02010D0004(01) — MT — 01.05.2023 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta’ Mejju 2010 dwar il-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (BĊE/2010/4) (ĠU L 119 13.5.2010, p. 24) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2022/435 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-8 ta’ Marzu 2022 |
L 88 |
196 |
16.3.2022 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2023/815 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-28 ta’ Marzu 2023 |
L 102 |
20 |
17.4.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2010
dwar il-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7
(BĊE/2010/4)
(2010/275/UE)
Artikolu 1
Emenda għad-Deċiżjoni BĊE/2007/7
L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 jinbidel b’dan li ġej:
Artikolu 2
Ftuħ ta’ kont
Il-BĊE għandu, b’rabta mal-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self, u fuq talba mingħand il-Kummissjoni Ewropea, jiftaħ kont f’isem is-Selliefa.
Artikolu 3
Aċċettazzjoni ta’ ħlasijiet fil-kont
Il-BĊE għandu jaċċetta biss ħlasijiet li jsiru minn jew lill-kont f’isem is-Selliefa, jekk dawk il-ħlasijiet isiru b’rabta mal-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self.
Artikolu 4
Aċċettazjoniji ta’ struzzjonijiet
Il-BĊE għandu, fir-rigward tal-kont f’isem is-Selliefa, jaċċetta u jaġġixxi biss skont l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u m’għandu jaċċetta l-ebda struzzjonijiet minn Sellief individwali.
Artikolu 5
Remunerazzjoni
Il-kont miżmum mal-BĊE f’isem is-Selliefa għandu jitħallas skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) ( 1 ).
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2010.
( 1 ) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).