2010D0029 — MT — 01.01.2015 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus euro (tfassil mill-ġdid) (BĊE/2010/29) (ĠU L 035, 9.2.2011, p.26) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 187 |
13 |
6.7.2013 |
||
L 16 |
51 |
21.1.2014 |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2015/286 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-27 ta' Novembru 2014 |
L 50 |
42 |
21.2.2015 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta' Diċembru 2010
dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus euro
(tfassil mill-ġdid)
(BĊE/2010/29)
(2011/67/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn “il quddiem l-'Istatut tas-SEBĊ”), u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 128(1) tat-Trattat u l-Artikolu 16 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv li jawtorizza l-ħruġ tal-karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Unjoni. Taħt dawn id-dispożizzjonijiet, il-BĊE u l-BĊNi jistgħu joħorġu karti tal-flus tal-euro li huma l-uniċi karti tal-flus li għandhom l-istat ta' valuta legali fi ħdan l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. Il-liġi tal-Unjoni ħasbet għal sistema ta' pluralità ta' dawk li joħorġu l-karti tal-flus. Il-BĊE u l-BĊNi joħorġu l-karti tal-flus tal-euro. |
(2) |
Skont Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro ( 1 ), fl-1 ta' Jannar 2002, il-BĊE u l-BĊNi daħħlu fiċ-ċirkolazzjoni karti tal-flus denominati f’euro. Il-karti tal-flus tal-euro huma espressjonijiet tal-istess munita waħda, u huma soġġetti għal sistema legali waħda. |
(3) |
Il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro m’għandhomx bżonn ikunu soġġetti għal limiti kwantitattivi jew oħrajn, peress illi t-tqegħid ta' karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni huwa proċess immexxi mit-talba. |
(4) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2003/4 tal-20 ta' Marzu 2003 dwar id-denominazzjonijiet, l-ispeċifikazzjonijiet, ir-riproduzzjoni, il-bdil u l-irtirar tal-karti tal-flus tal-euro ( 2 ) fiha regoli komuni dwar il-karti tal-flus tal-euro. Il-BĊE stabilixxa speċifkazzjonijiet tekniċi komuni għal karti tal-flus tal-euro u miżuri għall-kontroll tal-kwalità sabiex jiżgura illi huma jkunu konformi ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet. Bħala konsegwenza ta' dan, il-karti tal-flus kollha tal-euro għandhom l-istess dehra fiżika u livell ta' kwalità u ma hemmx distinzjoni bejn karti tal-flus tal-istess denominazzjoni. |
(5) |
Il-karti tal-flus kollha tal-euro għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' aċċettazzjoni u pproċessar identiċi mill-membri tal-Eurosistema irrispettivament minn liema membru jkun poġġihom fiċ-ċirkolazzjoni. Il-prattika tar-ripatrijazzjoni tal-karti tal-flus denominati f’unitajiet ta' valuta nazzjonali lill-bank ċentrali li jkun ħariġhom ma tapplikax għall-karti tal-flus tal-euro. Is-sistema għall-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro hija bbażata fuq il-prinċipju ta' non-ripatrijazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro. |
(6) |
Skont l-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, kull bank ċentrali li huwa membru tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali huwa assenjat piż fl-iskema tas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE, kif stabbiliti mid-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta' Diċembru 2008 dwar l-ishma ta' persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 3 ); dan il-piż huwa bbażat fuq il-popolazzjoni u l-prodott domestiku gross ta' kull Stat Membru u jirregola l-kontribuzzjonijiet għall-kapital tal-BĊE, it-trasferimenti tal-assi ta' riżervi barranin tal-BĊNi lill-BĊE, l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-BĊNi, u d-distribuzzjoni tal-qligħ u l-qsim tat-telf tal-BĊE. |
(7) |
Il-karti tal-flus tal-euro huma valuta legali fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro u jiċċirkulaw b’mod ħieles fi ħdan iż-żona tal-euro, jinħarġu mill-ġdid mill-membri tal-Eurosistema, u jistgħu ukoll jinħażnu jew jintużaw barra ż-żona tal-euro. Il-passiv fir-rigward tal-ħruġ tal-valur totali ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu għalhekk jiġi allokat lill-membri tal-Eurosistema skont kriterju oġġettiv. Kriterju xieraq huwa s-sehem ta' kull BĊN fil-kapital imħallas bis-sħiħ tal-BĊE. Dan is-sehem jirriżulta minn applikazzjoni proporzjonata tal-iskema kapitali msemmija fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi. Peress illi dan il-kriterju mhuwiex applikabbli għall-BĊE, is-sehem tal-persentaġġ ta' karti tal-flus tal-euro li jridu jinħarġu mill-BĊE għandu jiġi determinat mill-Kunsill Governativ. |
(8) |
Taħt l-Artikoli 9.2 u 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, li jistabbilixxu l-prinċipju ta' deċentralizzazzjoni għall-operazzjonijiet tal-Eurosistema, il-BĊNi huma fdati biex idaħħlu u jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni l-karti tal-flus kollha tal-euro inklużi dawk maħruġin mill-BĊE. Konsistenti ma' dan il-prinċipju, it-trattament fiżiku ta' karti tal-flus tal-euro jsir ukoll mill-BĊNi. |
(9) |
Id-differenza bejn il-valur ta' karti tal-flus tal-euro allokati lil kull BĊN skont l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus u l-valur tal-karti tal-flus tal-euro li kull BĊN ipoġġi fiċ-ċirkolazzjoni għandha twassal għal bilanċi intra-Eurosistema. Peress illi l-BĊE ma jpoġġix karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, huwa għandu jkollu klejms intra-Eurosistema fir-rigward ta' BĊNi għal valur ekwivalenti għas-sehem ta' karti ta' flus tal-euro li joħroġ. Il-ħlas ta' dawn il-bilanċi intra-Eurosistema għandu effett fuq il-pożizzjonijiet tad-dħul tal-BĊNi u huwa għalhekk is-suġġett ta' Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (riformulata) ( 4 ), ibbażata fuq Artikolu 32 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
(10) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta' Lulju 2010 konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 ( 5 ) l-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 ( 6 ) huma mħassrin b’effett mill-1 ta' Jannar 2011. |
(11) |
Peress illi l-Estonja ser tadotta l-euro fl-1 ta' Jannar 2011, id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro ( 7 ) għandha bżonn tiġi emendata sabiex tiġi determinata l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta' Jannar 2011. Peress illi d-Deċiżjoni BĊE/2001/15 diġà ġiet emendata bosta drabi hija għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:
(a) “BĊN” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro,
(b) “karti tal-flus tal-euro” tfisser dawk il-karti tal-flus li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' Deċiżjoni BĊE/2003/4 u bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Kunsill Governattiv;
(c) “skema tal-kapital sottoskritt” tfisser l-ishma tal-BĊNi (espressi bħala persentaġġi) fil-kapital sottoskritt tal-BĊE li jirriżulta mill-applikazzjoni lill-BCNi tal-ippeżar fl-iskema msemmija fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ u kif applikabbli għas-sena finanzjarja relevanti;
(d) “skema ta” distribuzzjoni ta' karti tal-flus tfisser il-persentaġġi li jirriżultaw meta wieħed jieħu kont tas-sehem tal-BĊE fil-ħruġ totali ta' karti tal-flus tal-euro u japplika l-iskema ta' kapital sottoskritt (sal-eqreb multiplu ta' 0,0005 ta' punt perċentwali) lis-sehem tal-BĊNi f’dak it-total. Fejn it-total tal-persentaġġi li jirriżultaw ma jilħaqx il-100 %, id-differenza għandha tiġi kkumpensata billi: (i) jekk it-total huwa ta' anqas minn 100 %, jiżdied 0.0005 ta' punt perċentwali mal-iżgħar ishma f’ordni axxendenti sakemm jintlaħqu l-100 % ezatti, jew (ii) jekk it-total huwa ta' iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0.0005 ta' punt perċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar ishma sakemm jintlaħqu l-100 % ezatti. ►M3 L-Anness I ta' din id-Deċizjoni jispeċifika l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta' Jannar 2015. ◄
Artikolu 2
Ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro
Il-BĊE u l-BĊNi għandhom joħorġu l-karti tal-flus tal-euro.
Artikolu 3
Obbligazzjonijiet tal-emittenti
1. Il-BĊNi għandhom ipoġġu u jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni karti tal-flus tal-euro, u jagħmlu kull trattament fiżiku b’rabta mal-karti tal-flus tal-euro kollha, inklużi dawn maħruġin mill-BĊE.
2. Il-BĊNi għandhom jaċċettaw il-karti tal-flus tal-euro kollha fuq talba tad-detentur għall-iskambju ma' karti tal-flus tal-euro tal-istess valur jew, f’każ ta' detenturi ta' kont, biex jiġu kkreditati lil kontijiet miżmumin fil-BĊN li qed jirċevihom.
3. Il-BĊNi għandhom jittrattaw il-karti tal-flus kollha tal-euro aċċettati minnhom bħala passiv u għandhom jipproċessawhom b’mod identiku.
4. Il-BĊNi m’għandhomx jittrasferixxu karti tal-flus tal-euro aċċettati minnhom lil BĊNi oħrajn u għandhom iżommu dawn il-karti tal-flus tal-euro disponibbli għall-ħruġ mill-ġdid. Bħala eċċezzjoni, u skont ir-regoli stabbiliti mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE:
(a) karti tal-flus tal-euro mqattgħin, iddanneġġati, mherrija jew irtirati jistgħu jinqerdu mill-BĊN reċipjent; u
(b) karti tal-flus tal-euro miżmumin minn BĊNi jistgħu, għal raġunijiet ta' loġistika, jiġu mqassmin mill-ġdid fi kwantitajiet kbar fi ħdan l-Eurosistema.
Artikolu 4
Distribuzzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema
1. Il-valur totali ta' karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni għandu jkun allokat lill-membri tal-Eurosistema bl-applikazzjoni tal-iskema għall-allokazzjoni tal-karti tal-flus.
2. Id-differenza bejn il-valur ta' karti tal-flus tal-euro allokati lil kull BĊN skont l-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus u l-valur tal-karti tal-flus tal-euro li kull BĊN ipoġġi fiċ-ċirkolazzjoni għandha twassal għal bilanċi intra-Eurosistema. Il-BĊE għandu jżomm klejms intra-Eurosistema fuq BĊNi b’mod proporzjonat mal-ishma tagħhom fl-iskema tal-kapital sottoskritt, għal valur ekwivalenti għall-valur tal-karti tal-flus tal-euro li joħroġ.
Artikolu 5
Revoka
Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija revokata. Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.
ANNESS I
SKEMA TA' DISTRIBUZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA' JANNAR 2015
(%) |
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
8,0000 |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,2385 |
Deutsche Bundesbank |
23,5220 |
Eesti Pank |
0,2520 |
Central Bank of Ireland |
1,5170 |
Bank of Greece |
2,6575 |
Banco de España |
11,5550 |
Banque de France |
18,5320 |
Banca d'Italia |
16,0900 |
Central Bank of Cyprus |
0,1975 |
Latvijas Banka |
0,3685 |
Lietuvos bankas |
0,5400 |
Banque centrale du Lussemburgu |
0,2655 |
Il-Bank Ċentrali ta' Malta |
0,0850 |
De Nederlandsche Bank |
5,2325 |
Oesterreichische Nationalbank |
2,5655 |
Banco de Portugal |
2,2785 |
Banka Slovenije |
0,4515 |
Národná banka Slovenska |
1,0095 |
Suomen Pankki |
1,6420 |
TOTAL |
100,0000 |
ANNESS II
DEĊIŻJONI REVOKATA U EMENDI SUĊĊESSIVI
Deċiżjoni BĊE/2001/15 |
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 10, Vol. p. 54 – 56. |
Deċiżjoni BĊE/2003/23 |
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 10 Vol. 3 p. 339 – 340. |
Deċiżjoni BĊE/2004/9 |
ĠU L 205, 9.6.2004, p. 17. |
Deċiżjoni BĊE/2006/25 |
ĠU L 24, 31.1.2007, p. 13. |
Deċiżjoni BĊE/2007/19 |
ĠU L 1, 4.1.2008, p. 7. |
Deċiżjoni BĊE/2008/26 |
ĠU L 21, 24.1.2009, p. 75. |
( 1 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1 p. 111 sa 115.
( 2 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3 p. 246 sa 249.
( 3 ) ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66.
( 4 ) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.
( 5 ) ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24
( 6 ) Att dwar il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
( 7 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10 Vol. 3 p. 54 sa 56.