatur in konto; u

▼M9

 L-ebda servizz ieħor (eż. il-ħżin) mhuwa se jingħata b'kuntratt lil kwalunkwe parti oħra għajr aġent regolat jew entità li tkun ġiet iċċertifikata jew approvata u elenkata għad-dispożizzjoni ta' dawn is-servizzi mill-awtorità xierqa.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Isem u indirizz tal-kumpanija:

Data:

Firma:

▼M19

DOKUMENT MEHMUŻ 6-F

MERKANZIJA U POSTA

6-Fi

PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

6-Fii

IL-PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, LI GĦALIHOM MHIJIEX MEĦTIEĠA NOMINAZZJONI ACC3, HUMA ELENKATI F'DEĊIŻJONI SEPARATA TAL-KUMMISSJONI

6- Fiii

ATTIVITAJIET TA' VALIDAZZJONI TA' PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TA' DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA EKWIVALENTI GĦALL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

▼M6

DOKUMENT MEHMUŻ 6-G

DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-MERKANZIJA U L-POSTA LI JITILQU MINN PAJJIŻ TERZ

Il-programm tas-sigurtà tal-ACC3 għandu jistabbilixxi, kif applikabbli u jew għal kull ajruport ta’ pajjiż terz individwalment inkella bħala dokument ġeneriku li jispeċifika kwalunkwe varjazzjoni f’ajruporti ta’ pajjiż terz imsemmija:

(a) Deskrizzjoni tal-miżuri għall-merkanzija u l-posta bl-ajru

(b) Il-proċeduri għall-aċċettazzjoni

(c) L-iskema u l-kriterji tal-aġent regolat

(d) L-iskema u l-kriterji tal-kunsinnatur magħruf

(e) L-iskema u l-kriterji tal-kunsinnatur in konto [akkont]

(f) L-istandard tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku

(g) Il-post tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku

(h) Id-dettalji dwar it-tagħmir tal-iskrinjar

(i) Id-dettalji tal-operatur jew tal-fornitur tas-servizz

(j) Lista ta' eżenzjonijiet mill-iskrinjar tas-sigurtà jew mill-eżami fiżiku

(k) It-trattament ta' merkanzija u posta bl-ajru b'riskju għoli.

DOKUMENT MEHMUŻ 6-H

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — ACC3

Niddikjara li,

 sa fejn naf jien, l-informazzjoni mogħtija fil-programm tas-sigurtà tal-kumpanija fir-rigward tal-kunsinni li jinġarru lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi hija minnha u preċiża,

 il-prassi u l-proċeduri deskritti fil-programm tas-sigurtà fir-rigward tal-kunsinni li jinġarru lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi se jkunu implimentati u miżmuma fis-siti kollha koperti mill-programm,

 il-programm tas-sigurtà se jkun aġġustat u adattat biex jikkonforma mal-bidliet kollha tal-futur fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tispeċifika r-rekwiżiti għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li tinġarr lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi, sakemm [isem it-trasportatur tal-ajru] ma jinfurmax lil [isem l-awtorità xierqa] li ma jixtieqx ikompli jittrasporta l-kunsinni lejn l-Unjoni Ewropea minn kwalunkwe pajjiż terz,

 [isem it-trasportatur tal-ajru] se jgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] bil-miktub dwar kwalunkwe bidla fil-partijiet relevanti tal-programm tas-sigurtà tiegħu fi żmien 10 ijiem;

 il-kumpanija nnominat lil [isem l-individwu responsabbli] biex ikollu r-responsabbiltà globali għall-miżuri tas-sigurtà fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-merkanzija/tal-posta bl-ajru fi [ismijiet tal-ajruporti ta' pajjiżi terzi] għan-nom tagħha;

 mill-1 ta' Lulju 2014 [isem it-trasportatur tal-ajru] se jżomm bażi tad-dejta ta' aġenti regolati, kunsinnaturi magħrufa u kunsinnaturi in konto [akkont] ta' pajjiżi terzi, u jagħmilha disponibbli għall-ispezzjonar;

 [isem it-trasportatur tal-ajru] se jikkoopera b'mod sħiħ mal-ispezzjonar kollu neċessarju, u se jipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha mitluba mill-ispetturi kif ukoll u għall-bażi tad-dejta imsemmija hawn fuq;

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista' tkun relevanti għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-pajjiż terz, b'mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta' ħabi ta' oġġetti pprojbiti fil-kunsinni; kif ukoll

 [isem it-trasportatur tal-ajru] se jgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] fil-każ li:

 

(a) jieqaf min-negozju tiegħu; jew ibiddel ismu;

(b) ma jibqax jittratta ma' merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru; jew

(c) ma jkunx jista' jkompli jissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tispeċifika r-rekwiżiti għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li tinġarr lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi.

Naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

▼M11

DOKUMENT MEHMUŻ 6-H1

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — ACC3 IVVALIDAT GĦAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien nieħu nota ta’ dan li ġej:

Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta’ sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta’ merkanzija bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ( 20 ) fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta’ kontroll jew imsemmija fih ( 21 ).

[L-isem tat-trasportatur tal-ajru] jista’ jiġi nnominat biss bħala “Trasportatur ta’ Merkanzija jew Posta bl-Ajru li jopera fl-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz (ACC3)” ladarba rapport tal-validazzjoni tal-UE jkun ġie sottomess u aċċettat mill-awtorità xierqa ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda, tan-Norveġja jew tal-Isvizzera għal dak il-għan, u d-dettalji tal-ACC3 ikunu ddaħħlu ►M17  fil-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ .

Jekk ir-rapport jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità fil-miżuri tas-sigurtà li jirreferi għalihom, dan jista’ jwassal għall-irtirar tan-nominazzjoni ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] bħala ACC3 diġà miksuba għal dan l-ajruport, liema rtirar jispiċċa jipprevjeni lil [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] milli jittrasporta merkanzija jew posta bl-ajru lejn iż-żona tal-UE/taż-ŻEE għal dan l-ajruport.

Ir-rapport huwa validu għal ħames snin u għalhekk jiskadi mhux aktar tard minn .

F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien niddikjara li:

 [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jaċċetta li tittieħed azzjoni ta’ segwitu xierqa bil-għan li jiġu mmonitorjati l-istandards ikkonfermati mir-rapport.

 Kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] li ma tkunx tirrikjedi validazzjoni sħiħa mill-ġdid għandha tiġi nnotata fir-rapport oriġinali billi tiżdied l-informazzjoni, filwaqt li l-informazzjoni preċedenti tintħalla viżibbli. Dan jista’ jikkonċerna l-bidliet li ġejjin:

 

(1) ir-responsabbiltà globali għas-sigurtà tiġi assenjata lil kwalunkwe persuna minbarra l-persuna msemmija fil-punt 1.7 tad-Dokument mehmuż 6-C3 għar-Regolament (UE) Nru 185/2010;

(2) kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li x’aktarx tħalli impatt sinifikanti fuq is-sigurtà;

 [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] sejjer jgħarraf lill-awtorità li tkun innominatu bħala ACC3 jekk [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] iwaqqaf il-kummerċ, ma jibqax ikollu x’jaqsam ma’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma jkunx jista’ jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti vvalidati f’dan ir-rapport.

 [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] sejjer iżomm il-livell tas-sigurtà kkonfermat f’dan ir-rapport bħala konformi mal-objettiv stabbilit fil-lista ta’ kontroll u, fejn xieraq, jimplimenta u japplika kwalunkwe miżura ta’ sigurtà addizzjonali meħtieġa sabiex jiġi nnominat bħala ACC3 fejn l-istandards tas-sigurtà jkunu ġew identifikati bħala insuffiċjenti, sakemm issir il-validazzjoni sussegwenti tal-attivitajiet ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru].

F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Il-kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

▼M15

DOKUMENT MEHMUŻ 6-H2

DIKJARAZZJONI TA’ IMPENJI - AĠENTI REGOLATI MINN PAJJIŻI TERZI LI HUMA VVALIDATI SKONT L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE (RA3)

F’isem [l-isem tal-RA3] jien nieħu nota ta’ dan li ġej:

Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta’ sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta’ merkanzija bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta’ kontroll jew imsemmija fih.

[L-isem tal-RA3] jista’ jiġi nnominat biss bħala “aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE” (RA3) ġaladarba tkun tlestiet validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE b’suċċess u b’“SUFFIĊJENZA” minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE elenkat fil-bażi ta’ dejta tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa.

Jekk ir-rapport jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità fil-miżuri tas-sigurtà li jirreferi għalihom, dan jista’ jwassal għall-irtirar tan-nominazzjoni ta’ [l-isem tal-RA3] bħala RA3 li diġà nkisbet minn dan il-bini, liema rtirar se jipprevjeni lil [l-isem tal-RA3] milli jwassal merkanzija jew posta bl-ajru taħt sigurtà fid-destinazzjoni tal-UE/taż-ŻEE għand ACC3 jew RA3 ieħor.

Ir-rapport huwa validu għal ħames snin u għaldaqstant għandu jiskadi mhux aktar tard minn ….

F’isem [l-isem tatl-RA3] jien niddikjara li:

(a) [l-isem tal-RA3] jaċċetta li tittieħed azzjoni ta’ segwitu xierqa bil-għan li jiġu mmonitorjati l-istandards ikkonfermati mir-rapport.

(b) Kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet ta’ [l-isem tal-RA3] li ma tkunx tirrikjedi validazzjoni sħiħa mill-ġdid għandha tiġi nnotata fir-rapport oriġinali billi tiżdied l-informazzjoni, filwaqt li l-informazzjoni preċedenti titħalla viżibbli. Dan jista’ jikkonċerna l-bidliet li ġejjin:

(1) ir-responsabbiltà globali għas-sigurtà tiġi assenjata lil kwalunkwe persuna minbarra l-persuna msemmija fil-punt 1.8 tad-Dokument Mehmuż 6-C2 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010;

(2) kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li x’aktarx tħalli impatt sinifikanti fuq is-sigurtà.

(c) [name of RA3] se jgħarraf lill-ACC3 u lill-RA3 li għandhom iwassal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jekk [name of RA3] iwaqqaf il-kummerċ, ma jibqax ikollu x’jaqsam ma’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma jkunx jista’ jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti vvalidati f’dan ir-rapport.

(d) [l-isem tal-RA3] sejjer iżomm il-livell tas-sigurtà kkonfermat f’dan ir-rapport bħala konformi mal-objettiv stabbilit fil-lista ta’ kontroll u, fejn xieraq, jimplimenta u japplika kwalunkwe miżura ta’ sigurtà addizzjonali meħtieġa sabiex jiġi nnominat bħala RA3 fejn l-istandards tas-sigurtà jkunu ġew identifikati bħala insuffiċjenti, sakemm issir il-validazzjoni sussegwenti tal-attivitajiet ta’ [l-isem tal-RA3].

F’isem [l-isem tal-RA3] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Il-kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-H3

DIKJARAZZJONI TA’ IMPENJI – SPEDITUR MAGĦRUF MINN PAJJIŻ TERZ LI HU VVALIDAT SKONT L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE (KC3)

F’isem [l-isem tal-KC3] jien nieħu nota ta’ dan li ġej:

Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta’ sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta’ merkanzija bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE ( 22 ). fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta’ kontroll jew imsemmija fih ( 23 ).

[L-isem tal-KC3] jista’ jiġi nnominat biss bħala “speditur magħruf minn pajjiż terz li hu vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE” (KC3) ġaladarba tkun tlestiet validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE b’suċċess u b’“SUFFIĊJENZA” minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE elenkat fil-bażi ta’ dejta tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa.

Jekk ir-rapport jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità fil-miżuri tas-sigurtà li jirreferi għalihom, dan jista’ jwassal għall-irtirar tan-nominazzjoni ta’ [l-isem tal-KC3] bħala KC3 li diġà nkisbet minn dan il-bini, liema rtirar se jipprevjeni lil [l-isem tal-KC3] milli jwassal merkanzija jew posta bl-ajru taħt sigurtà fid-destinazzjoni tal-UE/taż-ŻEE għand ACC3 jew għand aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3).

Ir-rapport huwa validu għal ħames snin u għaldaqstant għandu jiskadi mhux aktar tard minn ….

F’isem [l-isem tal-KC3] jien niddikjara li:

(a) [l-isem tal-KC3] jaċċetta li tittieħed azzjoni ta’ segwitu xierqa bil-għan li jiġu mmonitorjati l-istandards ikkonfermati mir-rapport.

(b) Kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet ta’ [l-isem tal-KC3] li ma tkunx tirrikjedi validazzjoni sħiħa mill-ġdid għandha tiġi nnotata fir-rapport oriġinali billi tiżdied l-informazzjoni, filwaqt li l-informazzjoni preċedenti titħalla viżibbli. Dan jista’ jikkonċerna l-bidliet li ġejjin:

(1) ir-responsabbiltà globali għas-sigurtà tiġi assenjata lil kwalunkwe persuna minbarra l-persuna msemmija fil-punt 1.9 tad-Dokument Mehmuż 6-C4 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010;

(2) kwalunkwe bidla oħra fil-bini jew fil-proċeduri li x’aktarx tħalli impatt sinifikanti fuq is-sigurtà.

(c) [l-isem tal-KC3] se jgħarraf lill-ACC3 u lill-RA3 li għandhom iwassal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jekk [l-isem tal-KC3] iwaqqaf il-kummerċ, ma jibqax ikollu x’jaqsam ma’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma jkunx jista’ jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti vvalidati f’dan ir-rapport.

(d) [l-isem tal-KC3] sejjer iżomm il-livell tas-sigurtà kkonfermat f’dan ir-rapport bħala konformi mal-objettiv stabbilit fil-lista ta’ kontroll u, fejn xieraq, jimplimenta u japplika kwalunkwe miżura ta’ sigurtà addizzjonali meħtieġa sabiex jiġi nnominat bħala KC3 fejn l-istandards tas-sigurtà jkunu ġew identifikati bħala insuffiċjenti, sakemm issir il-validazzjoni sussegwenti tal-attivitajiet ta’ [l-isem tal-KC3].

F’isem [l-isem tal-KC3] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Il-kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

▼M6

DOKUMENT MEHMUŻ 6-I

Id-dispożizzjonijiet għall-merkanzija jew il-posta b'riskju għoli huma stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

DOKUMENT MEHMUŻ 6-J

Id-dispożizzjonijiet għall-użu tat-tagħmir tal-iskrinjar huma stipulati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

▼B

7    POSTA U MATERJALI TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU

7.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor jew sakemm l-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà msemmija fil-kapitoli 4, 5 u 6, rispettivament, ma jkunux żgurati minn awtorità, operatur ta’ ajruport, entità jew trasportatur tal-ajru ieħor, trasportatur tal-ajru għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu fir-rigward tal-posta u l-materjali tat-trasportatur tal-ajru tiegħu.

7.1.   POSTA U MATERJALI TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI SE JITGĦABBEW FUQ L-INĠENJU TAL-AJRU

7.1.1. Qabel ma jitgħabbew fl-istiva ta’ inġenju tal-ajru, posta u materjali tat-trasportaturi bl-ajru se jiġu jew skrinjati jew inkella protetti skont il-kapitolu 5 jew se jkunu soġġetti għall-kontrolli tas-sigurtà u protetti skont il-kapitolu 6.

7.1.2. Qabel ma jitgħabbew fi kwalunkwe parti ta’ inġenju tal-ajru għajr l-istiva, posta u materjali tat-trasportaturi bl-ajru għandhom jiġu skrinjati u protetti skont id-dispożizzjonijiet dwar il-bagalji tal-kabina fil-kapitolu 4.

7.1.3. Posta u materjali tat-trasportaturi bl-ajru li se jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru se jkunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

7.2.   MATERJALI TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU UŻATI GĦALL-IPPROĊESSAR TAL-PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI

7.2.1. Materjali tat-trasportaturi bl-ajru li jintużaw għall-finijiet ta’ pproċessar tal-passiġġieri u l-bagalji u li jistgħu jintużaw biex jikkompromettu s-sigurtà tal-avjazzjoni għandhom ikunu protetti jew jinżammu taħt sorveljanza sabiex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat.

Iċ-check in magħmul mill-passiġġier innifsu u alternattivi applikabbli tal-Internet għall-użu mill-passiġġieri għandhom jitqiesu bħala aċċess awtorizzat għat-tali materjali.

7.2.2. Il-materjali mormija li jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw aċċess mhux awtorizzat jew iressqu l-bagalji fiż-żona ta’ sigurtà jew fuq inġenju tal-ajru għandhom jinqerdu jew jiġu invalidati.

7.2.3. Sistemi għall-kontroll tat-tluq u sistemi għaċ-check in għandhom ikunu mmaniġġati b’tali mod li jipprevjenu l-aċċess mhux awtorizzat.

Iċ-check in magħmul mill-passiġġier innifsu għandu jitqies bħala aċċess awtorizzat għat-tali sistemi.

8    PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA

8.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

8.0.1. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

8.0.2. Għall-fini ta’ dan il-kapitolu, “provvisti għal matul it-titjira” tfisser l-oġġetti kollha li huwa ppjanat li jittieħdu abbord l-inġenju tal-ajru għall-użu, il-konsum jew ix-xiri mill-passiġġieri jew l-ekwipaġġ matul it-titjira, għajr:

(a) bagalji tal-kabina,

(b) oġġetti li jinġarru minn persuni li ma jkunux passiġġieri, u

(c) posta u materjali tat-trasportaturi tal-ajru.

Għall-fini ta’ dan il-kapitolu, “fornitur regolat tal-provvisti għal matul it-titjira” tfisser fornitur li l-proċeduri tiegħu jilħqu r-regoli u l-istandards komuni tas-sigurtà li jkunu suffiċjenti sabiex jippermettu t-twassil tal-provvisti għal matul it-titjira direttament sal-inġenju tal-ajru.

Għall-fini ta’ dan il-kapitolu, “fornitur magħruf tal-provvisti għal matul it-titjira” tfisser fornitur li l-proċeduri tiegħu jilħqu r-regoli u l-istandards komuni tas-sigurtà li jkunu suffiċjenti sabiex jippermettu t-twassil tal-provvisti għal matul it-titjira għand trasportatur tal-ajru jew fornitur regolat, iżda mhux direttament sal-inġenju tal-ajru.

8.0.3. Il-provvisti għandhom jitqiesu bħala provvisti għal matul it-titjira mill-waqt li jkunu identifikabbli bħala provvisti sabiex jittieħdu abbord inġenju tal-ajru għall-użu, il-konsum jew ix-xiri mill-passiġġieri jew l-ekwipaġġ matul it-titjira.

▼M19

8.0.4. Il-lista ta' oġġetti pprojbiti fil-provvisti għal matul it-titjira hija l-istess bħal dik stabbilita fid-Dokument Mehmuż 1-A. L-oġġetti pprojbiti għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-punt 1.6.

▼B

8.1.   KONTROLLI TAS-SIGURTÀ

8.1.1.    Kontrolli tas-sigurtà – dispożizzjonijiet ġenerali

8.1.1.1. Il-provvisti għal matul it-titjira għandhom jiġu skrinjati qabel ma jittieħdu f’żona ta’ sigurtà ristretta, sakemm:

(a) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati minn trasportatur tal-ajru li jwassal dawn il-provvisti sal-inġenju tal-ajru tiegħu stess u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li dawk il-kontrolli jkunu ġew applikati sat-twassil tal-provvisti fl-inġenju tal-ajru; jew

(b) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-provvisti minn fornitur regolat u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li jkunu ġew applikati dawk il-kontrolli sal-wasla fiż-żona ta’ sigurtà ristretta jew, fejn applikabbli, sat-twassil għand it-trasportatur tal-ajru jew fornitur regolat ieħor; jew

(c) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-provvisti minn fornitur magħruf u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li dawk il-kontrolli jkunu ġew applikati sat-twassil tal-provvisti fl-inġenju tal-ajru jew għand il-fornitur regolat.

8.1.1.2. Kwalunkwe provvista għal matul it-titjira li tasal mingħand aġent regolat jew fornitur magħruf li turi sinjali ta’ tbagħbis jew fejn ikun hemm x’jagħti ‘l wieħed x’jifhem li ma kinitx protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li l-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati, għandha tiġi skrinjata.

8.1.1.3. Il-kontrolli tas-sigurtà tal-provvisti għal matul it-titjira għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

8.1.2.    Skrinjar

8.1.2.1. Meta l-provvisti għal matul it-titjira jiġu skrinjati, il-mezz jew il-metodu użat għandu jqis in-natura tal-provvisti u għandu jkun ta’ standard suffiċjenti sabiex jiżgura b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma jkun moħbi fil-provvisti.

8.1.2.2. L-iskrinjar tal-provvisti għal matul it-titjira għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M18

8.1.2.3. Għandhom jiġu applikati l-mezzi jew il-metodi ta’ skrinjar li ġejjin, b’mod individwali jew inkella flimkien:

(a) kontrolli viżwali;

(b) tfittxija bl-idejn;

(c) tagħmir tal-x-ray;

(d) tagħmir tal-EDS;

(e) it-tagħmir tal-ETD flimkien mal-punt (a);

(f) klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk l-oġġett fihiex oġġetti pprojbiti jew le, dan għandu jiġi rifjutat jew għandu jerġa’ jiġi skrinjat sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

▼B

8.1.3.    Approvazzjoni ta’ fornituri regolati

8.1.3.1. Fornituri regolati għandhom ikunu approvati mill-awtorità xierqa.

L-approvazzjoni bħala fornitur regolat għandha tkun speċifika għas-sit.

Kwalunkwe entità li tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà kif inhuma msemmija fil-punt 8.1.5 u li twassal il-provvisti għal matul it-titjira direttament sal-inġenju tal-ajru għandha tiġi approvata bħala fornitur regolat. Dan ma għandux japplika għal trasportatur tal-ajru li japplika dawn il-kontrolli tas-sigurtà huwa stess u li jwassal il-provvisti sal-inġenju tal-ajru tiegħu stess.

8.1.3.2. L-awtorità xierqa ta’ kull Stat Membru għandha tiddefinixxi fil-programm tas-sigurtà nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura li ġejja dwar l-approvazzjoni ta’ fornituri regolati:

(a) L-entità għandha tfittex li tikseb l-approvazzjoni mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih jinsab is-sit tagħha sabiex tingħata l-istatus ta’ fornitur regolat.

L-applikant għandu jressaq programm ta’ sigurtà quddiem l-awtorità xierqa konċernata. Il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li l-fornitur għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tal-punt 8.1.5. Il-programm għandu jiddeskrivi wkoll kif il-konformità ma’ dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi ssorveljata mill-fornitur innifsu.

L-applikant għandu jressaq ukoll id-“Dikjarazzjoni tal-impenji – fornitur regolat ta” provvisti għal matul it-titjira’ kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 8-A. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant legali jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata.

(b) L-awtorità xierqa, jew ►M11  validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ◄ li jaġixxi f’isimha, għandhom jeżaminaw il-programm tas-sigurtà u mbagħad iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mar-rekwiżiti tal-punt 8.1.5.

(c) Jekk l-awtorità xierqa tkun sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b), tista’ tapprova l-fornitur bħala fornitur regolat għal siti speċifiċi. Jekk l-awtorità xierqa ma tkunx sodisfatta, l-entità li tkun qiegħda tfittex li tikseb l-approvazzjoni bħala fornitur regolat għandha tiġi nnotifikata minnufih bir-raġunijiet għal dan.

8.1.3.3. Fornitur regolat għandu jerġa’ jiġi vvalidat mill-ġdid f’intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames (5) snin. Dan għandu jinkludi verifika fil-post sabiex jiġi vvalutat jekk il-fornitur regolat għadux konformi mar-rekwiżiti tal-punt 8.1.5.

Spezzjoni fil-bini ta’ fornitur regolat mill-awtorità xierqa skont il-programm nazzjonali tiegħu tal-kontroll tal-kwalità tista’ titqies bħala verifika fuq il-post, sakemm din tkun tkopri r-rekwiżiti kollha tal-punt 8.1.5.

8.1.3.4. Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-fornitur regolat mar-rekwiżiti tal-punt 8.1.5, għandha tirtira l-istatus ta’ fornitur regolat għas-siti speċifikati.

8.1.3.5. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li japplika miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, fornitur regolat approvat skont il-punt 8.1.3 għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

▼M19

8.1.4.    Nominazzjoni tal-fornituri magħrufa

8.1.4.1.

Kwalunkwe entità (“il-fornitur”) li tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà kif imsemmija fil-punt 8.1.5 u li twassal il-provvisti għal matul it-titjira, iżda mhux direttament sal-inġenju tal-ajru, għandha tiġi nnominata bħala fornitur magħruf mill-operatur jew l-entità li tkun qiegħda tforni (“l-entità li tinnomina”). Dan ma għandux japplika għal fornitur regolat.

8.1.4.2.

Sabiex jiġi nnominat bħala fornitur magħruf, il-fornitur irid jipprovdi lill-entità li tinnomina bi:

(a) id-“Dikjarazzjoni tal-impenji — fornitur magħruf tal-provvisti matul it-titjira” li tinsab fid-Dokument Mehmuż 8-B. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali; u

(b) il-programm ta' sigurtà li jkopri l-kontrolli ta' sigurtà kif imsemmi fil-punt 8.1.5.

8.1.4.3.

Il-fornituri magħrufa kollha jridu jinnominaw abbażi ta' validazzjonijiet ta':

(a) ir-relevanza u l-kompletezza tal-programm ta' sigurtà fir-rigward tal-punt 8.1.5; u

(b) l-implimentazzjoni tal-programm ta' sigurtà mingħajr defiċenzi.

Jekk l-awtorità xierqa jew l-entità li tinnomina ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward tal-konformità tal-fornitur magħruf mal-ħtiġiet tal-punt 8.1.5, l-entità li tinnomina għandha, mingħajr dewmien, tirtira l-istatus ta' fornitur magħruf.

8.1.4.4.

L-awtorità xierqa għandha tiddefinixxi fil-programm nazzjonali tagħha għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, jekk il-validazzjonijiet tal-programm ta' sigurtà u l-implimentazzjoni tiegħu għandhomx jitwettqu minn awditur nazzjonali, minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn persuna li taġixxi f'isem l-entità li tinnomina li tkun ġiet innomminata u mħarrġa għal dak il-għan.

Il-validazzjonijiet iridu jiġu rreġistrati f'din il-leġiżlazzjoni u jekk mhux iddikjarat mod ieħor, iridu jsiru qabel in-nominazzjoni u jiġu ripetuti kull sentejn wara dik id-data.

Jekk il-validazzjoni ma ssirx f'isem l-entità li tinnomina, kwalunkwe reġistrazzjoni tagħha għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha.

8.1.4.5.

Il-validazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm ta' sigurtà li jikkonferma n-nuqqas ta' defiċenzi għandu jikkonsisti jew fi:

(a) żjara tal-fornitur fuq is-sit kull sentejn; jew

(b) kontrolli regolari mal-wasla tal-provvisti li jitwasslu minn dak il-fornitur magħruf, li għandhom jibdew wara n-nominazzjoni, inkluż:

 verifika li l-persuna li twassal il-provvisti f'isem il-fornitur magħruf kienet imħarrġa sew; u

 verifika li l-provvisti huma tassew siguri; u

 skrinjar tal-provvisti daqslikieku l-provvisti ġejjin mingħand fornitur mhux magħruf.

Dawn il-kontrolli jridu jitwettqu b'mod mhux prevedibbli u għandhom isiru minn tal-inqas darba kull tliet xhur jew fuq 20 % tal-provvisti kollha mwassla mill-fornitur magħruf lill-entità li tinnomina.

L-għażla b) tista' tintuża biss jekk l-awtorità xierqa tkun iddefiniet fil-programm nazzjonali tagħha għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili li l-validazzjoni għandha titwettaq minn persuna li taġixxi f'isem l-entità li tinnomina.

8.1.4.6.

Il-metodi applikati u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti matul u wara n-nominazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta' sigurtà tal-entità li tinnomina.

8.1.4.7.

L-entità li tinnomina għandha żżomm:

(a) lista tal-fornituri magħrufa kollha li tkun innominat, li turi d-data ta' skadenza tan-nominazzjoni tagħhom, u

(b) id-dikjarazzjoni ffirmata, kopja tal-programm ta' sigurtà u kull rapport li jirreġistra l-implimentazzjoni tagħha għal kull fornitur magħruf, għal mill-inqas 6 xhur wara l-iskadenza tan-nominazzjoni tagħha.

Fuq talba, dawn id-dokumenti għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-awtorità xierqa għal finijiet ta' monitoraġġ tal-konformità.

▼M9

8.1.5.    Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn trasportatur tal-ajru, fornitur regolat u fornitur magħruf

8.1.5.1. Trasportatur tal-ajru, fornitur regolat u fornitur magħruf tal-provvisti għal matul it-titjira għandhom:

(a) jinnominaw persuna fil-kumpanija li tkun responsabbli għas-sigurtà; u

(b) jiżguraw li l-persuni b'aċċess għall-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ ġenerali ta' għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u

(c) jevitaw aċċess mhux awtorizzat fil-bini tagħhom u għall-provvisti għal waqt it-titjira; u

(d) jiżguraw b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett projbit ma jkun moħbi fil-provvisti għal matul it-titjira; u

(e) japplikaw siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti għal matul it-titjira jew jipproteġuhom fiżikament.

Il-punt (e) ma għandux japplika għal waqt it-trasport li jsir fiż-żona tal-ajru.

8.1.5.2. Jekk fornitur magħruf jagħmel użu minn kumpanija oħra għat-trasport ta' provvisti li ma tkunx fornitur magħruf għat-trasportatur tal-ajru jew fornitur regolat, il-fornitur magħruf għandu jiżgura li l-kontrolli kollha ta' sigurtà imsemmija fil-punt 8.1.5.1 jiġu mħarsa.

8.1.5.3. Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn trasportatur tal-ajru jew minn fornitur regolat għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

▼B

8.2.   PROTEZZJONI TAL-PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għall-protezzjoni tal-provvisti għal matul it-titjira huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M1

8.3.   DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI TAS-SIGURTÀ GĦALL-PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA TA' LAGS U STEBS

1. Il-provvisti għal matul it-titjira ta' STEBs għandhom jaslu f'żona tal-ajru jew f'żona ristretta ta' sigurtà f'pakkett li jekk jitbagħbas ikun evidenti.

2. Wara l-ewwel ilqugħ tagħhom f'żona tal-ajru jew f'żona ristretta ta' sigurtà u sakemm jaslu għall-bejgħ finali fuq l-ajruplan, l-LAGs u l-STEBs għandhom jiġu protetti minn interferenzi mhux awtorizzati.

3. Id-dispożizzjonijiet dettaljati għad-dispożizzjonijiet addizzjonali tas-sigurtà għall-provvisti għal matul it-titjira ta' LAGs u STEBs huma stipulati f'Deċiżjoni separata.

▼B

DOKUMENT MEHMUŻ 8-A

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI

FORNITUR REGOLAT TAL-PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

 skont l-aħjar tagħrif u twemmin tiegħi, it-tagħrif li jinsab fil-programm tas-sigurtà tal-kumpanija huwa veru u preċiż;

 il-prattiki u l-proċeduri stabbiliti f’dan il-programm tas-sigurtà se jiġu implimentati u se jinżammu fis-siti kollha koperti bil-programm;

 dan il-programm tas-sigurtà se jiġi aġġustat u adattat sabiex ikun konformi ma’ kull bidla rilevanti futura fil-leġiżlazzjoni tal-KE, sakemm [isem il-kumpanija] ma tkunx avżat lil [isem l-awtorità xierqa] li ma tixtieqx tibqa’ twassal il-provvisti għal matul it-titjira direttament sal-inġenju tal-ajru (u għaldaqstant ma tixtieqx tibqa’ fin-negozju bħala fornitur regolat);

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] bil-miktub dwar:

 

(a) bidliet żgħar fil-programm tas-sigurtà tagħha, bħalma huma isem il-kumpanija, il-persuna responsabbli għas-sigurtà jew id-dettalji tal-kuntatt, minnufih iżda tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol; u

(b) bidliet kbar li jkunu ppjanati, bħalma huma proċeduri ġodda ta’ skrinjar, xogħlijiet kbar ta’ kostruzzjoni li jistgħu jaffettwaw il-konformità tagħha mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE jew bidla fil-post/indirizz, tal-anqas fi żmien 15-il jum tax-xogħol qabel ma jinbdew/il-bidla ppjanata.

 sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni tal-KE rilevanti, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi;

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għas-sigurtà tal-provvisti għal matul it-titjira, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti pprojbiti fil-provvisti;

▼M9

 [isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà fil-kuntest tal-programm tas-sigurtà tal-kumpanija; u

▼B

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] jekk:

 

(a) twaqqaf in-negozju;

(b) ma tibqax twassal il-provvisti għal waqt it-titjira direttament sal-inġenju tal-ajru; jew

(c) ma tkunx tista’ tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

▼M9

DOKUMENT MEHMUŻ 8-B

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI

FORNITUR MAGĦRUF TAL-PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

 [isem il-kumpanija] se

 

(a) tinnomina persuna li tkun responsabbli għas-sigurtà fil-kumpanija; u

▼M17

(b) tiżgura li l-persuni b’aċċess għall-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti. Barra minn hekk, tiżgura li persuni li jimplimentaw l-iskrinjar tal-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ skont 11.2.3.3 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-persuni li jimplimentaw kontrolli oħra ta’ sigurtà fir-rigward tal-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ skont 11.2.3.10 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010; u

▼M9

(c) tevita aċċess mhux awtorizzat fil-bini tagħha u għall-provvisti għal matul it-titjira; u

(d) tiżgura b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma jkun moħbi fil-provvisti għal matul it-titjira; u

(e) tapplika siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti għal matul it-titjira jew tipproteġihom fiżikament (dan il-punt mhuwiex se japplika waqt it-trasport fiż-żona tal-ajru).

 Meta jsir użu minn kumpanija oħra għat-trasport ta’ provvisti, li mhijiex fornitur magħruf għat-trasportatur tal-ajru jew fornitur regolat, [isem il-kumpanija] se tiżgura li l-kontrolli kollha ta’ sigurtà msemmija hawn fuq jiġu mħarsa.

 sabiex tiġi żgurata konformità, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi;

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem it-trasportatur tal-ajru jew tal-fornitur regolat li tforni bil-provvisti għal matul it-titjira] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għas-sigurtà tal-provvisti għal matul it-titjira, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti pprojbiti fil-provvisti;

 [isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà; u

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf [lit-trasportatur tal-ajru jew lill-fornitur regolat li tforni bil-provvisti għal matul it-titjira] jekk:

 

(a) twaqqaf in-negozju; jew

(b) ma tkunx tista' tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Ir-rappreżentant legali

Isem:

Data:

Firma:

▼B

9    PROVVISTI TAL-AJRUPORT

9.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

9.0.1. Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor jew sakemm l-implimentazzjoni tal-iskrinjar ma tkunx ġiet skrinjata minn awtorità jew entità, operatur ta’ ajruport għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

9.0.2. Għall-fini ta’ dan il-kapitolu,

▼M17

(a) “provvisti tal-ajruporti” tfisser l-oġġetti kollha maħsuba biex jinbiegħu, jintużaw jew ikunu disponibbli għal kwalunkwe skop jew attività fiż-żona ta’ sigurtà ristretta tal-ajruporti, ħlief “oġġetti li jinġarru minn persuni li ma jkunux passiġġieri”;

▼B

(b) “fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruporti” tfisser fornitur li l-proċeduri tiegħu jilħqu r-regoli tas-sigurtà komuni u l-istandards suffiċjenti biex jippermettu t-twassil tal-provvisti tal-ajruporti saż-żoni ta’ sigurtà ristretta.

9.0.3. Il-provvisti għandhom jitqiesu bħala provvisti tal-ajruporti mill-waqt li jsiru identifikabbli bħala provvisti biex jinbiegħu, jintużaw jew ikunu disponibbli f’żoni ta’ sigurtà ristretta tal-ajruporti.

▼M19

9.0.4. Il-lista ta' oġġetti pprojbiti fil-provvisti tal-ajruport hija l-istess bħal dik stabbilita fid-Dokument Mehmuż 1-A. L-oġġetti pprojbiti għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-punt 1.6.

▼B

9.1.   KONTROLLI TAS-SIGURTÀ

9.1.1.    Kontrolli tas-sigurtà – dispożizzjonijiet ġenerali

▼M9

9.1.1.1. Il-provvisti tal-ajruport għandhom jiġu skrinjati qabel ma jitħallew jidħlu f’żoni ta’ sigurtà ristretta, sakemm

(a) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati lill-provvisti minn operatur tal-ajru li jwassal dawn il-provvisti sal-ajruport tiegħu stess u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li dawk il-kontrolli jkunu ġew applikati sat-twassil fiż-żona ta’ sigurtà ristretta; jew

▼M17

(b) il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati lill-provvisti minn fornitur magħruf u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li dawk il-kontrolli jkunu ġew applikati sat-twassil fiż-żona ta’ sigurtà ristretta.

▼B

9.1.1.2. Il-provvisti tal-ajruport li joriġinaw fiż-żona ta’ sigurtà jistgħu jiġu eżentati minn dawn il-kontrolli tas-sigurtà.

9.1.1.3. Kwalunkwe provvista tal-ajruport li tasal mingħand fornitur magħruf li turi sinjali ta’ tbagħbis jew fejn ikun hemm x’jagħti ‘l wieħed x’jifhem li ma kinitx protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li l-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati, għandha tiġi skrinjata.

9.1.1.4. Malli jitwasslu fil-ħanut fiż-żona ta’ sigurtà, il-persunal tal-ħanut għandu jwettaq kontroll viżiv tal-provvisti tal-ajruport sabiex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda sinjali ta’ tbagħbis.

9.1.2.    Skrinjar

9.1.2.1. Meta l-provvisti tal-ajruport jiġu skrinjati, il-mezz jew il-metodu użat għandu jqis in-natura tal-provvista u għandu jkun ta’ standard suffiċjenti sabiex jiżgura b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett pprojbit ma jkun moħbi fil-provvista.

9.1.2.2. L-iskrinjar tal-provvisti tal-ajruporti għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M18

9.1.2.3. Għandhom jiġu applikati l-mezzi jew il-metodi ta’ skrinjar li ġejjin, b’mod individwali jew inkella flimkien:

(a) kontrolli viżwali;

(b) tfittxija bl-idejn;

(c) tagħmir tal-x-ray;

(d) tagħmir tal-EDS;

(e) it-tagħmir tal-ETD flimkien mal-punt (a);

(f) klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a).

Meta l-iskrinjatur ma jkunx jista’ jindividwalizza jekk l-oġġett fihiex oġġetti pprojbiti jew le, dan għandu jiġi rifjutat jew għandu jerġa’ jiġi skrinjat sa ma l-iskrinjatur ikun sodisfatt.

▼M19

9.1.3.    Nominazzjoni tal-fornituri magħrufa

9.1.3.1.

Kwalunkwe entità (“il-fornitur”) li tiżgura li tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà kif imsemmija fil-punt 9.1.4 u li twassal il-provvisti tal-ajruport, għandha tiġi nnominata bħala fornitur magħruf mill-operatur tal-ajruport.

9.1.3.2.

Sabiex jiġi nnominat bħala fornitur magħruf, il-fornitur irid jipprovdi lill-operatur tal-ajruport bi:

(a) id-“Dikjarazzjoni tal-impenji — fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruport” li tinsab fid-Dokument Mehmuż 9-A. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali; u

(b) il-programm ta' sigurtà li jkopri l-kontrolli ta' sigurtà kif imsemmi fil-punt 9.1.4.

9.1.3.3.

Il-fornituri magħrufa kollha jridu jinnominaw abbażi ta' validazzjonijiet ta':

(a) ir-relevanza u l-kompletezza tal-programm ta' sigurtà fir-rigward tal-punt 9.1.4; u

(b) l-implimentazzjoni tal-programm ta' sigurtà mingħajr defiċenzi.

Jekk l-awtorità xierqa jew l-operatur tal-ajruport ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward tal-konformità tal-fornitur magħruf mal-ħtiġiet tal-punt 9.1.4, l-operatur tal-ajruport għandu, mingħajr dewmien, jirtira l-istatus ta' fornitur magħruf.

9.1.3.4.

L-awtorità xierqa għandha tiddefinixxi fil-programm nazzjonali tagħha għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, jekk il-validazzjonijiet tal-programm ta' sigurtà u l-implimentazzjoni tiegħu għandhomx jitwettqu minn awditur nazzjonali, minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn persuna li taġixxi f'isem l-operatur tal-ajruport li tkun innomminata u mħarrġa għal dak il-għan.

Il-validazzjonijiet iridu jiġu rreġistrati f'din il-leġiżlazzjoni u jekk mhux iddikjarat mod ieħor, iridu jsiru qabel in-nominazzjoni u jiġu ripetuti kull sentejn wara dik id-data.

Jekk il-validazzjoni ma ssirx f'isem l-operatur tal-ajruport, kwalunkwe reġistrazzjoni tagħha għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tiegħu.

9.1.3.5.

Il-validazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programm ta' sigurtà li jikkonferma n-nuqqas ta' defiċenzi għandu jikkonsisti jew fi:

(a) żjara tal-fornitur fis-sit kull sentejn; jew

(b) kontrolli regolari mal-aċċess għaż-żona ta' sigurtà ristretta tal-provvisti li jitwasslu minn dak il-fornitur magħruf, li għandhom jibdew wara n-nominazzjoni, inklużi:

 verifika li l-persuna li twassal il-provvisti f'isem il-fornitur magħruf kienet imħarrġa sew; u

 verifika li l-provvisti huma tassew siguri; u

 skrinjar tal-provvisti daqslikieku l-provvisti ġejjin mingħand fornitur mhux magħruf.

Dawn il-kontrolli jridu jitwettqu b'mod mhux previst u jsiru minn tal-inqas darba kull tliet xhur jew fuq 20 % tal-provvisti kollha mwassla mill-fornitur magħruf lill-operatur tal-ajruport.

L-għażla b) tista' tintuża biss jekk l-awtorità xierqa ddefiniet fil-programm nazzjonali tagħha għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili li l-validazzjoni għandha titwettaq minn persuna li taġixxi f'isem l-operatur tal-ajruport.

9.1.3.6.

Il-metodi applikati u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti matul u wara n-nominazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta' sigurtà tal-operatur tal-ajruport.

9.1.3.7.

L-operatur tal-ajruport għandu jżomm:

(a) lista tal-fornituri magħrufa kollha li nnomina bid-data ta' skadenza tan-nominazzjoni tagħhom, u

(b) id-dikjarazzjoni ffirmata, kopja tal-programm ta' sigurtà u kull rapport li jirreġistra l-implimentazzjoni tagħha għal kull fornitur magħruf, għal mill-inqas 6 xhur wara l-iskadenza tan-nominazzjoni tiegħu.

Fuq talba, dawn id-dokumenti għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-awtorità xierqa għal finijiet ta' monitoraġġ tal-konformità.

▼M9

9.1.4.    Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn fornitur magħruf jew minn operatur ta’ ajruport

Fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruporti jew operatur ta’ ajruport li jwassal provvisti tal-ajruport fiż-żona ta’ sigurtà ristretta għandu:

(a) jinnomina persuna li tkun responsabbli għas-sigurtà fil-kumpanija ;u

(b) jiżgura li l-persuni b'aċċess għall-provvisti tal-ajruport jirċievu taħriġ ġenerali ta' għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u

(c) jevita aċċess mhux awtorizzat fil-bini tiegħu u għall-provvisti tal-ajruport; u

(d) jiżgura b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett projbit ma jkun moħbi fil-provvisti tal-ajruport; u

(e) japplika siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti tal-ajruporti jew jipproteġihom fiżikament.

Il-punt (e) m'għandux japplika waqt it-trasport li jsir fiż-żona tal-ajru.

Jekk fornitur magħruf jagħmel użu minn kumpanija oħra għat-trasport ta' provvisti lejn l-ajruport li ma tkunx fornitur magħruf għall-operatur tal-ajruport, il-fornitur magħruf għandu jiżgura li l-kontrolli kollha ta' sigurtà msemmija f’dan il-punt jiġu mħarsa.

▼B

9.2.   PROTEZZJONI TAL-PROVVISTI TAL-AJRUPORTI

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għall-protezzjoni tal-provvisti tal-ajruporti huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M1

9.3.   DISPOŻIZZJONIJIET ADDIZZJONALI TAS-SIGURTÀ GĦALL-PROVVISTI TA' LAGS U STEBS

1. Il-provvisti ta' STEBs għandhom jaslu f'żona tal-ajru lil hinn mill-punt fejn jiġu kkontrollati l-karti tal-imbarkazzjoni jew f'żona ristretta ta' sigurtà f'pakkett li jekk jitbagħbas ikun evidenti.

2. Wara l-ewwel ilqugħ tagħhom f'żona tal-ajru jew f'żona ristretta ta' sigurtà u sakemm jaslu għall-bejgħ finali fil-ħanut, l-LAGs u l-STEBs għandhom jiġu protetti kontra interferenzi mhux awtorizzati.

3. Id-dispożizzjonijiet dettaljati għad-dispożizzjonijiet addizzjonali tas-sigurtà għall-provvisti ta' LAGs u STEBs huma stipulati f'Deċiżjoni separata.

▼M9

DOKUMENT MEHMUŻ 9-A

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI

FORNITUR MAGĦRUF TAL-PROVVISTI TAL-AJRUPORT

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

 [isem il-kumpanija] se

 

(a) tinnomina persuna li tkun responsabbli għas-sigurtà tal-kumpanija; u

▼M17

(b) tiżgura li l-persuni b’aċċess għall-provvisti għall-ajruport jirċievu taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà skont il-punt 11.2.7 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u Barra minn hekk, tiżgura li persuni li jimplimentaw l-iskrinjar tal-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ skont il-punt 11.2.3.3 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-persuni li jimplimentaw kontrolli oħra ta’ sigurtà fir-rigward tal-provvisti għall-ajruport jirċievu taħriġ skont 11.2.3.10 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010; u

▼M9

(c) tevita aċċess mhux awtorizzat fil-bini tagħha u għall-provvisti tal-ajruport; u

(d) tiżgura b'mod raġonevoli li l-ebda oġġett projbit ma jkun moħbi fil-provvisti tal-ajruport; u

(e) tapplika siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti tal-ajruport jew tipproteġihom fiżikament (dan il-punt mhuwiex se japplika waqt it-trasport fiż-żona tal-ajru).

 Meta jsir użu minn kumpanija oħra għat-trasport ta’ provvisti li mhijiex fornitur magħruf għall-operatur tal-ajru, [isem il-kumpanija] se tiżgura li l-kontrolli kollha ta’ sigurtà msemmija hawn fuq jiġu mħarsa.

 sabiex tiġi żgurata konformità, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi;

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [l-operatur tal-ajruport] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għall-provvisti tal-ajruporti, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti projbiti fil-provvisti;

 [isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ skont il-Kapitolu 11 tal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà; u

 [isem il-kumpanija] se tgħarraf lill-[operatur tal-ajruport] jekk:

 

(a) twaqqaf in-negozju; jew

(b) ma tkunx tista' tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Ir-rappreżentant legali

Isem:

Data:

Firma:

▼B

10    MIŻURI TA’ SIGURTÀ GĦAL MATUL IT-TITJIRA

L-ebda dispożizzjoni f’dan ir-Regolament.

11    REKLUTAĠĠ U TAĦRIĠ TAL-PERSUNAL

11.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

11.0.1. L-awtorità, l-operatur tal-ajru, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità li jimmobilizzaw il-persuni li jimplimentaw, jew li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw li dawn il-persuni jissodisfaw l-istandards stabbiliti f’dan il-kapitolu.

11.0.2. Għall-fini ta’ dan il-kapitolu, “ċertifikazzjoni” tfisser evalwazzjoni formali u konferma minn jew f’isem l-awtorità xierqa li tindika li l-persuna wettqet b’suċċess it-taħriġ rilevanti u li l-persuna għandha l-kompetenzi meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet assenjati lilha f’livell aċċettabbli.

11.0.3. Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, “stat tar-residenza” għandu jkun kwalunkwe pajjiż fejn il-persuna tkun ilha residenti b’mod kontinwu għal sitt (6) xhur jew aktar u “vojt” fir-reġistru tal-edukazzjoni jew tax-xogħol għandu jfisser kwalunkwe vojt ta’ aktar minn 28 jum.

11.0.4. Il-kompetenzi li persuni jiksbu qabel ir-reklutaġġ għandhom jitqiesu meta tkun qiegħda tiġi vvalutata kwalunkwe ħtieġa ta’ taħriġ taħt din it-taqsima.

▼M11 —————

▼B

11.1.   REKLUTAĠĠ

11.1.1. Persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw, jew biex ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’, skrinjar, kontroll fuq l-aċċess jew kontrolli tas-sigurtà f’żona ta’ sigurtà għandu jkun sarilhom kontroll tal-isfond b’eżitu pożittiv.

11.1.2. Persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw, jew biex ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’, skrinjar, kontroll fuq l-aċċess jew kontrolli tas-sigurtà f’post ieħor għajr f’żona ta’ sigurtà għandu jkun sarilhom kontroll tal-isfond jew kontroll ta’ qabel l-impjieg b’eżitu pożittiv. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-awtorità xierqa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għandha tiddetermina jekk għandux jitwettaq kontroll tal-isfond jew kontroll ta’ qabel l-impjieg.

11.1.3. Skont ir-regoli Komunitarji u nazzjonali, kontroll tal-isfond għandu tal-anqas:

(a) jistabbilixxi l-identità tal-persuna abbażi ta’ evidenza li tinsab fid-dokumenti;

(b) ikopri r-reġistri kriminali fl-istati tar-residenza kollha matul tal-anqas il-ħames (5) snin preċedenti; u

(c) ikopri x-xogħol, l-edukazzjoni u kwalunkwe vojt marbut magħhom tal-anqas fil-ħames (5) snin preċedenti.

11.1.4. Skont ir-regoli Komunitarji u nazzjonali, kontroll ta’ qabel l-impjieg għandu:

(a) jistabbilixxi l-identità tal-persuna abbażi ta’ evidenza dokumentarja;

(b) ikopri x-xogħol, l-edukazzjoni u kwalunkwe vojt marbut magħhom tal-anqas fil-ħames (5) snin preċedenti; u

(c) jesiġi li l-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tagħti d-dettalji dwar kwalunkwe storja kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul tal-anqas il-ħames (5) snin preċedenti.

▼M17

11.1.5. Kontrolli tal-isfond jew ta’ qabel l-impjieg għandhom isiru qabel ma l-persuna tattendi kwalunkwe taħriġ tas-sigurtà li jinvolvi aċċess għat-tagħrif li ma jkunx disponibbli pubblikament. Il-kontrolli tal-isfond għandhom jiġu rripetuti f’intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames snin.

▼B

11.1.6. Il-proċess tar-reklutaġġ għall-persuni kollha li jiġu rreklutati taħt il-punti 11.1.1 u 11.1.2 għandu jinkludi tal-anqas applikazzjoni bil-miktub u stadju li jinkludi intervista mfassla sabiex tipprovdi valutazzjoni inizjali tal-ħiliet u l-attitudni.

11.1.7. Il-persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà għandu jkollhom il-ħiliet mentali u fiżiċi u l-attitudni meħtieġa biex iwettqu l-ħidmiet assenjati lilhom b’mod effikaċi u għandhom jkunu konxji tan-natura ta’ dawn ir-rekwiżiti mill-bidu nett tal-proċess tar-reklutaġġ.

Dawn il-ħiliet u din l-attitudni għandhom jiġu vvalutati matul il-proċess tar-reklutaġġ u qabel jintemm kwalunkwe perjodu ta’ prova.

11.1.8. Ir-reġistri tar-reklutaġġ, inklużi r-riżultati ta’ kwalunkwe test ta’ valutazzjoni, għandhom jinżammu għall-persuni kollha rreklutati taħt il-punti 11.1.1 u 11.1.2 tal-anqas matul id-dewmien tal-kuntratt tagħhom.

11.2.   TAĦRIĠ

11.2.1.    Obbligi ta’ taħriġ ġenerali

11.2.1.1. Il-persuni għandhom ikunu temmew b’suċċess it-taħriġ rilevanti qabel ma jiġu awtorizzati jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà mingħajr sorveljanza.

11.2.1.2. It-taħriġ tal-persuni li jwettqu l-ħidmiet elenkati fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 u l-punt 11.2.4 għandu jinkludi elementi teoretiċi, prattiċi u ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol.

11.2.1.3. Il-kontenut tal-korsijiet għandu jiġi speċifikat jew approvat mill-awtorità xierqa qabel ma:

(a) dak li jħarreġ jagħti kwalunkwe taħriġ meħtieġ taħt ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu; jew

(b) taħriġ ibbażat fuq il-kompjuter jintuża sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Taħriġ ibbażat fuq il-kompjuter jista’ jintuża bl-appoġġ jew mingħajr l-appoġġ ta’ dak li jħarreġ jew ta’ kowċ.

11.2.1.4. Ir-reġistri tat-taħriġ għandhom jinżammu għall-persuni kollha mħarrġa tal-anqas matul id-dewmien tal-kuntratt tagħhom.

11.2.2.    Taħriġ bażiku

Taħriġ bażiku tal-persuni li jwettqu l-ħidmiet elenkati fil-punti 11.2.3.1, 11.2.3.4 u 11.2.3.5 kif ukoll il-punti 11.2.4, 11.2.5 u 11.5 għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b) għarfien dwar il-qafas legali għas-sigurtà tal-avjazzjoni;

(c) għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d) għarfien dwar il-proċeduri tal-kontroll fuq l-aċċess;

(e) għarfien dwar is-sistemi tal-karti tal-identifikazzjoni li jintużaw fl-ajruport;

(f) għarfien dwar il-proċeduri sabiex persuni jiġu kkontrollati u taċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati;

(g) għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar;

(h) il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(i) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa għal inċidenti relatati mas-sigurtà;

(j) għarfien dwar kif l-imġiba u r-reazzjonijiet tal-bniedem jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tas-sigurtà; u

(k) il-ħila li wieħed jikkomunika b’mod ċar u kunfidenti.

11.2.3.    Taħriġ speċifiku dwar l-impjieg għall-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà

11.2.3.1. Taħriġ speċifiku ta’ persuni li jimplimentaw l-iskrinjar tal-persuni, il-bagalji tal-kabina, l-oġġetti li jinġarru u l-bagalji tal-istiva għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) fehim tal-konfigurazzjoni tal-punt tal-kontroll tal-iskrinjar u l-proċess tal-iskrinjar;

(b) għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(c) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(d) għarfien dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati;

(e) għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

u, meta l-ħidmiet assenjati lill-persuna jkunu jeħtieġu dan:

(f) ħiliet interpersonali, b’mod partikolari kif wieħed għandu jittratta differenzi kulturali u passiġġieri potenzjalment problematiċi;

(g) għarfien dwar it-tekniki tat-tfittxijiet bl-idejn;

(h) il-ħila li jitwettqu tfittxijiet bl-idejn ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli;

(i) għarfien dwar l-eżenzjonijiet mill-iskrinjar u l-proċeduri tas-sigurtà speċjali;

(j) il-ħila li wieħed jopera t-tagħmir tas-sigurtà li jintuża;

(k) il-ħila li wieħed jinterpreta b’mod korrett l-immaġnijiet mogħtija mit-tagħmir tas-sigurtà; u

(l) għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għall-bagalji tal-istiva.

11.2.3.2. It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw l-iskrinjar ta’ merkanzija u posta għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c) għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà fil-katina tal-forniment;

(d) il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(e) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(f) għarfien dwar il-ħiliet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati;

(g) għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(h) għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(i) għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għall-merkanzija u l-posta;

u, meta l-ħidmiet assenjati lill-persuna jkunu jeħtieġu dan:

(j) għarfien dwar ir-rekwiżiti tal-iskrinjar għall-merkanzija u l-posta, inklużi l-eżenzjonijiet u l-proċeduri tas-sigurtà speċjali;

(k) għarfien dwar il-metodi xierqa tal-iskrinjar għal tipi differenti ta’ merkanzija u posta;

(l) għarfien dwar it-tekniki tat-tfittxijiet bl-idejn;

(m) il-ħila li jitwettqu tfittxijiet bl-idejn ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli;

(n) il-ħila li wieħed jopera t-tagħmir tas-sigurtà li jintuża;

(o) il-ħila li wieħed jinterpreta b’mod korrett l-immaġnijiet mogħtija mit-tagħmir tas-sigurtà; u

(p) għarfien dwar ir-rekwiżiti għat-trasport.

11.2.3.3. It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw l-iskrinjar ta’ posta u materjali tat-trasportaturi tal-ajru, provvisti għal matul it-titjira u provvisti tal-ajruport għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terroristiċi u theddid attwali;

(b) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c) għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà fil-katina tal-forniment;

(d) il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(e) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(f) għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(g) għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(h) għarfien dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati;

u, meta l-ħidmiet assenjati lill-persuna jkunu jeħtieġu dan:

(i) għarfien dwar it-tekniki tat-tfittxijiet bl-idejn;

(j) il-ħila li jitwettqu tfittxijiet bl-idejn ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli;

(k) il-ħila li wieħed jopera t-tagħmir tas-sigurtà li jintuża;

(l) il-ħila li wieħed jinterpreta b’mod korrett l-immaġnijiet mogħtija mit-tagħmir tas-sigurtà; u

(m) għarfien dwar ir-rekwiżiti għat-trasport.

11.2.3.4. Taħriġ speċifiku ta’ persuni li jwettqu l-eżamijiet tal-vetturi għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali għall-eżamijiet tal-vetturi, inklużi l-eżenzjonijiet u l-proċeduri tas-sigurtà speċjali;

(b) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(c) għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(d) għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(e) għarfien dwar it-tekniki tal-eżaminar tal-vetturi; u

(f) il-ħila li jitwettqu eżamijiet tal-vetturi ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli;

11.2.3.5. Taħriġ speċifiku għall-persuni li jimplimentaw il-kontroll fuq l-aċċess f’ajruport kif ukoll is-sorveljanza u l-għassa għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali għall-kontroll fuq l-aċċess, inklużi l-eżenzjonijiet u l-proċeduri tas-sigurtà speċjali;

(b) għarfien dwar is-sistemi tal-kontroll fuq l-aċċess li jintużaw fl-ajruport;

(c) għarfien dwar l-awtorizzazzjonijiet, inklużi l-karti tal-identifikazzjoni u l-passes tal-vetturi, li jipprovdu aċċess għaż-żoni tal-ajru u l-ħila li dawk l-awtorizzazzjonijiet jiġu identifikati;

(d) għarfien dwar il-proċeduri għall-għassa u sabiex persuni jiġu kkontrollati u taċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati;

(e) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(f) għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza; u

(g) ħiliet interpersonali, b’mod partikolari kif wieħed għandu jittratta differenzi kulturali u passiġġieri potenzjalment problematiċi.

11.2.3.6. It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw it-tfittxijiet ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali għat-tfittxijiet ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru;

(b) għarfien dwar il-konfigurazzjoni tat-tip(i) ta’ inġenju tal-ajru li fuqu l-persuna se timplimenta t-tfittxijiet ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru;

(c) il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(d) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(e) għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew; u

(f) il-ħila li jiġu implimentati tfittxijiet ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli.

11.2.3.7. It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw il-protezzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar kif l-inġenju tal-ajru għandu jkun protett u kif għandu jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat;

▼M17

(b) għarfien dwar proċeduri għall-issiġillar tal-inġenju tal-ajru, jekk applikabbli għall-persuna li se titħarreġ;

▼B

(c) għarfien dwar is-sistemi tal-karti tal-identifikazzjoni li jintużaw fl-ajruport;

(d) għarfien dwar il-proċeduri sabiex persuni jiġu kkontrollati u taċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati; u

(e) għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza.

11.2.3.8. It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw it-tqabbil tal-bagalji għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c) għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(e) għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(f) għarfien dwar ir-rekwiżiti u t-tekniki ta’ tqabbil tal-passiġġieri u l-bagalji; u

(g) għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għall-materjali tat-trasportaturi tal-ajru li jintużaw għall-ipproċessar tal-passiġġieri u l-bagalji.

11.2.3.9.  ►M17  It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli ta’ sigurtà ta’ merkanzija u posta minbarra l-iskrinjar għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin: ◄

(a) għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c) għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà fil-katina tal-forniment;

(d) għarfien dwar il-proċeduri sabiex persuni jiġu kkontrollati u taċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati;

(e) għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar;

(f) il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(g) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(h) għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(i) għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għall-merkanzija u l-posta; u

(j) għarfien dwar ir-rekwiżiti għat-trasport, jekk applikabbli.

11.2.3.10. It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà ta’ posta u materjali tat-trasportaturi tal-ajru, provvisti għal matul it-titjira u provvisti tal-ajruport għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c) għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d) għarfien dwar il-proċeduri sabiex persuni jiġu kkontrollati u ċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati;

(e) għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar;

(f) il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(g) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(h) għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(i) għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għal posta u materjali tat-trasportaturi tal-ajru, provvisti għal matul it-titjira u provvisti tal-ajruport, kif applikabbli; u

(j) għarfien dwar ir-rekwiżiti għat-trasport, jekk applikabbli.

11.2.4.    Taħriġ speċifiku għall-persuni li jagħmlu superviżjoni diretta fuq persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà (“superviżuri”)

It-taħriġ speċifiku tas-superviżuri għandu, minbarra l-kompetenzi tal-persuni li se jiġu ssorveljati, jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali u dwar kif għandhom jiġu ssodisfati;

(b) għarfien dwar il-ħidmiet tas-sorveljanza;

(c) għarfien dwar il-kontroll intern tal-kwalità;

(d) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(e) għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(f) il-ħila li wieħed jipprovdi konsulenza esperta u ta’ fiduċja u taħriġ fuq il-post tax-xogħol u li jimmotiva lill-oħrajn;

u, meta l-ħidmiet assenjati lill-persuna jkunu jeħtieġu dan:

(g) għarfien dwar l-immaniġġar ta’ konflitti; u

(h) għarfien dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati.

11.2.5.    Taħriġ speċifiku għall-persuni b’responsabbiltà ġenerali fil-livell nazzjonali jew lokali li jiżguraw li programm tas-sigurtà u l-implimentazzjoni tiegħu jissodisfaw id-dsipożizzjonijiet legali kollha (“maniġers tas-sigurtà”)

Taħriġ speċifiku ta’ maniġers tas-sigurtà għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali u dwar kif għandhom jiġu ssodisfati;

(b) għarfien dwar il-kontroll tal-kwalità intern, nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali;

(c) il-ħila li wieħed jimmotiva lill-oħrajn;

(d) għarfien dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati.

11.2.6.    Taħriġ ta’ persuni għajr passiġġieri li jeħtieġu aċċess mingħajr skorta għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta

11.2.6.1. Persuni għajr passiġġieri li jeħtieġu aċċess mingħajr skorta għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta u li ma jaqgħux taħt il-punti 11.2.3 sa 11.2.5 u 11.5 għandhom jirċievu taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà qabel ma tinħarġilhom awtorizzazzjoni li tagħtihom aċċess mingħajr skorta għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta. ►M17  Għal raġunijiet oġġettivi, l-awtorità xierqa tista’ teżenta persuni minn dan ir-rekwiżit ta’ taħriġ jekk l-aċċess tagħhom hija limitata għaż-żoni fit-terminal aċċessibbli għall-passiġġieri. ◄

11.2.6.2. It-taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c) għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d) fehim tal-konfigurazzjoni tal-punt tal-kontroll tal-iskrinjar u l-proċess tal-iskrinjar;

(e) għarfien dwar il-kontroll fuq l-aċċess u l-proċeduri rilevanti tal-iskrinjar;

(f) għarfien dwar il-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport li jintużaw fl-ajruport;

(g) għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar; u

(h) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa għal inċidenti relatati mas-sigurtà.

11.2.6.3. Kull persuna li tattendi taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà għandha tkun meħtieġa turi fehim tas-suġġetti kollha msemmija fil-punt 11.2.6.2 qabel ma tinħarġilha awtorizzazzjoni li tagħtiha aċċess mingħajr skorta għaż-żoni tas-sigurtà ristretta.

▼M9

11.2.7.    Taħriġ ta’ persuni li jeħtieġu għarfien ġenerali dwar is-sigurtà

It-taħriġ ta’ għarfien ġenerali dwar is-sigurtà jwassal għall-kompetenzi li ġejjin:

(a) għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terroristiċi u theddid attwali;

(b) għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c) għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-ambjent ta’ ħidma tagħhom, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d) għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar; u

(e) il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa għal inċidenti relatati mas-sigurtà.

Kull persuna li tgħaddi minn taħriġ ġenerali ta’ għarfien dwar is-sigurtà tkun meħtieġa turi għarfien tas-suġġetti kollha msemmija f’dan il-punt qabel ma tieħu l-kariga.

▼M8

11.3.   ĊERTIFIKAZZJONI JEW APPROVAZZJONI

11.3.1. Persuni li jwettqu kompiti kif elenkati fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 għandhom ikunu soġġetti għal:

(a) proċess ta’ ċertifikazzjoni jew approvazzjoni inizjali; kif ukoll

(b) ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-anqas kull tliet (3) snin għall-persuni li joperaw tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS jew għal dawk li jispezzjonaw bl-iscanners tas-sigurtà; kif ukoll

(ċ) ċertifikazzjoni jew approvazzjoni mill-ġdid tal-anqas kull ħames (5) snin għall persuni l-oħra kollha.

Persuni li jwettqu kompiti ta’ prestazzjoni kif elenkati fil-punt 11.2.3.3 jistgħu jiġu eżentati minn dawn ir-rekwiżiti jekk huma biss awtorizzati li jimplimentaw kontrolli viżwali u/jew tfittxijiet bl-idejn.

11.3.2. Persuni li joperaw tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS jew eżaminaturi umani tal-iscanners tas-sigurtà, għandhom, bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew tal-approvazzjoni, jgħaddu minn test standardizzat tal-interpretazzjoni tal-immaġnijiet.

11.3.3. Il-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni mill-ġdid għall-persuni li joperaw tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS jew eżaminaturi umani tal-iscanners tas-sigurtà għandhom jinkludu kemm it-test standardizzat tal-interpretazzjoni tal-immaġnijiet kif ukoll evalwazzjoni tal-prestazzjoni operattiva.

11.3.4. Jekk wieħed jonqos milli jattendi u jtemm b’suċċess ċertifikazzjoni jew approvazzjoni mill-ġdid fi żmien raġonevoli, li normalment ma jaqbiżx tliet (3) xhur, dan iwassal sabiex id-drittijiet tas-sigurtà relatati jiġu rtirati.

11.3.5. Ir-reġistri taċ-ċertifikazzjoni jew tal-approvazzjoni għandhom jinżammu għall-persuni kollha ċertifikati jew approvati, rispettivament, tal-anqas matul id-dewmien tal-kuntratt tagħhom.

▼B

11.4.   TAĦRIĠ RIKORRENTI

11.4.1. Il-persuni li joperaw it-tagħmir tar-raġġi X jew it-tagħmir bl-EDS għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ rikorrenti li jikkonsisti minn taħriġ u ttestjar dwar l-għarfien tal-immaġnijiet. Dan għandu jkun fil-forma ta’:

(a) taħriġ li jsir fil-klassi u/jew ibbażat fuq il-kompjuter; jew

(b) taħriġ TIP fil-post tax-xogħol, bil-kundizzjoni li librerija TIP li jkollha tal-anqas 6 000 immaġni, kif speċifikat hawn taħt, tintuża fuq it-tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS li jintuża u l-persuna taħdem b’dan it-tagħmir matul tal-anqas terz mis-sigħat tax-xogħol tagħha.

Ir-riżultati tal-ittestjar għandhom jiġu pprovduti lill-persuna u rreġistrati u jistgħu jitqiesu bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew tal-approvazzjoni mill-ġdid.

Għat-taħriġ fil-klassi u/jew ibbażat fuq il-kompjuter, il-persuni għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ u ttestjar tal-għarfien tal-immaġnijiet għal tal-anqas sitt (6) sigħat f’kull perjodu ta’ sitt (6) xhur. Għandha tintuża librerija tal-immaġnijiet li jkun fiha tal-anqas 1 000 immaġni li tal-anqas 250 minnhom ikunu oġġett differenti ta’ theddid inklużi immaġnijiet tal-partijiet komponenti tal-oġġetti ta’ theddid, fejn l-oġġett ikun inqabad f’varjetà differenti ta’ orjentazzjonijiet. Għandu jkun hemm għażla imprevedibbli tal-immaġnijiet mil-librerija matul it-taħriġ u l-ittestjar.

Għat-taħriġ TIP fil-post tax-xogħol, il-librerija TIP għandha tkun tikkonsisti minn tal-anqas 6 000 immaġni li 1 500 minnhom ikunu ta’ oġġetti differenti ta’ theddid, inklużi immaġnijiet tal-partijiet komponenti tal-oġġetti ta’ theddid, fejn l-oġġett ikun inqabad f’varjetà differenti ta’ orjentazzjonijiet.

▼M8

11.4.1.1. L-eżaminaturi umani tal-iscanners tas-sigurtà għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ rikorrenti li jikkonsisti f’taħriġ u ttestjar dwar l-identifikazzjoni tal-immaġnijiet. Dan għandu jieħu l-forma ta’ taħriġ fi klassi u/jew ibbażat fuq il-kompjuter għal mill-inqas sitt (6) sigħat f’kull perjodu ta’ sitt (6) xhur,

Ir-riżultati tal-ittestjar għandhom jingħataw lill-persuna u għandhom jiġu rreġistrati u jistgħu jitqiesu bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew tal-approvazzjoni mill-ġdid.

▼B

11.4.2. Il-persuni li jwettqu l-ħidmiet elenkati taħt il-punt 11.2 għajr dawk imsemmija fil-punt 11.4.1 għandhom jattendu taħriġ rikorrenti fi frekwenza suffiċjenti li tiżgura li l-kompetenzi jinżammu u jinkisbu skont l-iżviluppi tas-sigurtà.

It-taħriġ rikorrenti għandu jitwettaq:

▼M9

(a) għal kompetenzi li jinkisbu matul it-taħriġ inizjali bażiku, speċifiku u ta’ għarfien dwar is-sigurtà, tal-anqas darba kull ħames (5) snin jew, f’każijiet fejn il-kompetenzi ma ġewx eżerċitati għal aktar minn sitt (6) xhur, qabel wieħed jerġa’ jibda jwettaq dmirijiet b’rabta mas-sigurtà; u

▼B

(b) għal kompetenzi ġodda jew estiżi, kif meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-persuni li jimplimentaw, jew li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà jiġu mgħarrfa minnufih dwar theddid u rekwiżiti legali ġodda saż-żmien li fih dawn ikunu meħtieġa li jiġu applikati.

Ir-rekwiżiti taħt (a) ma għandhomx japplikaw għall-kompetenzi li nkisbu waqt taħriġ speċifiku li ma għadhomx meħtieġa għall-ħidmiet assenjati lill-persuna.

11.4.3. Ir-reġistri tat-taħriġ rikorrenti għandhom jinżammu għall-persuni kollha mħarrġa tal-anqas matul id-dewmien tal-kuntratt tagħhom.

▼M11

11.5.   IL-KWALIFIKI TA’ DAWK LI JĦARRĠU

11.5.1. L-awtorità xierqa għandha żżomm jew ikollha aċċess għal-listi ta’ dawk li jħarrġu li jkunu ċċertifikati li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 11.5.2 jew 11.5.3.

11.5.2. Dawk li jħarrġu għandu jkun sarilhom kontroll tal-isfond b’suċċess skont il-punt 11.1.3 u għandhom jipprovdu evidenza tal-kwalifiki jew tal-għarfien rilevanti.

11.5.3. Dawk li jħarrġu li jkunu ġew irreklutati jew li kienu qegħdin jipprovdu taħriġ speċifikat f’dan ir-Regolament qabel ma daħal fis-seħħ għandhom, tal-anqas, jissodisfaw lill-awtorità xierqa li huma:

▼M17

(a) għandhom l-għarfien u l-kompetenzi speċifikati fil-punt 11.5.4; u

▼M11

(b) qegħdin jagħtu biss korsijiet approvati mill-awtorità xierqa skont il-punt 11.2.1.3.

11.5.4.  ►M17  Sabiex wieħed jiġi ċċertifikat bħala persuna kwalifikata sabiex tagħti t-taħriġ iddefinit fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 u fil-punti 11.2.4 (sakemm ma jikkonċernax it-taħriġ ta’ superviżuri li jissorveljaw esklussivament persuni msemmija fil-punti 11.2.3.6 to 11.2.3.10) u 11.2.5, għandu jkollu għarfien dwar l-ambjent tax-xogħol fil-qasam rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni u l-kwalifiki u l-kompetenzi fl-oqsma li ġejjin: ◄

(a) tekniki tal-istruzzjoni; u

(b) elementi tas-sigurtà li għandhom jiġu mgħallma.

11.5.5. L-awtorità xierqa għandha jew hija stess tipprovdi t-taħriġ lil dawk li jħarrġu jew inkella tapprova u żżomm lista ta’ korsijiet adegwati ta’ taħriġ b’rabta mas-sigurtà. L-awtorità xierqa għandha tiżgura li dawk li jħarrġu jirċievu taħriġ jew tagħrif regolari dwar l-iżviluppi fl-oqsma rilevanti.

11.5.6. Meta l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta li t-taħriġ mogħti minn persuna kkwalifikata biex tħarreġ qiegħed jirriżulta fil-kompetenzi rilevanti, l-awtorità xierqa għandha jew tirtira l-approvazzjoni tal-kors jew inkella tiżgura li dak li jħarreġ jiġi sospiż jew jitneħħa mil-lista ta’ dawk li jħarrġu kkwalifikati, skont kif ikun xieraq.

11.6.   IL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

11.6.1.

Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE hija proċess standardizzat, iddokumentat, imparzjali u oġġettiv li jintuża sabiex tinkiseb u tiġi evalwata l-evidenza bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ konformità tal-entità vvalidata mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u fl-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu.

11.6.2.

Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

(a) tista’ tkun rekwiżit għall-kisba jew iż-żamma ta’ status legali skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu;

(b) tista’ titwettaq minn awtorità xierqa jew minn validatur approvat bħala validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew validatur rikonoxxut bħala ekwivalenti għalih, f’konformità ma’ dan il-Kapitolu;

(c) għandha tivvaluta l-miżuri ta’ sigurtà applikati taħt ir-responsabbiltà tal-entità vvalidata jew partijiet minnhom li għalihom l-entità tkun qiegħda tfittex il-validazzjoni. Mill-inqas, hija għandha tikkonsisti minn

(1) evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni rilevanti tas-sigurtà, inkluż il-programm tas-sigurtà tal-entità vvalidata jew l-ekwivalenti tiegħu, u

(2) verifika tal-implimentazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni, li għandha tinkludi verifika fuq il-post tal-operazzjonijiet rilevanti tal-entità vvalidata, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor.

(d) għandha tiġi rikonoxxuta mill-Istati Membri kollha.

11.6.3.

Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni għall-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

11.6.3.1. L-Istati Membri għandhom japprovaw il-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fuq il-bażi tal-kapaċità tal-valutazzjoni tal-konformità, li għandha tinkludi

(a) l-indipendenza mill-industrija vvalidata, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor.

(b) il-kompetenza xierqa tal-persunal fil-qasam tas-sigurtà li għandu jiġi vvalidat, kif ukoll il-metodi li jintużaw sabiex tali kompetenza tinżamm fil-livell imsemmi fil-punt 11.6.3.5; u

(c) il-funzjonalità u l-adegwatezza tal-proċessi tal-validazzjoni.

11.6.3.2. Fejn ikun rilevanti, l-approvazzjoni għandha tikkunsidra ċ-ċertifikati ta’ akkreditazzjoni fir-rigward tal-istandards armonizzati rilevanti, jiġifieri EN-ISO/IEC 17020 minflok tivvaluta mill-ġdid il-kapaċità tal-valutazzjoni tal-konformità.

11.6.3.3. Validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jista’ jkun kwalunkwe individwu jew entità legali.

11.6.3.4. Il-korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ) jista’ jingħata s-setgħa li jakkredita l-kapaċità tal-valutazzjoni tal-konformità tal-entitajiet legali sabiex iwettqu l-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, jadottaw miżuri amministrattivi f’dak ir-rigward u jwettqu s-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

11.6.3.5. Kull individwu li jwettaq validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jkollu kompetenza u sfond xierqa, u għandu

(a) ikun soġġett għal verifika tal-preċedenti personali skont il-punt 11.1.3 li għandha tkun rikorrenti mill-inqas kull 5 snin;

(b) iwettaq il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE b’mod imparzjali u oġġettiv, għandu jifhem it-tifsira tal-indipendenza u japplika metodi sabiex jevita sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-entità vvalidata;

(c) ikollu biżżejjed għarfien teoretiku u esperjenza prattika fil-qasam tal-kontroll tal-kwalità, kif ukoll ħiliet u attributi personali rispettivi sabiex jiġbor, jirreġistra u jivvaluta s-sejbiet abbażi ta’ lista ta’ kontroll. B’mod partikolari fir-rigward ta’;

(1) il-prinċipji, il-proċeduri u t-tekniki tal-monitoraġġ tal-konformità,

(2) il-fatturi li jaffettwaw il-prestazzjoni u s-superviżjoni umana,

(3) l-irwol u s-setgħat tal-validatur, inkluż fuq il-kunflitt ta’ interess;

(d) jipprovdi evidenza ta’ kompetenza xierqa abbażi tat-taħriġ u/jew esperjenza ta’ xogħol minima fir-rigward tal-oqsma li ġejjin:

(1) Il-prinċipji tas-sigurtà tal-avjazzjoni ġenerali tal-Unjoni u l-istandards ICAO tas-sigurtà tal-avjazzjoni;

(2) Standards speċifiċi relatati mal-attività vvalidata u kif dawn jiġu applikati għall-operazzjonijiet;

(3) It-teknoloġiji tas-sigurtà u t-tekniki rilevanti għall-proċess tal-validazzjoni.

(e) jgħaddi minn taħriġ rikorrenti bi frekwenza suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li huwa jżomm il-kompetenzi eżistenti u jakkwista kompetenzi ġodda bil-għan li jieħu kont tal-iżviluppi li jseħħu fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni.

11.6.3.6. L-awtorità xierqa għandha jew tipprovdi t-taħriġ għall-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE hija stess jew inkella tapprova u żżomm lista ta’ korsijiet xierqa ta’ taħriġ b’rabta mas-sigurtà.

11.6.3.7. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-approvazzjoni ta’ validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għal attivitajiet ta’ validazzjoni li jitwettqu biss fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’isem l-awtorità xierqa ta’ dak l-Istat Membru. F’każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti tal-punt 11.6.4.2 mhumiex applikabbli.

11.6.3.8. L-approvazzjoni ta’ validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha tiskadi wara perjodu massimu ta’ 5 snin.

11.6.4.

Ir-rikonoxximent u s-sospensjoni tal-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE

11.6.4.1. Validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma għandux jitqies bħala approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jkunu elenkati ►M17  fil-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ . Kull validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jiġi pprovdut b’evidenza tal-istatus tiegħu minn jew f’isem l-awtorità xierqa. Għall-perjodu li matulu ►M17  l-bażi ta' dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ ma tkunx tista’ ddaħħal reġistrazzjonijiet fir-rigward tal-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, l-awtorità xierqa għandha tikkomunika d-dettalji neċessarji tal-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE lill-Kummissjoni, li għandha tagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri kollha.

11.6.4.2. Il-validaturi approvati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandhom jiġu rikonoxxuti mill-Istati Membri kollha.

11.6.4.3. Jekk validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE juri li ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punti 11.6.3.1 jew 11.6.3.5, l-awtorità/awtoritajiet xierqa li jkunu approvawh għandhom jirtiraw l-approvazzjoni u jneħħu lill-validatur ►M17  mid-bażi ta’ dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ◄ .

11.6.4.4. L-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li joperaw programmi tal-assigurazzjoni tal-kwalità jistgħu jiġu approvati bħala validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE bil-kundizzjoni li l-miżuri ekwivalenti ta’ dawk il-programmi jiżguraw validazzjoni imparzjali u oġġettiva. Ir-rikonoxximent għandu jsir bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet xierqa ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri.

11.6.4.5. Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi l-attivitajiet ta’ validazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet jew mill-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni taħt il-ġurisdizzjoni ta’ u rikonoxxuti minn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali meta hija tkun tista’ tikkonferma l-ekwivalenza tagħhom għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. Lista tagħhom għandha tinżamm fid-Dokument mehmuż 6Fiii.

11.6.5.

Ir-rapport dwar il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (“ir-rapport tal-validazzjoni”)

11.6.5.1. Ir-rapport tal-validazzjoni għandu jirreġistra l-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u jkun fih mill-inqas

(a) lista ta’ kontroll mimlija ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u, meta jintalab, isiru l-kummenti dwarha mill-entità vvalidata fid-dettall meħtieġ,

(b) dikjarazzjoni tal-impenji ffirmata mill-entità vvalidata, u

(c) dikjarazzjoni tal-indipendenza fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-individwu li jwettaq il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

11.6.5.2. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jistabbilixxi l-livell ta’ konformità mal-objettivi inklużi f’din il-lista ta’ kontroll u jirreġistra dawn is-sejbiet fil-parti xierqa tal-lista ta’ kontroll.

11.6.5.3. Dikjarazzjoni tal-impenji għandha tiddikjara l-impenn tal-entità vvalidata sabiex tkompli taħdem skont l-istandards tat-tħaddim ivvalidati b’suċċess.

11.6.5.4. L-entità vvalidata tista’ tiddikjara l-qbil jew in-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-livell ta’ konformità stabbilit fir-rapport tal-validazzjoni. Dikjarazzjoni bħal din għandha ssir parti integrali mir-rapport tal-validazzjoni.

11.6.5.5. In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni.

11.6.5.6. F’kull każ, ir-rapport għandu jkun bl-Ingliż u għandu jintbagħat lill-awtorità xierqa, fejn applikabbli, kif ukoll lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta’ xahar wara li ssir il-verifika fuq il-post.

11.7   RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAT-TAĦRIĠ

11.7.1. Kwalunkwe kompetenza miksuba minn persuna sabiex tissodisfa r-rekwiżiti skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu fi Stat Membru wieħed għandhom jiġu rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor.

DOKUMENT MEHMUŻ 11-A

DIKJARAZZJONI TAL-INDIPENDENZA – VALIDATUR TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE

(a) Jien nikkonferma li stabbilixxejt il-livell tal-konformità tal-entità vvalidata b’mod imparzjali u oġġettiv.

(b) Jien nikkonferma li minix, u fis-sentejn li għaddew ma kontx, impjegat mill-entità vvalidata.

(c) Jien nikkonferma li ma għandi ebda interess ekonomiku jew xi interess dirett jew indirett ieħor fl-eżitu tal-attività tal-validazzjoni, fl-entità vvalidata jew fil-membri affiljati magħha.

(d) Jien nikkonferma li la għandi, u fit-tnax-il xahar li għaddew la kelli xi relazzjoni kummerċjali, bħal taħriġ u konsulenza lil hinn mill-proċess tal-validazzjoni, mal-entità vvalidata f’oqsma relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni.

(e) Jien nikkonferma li r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE huwa bbażat fuq evalwazzjoni bir-reqqa tal-ġbir tal-fatti tad-dokumentazzjoni rilevanti dwar is-sigurtà, inkluż il-programm tas-sigurtà tal-entitajiet ivvalidati, jew l-ekwivalenti tiegħu, u l-attivitajiet ta’ verifika fuq il-post.

(f) Jien nikkonferma li r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE huwa bbażat fuq valutazzjoni tal-oqsma kollha li huma rilevanti għas-sigurtà u li dwarhom il-validatur huwa mitlub li jagħti opinjoni bbażata fuq il-lista ta’ kontroll rilevanti tal-UE.

(g) Jien nikkonferma li applikajt metodoloġija li tippermetti li jsiru rapporti separati dwar il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fir-rigward ta’ kull entità vvalidata, kif ukoll li tiżgura l-oġġettività u l-imparzjalità tal-ġbir tal-fatti u l-evalwazzjoni, fejn bosta entitajiet qegħdin jiġu vvalidati f’azzjoni konġunta.

(h) Jien nikkonferma li ma aċċettajt ebda benefiċċju finanzjarju jew xi benefiċċji oħrajn, ħlief għal dritt ta’ ħlas raġonevoli għall-validazzjoni, flimkien ma’ kumpens għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni.

Jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għar-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.

L-isem tal-individwu li għamel il-validazzjoni:

L-isem tal-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE:

Data:

Firma:

▼B

12    TAGĦMIR TAS-SIGURTÀ

12.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

12.0.1. L-awtorità, l-operatur jew l-entità li jużaw tagħmir għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jkunu responsabbli għalihom skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li t-tagħmir jissodisfa l-istandards stabbiliti f’dan il-kapitolu.

L-awtorità xierqa għandha tipprovdi lill-manifatturi, fuq bażi ta’ ħtieġa għall-għarfien, bit-tagħrif ikklassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom ( 25 ).

12.0.2. Għandu jsir ittestjar regolari għal kull biċċa tagħmir tas-sigurtà.

▼M18

12.0.3. Il-manifatturi tat-tagħmir għandhom jipprovdu kunċett tal-operazzjonijiet u t-tagħmir għandu jintuża skontu.

▼B

12.1.   TAGĦMIR LI WIEĦED JGĦADDI MINNU GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-METALL (WTMD)

12.1.1.    Prinċipji ġenerali

12.1.1.1. It-tagħmir li wieħed jgħaddi minnu għall-individwazzjoni tal-metall (WTMD) għandu jkollu l-ħila jindividwa u jindika permezz ta’ allarm tal-anqas oġġetti metalliċi speċifikati, kemm individwalment kif ukoll meta jinsabu flimkien ma’ affarijiet oħra.

12.1.1.2. L-individwazzjoni permezz tad-WTMD ma għandhiex tiddependi mill-pożizzjoni jew l-orjentazzjoni tal-oġġett metalliku.

12.1.1.3. Id-WTMD għandu jkun imwaħħal sew ma’ bażi solida.

12.1.1.4. Id-WTMD għandu jkollu indikatur viżiv li jindika li t-tagħmir qiegħed jaħdem.

12.1.1.5. Il-mezzi għall-aġġustament tas-settings tal-individwazzjoni tad-WTMD għandhom ikunu protetti u aċċessibbli biss għall-persuni awtorizzati.

12.1.1.6. Id-WTMD għandu jagħti kemm allarm viżiv kif ukoll allarm li jinstema’ meta jindividwa oġġetti metalliċi kif imsemmi fil-punt 12.1.1.1. Iż-żewġ tipi ta’ allarmi għandhom ikunu jidhru/jinstemgħu fuq medda ta’ 2 metri.

12.1.1.7. L-allarm viżiv għandu jagħti indikazzjoni tas-saħħa tas-sinjal individwat mid-WTMD.

12.1.1.8. Id-WTMD għandu jkun imqiegħed f’pożizzjoni sabiex jiġi żgurat li ma jkunx affettwat minn sorsi ta’ interferenza.

▼M10

12.1.2.    Standards għall-WTMD

12.1.2.1. Għandu jkun hemm żewġ standards għall-WTMD. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stabbiliti f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M17

12.1.2.2. Il-WTMD kollha użati esklussivament għall-iskrinjar tal-persuni li ma jkunux passiġġieri għandhom jissodisfaw l-istandard 1.

▼M10

12.1.2.3. Il-WTMD użati għall-iskrinjar tal-passieġġieri għandhom jissodisfaw l-istandard 2.

▼B

12.1.3.    Rekwiżiti addizzjonali għad-WTMD

Id-WTMD kollha li għalihom isir kuntratt għall-installazzjoni mill-5 ta’ Jannar 2007 għandhom ikunu jistgħu:

(a) jiġġeneraw sinjal li jinstema’ u/jew viżiv fuq perċentwal ta’ persuni li ma jiskattawx l-allarm meta jgħaddu mid-WTMD kif imsemmi fil-punt 12.1.1.1. Għandu jkun possibbli li jkun iffissat perċentwal; u

(b) jgħoddu n-numru ta’ persuni skrinjati, minbarra kwalunkwe persuna li tgħaddi mid-WTMD mid-direzzjoni opposta; u

(c) jgħoddu n-numru ta’ allarmi; u

(d) jikkalkulaw l-għadd ta’ allarmi bħala perċentwal tal-għadd ta’ persuni li jiġu skrinjati.

12.2.   TAGĦMIR LI JINŻAMM FL-IDEJN GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-METALL (HHMD)

12.2.1. Tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD) għandu jkollu l-ħila jindividwa oġġetti metalliċi tal-ħadid kif ukoll dawk li ma jkunux tal-ħadid. L-individwazzjoni u l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni tal-metall individwat għandha tiġi indikata permezz ta’ allarm.

12.2.2. Il-mezzi għall-aġġustament tas-settings tas-sensitività tal-HHMD għandhom ikunu protetti u aċċessibbli biss għall-persuni awtorizzati.

12.2.3. L-HHMD għandu jiskatta allarm li jinstema’ meta jindividwa oġġetti metalliċi. L-allarm għandu jkun jinstema’ fuq medda ta’ metru (1).

12.2.4. Il-prestazzjoni tal-HHMD ma għandhiex tkun affettwata minn sorsi ta’ interferenza.

12.2.5. L-HHMD għandu jkollu indikatur viżiv li jindika li t-tagħmir qiegħed jaħdem.

12.3.   TAGĦMIR TAR-RAĠĠI X

It-tagħmir tar-raġġi X għandu jkun konformi mar-rekwiżiti dettaljati stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

12.4.   TAGĦMIR B’SISTEMI GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-ISPLUSSIVI (EDS)

12.4.1.    Prinċipji ġenerali

12.4.1.1. It-tagħmir b’sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS) għandu jkun kapaċi jindividwa u jindika permezz ta’ allarm kwantitajiet individwali speċifikati u kwantitajiet ogħla minnhom ta’ materjal esplożiv li jkun jinsab fil-bagalji jew f’kunsinni oħra.

12.4.1.2. L-individwazzjoni għandha tkun indipendenti mill-għamla, il-pożizzjoni jew l-orjentament tal-materjal esplożiv.

12.4.1.3. L-EDS għandha tiskatta allarm f’kull waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

 meta tindividwa materjal esplożiv; u

 meta tindividwa l-preżenza ta’ oġġett li jipprevjeni l-individwazzjoni ta’ materjali esplożivi; u

 meta l-kontenut ta’ bagalja jew ta’ kunsinna jkun ta’ densità hekk għolja li ma jkunx jista’ jiġi analizzat.

▼M19

12.4.2.    Standards għall-EDS

12.4.2.1. L-EDS kollha installati qabel l-1 ta' Settembru 2014 għandhom minn tal-inqas jissodisfaw l-istandard 2.

12.4.2.2. L-istandard 2 għandu jiskadi fl-1 ta' Settembru 2020.

12.4.2.3. L-awtorità xierqa tista' tippermetti li l-EDS tal-istandard 2 installati bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-1 ta' Settembru 2014 jibqgħu jintużaw sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2022.

12.4.2.4. Meta l-awtorità xierqa tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha li tippermetti li l-EDS tal-istandard 2 jibqgħu jintużaw mill-1 ta' Settembru 2020, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni.

12.4.2.5. L-EDS kollha installati mill-1 ta' Settembru 2014 għandhom jissodisfaw l-istandard 3.

12.4.2.6. L-EDS kollha għandhom jissodisfaw l-istandard 3 sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2020, sakemm ma jkunx japplika l-punt 12.4.2.3.

▼M20

12.4.2.7. Kull tagħmir bl-EDS maħsub biex jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina għandu jissodisfa tal-inqas l-istandard C1.

12.4.2.8. Kull tagħmir bl-EDS maħsub biex jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina li jkun fihom il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku għandu jissodisfa tal-inqas l-istandard C2.

12.4.2.9. Kull tagħmir bl-EDS maħsub biex jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina li jkun fihom il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku u l-LAGs għandu jissodisfa tal-inqas l-istandard C3.

▼B

12.4.3.    Rekwiżiti dwar il-kwalità tal-immaġni għall-EDS

Il-kwalità tal-immaġni għall-EDS għandha tkun konformi mar-rekwiżiti dettaljati stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

12.5.   PROJEZZJONI TA’ IMMAĠNI TA’ THEDDIDA (TIP)

12.5.1.    Prinċipji ġenerali

12.5.1.1. Il-projezzjoni ta’ immaġni ta’ theddida (TIP) għandu jkun jista’ jipprojetta immaġnijiet virtwali ta’ oġġetti ta’ theddid fuq l-immaġini tar-raġġi X tal-bagalji jew ta’ kunsinni oħra li jkunu qegħdin jiġu skrinjati.

L-immaġnijiet virtwali għandhom jitqiegħdu fl-immaġini bir-raġġi X tal-bagalji u l-kunsinni li jkunu qegħdin jiġu skrinjati b’distribuzzjoni uniformi u mhux f’pożizzjoni fissa.

Għandu jkun possibbli li jiġi ffissat perċentwal tal-immaġnijiet virtwali li jridu jiġu pprojettati.

12.5.1.2. It-TIP ma għandux inaqqas il-prestazzjoni u t-tħaddim normali tal-apparat tar-raġġi X.

Ma għandha tingħata l-ebda indikazzjoni lil dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar li immaġini virtwali ta’ oġġett ta’ theddid tkun appik se tiġi pprojettata jew ġiet ipprojettata sakemm ma jidhirx messaġġ skont il-punt 12.5.2.2.

12.5.1.3. Il-mezzi ta’ ġestjoni tat-TIP għandhom ikunu protetti u aċċessibbli biss għall-persuni awtorizzati.

▼M17

12.5.1.4. Għandu jkun hemm amministratur tat-TIP responsabbli għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tas-sistema TIP.

12.5.1.5. L-awtorità xierqa għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni korretta tas-sistemi TIP u tiżgura li s-sistemi jkunu kkonfigurati b’mod korrett, inkluż il-projezzjoni realistika u rilevanti ta’ oġġetti, li huma konformi mar-rekwiżiti u li għandhom libreriji tal-immaġnijiet aġġornati.

▼B

12.5.2.    Il-kompożizzjoni tat-TIP

12.5.2.1. It-TIP għandha tkun magħmula tal-anqas minn:

(a) librerija virtwali tal-immaġnijiet tal-oġġetti ta’ theddid;

(b) mezz li jippreżenta l-messaġġi jew li jippermetti li l-messaġġi jitħassru; u

(c) mezz li jirreġistra u jippreżenta r-reazzjonijiet ta’ kull wieħed minn dawk li jwettqu l-iskrinjar.

12.5.2.2. It-TIP għandu jippreżenta messaġġ lill-persuni li jwettqu l-iskrinjar:

(a) meta l-persuna li twettaq l-iskrinjar tkun irreaġixxiet u tkun ġiet ipprojettata immaġni virtwali ta’ oġġett ta’ theddid;

(b) meta l-persuna li twettaq l-iskrinjar ma tkunx irreaġixxiet u tkun ġiet ipprojettata immaġni virtwali ta’ oġġett ta’ theddid;

(c) meta l-persuna li twettaq l-iskrinjar tkun irreaġixxiet u ma tkun ġiet ipprojettata l-ebda immaġni virtwali ta’ oġġett ta’ theddid; u

(d) meta tkun falliet il-projezzjoni ta’ immaġini virtwali ta’ oġġett ta’ theddid u dan ikun viżibbli għal dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar.

Il-messaġġ għandu jkun ippreżentat b’tali mod li ma jaħbix l-immaġini tal-bagalja jew tal-kunsinna li jkun qed jirreferi għaliha.

Il-messaġġ għandu jibqa’ sakemm ikun tneħħa mill-persuna li tkun qiegħda twettaq l-iskrinjar. Fil-każ tal-punti (a) u (b) il-messaġġ għandu jiġi ppreżentat flimkien mal-immaġni virtwali tal-oġġett ta’ theddid.

12.5.2.3. L-aċċess għat-tagħmir bit-TIP installat u użat għandu jkun jeħtieġ li dak li jwettaq l-iskrinjar juża identifikatur uniku.

12.5.2.4. It-TIP għandu jkollu l-ħila jżomm ir-riżultati tar-reazzjonijet ta’ kull wieħed minn dawk li jwettqu l-iskrinjar għal tal-anqas 12-il xahar u f’format li jippermetti r-rappurtar.

12.5.2.5. Il-kompożizzjoni tat-TIP għandha tkun ukoll soġġetta għar-rekwiżiti dettaljati addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M18

12.6.   IT-TAGĦMIR TAL-INDIVIDWAZZJONI TAT-TRAĊĊI SPLUSSIVI (ETD)

12.6.1. It-tagħmir tal-ETD għandu jkun kapaċi jiġbor u janalizza livelli ta’ traċċi ta’ partikoli jew fwar minn fuq uċuħ kontaminati, jew il-kontenut ta’ bagalji jew kunsinni, u permezz ta’ alarm juri li hemm splussivi. Għall-finijiet tal-iskrinjar, għandhom jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) L-oġġetti tal-konsum ma għandhomx jintużaw aktar milli rakkomandat mill-manifattur tal-oġġetti tal-konsum jew meta l-prestazzjoni tagħhom tkun tidher li ddeterjorat bl-użu;

(b) It-tagħmir tal-ETD għandu jintuża biss f’ambjent li fih it-tagħmir ġie approvat għall-użu.

Għandu jkun hemm standards għall-ETD stabbiliti għat-teħid ta’ kampjuni mill-partikoli u mill-fwar. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stabbiliti f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni klassifikata separata.

▼M18

12.6.2. L-istandard għat-tagħmir tal-ETD li juża t-teħid tal-kampjuni mill-partikoli għandu japplika għat-tagħmir tal-ETD użat mill-1 ta’ Settembru 2014.

12.6.3. L-awtorità responsabbli tista’ tippermetti li tagħmir tal-ETD mhux iċċertifikat jikkonforma mal-hemża 12-L li ntużat qabel l-1 ta’ Lulju 2014 u jibqa’ juża t-teħid tal-kampjuni mill-partikoli sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2020.

▼B

12.7.   TAGĦMIR GĦALL-ISKRINJAR TAL-LIKWIDI, L-AEROSOLS U L-ĠELLIJIET (LAGS)

12.7.1.    Prinċipji ġenerali

▼M14

12.7.1.1. Tagħmir ta’ LEDS għandu jkunu kapaċi jindividwa u jindika, permezz ta’ allarm, kwantitajiet individwali speċifiċi jew ogħla ta’ materjali ta’ theddida fl-LAGs.

▼B

12.7.1.2. L-individwazzjoni għandha tkun indipendenti mill-għamla jew il-materjal tal-kontenitur tal-LAG.

12.7.1.3. It-tagħmir għandu jintuża b’tali manjiera li jiżgura li l-kontenitur jitqiegħed f’pożizzjoni u jkun orjentat sabiex jiġi żgurat li l-kapaċitajiet ta’ individwazzjoni jintlaħqu b’mod sħiħ.

12.7.1.4. It-tagħmir għandu jiskatta l-allarm f’kull waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) meta jindividwa materjal ta’ theddid;

(b) meta jindividwa l-preżenza ta’ oġġett li jipprevjeni l-individwazzjoni ta’ materjal ta’ theddid;

(c) meta ma jkunx jista’ jivvaluta jekk l-LAG huwiex beninn jew le; u

(d) meta l-kontenut tal-bagalja li tkun qiegħda tiġi skrinjata jkun ta’ densità tant għolja li ma jkunx jista’ jiġi analizzat.

▼M14

12.7.2.   Standards għal tagħmir ta’ Sistemi għall-Individwazzjoni tal-Isplussivi Likwidi (LEDS)

12.7.2.1. Għandu jkun hemm tliet standards għat-tagħmir ta’ LEDS. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stabbiliti f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.

12.7.2.2. It-tagħmir ta’ LEDS kollu għandu jissodisfa l-istandard 1.

It-tagħmir ta’ LEDS li jissodisfa l-istandard 1 jista’ jintuża sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Jannar 2016.

12.7.2.3. L-istandard 2 għandu japplika għat-tagħmir kollu ta’ LEDS installat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

It-tagħmir kollu ta’ LEDS għandu jissodisfa l-istandard 2, b’mod effettiv, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2016.

▼B

12.7.3.    Approvazzjoni għat-tagħmir għall-iskrinjar tal-LAGs

It-tagħmir li huwa approvat minn jew f’isem l-awtorità xierqa ta’ Stat Membru sabiex jissodisfa l-istandards kif stipulati fil-punt 12.7 ta’ Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni għandu jiġi rikonoxxut minn Stati Membri oħrajn li għadhom iridu jilħqu dawn l-istandards. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, l-isem, u meta jintalbu, dettalji rilevanti oħra tal-entitajiet maħtura sabiex japprovaw it-tagħmir. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dawn l-entitajiet.

12.8.   METODI TA’ SKRINJAR LI JUŻAW TEKNOLOĠIJI ĠODDA

12.8.1. Stat Membru jista’ jippermetti metodu ta’ skrinjar li juża teknoloġiji ġodda għajr dawk stipulati f’dan ir-Regolament, sakemm:

(a) jintuża għall-fini ta’ evalwazzjoni ta’ metodu ġdid ta’ skrinjar; u

(b) mhuwiex se jaffettwa ħażin il-livell globali ta’ sigurtà li jintlaħaq; u

(c) għandu jingħata tagħrif xieraq lil dawk affettwati, inkluż il-passiġġieri, dwar il-fatt li qiegħda titwettaq prova.

▼M17

12.8.2. Qabel l-introduzzjoni ppjanata tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub dwar il-metodu ta’ skrinjar propost li jkun biħsiebu jippermetti, filwaqt li jinkludi valutazzjoni ta’ kif se jiggarantixxi li l-applikazzjoni tal-metodu l-ġdid se tissodisfa r-rekwiżit tal-punt 12.8.1(b). In-notifika għandu jkun fiha wkoll tagħrif dettaljat dwar il-post(ijiet) fejn huwa ppjanat li se jintuża l-metodu tal-iskrinjar u t-tul previst tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.

▼B

12.8.3. Jekk il-Kummissjoni lill-Istat Membru tagħtih risposta pożittiva, jew jekk ma tasal l-ebda risposta fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba bil-miktub, l-Istat Membru jkun jista’ jippermetti li jiddaħħal il-metodu tal-iskrinjar li juża teknoloġiji ġodda.

Jekk il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li l-metodu tal-iskrinjar propost jipprovdi biżżejjed garanziji li l-livell globali tas-sigurtà tal-avjazzjoni se jinżamm fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru b’dan fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-punt 12.8.2., filwaqt li tispjega t-tħassib tagħha. F’tali ċirkustanza, l-Istat Membru konċernat ma għandux jibda bil-metodu tal-iskrinjar sakemm ma jkunx issodisfa lill-Kummissjoni.

12.8.4. Il-perjodu massimu ta’ evalwazzjoni għal kull metodu ta’ skrinjar li juża teknoloġiji ġodda għandu jkun ta’ tmintax-il xahar. Il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu ta’ evalwazzjoni b’massimu ta’ tnax-il xahar ieħor, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jipprovdi ġustifikazzjoni adegwata għall-estensjoni.

12.8.5. F’intervalli ta’ mhux aktar minn sitt xhur matul il-perjodu tal-evalwazzjoni, l-awtorità xierqa fl-Istat Membru konċernat għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport dwar il-progress li jkun sar fl-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bil-kontenut tar-rapport dwar il-progress. Jekk ma jiġi pprovdut l-ebda rapport dwar il-progress, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru sabiex jissospendi l-prova.

12.8.6. Jekk, abbażi ta’ rapport, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li l-metodu tal-iskrinjar li qiegħed jiġi ppruvat qiegħed jipprovdi garanziji suffiċjenti li l-livell globali tas-sigurtà tal-avjazzjoni qiegħed jinżamm fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru li l-prova se tiġi sospiża sakemm ikunu jistgħu jingħataw it-tali garanziji.

12.8.7. L-ebda perjodu ta’ evalwazzjoni ma għandu jkun itwal minn tletin xahar.

▼M3

12.9   KLIEB GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-ISPLUSSIVI

12.9.1    Prinċipji Ġenerali

12.9.1.1 Kelb għall-individwazzjoni tal-isplussiv (KIS) għandu jkun kapaċi jindividwa u jindika kwantitajiet individwali speċifikati u ogħla ta’ materjal splussiv.

12.9.1.2 L-individwazzjoni għandha tkun indipendenti mill-għamla, il-pożizzjoni jew l-orjentament tal-materjal splussiv.

12.9.1.3 KIS iwissi, fil-forma ta’ rispons passiv, meta jindividwa materjali splussivi kif stipulati fl-Hemża 12-D ta’ -Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.1.4 KIS u min imexxih jistgħu jintużaw għall-iskrinjar jekk it-tnejn ikunu ġew approvati indipendentament u flimkien bħala tim.

12.9.1.5 KIS u min imexxih għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ inizjali u rikorrenti sabiex jiżguraw li l-kompetenzi meħtieġa jintgħallmu u jinżammu u, fejn xieraq, jitgħallmu kompetenzi ġodda.

12.9.1.6 Sabiex jiġi approvat, tim KIS, li jikkonsisti minn KIS u persuna(i) jmexxih, għandhom ikunu għaddew b’suċċess minn kors ta’ taħriġ.

12.9.1.7 Tim KIS għandu jiġi approvat minn jew f’isem l-awtorità x-xierqa skont l-Hemżiet 12-E u 12-F ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.1.8 Wara approvazzjoni mill-awtorità x-xierqa, tim KIS jista’ jintuża għal skrinjar ta’ sigurtà bl-użu ta’ ġiri ħieles jew tal-metodu ta’ traċċar remot tal-isplussiv bix-xamm.

12.9.2    Standards għall-KIS

12.9.2.1 Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għal KIS huma stipulati fl-hemża 12-D ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.2.2 Tim KIS użat għall-iskrinjar ta’ persuni, bagalji fil-kabini, oġġetti li jġorru persuni oħra għajr passiġġieri, vetturi, inġenji tal-ajru, provvisti għal fuq it-titjira u provvisti tal-ajruport, u żoni ta’ sigurtà ristretta ta’ ajruport għandu jilħaq l-istandard 1 ta’ individwazzjoni.

12.9.2.3 Tim KIS użat għall-iskrinjar ta’ bagalji fl-istiva, posta tat-trasportaturi bl-ajru, materjali tat-trasportatur bl-ajru, merkanzija u posta għandu jilħaq l-istandard 2 ta’ individwazzjoni.

12.9.2.4 Tim KIS approvat biex jindividwa materjal splussiv bl-użu tal-metodu ta’ traċċar remot tal-isplussiv bix-xamm jista’ biss jintuża fl-iskrinjar tal-merkanzija, iżda fl-ebda qasam ieħor inkluż fl-istandard 2.

12.9.2.5 KIS użat għall-iskrinjar tal-materjali splussivi għandu jiġi armat b’mezzi xierqa li jippermettu l-identifikazzjoni unika tal-KIS.

12.9.2.6 Meta jkun qed iwettaq dmirijiet ta’ individwazzjoni tal-isplussiv, KIS għandu dejjem ikun akkumpanjat minn min imexxih li jkun approvat biex jaħdem mal-KIS.

12.9.2.7 KIS approvat għall-metodu tal-ġiri ħieles jista’ jkollu persuna waħda biss tmexxih. Persuna waħda tista’ tiġi approvata biex tmexxi massimu ta’ żewġt KIS.

12.9.2.8 KIS approvat għall-metodu ta’ traċċar remot tal-isplussiv bix-xamm għandu jkollu massimu ta’ żewġ persuni jmexxuh għal kull KIS.

12.9.3    Ħtiġijiet tat-taħriġ

Obbligi ta’ taħriġ ġenerali

12.9.3.1 It-taħriġ ta’ tim KIS għandu jinkludi taħriġ teoretiku, prattiku u fuq il-lant tax-xogħol.

12.9.3.2 Il-kontenut tal-korsijiet ta’ taħriġ għandu jiġi speċifikat jew approvat mill-awtorità xierqa.

12.9.3.3 It-taħriġ għandu jitmexxa minn jew f’isem l-awtorità x-xierqa bl-użu ta’ għalliema kkwalifikati skont il-punt 11.5 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 185/2010.

12.9.3.4 Il-klieb imħarrġa għall-individwazzjoni tal-isplussiv għandhom ikunu klieb li jintużaw għal għan uniku.

12.9.3.5 Waqt it-taħriġ, għandhom jintużaw għajnuniet għat-taħriġ li jirrappreżentaw materjali splussivi.

12.9.3.6 It-taħriġ għandu jingħata lil kwalunkwe persuna li qed taħdem bl-għajnuniet tat-taħriġ sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni.

Taħriġ inizjali għal timijiet KIS

12.9.3.7 Tim KIS għandu jkun suġġett għal taħriġ inizjali li jkun imsejjes fuq il-kriterji stipulati fil-punt 12.9.3 ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.3.8 It-taħriġ inizjali għat-tim KIS għandu jinkludi taħriġ prattiku fl-ambjent tax-xogħol li t-taħriġ huwa maħsub għalih.

Taħriġ rikorrenti għal timijiet KIS

12.9.3.9 KIS u min imexxih għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ taħriġ rikorrenti, sew individwalment sew flimkien bħala tim.

12.9.3.10 It-taħriġ rikorrenti għandu jżomm il-kompetenzi eżistenti kif meħtieġa mit-taħriġ inizjali u dawk miksuba skont żviluppi fis-sigurtà.

12.9.3.11 It-taħriġ rikorrenti għal tim KIS għandu jitwettaq mill-inqas kull 6 ġimgħat It-tul minimu tat-taħriġ rikorrenti għandu jkun ta’ mhux inqas minn 4 sigħat fi kwalunkwe perjodu ta’ 6 ġimgħat.

12.9.3.12 Il-Punt 11 m’għandux japplika fil-każ fejn KIS huwa soġġett għal taħriġ tal-għarfien tal-materjali kollha mniżżla fl-hemża 12-D ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni mill-inqas darba dil-ġimgħa.

Reġistri tat-taħriġ għal timijiet KIS

12.9.3.13 Ir-reġistri sew għat-taħriġ inzjali sew rikorrenti għandhom jinżammu sew għall-KIS sew għal min imexxih għal mill-inqas it-tul tal-kuntratt tal-impjieg tagħhom u għandhom ikunu disponibbli lill-awtorità xierqa fuq talba.

Taħriġ Operattiv għal timijiet KIS

12.9.3.14 Meta KIS jintuża fid-dimirijiet tal-iskrinjar, il-KIS għandu jkun suġġett għal taħriġ operattiv sabiex jiġi żgurat li jilħaq il-prestazzjoni stipulata fl-Hemża 12-D ta’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.3.15 It-taħriġ operattiv għandu jsir fuq bażi aleatorja kontinwa waqt il-perjodu tal-użu, u għandu jkejjel il-prestazzjoni tal-individwazzjoni tal-KIS bis-saħħa ta’ għajnuniet għat-taħriġ approvati.

12.9.4    Proċeduri tal-Approvazzjoni

12.9.4.1 Il-proċedura tal-approvazzjoni għandha tiżgura li jitkejlu l-kompetenzi li ġejjin:

(a) il-ħila tal-KIS li jilħaq il-prestazzjoni tal-individwazzjoni stipulata fl-Hemża 12-D tad-Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni;

(b) il-ħila tal-KIS li jagħti indikazzjoni passiva dwar il-preżenza ta’ materjali splussivi;

(ċ) il-ħila ta’ KIS u min imexxih li jaħdmu effettivament bħala tim; u

(d) il-ħila ta’ min imexxi l-kelb li jmexxih korrettament, u jinterpreta u jwieġeb kif xieraq għar-reazzjoni tal-KIS għall-preżenza ta’ materjal splussiv.

12.9.4.2 Il-proċedura tal-approvazzjoni għandha tissimula kull waħda mill-oqsma ta’ ħidma li se jaħdmu fihom it-tim KIS.

12.9.4.3 It-tim KIS għandu jkun lesta b’suċċess it-taħriġ f’kull qasam li għalih tintalab l-approvazzjoni.

12.9.4.4 Il-proċeduri tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu skont l-Hemżiet 12-E u 12-F tad-Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.4.5 Il-validità ta’ kull perjodu ta’ approvazzjoni m’għandhiex tkun itwal minn 12-il xahar.

12.9.5    Kontroll tal-Kwalità

12.9.5.1 It-tim EDD għandu jkun suġġett għal miżuri ta’ kontroll tal-kwalità stipulati fl-Hemża 12-G tad-Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

12.9.6    Metodoloġija tal-Iskrinjar

Aktar rekwiżiti dettaljati jinsabu f’ Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

▼M17

12.10.   TAGĦMIR GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-METALL (MDE)

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-użu tal-MDE huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

▼M8

12.11   SCANNERS TAS-SIGURTÀ

12.11.1    Prinċipji Ġenerali

Scanner tas-sigurtà huwa sistema għall-iskrinjar ta’ persuni li huwa kapaċi jindividwa oġġetti tal-metall u mhux tal-metall, distinti mill-ġilda tal-bniedem li jintlibsu fuq il-ġisem jew fil-ħwejjeġ.

Scanner tas-sigurtà b’eżaminatur uman, jista’ jikkonsisti f’sistema ta’ individwazzjoni li toħloq immaġni tal-ġisem tal-persuna sabiex jiġi analizzat mill-eżaminatur uman u li tistabbilixxi li l-persuna skrinjata mhix qed iġġorr oġġetti tal-metall u mhux tal-metall, distinti mill-ġilda tal-bniedem. Meta l-eżaminatur uman jidentifika dan l-oġġett, il-post fejn ikun instab għandu jkun ikkomunikat lill-ispettur tas-sigurtà għal tfittxija ulterjuri. F’dan il-każ, l-eżaminatur uman għandu jkun meqjus bħala parti integrali tas-sistema ta’ individwazzjoni.

Scanner tas-sigurtà b’individwazzjoni awtomatika ta’ theddid huwa sistema li tikkonsisti f’sistema ta’ individwazzjoni li awtomatikament tidentifika oġġetti tal-metall u mhux tal-metall, distinti mill-ġilda tal-bniedem li tkun qed iġġorr il-persuna li tkun qed tiġi skrinjata. Meta s-sistema tidentifika dan l-oġġett, il-post fejn ikun instab għandu jkun indikat fuq xbiha rappreżentattiva standard tal-figura tal-bniedem lill-ispettur tas-sigurtà.

Għall-iskrinjar tal-passiġġieri, scanner tas-sigurtà għandu jissodisfa l-istandards li ġejjin:

(a) scanners tas-sigurta għandhom jindividwaw u jindikaw permezz ta’ allarm għall-inqas oġġetti tal-metall u mhux tal-metall speċifiċi inklużi splussivi kemm individwalment kif ukoll iggruppjati;

(b) l-individwazzjoni għandha tkun indipendenti mill-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-oġġett;

(ċ) is-sistema għandu jkollha indikatur viżwali li jindika li t-tagħmir qiegħed jaħdem;

(d) l-iscanners tas-sigurtà għandhom ikunu mqiegħda f’pożizzjoni li tiżgura li l-prestazzjoni tagħhom ma tkunx affettwata minn sorsi ta’ interferenza;

(e) l-iffunzjonar korrett tal-iscanners tas-sigurtà għandu jkun ittestjat kuljum;

(f) l-iscanner tas-sigurtà għandu jkun użat skont il-kunċett tal-operazzjonijiet ipprovduti mill-manifattur.

L-iscanners tas-sigurtà għandhom isiru disponibbli u użati għall-iskrinjar tal-passiġġieri f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) ( 26 ) u mad-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) ( 27 ).

12.11.2    Standards għall-iscanners tas-sigurtà

Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni għall-iscanners tas-sigurtà huma stipulati fid-Dokument Mehmuż 12-K, dokument li għandu jkun ikklassifikat bħala “CONFIDENTIEL UE” u jkun ittrattat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2001/844/KE, KEFA, Euratom.

L-iscanners tas-sigurtà għandhom jissodisfaw l-istandard definit fid-Dokument Mehmuż 12-K mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

12.11.2.1. L-iscanners tas-sigurtà kollha għandhom jilħqu l-istandard 1.

L-istandard 1 għandu jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2022.

12.11.2.2. L-Istandard 2 għandu japplika għall-iscanners tas-sigurtà installati mill-1 ta’ Jannar 2019.

▼M19

DOKUMENT MEHMUŻ 12-A

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għad-WTMD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-B

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għall-EDS huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-C

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għat-tagħmir sabiex ikunu skrinjati l-likwidi, l-aerosols u l-ġellijiet (LAGS) huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-D

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għal EDD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-E

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċeduri ta' approvazzjoni ta' EDD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-F

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar iż-żoni ta' ttestjar u l-kundizzjonijiet tat-test tal-approvazzjoni għal EDD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-G

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-kontroll tal-kwalità għal EDD huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-H

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar 'EDD li joperaw liberament — Standards għall-metodoloġija tal-użu' huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-I

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar 'EDD li jaħdmu biss permezz tal-metodu ta' lokalizzazzjoni mill-bogħod ta' traċċi ta' splussivi — Standards għall-metodoloġija tal-użu' huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-J

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għal MDE huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-K

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għall-iskanners tas-sigurtà huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-L

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ħtiġiet tal-prestazzjoni għall-Individwazzjoni ta' Traċċi ta' Splussivi (ETD) huma stabbiliti f'Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.



( 1 ) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

( 2 ) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

( 3 ) ĠU L 169, 8.7.2003, p. 44.

( 4 ) ĠU L 213, 23.8.2003, p. 3.

( 5 ) ĠU L 221, 22.6.2004, p. 6.

( 6 ) ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.

( 7 ) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

( 9 ) Mhux pubblikata.

( 10 ) ĠU L 219, 22.8.2009, p. 1.

( 11 ) ĠU L 107, 27.4.2011, p. 1.

( 12 ) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

( 13 ) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit.

( 14 ) Merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fil-lista ta’ kontroll ta’ din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera

( 15 ) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit.

( 16 ) ĠU L 220, 26.8.2011, p. 9. Il-punt 6.8.1.1 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010: Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f’pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-dokument mehmuż 6-F għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jkun innominat bħala “Trasportatur ta’ Merkanzija jew ta’ Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz” (ACC3)

( 17 ) Dan ma japplikax għall-merkanzija jew għall-posta bl-ajru li jinġarru minn numru żgħir ta’ pajjiżi eżentati mir-reġim tal-ACC3

( 18 ) Merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fil-lista ta’ kontroll ta’ din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera.

( 19 ) ĠU L 324, 22.11.2012, p. 25.

( 20 ) Ajruporti li jinsabu fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, f’Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Irlanda, fl-Italja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, f’Malta, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovakja, fis-Slovenja, fi Spanja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Islanda, fin-Norveġja u fl-Isvizzera.

( 21 ) Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 859/2011

( 22 ) Ajruporti li jinsabu fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, fil-Kroazja, f’Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Irlanda, fl-Italja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, f’Malta, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovakja, fis-Slovenja, fi Spanja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Islanda, fin-Norveġja u fl-Isvizzera.

( 23 ) Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 859/2011 u (UE) Nru 1082/2012.

( 24 ) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

( 25 ) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

( 26 ) ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.

( 27 ) ĠU L 159, 30.4.2004, p. 1.