02009R1060 — MT — 17.01.2025 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 1060/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302 17.11.2009, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) Nru 513/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Mejju 2011 |
L 145 |
30 |
31.5.2011 |
|
DIRETTIVA 2011/61/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta’ Ġunju 2011 |
L 174 |
1 |
1.7.2011 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 462/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Mejju 2013 |
L 146 |
1 |
31.5.2013 |
|
DIRETTIVA 2014/51/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014 |
L 153 |
1 |
22.5.2014 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2402 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 2017 |
L 347 |
35 |
28.12.2017 |
|
REGOLAMENT (UE) 2022/2554 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Diċembru 2022 |
L 333 |
1 |
27.12.2022 |
|
REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 |
L 2869 |
1 |
20.12.2023 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (KE) Nru 1060/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ regolatorju komuni sabiex itejjeb l-integrità, it-trasparenza, ir-responsabbiltà, il-governanza tajba u l-indipendenza ta’ attivitajiet tal-gradazzjoni tal-kreditu, jikkontribwixxi għall-kwalità tal-gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fl-Unjoni u għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u għall-investitur. Jistabbilixxi kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu u regoli dwar l-organizzazzjoni u l-imġiba tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, inklużi l-azzjonisti u l-membri tagħhom, għall-promozzjoni tal-indipendenza tal-aġenziji li jiggradaw il-kreditu, biex jiġu evitati l-konflitti ta’ interess u għat-titjib tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-investitur.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi għall-emittenti u l-partijiet terzi relatati stabbiliti fl-Unjoni rigward l-istrumenti ta’ titolizzazzjoni.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
gradazzjonijiet ta’ kreditu privati prodotti fuq ordni individwali u pprovduti esklużivament lill-persuna li ordnathom u li mhumiex maħsuba għal żvelar pubbliku jew distribuzzjoni b’abbonament;
punti mogħtija lill-kreditu (credit scores), sistemi tal-għoti ta’ punti lill-kreditur jew valutazzjonijiet simili li għandhom x’jaqsmu mal-obbligi li jirriżultaw mir-relazzjonijiet tal-konsumatur, tal-kummerċ jew tal-industrija;
gradazzjonijiet ta’ kreditu prodotti minn aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni skont il-punt 1.3 tal-Parti 1 tal-Anness VI, għad-Direttiva 2006/48/KE; jew
gradazzjonijiet ta’ kreditu prodotti mill-banek ċentrali u li:
ma jitħallsux mill-entità ggradata;
mhumiex żvelati lill-pubbliku;
jinħarġu skont il-prinċipji, standards u proċeduri li jiżguraw l-integrità u l-indipendenza adegwata tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu kif previst minn dan ir-Regolament; u
m’għandhomx x’jaqsmu mal-istrumenti finanzjarji maħruġa mill-Istati Membri tal-banek ċentrali rispettivi.
▼M4 —————
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2(d), il-Kummissjoni, wara t-tressiq ta’ talba minn Stat Membru, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 38(3) u skont il-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tista’ tadotta deċiżjoni li tiddikjara li bank ċentrali jaqa’ fl-ambitu ta’ dak il-punt u li l-gradazzjonijiet tiegħu ta’ kreditu għalhekk huma eżenti mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-website tagħha l-lista tal-banek ċentrali li jaqgħu fl-ambitu tal-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“gradazzjoni ta’ kreditu” tfisser opinjoni dwar is-solvibbiltà ta’ entità, debitu jew obbligu finanzjarju, garanzija ta’ debitu, sehem privileġġati jew strument finanzjarju ieħor, jew ta’ emittent ta’ tali debitu jew obbligu finanzjarju, garanzija ta’ debitu, sehem privileġġati jew strument finanzjarju ieħor, maħruġin bl-użu ta’ sistema gradatorja stabbilita u definita ta’ kategoriji ta’ gradazzjoni;
“aġenzija li tiggrada l-kreditu” tfisser persuna ġuridika li l-okkupazzjoni tagħha tinkludi l-ħruġ ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu fuq bażi professjonali;
“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser Stat Membru fejn l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;
“analista ta’ gradazzjoni” tfisser persuna li twettaq funzjonijiet analitiċi li huma meħtieġa għall-ħruġ ta’ gradazzjoni ta’ kreditu.
“analista ta’ gradazzjoni ewlieni” tfisser persuna b’responsabilità primarja għall-elaborazzjoni ta’ gradazzjoni ta’ kreditu jew għall-komunikazzjoni mal-emittent fir-rigward ta’ gradazzjoni partikulari ta’ kreditu jew, b’mod ġenerali, fir-rigward tal-gradazzjoni ta’ kreditu ta’ strument finanzjarju maħruġ minn dak l-emittent u, fejn ikun rilevanti, għat-tħejjija ta’ rakkomandazzjonijiet għall-kumitat ta’ gradazzjoni f’rabta ma’ tali gradazzjoni;
“entità ggradata” tfisser persuna ġuridika li s-solvibbiltà tagħha tkun iggradata espliċitament jew impliċitament fil-gradazzjoni ta’ kreditu, sew jekk issolleċitatx jew le dik il-gradazzjoni ta’ kreditu u sew jekk ipprovdietx jew le informazzjoni għal dik il-gradazzjoni ta’ kreditu;
“finijiet regolatorji” tfisser l-użu tal-gradazzjonijiet ta’ kreditu għall-fini speċifika ta’ konformità mal-liġi tal-Unjoni, jew mal-liġi tal-Unjoni kif implimentata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri;
“kategorija ta’ gradazzjoni” tfisser simbolu ta’ gradazzjoni, bħal simbolu alfabetiku jew numeriku li jista’ jkun akkumpanjat minn karattri ta’ identifikazzjoni miżjuda miegħu, użat fi gradazzjoni ta’ kreditu biex jipprovdi kejl relattiv ta’ riskju għalbiex issir distinzjoni bejn il-karatteristiċi differenti ta’ riskju tat-tipi ta’ entitajiet, emittenti u strumenti finanzjarji ggradati jew assi oħra;
“parti terza relatata” tfisser l-oriġinatur, l-arranġatur, l-isponsor, is-servicer jew kwalunkwe parti oħra li tinteraġixxi ma’ aġenzija li tiggrada l-kreditu f’isem entità ggradata, inkluża kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta ma’ dik l-entità gradata b’kontroll;
“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif hemm deskritt fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar kontijiet ikkonsolidati ( 1 ), jew rabta mill-qrib bejn persuna fiżika jew ġuridika u impriża;
“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar swieq ta’ strumenti finanzjarji ( 2 );
“strument ta’ titolizzazzjoni” tfisser strument finanzjarju jew assi oħrajn li jirriżultaw minn tranżazzjoni jew skema ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402[ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni];
“grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu” tfisser grupp ta’ impriżi stabbiliti ►M3 fl-Unjoni ◄ li jikkonsistu f’impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha fit-tifsira tal-Artikolu 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE kif ukoll impriżi relatati ma’ xulxin b’relazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u li l-okkupazzjoni tagħhom tinkludi l-ħruġ ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 4(3), grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandu jinkludi wkoll aġenziji li jiggradaw il-kreditu stabbiliti f’pajjiżi terzi;
“ġestjoni għolja” tfisser il-persuna jew il-persuni, li jidderieġu b’mod effettiv in-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u l-membru jew il-membri tal-bord ta’ amministrazzjoni jew ta’ superviżjoni tagħha;
“attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu” tfisser analiżi ta’ data u informazzjoni u l-evalwazzjoni, l-approvazzjoni, il-ħruġ u r-rieżami ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu;
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet maħturin minn kull Stat Membru għall-fini ta' dan ir-Regolament kif previst fl-Artikolu 22;
“istituzzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;
“ditta ta’ investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta ‘Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( 3 );
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
“istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali ” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif definita fl-Article 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE;
“kumpaniji ta’ ġestjoni” tfisser kumpanija tal-maniġment kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) ( 4 );
“kumpanija ta’ investiment” tfisser kumpanija ta’ investiment awtorizzata b’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE;
“maniger ta’ fond ta’ investiment alternattiv” tfisser AIFM kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/EU ( 5 );
“kontroparti ċentrali ” tfisser CCP kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ( 6 ) li tkun awtorizzata b’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dak ir- Regolament;
“prospett” tfisser prospett ippubblikat taħt id-Direttiva 2003/71/KE u r-Regolament (KE) Nru 809/2004;
“leġislazzjoni settorjali” tfisser l-atti leġislattivi tal-Unjoni msemmija fil-punti (pa) sa (pj);
“awtoritajiet kompetenti settorjali” tfisser l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali maħtura skont il-leġislazzjoni settorjali rilevanti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, id-ditti tal-investiment, l-impriżi tar-riassigurazzjoni, impriżi għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (UCITS), istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjoni, kumpaniji ta’ ġestjoni, kumpaniji ta’ investiment, maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternatti, kontropartijiet ċentrali u prospetti li għandhom jiġu ppubblikati;
“emittent” tfisser emittent kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE;
“oriġinatur” tfisser oriġinatur kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;
“sponsor” tfisser sponsor kif definit fil-punt (42) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE;
“gradazzjoni sovrana” tfisser:
gradazzjoni tal-kreditu fejn l-entità ggradata hija Stat jew awtorità reġjonali jew lokali ta’ Stat,
gradazzjoni tal-kreditu fejn l-emittent tal-dejn jew tal-obbligu finanzjarju, titolu ta’ dejn jew strument finanzjarju ieħor huwa Stat jew awtorità reġjonali jew lokali ta’ Stat, jew entità ad hoc ta’ Stat jew ta’ awtorità reġjonali jew lokali;
gradazzjoni tal-kreditu fejn l-emittent ikun istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati jew aktar li jkollha l-għan li timmobilizza l-finanzjament u topprovdi assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri ta’ dik l-istituzzjoni finanzjarja internazzjonali, li jkunu qegħdin jesperjenzaw problemi finanzjarji serji jew fejn ikun hemm theddid ta’ dan;
“prospetti ta’ gradazzjoni” tfisser opinjoni fir-rigward tad-direzzjoni probabbli li se tieħu l-gradazzjoni tal-kreditu fi żmien qasir jew medju;
“gradazzjoni tal-kreditu mhux solleċitata” u “gradazzjoni sovrana mhux solleċitata” tfisser rispettivament gradazzjoni tal-kreditu, jew gradazzjoni sovrana assenjata minn aġenzija tal-gradazzjoni tal-kreditu minbarra f’każijiet fejn din tkun intalbet;
“skor kreditizju” tfisser miżura ta’ affidabbiltà kreditizja li ġejja mis-sintesi u l-preżentazzjoni ta’ dejta abbażi ta’ sistema jew mudell ta’ statistika prestabbiliti biss, mingħajr input analitiku speċifiku għall-gradazzjoni sostanzjali u addizzjonali mill-analist tal-gradazzjoni;
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE u stabbilit fl-Unjoni;
“rititolizzazzjoni” tfisser rititolizzazzjoni kif definita fil-punt (40a) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin m’għandhomx jitqiesu li huma gradazzjonijiet ta’ kreditu:
rakkomandazzjonijiet fit-tifsira tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/125/KE ( 7 );
riċerka dwar l-investiment kif iddefinit fl-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2006/73/KE ( 8 ) u forom oħrajn ta’ rakkomandazzjoni ġenerali, bħal “ixtri”, “biegħ” jew “żomm”, relatati ma’ transazzjonijiet fi strumenti finanzjarji jew ma’ obbligi finanzjarji; jew
opinjonijiet dwar il-valur ta’ strument finanzjarju jew obbligu finanzjarju.
Artikolu 4
Użu ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu
Fejn prospett ikun fih referenza tal-gradazzjoni ta’ kreditu jew għal gradazzjonijiet ta’ kreditu, l-emittent, min qed joffri, jew il-persuna li tkun qed titlob li tiġi ammessa fil-kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw li l-prospett ikun jinkludi wkoll tagħrif ċar u prominenti li jkun jiddikjara jekk dawn il-gradazzjonijiet tal-kreditu humiex maħruġa jew le minn aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fl-Unjoni u rreġistrata taħt dan ir-Regolament.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita ►M3 fl-Unjoni ◄ u rreġistrata skont dan ir-Regolament tista’ tendorsja gradazzjoni ta’ kreditu maħruġa f’pajjiż terz biss meta l-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu li jirriżultaw fil-ħruġ ta’ tali gradazzjoni ta’ kreditu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu li jirriżultaw fil-ħruġ tal-gradazzjoni ta’ kreditu li għandha tiġi endorsajta jitwettqu parzjalment jew kompletament mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu li tendorsja jew minn aġenziji li jiggradaw il-kreditu li jappartjenu għall-istess grupp;
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu vverifikat u hija kapaċi turi fuq bażi kontinwa lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), li t-twettiq tal-attivitajiet tal-gradazzjoni tal-kreditu mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu minn pajjiż terz li jirriżultaw fil-ħruġ ta’ gradazzjoni tal-kreditu li għandha tiġi approvata jissodisfa r-rekwiżiti li huma tal-anqas stretti daqs ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12 tal-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 6b, 8a, ►M5 ————— ◄ 8c u 11a, il-punt (ba) tal-punt 3 u l-punti 3a u 3b tat-Taqsima B tal-Anness I;
il-kapaċità tal-AETS li tevalwa u timmonitorja l-konformità tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fil-pajjiż terz mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) mhijiex limitata;
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu meta tintalab, tagħmel disponibbli lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-AETS tkun tista’ tissorvelja fuq bażi kontinwa l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
hemm raġuni oġġettiva sabiex il-gradazzjoni ta’ kreditu tiġi elaborata f’pajjiż terz;
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fil-pajjiż terz hija awtorizzata jew irreġistrata u hija suġġetta għal superviżjoni f’dak il-pajjiż terz;
ir-reġim regolatorju f’dak il-pajjiż terz jipprevjeni l-indħil mill-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħra f’dak il-pajjiż terz fil-kontenut tal-gradazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji; u
hemm arranġament adatt ta’ kooperazzjoni bejn l-AETS u l-awtorità superviżorja rilevanti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita f'pajjiż terz. L-AETS għandha tiżgura li tali arranġament ta’ kooperazzjoni għandu tal-inqas jispeċifika:
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-AETS u l-awtorità superviżorja rilevanti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita f'pajjiż terz; u
il-proċeduri li jirrigwardaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji sabiex l-AETS tkun tista' timmonitorja l-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu li jirriżultaw fil-ħruġ ta’ gradazzjoni tal-kreditu approvata fuq bażi kontinwa.
Gradazzjoni ta’ kreditu endorsjata skont il-paragrafu 3 għandha titqies bħala gradazzjoni ta’ kreditu maħruġa minn aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita ►M3 fl-Unjoni ◄ u rreġistrata skont dan ir-Regolament.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita ►M3 fl-Unjoni ◄ u rreġistrata skont dan ir-Regolament ma tistax tuża tali endorsjar bil-ħsieb li tevita r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Ekwivalenza u ċertifikazzjoni bbażati fuq l-ekwivalenza
Il-gradazzjonijiet ta’ kreditu li jkunu relatati ma’ entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi jew strumenti finanzjarji li jinħarġu f’pajjiżi terzi u maħruġa minn aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita f’pajjiż terz jistgħu jkunu utilizzati ►M3 fl-Unjoni ◄ skont l-Artikolu 4(1) mingħajr ma jkunu endorsjati skont l-Artikolu 4(3), kemm-il darba:
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun awtorizzata jew irreġistrata u tkun suġġetta għas-sorveljanza f’dak il-pajjiż terz;
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, li jagħraf il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu huma operazzjonali;
il-gradazzjonijiet ta’ kreditu maħruġa mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu u l-attivitajiet tagħha ta’ gradazzjoni ta’ kreditu ma jkunux ta’ importanza sistemika għall-istabilità jew l-integrità finanzjarja tas-swieq finanzjarji ta’ Stat Membru wieħed jew aktar; u
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun iċċertifikata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
L-AETS għandha teżamina u tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16. Id-deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Id-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun innotifikata u ppubblikata skont l-Artikolu 18.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tapplika wkoll biex tkun eżentata:
fuq bażi ta’ każ b’każ milli tikkonforma ma’ xi wħud mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness I u l-Artikolu 7(4) jew milli tikkonforma magħhom kollha jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu hija kapaċi turi li r-rekwiżiti mhumiex proporzjonati minħabba n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tal-ħruġ minnha ta' gradazzjonijiet tal-kreditu;
mir-rekwiżit tal-preżenza fiżika fl-Unjoni fejn rekwiżit bħal dan ikun ta’ piż żejjed u mhux proporzjonat minħabba n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tal-ħruġ minnha ta' gradazzjonijiet tal-kreditu.
Applikazzjoni għal eżenzjoni taħt il-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun sottomessa mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu flimkien mal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni. Meta tkun qed tevalwa applikazzjoni bħal din, l-AETS għandha tqis id-daqs tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li titqies in-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tal-ħruġ ta' gradazzjonijiet tal-kreditu minnha, kif ukoll tal-impatt ta' gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu għall-istabbiltà u l-integrità finanzjarja tas-swieq finanzjarji ta’ Stat Membru wieħed jew aktar. Abbażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, L-AETS tista’ tagħti tali eżenzjoni lil aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1.
▼M1 —————
Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 38(3), fejn tiddikjara li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz ikun jiżgura li l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu li jkunu awtorizzati jew irreġistrati f’dak il-pajjiż terz ikunu konfomi mar-rekwiżiti vinkolanti legalment li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u li jkunu suġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.
Qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jista’ jitqies ekwivalenti għal dan ir-Regolament jekk dak il-qafas ikun jissodisfa għall-anqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu f’dak il-pajjiż terz ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u jkunu suġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal regoli vinkolanti li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12 u fl-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 6b, 8a, ►M5 ————— ◄ 8c u 11a, il-punt (ba) tal-punt 3 u l-punti 3a u 3b tat-Taqsima B tal-Anness I; u
ir-reġim regolatorju tal-pajjiż terz f’dak il-pajjiż terz ma jkunx jippermetti l-indħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta’ dak il-pajjiż terz fil-kontenut tal-gradazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji;
Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi dwar is-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a, u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c, tadotta miżuri sabiex jiġu speċifikati aktar jew emendati l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
L-AETS għandha tistabbilixxi ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom ikunu tqiesu ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 6. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-inqas:
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-AETS u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti tal-pajjiżi terzi kkonċernati; u
il-proċeduri li jirrigwardaw il-koordinazzjoni ta' attivitajiet superviżorji.
Artikolu 5a
Dipendenza żejda fuq gradazzjonijiet tal-kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji
Artikolu 5b
Id-dipendenza fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
Artikolu 5c
Dipendenza żejda fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu fil-liġi tal-Unjoni
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha ta’ inizjattiva, il-Kummissjoni għandha tkompli tirrieżamina jekk ir-referenzi għall-gradazzjonijiet tal-kreditu fil-liġi tal-Unjoni jikkawżawx jew għandhom il-potenzjal li jikkawżaw dipendenza esklużiva u mekkanika fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti settorjali, l-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) jew parteċipanti oħrajn fis-swieq finanzjarji bil-ħsieb li jitħassru r-referenzi kollha għall-gradazzjonijiet tal-kreditu fil-liġi tal-Unjoni għall-finijiet regulatorji sal-1 ta’ Jannar 2020, sakemm ikunu ġew identifikati u implimentati alternattivi xierqa għall-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu.
TITOLU II
ĦRUĠ TA’ GRADAZZJONIJIET TA’ KREDITU
Artikolu 6
Indipendenza u evitar ta’ konflitti ta’ interess
Fuq talba ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu, l-AETS tista’ teżenta aġenzija li tiggrada l-kreditu milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2, 5, 6 u 9 tat-Taqsima A tal-Anness I u l-Artikolu 7(4) jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun kapaċi turi li dawk ir-rekwiżiti mhumiex proporzjonati fid-dawl tan-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tal-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu u li:
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha inqas minn 50 impjegat;
l-aġenzija implimentat miżuri u proċeduri, b’mod partikolari miżuri u proċeduri, b’mod partikolari mekkaniżmi ta’ kontroll intern, arranġamenti ta’ rappurtar u miżuri li jiżguraw l-indipendenza tal-analisti ta’ gradazzjoni u tal-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet ta’ kreditu, li jiżguraw konformità effettiva mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; u
id-daqs tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu mhux stabbilit b’tali mod li tiġi evitata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament minn aġenzija li tiggrada l-kreditu jew minn grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu.
Fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu, l-AETS għandha tiżgura li tal-inqas waħda mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu fil-grupp ma tkunx eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2, 5 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I u l-Artikolu 7(4).
Artikolu 6a
Konflitti ta’ interess li jikkonċernaw l-investimenti f’aġenziji li jiggradaw il-kreditu
Azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li huwa d-detentur ta’ ishma ta’ mill-anqas 5 % jew tal-kapital jonkella tad-drittijiet tal-vot f’dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew f’kumpanija li għandha s-setgħa li teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu rreġistrata, għandu jiġi pprojbit milli:
ikollu 5 % jew aktar mill-kapital ta’ kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;
ikollu d-dritt jew is-setgħa jeżerċita 5 % jew aktar mid-drittijiet tal-vot fi kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;
ikollu d-dritt jew is-setgħa li jaħtar jew ineħħi membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;
ikun membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;
jeżerċita jew ikollu s-setgħa li jeżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu.
Il-projbizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma tapplikax għal parteċipazzjonijiet fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat, inklużi fondi ġestiti bħal fondi għall-pensjoni jew assigurazzjoni tal-ħajja, sakemm il-parteċipazjonijiet f’dawn l-iskemi ma jpoġġux lill-azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju ta’ dawk l-iskemi.
Artikolu 6b
It-tul ta’ żmien massimu tar-relazzjoni kuntrattwali ma’ aġenzija li tiggrada l-kreditu
Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tidħol f’kuntratt għall-gradazzjoni mill-ġdid ta’ rititolizzazzjonijiet, għandha titlob lil dak l-emittent sabiex:
jiddetermina n-numru ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu li għandhom relazzjoni kuntrattwali għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur;
jikkalkula l-perċentwali tan-numru totali ta’ rititolizzazzjonijiet iggradati pendenti b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur li għalihom kull aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu.
Fejn kull waħda minn tal-inqas erba’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu tiggrad iktar minn 10 % tan-numru totali ta’ rititolizzazzjonijiet iggradati pendenti, il-limitazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw.
L-eżenzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu għandha tkompli tapplika tal-inqas sa meta l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tidħol f’kuntratt ġdid għall-gradazzjoni tar-rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur. Fejn il-kriterji stipulati fit-tieni subparagrafu ma jiġux sodisfatti meta jsir kuntratt bħal dan, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat mid-data li fiha jkun ġie konkluż il-kuntratt.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal:
aġenzija li tiggrada l-kreditu li tappartjeni għall-istess grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu bħall-aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1;
aġenzija li tiggrada l-kreditu li hija azzjonista jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1;
aġenzija li tiggrada l-kreditu fejn l-aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 hija azzjonista jew membru.
Artikolu 7
Analisti tal-gradazzjoni, impjegati u persuni oħrajn involuti fil-ħruġ ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu
Artikolu 8
Metodoloġiji, mudelli u assunzjonijiet prinċipali ta’ gradazzjoni
Meta aġenzija li tiggrada l-kreditu qiegħda tuża gradazzjoni eżistenti tal-kreditu ppreparati minn aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu dwar assi bażi jew ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ , m’għandhiex tirrifjuta li toħroġ gradazzjoni tal-kreditu ta’ entità jew strumenti finanzjarju għax porzjon mill-entità jew strument finanzjarju ngħata gradazzjoni qabel minn aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu.
Aġenzija tar-gradazzjoni tal-kreditu għandha tirreġistra l-istanti kollha fejn fil-proċess tal-gradazzjonijiet tal-kreditu tagħha, l-aġenzija tibdel il-gradazzjonijiet eżistenti tal-kreditu ppreparati minn aġenzija oħra tal-gradazzjonijiet tal-kreditu dwar l-assi bażi jew ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ u tipprovdi ġustifikazzjoni għall-valutazzjoni differenti.
Il-gradazzjonijiet sovrani għandhom jiġu riveduti minn tal-anqas kull sitt xhur.
Fejn il-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet ewlenin ta’ gradazzjoni użati f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu jinbidlu skont l-Artikolu 14(3), aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha:
minnufih, bl-użu tal-istess mezzi tal-komunikazzjoni li ntużaw għad-distribuzzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu effettwati, tiżvela l-iskop probabbli tal-gradazzjonijiet tal-kreditu li se jkunu affettwati;
tinforma minnufih lill-AETS u tippubblika minnufih fuq il-website tagħha r-riżultati tal-konsultazzjoni u l-metodoloġiji ġodda bi spjegazzjoni dettaljata dwarhom kif ukoll id-data tal-applikazzjoni tagħhom;
tippubblika minnufih fuq il-website tagħha r-reazzjonijiet għall-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 5a ħlief fil-każijiet fejn tintalab kunfidenzjalità minn min iwieġeb għall-konsultazzjoni;
tirrivedi l-gradazzjonijiet tal-kreditu affettwati mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-bidla, u sadanittant tqiegħed dawk il-gradazzjonijiet taħt osservazzjoni; u
terġa’ tiggrada l-gradazzjonijiet ta’ kreditu kollha bbażati fuq dawk il-metodoloġiji, mudelli jew is-suppożizzjonijiet ewlenin tal-gradazzjoni jekk, wara r-rieżami, l-effett totali kkombinat tal-bidliet jaffettwa dawk il-gradazzjonijiet ta’ kreditu.
Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu ssir konxja ta’ żbalji fil-metodoloġiji tagħha jew fl-applikazzjoni tagħhom hija għandha minnufih:
tinnotifika dawk l-iżbalji lill-AETS kif ukoll lill-entitajiet iggradati kollha affettwati, filwaqt li tispjega l-impatt fuq il-gradazzjonijiet tagħha inkluża l-ħtieġa li jiġu riveduti gradazzjonijiet maħruġa;
fejn żbalji jkollhom impatt fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu tagħha, tippubblika dawk l-iżbalji fuq il-website tagħha;
tikkoreġi dawk l-iżbalji fil-metodoloġiji; u
tapplika l-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 6.
Artikolu 8a
Gradazzjonijiet sovrani
▼M5 —————
Artikolu 8c
Żewġ gradazzjonijiet tal-kreditu ta’ ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄
L-emittent jew il-parti terza relatata miegħu msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu appuntati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
huma ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu;
ma jkunux azzjonist jew membru ta’ kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;
ma jkollhomx id-dritt jew is-setgħa li jeżerċitaw drittijiet ta’ vot fi kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;
ma jkollhomx id-dritt jew is-setgħa li jaħtru jew ineħħu membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;
l-ebda wieħed mil-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju tagħhom ikunu membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu ma għandhiex teżerċita jew ikollha s-setgħa li teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu.
Artikolu 8d
L-użu ta’ aktar minn aġenzija waħda li tiggrada l-kreditu
Artikolu 9
Outsourcing
Ma jistax isir outsourcing ta’ funzjonijiet operattivi importanti b’tali mod li ssir ħsara materjali lill-kwalità tal-kontroll intern tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u l-ħila tal-AETS li tissorvelja l-konformità tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu mal-obbligi skont dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Żvelar u preżentazzjoni ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-gradazzjonijiet tal-kreditu li jitqassmu b’abbonament.
L-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva għandu japplika mutatis mutandis għall-aġenziji li jiggradaw il-kreditu fir-rigward tad-dmir tagħhom ta’ kunfidenzjalità, l-obbligu tagħhom li jżommu lista ta’ persuni li għandhom aċċess għall-gradazzjoni tal-kreditu, prospetti ta’ gradazzjoni jew informazzjoni relatata qabel l-iżvelar tagħhom.
Il-lista ta’ persuni li lilhom jiġu kkomunikati l-gradazzjoni tal-kreditu, il-prospetti ta’ gradazzjoni u l-informazzjoni relattiva għalihom qabel ma jiġu żvelati għandha tkun limitata għal persuni identifikati minn kull entità ggradata għal dak il-għan.
Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjoni tal-kreditu mhux solleċitata, hija għandha tiddikjara b’mod prominenti fil-gradazzjoni tal-kreditu,billi tuża kodiċi tal-kulur differenti u distingwibbli b’mod ċar għall-kategorija tal-gradazzjoni, kemm jekk l-entità ggradata jew parti terza relatata ħadu sehem fil-proċess tal-gradazzjoni jew le u jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu kellhiex aċċess għall-kontijiet u għad-dokumenti tal-maniġment u dokumenti oħra interni rilevanti għall-entità ggradata jew parti terza relatata.
Il-gradazzjonijiet ta’ kreditu mhux issolleċitati għandhom ikunu identifikati bħala tali.
Artikolu 11
Żvelar ġenerali u perjodiku
Artikolu 11a
Pjattaforma Ewropea tal-gradazzjoni
Ir-repożitorju ċentrali msemmi fl-Artikolu 11(2) għandu jiġi inkorporat fil-pjattaforma Ewropea tal-klassifikazzjoni.
Il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) jista’ jissodisfa l-funzjonijiet tal-pjattaforma Ewropea tal-klassifikazzjoni.
Artikolu 12
Rapport ta’ trasparenza
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tippubblika rapport ta’ trasparenza kull sena li jinkludi informazzjoni dwar il-materji msemmija fil-Parti III tat-Taqsima E tal-l-Anness I. L-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tippubblika r-rapport tat-trasparenza tagħha sal-aktar tard tliet xhur wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u għandha tiżgura li jibqa’ disponibbli fuq il-website tal-aġenzija għal mill-anqas ħames snin.
Artikolu 13
Ħlasijiet għal żvelar pubbliku
Aġenzija li tiggrada l-kreditu m’għandhiex titlob ħlas għall-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 8 sa 12.
Artikolu 13a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni fuq l-ESAP
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħhom hija relatata l-informazzjoni;
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
id-daqs tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali;
il-pajjiż tal-uffiċċju rreġistrat tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħha hija relatata l-informazzjoni;
is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li magħha hija relatata l-informazzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u tal-entità klassifikata li magħha hija relatata l-informazzjoni;
meta jkun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u tal-entità klassifikata, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika dan li ġej:
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
TITOLU III
SORVELJANZA TAL-ATTIVITÀ TAL-GRADAZZJONIJIET TAL-KREDITU
KAPITOLU I
Proċedura ta’ reġistrazzjoni
Artikolu 14
Rekwiżit ta’ reġistrazzjoni
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha f’kull ħin tkun konformi mal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali.
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, lill-AETS dwar kwalunkwe bidla materjali fil-kondizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali, inkluż kwalunkwe ftuħ jew għeluq ta’ fergħat fl-Unjoni.
Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tinnotifika lill-AETS bil-bidliet materjali maħsubin għall-metodoloġiji tal-gradazzjoni, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet prinċipali ta’ gradazzjonijiet jew bil-metodoloġiji l-ġodda proposti tal-gradazzjoni, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet prinċipali ta’ gradazzjonijiet meta l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tippubblika l-bidliet proposti jew il-metodoloġiji l-ġodda tal-gradazzjoni proposti fuq il-website tagħha f’konformità mal-Artikolu 8(5a). Wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ konsultazzjoni, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tinnotifika lill-AETS bi kwalunkwe bidla dovuta għall-konsultazzjoni.
Artikolu 15
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
Wara li tevalwa applikazzjoni bħala kompluta, l-AETS għandha tinnotifika lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu kif adatt.
Artikolu 16
Evalwazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu mill-AETS
L-AETS tista’ testendi l-perijodu tal-eżami bi 15-il jum ta' xogħol, b’mod partikolari jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu:
tipprevedi l-approvazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 4(3);
tipprevedi l-użu tal-outsourcing; jew
titlob l-eżenzjoni mill-konformità skont l-Artikolu 6(3).
Artikolu 17
Evalwazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu mill-AETS
L-AETS tista’ testendi l-perijodu tal-eżami bi 15-il jum ta' xogħol, b’mod partikolari jekk kwalunkwe waħda mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu fil-grupp:
tipprevedi l-approvazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 4(3);
tipprevedi l-użu tal-outsourcing; jew
titlob l-eżenzjoni mill-konformità skont l-Artikolu 6(3).
Artikolu 18
Notifika ta' deċiżjoni tar-reġistrazzjoni, ċaħda jew irtirar tar-reġistrazzjoni, u pubblikazzjoni tal-lista ta' aġenziji li jiggradaw il-kreditu rreġistrati
Artikolu 19
Drittijiet għar-reġistrazzjoni u għas-superviżjoni
L-ammont ta' imposta imponuta fuq aġenzija li tiggrada l-kreditu għandu jkopri l-ispejjeż amministrattivi kollha u jkun proporzjonat għall-introjtu tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu kkonċernata.
Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regolament dwar l-imposti msemmi fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ att iddelegat f'konformità mal-Artikolu 38a u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c.
Artikolu 20
L-irtirar tar-reġistrazzjoni
Bla ħsara għall-Artikolu 24, l-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu meta l-aġenzija li tiggrada l-kreditu:
espressament tirrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma tipprovdi l-ebda gradazzjoni tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;
tkun kisbet ir-reġistrazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor; jew
ma tkunx għadha tissodisfa l-kondizzjonijiet li skonthom kienet irreġistrata.
KAPITOLU II
Superviżjoni mill-AETS
Artikolu 21
AETS
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn aġenzija li tiggrada l-kreditu fl-applikazzjoni tagħha kif imniżżel fl-Anness II;
informazzjoni li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tipprovdi għall-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni u għall-valutazzjoni tal-importanza sistemika tagħha għall-istabbiltà u l-integrità finanzjarja tas-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5;
il-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-perijodu tar-rappurtar, li l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jiżvelaw skont l-Artikolu 11(2) u l-punt 1 tal-Parti II tat-Taqsima E tal-Anness I;
il-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji ta' gradazzjoni tal-kreditu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(3);
il-kontenut u l-format tar-rappurtar perjodiku tad-dejta dwar il-gradazzjonijiet li jrid jintalab minn aġenziji li jiggradaw il-kreditu reġistrati u ċertifikati għall-iskop ta’ superviżjoni kontinwa mill-AETS.
L-AETS għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Ġunju 2014.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-ħin tar-rappurtar li l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jiżvelaw lill-AETS skont l-Artikolu 11a (1); u
il-kontenut u l-format tar-rappurtar perjodiku dwar it-tariffi ċċarġjati mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għall-fini ta’ superviżjoni kontinwa mill-AETS.
L-AETS għandha tressaq l-abbozz ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Ġunju 2014.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-AETS għandha tirrapporta dwar il-possibbiltà li jiġi stabbilit mapping wieħed jew aktar tal-gradazzjonijiet tal-kreditu ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 11a(1) u tippreżenta dan ir-rapport lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Ġunju 2015. Dan ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta:
il-possibbiltà, l-ispiża u l-benefiċċju tal-istabbiliment ta’ mapping wieħed jew aktar;
kif jista’ jinħoloq mapping wieħed jew aktar mingħajr il-miżrappreżentazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu fid-dawl tal-metodoloġiji differenti tal-gradazzjoni;
kwalunkwe effetti li jista’ jkollhom il-mappings fuq l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati s’issa fir-rigward tal-Artikolu 21(4a) u (b).
L-AETS għandha tikonsulta lill-ABE u lill-AEAPX fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.
Artikolu 22
Awtoritajiet kompetenti
Artikolu 22a
Eżami tal-konformità mar-rekwiżiti tal-metodoloġija
Bla ħsara għall-Artikolu 23, l-AETS għandha wkoll, fil-qafas tal-eżami msemmi fil-paragrafu 1:
tivverifika l-eżekuzzjoni tal-back-testing mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu;
tanalizza r-riżultati ta' dak il-back-testing; u
tivverifika li l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu jkollhom proċessi stabbiliti biex iqisu r-riżultati tal-back-testing fil-metodoloġiji tagħhom ta' gradazzjoni.
Artikolu 23
Nuqqas ta' interferenza mal-kontenut tal-gradazzjonijiet jew il-metodoloġiji
Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-AETS, il-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità pubblika ta’ Stat Membru ma għandhomx jinterferixxu mal-kontenut ta' gradazzjonijiet tal-kreditu jew ta' metodoloġiji.
Artikolu 23a
Eżerċizzju tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 23b sa 23d
Il-poteri konferiti fuq l-AETS jew xi uffiċjali tal-AETS jew persuna oħra awtorizzata mill-AETS taħt l-Artikoli 23b sa 23d ma għandhomx jintużaw biex jesiġu l-iżvelar ta' informazzjoni jew dokumenti li huma suġġetti għall-privileġġ legali.
Artikolu 23b
Talbiet għal informazzjoni
Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-AETS għandha:
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali tat-talba;
tiddikjara l-fini tat-talba;
tispeċifika x'informazzjoni hija mitluba;
tistabbilixxi l-limitu ta' żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;
tinforma lill-persuna li tkun intalbet din l-informazzjoni li hi mhix obbligata tipprovdi l-informazzjoni, iżda li kwalunkwe tweġiba għat-talba għall-informazzjoni ma għandhiex tkun skorretta jew li tiżgwida;
tindika l-multa prevista fl-Artikolu 36a, flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima II tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw.
Meta tirrikjedi li tingħatalha informazzjoni skont il-paragrafu 1 b'deċiżjoni, l-AETS għandha:
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi legali għat-talba;
tiddikjara l-fini tat-talba;
tispeċifika x'informazzjoni hija mitluba;
tistabbilixxi l-limitu ta' żmien li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni;
tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 36b meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;
tindika l-multa prevista fl-Artikolu 36a, flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima II tal-Anness III, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru ma jkunux korretti jew ikunu jiżgwidaw; u
tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell għar-rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 23c
Investigazzjonijiet ġenerali
Sabiex twettaq dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-AETS tista' twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 23b(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali tal-AETS u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandu jkollhom is-setgħa li:
jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom irrispettivament mill-mezz li jkunu miżmumin fih;
jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’ jew estratti minn tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor;
isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 23b(1) jew rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet orali jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u biex jinżamm rekord tat-tweġibiet;
jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li taqbel li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett tal-investigazzjoni;
jitolbu rekords tat-telefon u tat-traffiku tad-data.
Artikolu 23d
Spezzjonijiet fil-post
Artikolu 23e
Regoli proċedurali biex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti l-multi
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni jista' jeżerċita s-setgħa li jirrkjedi informazzjoni skont l-Artikolu 23b u jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fil-post skont l-Artikoli 23c u 23d. Meta juża dawn is-setgħat, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jikkonforma mal-Artikolu 23a.
Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha miġburin mill-AETS fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
Matul l-investigazzjonijiet taħt dan l-Artikolu, id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.
Ir-regoli msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c.
Artikolu 24
Miżuri superviżorji mill-AETS
Meta skont l-Artikolu 23e(5), il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS isib li aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun wettqet wieħed mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness III, dan għandu jieħu deċiżjoni jew aktar minn dawn li ġejjin:
jirtira r-reġistrazzjoni tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu;
jipprojbixxi temporanjament lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu milli toħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu b’effett fl-Unjoni kollha, sakemm jintemm il-ksur;
jissospendi l-użu, għal finijiet regolatorji, tal-gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu b’effett fl-Unjoni kollha, sakemm jintemm il-ksur;
jesiġi li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu ttemm il-ksur;
joħroġ avviżi pubbliċi.
Meta jieħu d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS għandu jqis in-natura u l-gravità tal-ksur, wara li jkun qies il-kriterji li ġejjin:
it-tul ta' żmien u l-frekwenza tal-ksur;
jekk il-ksur ikunx kixef dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tal-impriża jew fis-sistemi tal-ġestjoni jew kontrolli interni tagħha;
jekk ir-reat finanzjarju kienx iffaċilitat mill-ksur, ikkawżat mill-ksur jew b’xi mod ieħor attribwibbli għall-ksur;
jekk il-ksur ikunx twettaq intenzjonalment jew b' negliġenza.
Il-gradazzjonijiet tal-kreditu jistgħu jkomplu jintużaw għal finijiet regolatorji wara l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 matul perijodu li ma jaqbiżx:
10 ijiem ta' xogħol mid-data meta d-deċiżjoni tal-AETS tkun saret pubblika skont il-paragrafu 5 jekk hemm gradazzjonijiet tal-kreditu tal-istess strument finanzjarju jew entità finanzjarja maħruġin minn aġenziji oħrajn ta' gradazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament; jew
tlett xhur mid-data meta d-deċiżjoni tal-AETS tkun saret pubblika skont il-paragrafu 5 jekk ma jkunx hemm gradazzjonijiet tal-kreditu tal-istess strument finanzjarju jew entità finanzjarja maħruġin minn aġenziji oħrajn ta' gradazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament.
Il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS jista’ jestendi, inkluż wara talba mill-ABE u mill-AEAPX, il-perijodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu bi tlett xhur f’ċirkostanzi eċċezzjonali relatati mal-potenzjal għal tfixkil fis-suq jew instabbiltà finanzjarja.
Meta jagħmel pubblika d-deċiżjoni tiegħu kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS għandu wkoll jagħmel pubbliku d-dritt tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu li tappella d-deċiżjoni, il-fatt, fejn rilevanti, li tali appell ikun sar, waqt li jispeċifika li tali appell ma jkollux effett ta’ sospensjoni, u l-fatt li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 25
Smigħ tal-persuni konċernati
L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’każ bħal dan, il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS jista' jadotta deċiżjoni interim u għandu jagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li jkun ħa d-deċiżjoni tiegħu.
Artikolu 25a
L-awtoritajiet kompetenti settorjali responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tal-Artikolu 4(1) u l-Artikoli 5a, ►M5 ————— ◄ 8c u 8d.
L-awtoritajiet kompetenti settorjali għandhom ikunu responsabbli għas-superviżjoni u l-infurzar tal-Artikoli 4(1) u l-Artikoli 5a, ►M5 ————— ◄ 8c u 8d f’konformità mal-leġislazzjoni settorjali rilevanti.
KAPITOLU III
Kooperazzjoni bejn l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet kompetenti settorjali
Artikolu 26
Obbligu ta' kooperazzjoni
L-AETS, l-ABE, l-AEAPX, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet kompetenti settorjali għandhom jikkooperaw meta jkun meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għal dawk tal-leġislazzjoni settorjali rilevanti.
Artikolu 27
Skambju ta’ informazzjoni
▼M1 —————
Artikolu 30
Delega ta’ kompiti mingħand l-AETS lill-awtoritajiet kompetenti
Qabel id-delega ta' kompitu, l-AETS għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti relevanti. Tali konsultazzjoni għandha tikkonċerna:
l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;
l-iskeda għat-twettiq tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat; u
it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-AETS u lill-AETS.
Id-delega tal-kompiti m'għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-AETS u m'għandhiex tillimita l-abbiltà tal-AETS li twettaq jew tissorvelja l-attività ddelegata. Ir-responsabilitajiet superviżorji taħt dan ir-Regolament, inklużi d-deċiżjonijiet ta' reġistrazzjoni, il-valutazzjonijiet finali u d-deċiżjonijiet ta' segwitu fir-rigward ta' ksur, ma għandhomx jiġu ddelegati.
Artikolu 31
Notifiki u talbiet għal sospensjoni mill-awtoritajiet kompetenti
L-AETS għandha tieħu azzjoni adatta. Hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tinnotifika bir-riżultat u, sa fejn ikun possibbli, bi kwalunkwe żvilupp interim sinifikanti.
Meta l-AETS tqis li t-talba mhijiex iġġustifikata, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tinnotifika bil-miktub, u tistipula r-raġunijiet. Meta l-AETS tqis li t-talba hija ġustifikata, hija għandha tieħu l-miżuri adatti biex issolvi l-kwistjoni.
Artikolu 32
Sigriet professjonali
▼M1 —————
KAPITOLU IV
Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi
Artikolu 34
Ftehim dwar skambju ta’ informazzjoni
L-AETS tista’ tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji tas-sigriet professjonali li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 32.
Tali skambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti tal-AETS jew ta’ dawk l-awtoritajiet superviżorji.
Fir-rigward tat-trasferiment ta' data personali għal pajjiż terz, l-AETS għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data ( 16 ).
Artikolu 35
Żvelar ta’ informazzjoni minn pajjiżi terzi
L-AETS tista’ tiżvela l-informazzjoni li rċeviet mingħand l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-AETS jew awtorità superviżorja tkun kisbet il-qbil espliċitu tal-awtorità superviżorja li tkun bagħtet l-informazzjoni u, fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni għandha tkun żvelata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità superviżorja tkun tat il-qbil tagħha jew fejn tali żvelar huwa meħtieġ għal proċedimenti legali.
TITOLU IIIA
RESPONSABBILTÀ ĊIVILI TAL-AĠENZIJI LI JIGGRADAW IL-KREDITU
Artikolu 35a
Responsabbiltà ċivili
Investitur jista’ jitlob danni taħt dan l-Artikolu meta jistabbilixxi li b’mod raġonevoli, f’konformità mal-Artikolu 5a(1) jew inkella b’kull diliġenza possibbli, qagħad fuq gradazzjoni tal-kreditu għal deċiżjoni biex jinvesti fi strument finanzjarju kopert minn dik il-gradazzjoni tal-kreditu, biex iżommu jew ineħħih.
Emittent jista’ jitlob dannu taħt dan l-Artikolu meta jistabbilixxi li hu jew l-istrumenti finanzjarji tiegħu huma koperti b’dik il-gradazzjoni tal-kreditu u l-ksur ma kienx ikkawżat minn informazzjoni qarrieqa jew mhux preċiża provduta mill-emittent lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu, direttament jew permezz ta’ informazjzoni disponibbli lill-pubbliku.
X’jikkostitwixxi informazzjoni preċiża u dettaljata għandu jkun ivvalutat mill-qorti nazzjonali kompetenti, filwaqt li jitqies li l-investitur jew l-emittent jista’ ma jkollux aċċess għal informazzjoni li hija purament fl-isfera tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
Ir-responsabbiltà ċivili ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata minn qabel biss fejn dik il-limitazzjoni tkun:
raġonevoli u proporzjonata; u
permessa bil-liġi nazzjonali applikabbli f’konformità mal-paragrafu 4.
Ma għandha jkollha ebda effett ġuridiku kwalunkwe limitazzjoni li ma tikkonformax mal-ewwel subparagrafu, jew kwalunkwe esklużżjoni tar-responsabbiltà ċivili.
TITOLU IV
PENALI, PROĊEDURI TAL-KUMITAT, RAPPURTAĠĠ U DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
KAPITOLU I
Penali, multi, ħlasijiet perjodiċi ta’ penali, proċedura ta' kumitat, setgħat iddelegati u rappurtaġġ
Artikolu 36
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 4(1) u għandhom iwettqu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti settorjali tiżvela lill-pubbliku kull penali li tkun ġiet imposta għall-ksur tal-Artikolu 4(1), sakemm tali żvelar ma jippreġudikax b'mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.
Sas-7 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.
Artikolu 36a
Multi
Għandu jiġi kkunsidrat li ksur minn aġenzija li tiggrada l-kreditu jkun twettaq intenzjonalment, jekk l-AETS issib fatturi oġġettivi li juru li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew il-maniġment għoli tagħha jkunu aġixxew apposta biex iwettqu l-ksur.
L-ammont bażiku tal-multi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu inklużi fil-limiti li ġejjin:
għall-ksur imsemmi fil-punti minn 1 sa 5, minn 11 sa 15, 19, 20, 23, minn 26a sa 26d, 28, 30, 32, 33, 35, 41, 43, 50, 51 u minn 55 sa 62 tat-Taqsima I tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 500 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 750 000 ;
għall-ksur imsemmi fil-punti 6, 7, 8, 16, 17, 18, 21, 22, 22a, 24, 25, 27, 29, 31, 34, 37 sa 40, 42, 42a, 42b, 45 sa 49a, 52, 53 u 54 ta’ Taqsima I tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 300 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 450 000 ;
għall-ksur imsemmi fil-punti 9, 10, 26, 36, 44 u 53 tat-Taqsima I tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 100 000 u m'għandhomx jaqbżu EUR 200 000 ;
għall-ksur imsemmi fil-punti 1, 6, 7, 8 u 9 tat-Taqsima II tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 50 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 150 000 ;
għall-ksur imsemmi fil-punti 2, 3a, 3b, 3c, 4, 4a and 5 tat-Taqsima II tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 25 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 75 000 ;
għall-ksur imsemmi fil-punt 3 tat-Taqsima II tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 10 000 u m'għandhomx jaqbżu EUR 50 000 ;
għall-ksur imsemmi fil-punti 1 sa 3 u 11 tat-Taqsima III tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 150 000 u m'għandhomx jaqbżu EUR 300 000 ;
għall-ksur imsemmi fil-punt 20a tat-Taqsima I tal-Anness III, fil-punti 4 sa 4c, 6, 8 u 10 tat-Taqsima III tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 90 000 u ma għandhomx jaqbżu EUR 200 000 ;
għall-ksur imsemmi fil-punti 5, 7 u 9 tat-Taqsima III tal-Anness III, il-multi għandhom jammontaw għal mill-inqas EUR 40 000 u m'għandhomx jaqbżu EUR 100 000 .
Sabiex tiddeċiedi jekk l-ammont bażiku tal-multi għandux ikun stabbilit fl-aktar livell baxx, fil-livell tan-nofs jew fl-ogħla livell tal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-AETS għandha tqis il-fatturat annwali fis-sena kummerċjali preċedenti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu kkonċernata. L-ammont bażiku għandu jkun lejn l-aktar livell baxx tal-limitu għall-aġenziji li jiggradaw il-kreditu li l-fatturat annwali tagħhom ikun anqas minn EUR 10 miljuni, lejn il-livell tan-nofs tal-limitu għall-aġenziji li jiggradaw il-kreditu li l-fatturat annwali tagħhom ikun bejn EUR 10 u 50 miljun u lejn l-ogħla livell tal-limitu għall-aġenziji li jiggradaw il-kreditu li l-fatturat annwali tagħhom ikun ogħla minn EUR 50 miljun.
Il-koeffiċjenti aggravanti relevanti għandhom jiġu applikati wieħed wara l-ieħor lill-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjenti aggravanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjenti aggravanti individwali għandha tiżdied mal-ammont bażiku.
Il-koeffiċjenti attenwanti relevanti għandhom jiġu applikati wieħed wara l-ieħor lill-ammont bażiku. Jekk ikun applikabbli aktar minn koeffiċjenti attenwanti wieħed, id-differenza bejn l-ammont bażiku u l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kull koeffiċjenti attenwanti individwali għandha titnaqqas mill-ammont bażiku.
Meta att jew omissjoni ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu jikkostitwixxu aktar minn ksur wieħed minn dawk elenkati fl-Anness III, għandha tapplika biss l-ogħla multa kkalkolata skont il-paragrafi 2 u 3 u relatata ma wieħed minn dawn it-tipi ta' ksur.
Artikolu 36b
Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
B'deċiżjoni, il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS għandu jimponi l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali sabiex iġiegħel:
lil aġenzija li tiggrada l-kreditu ttemm il-ksur, f'konformità ma' deċiżjoni meħuda skont il-punt (d) tal-Artikolu 24(1);
lil persuna msemmija fl-Artikolu 23b(1) tipprovdi informazzjoni kompleta li tkun ġiet rikjesta b'deċiżjoni skont l-Artikolu 23b;
lil persuna msemmija fl-Artikolu 23b(1) tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b’mod partikolari tipproduċi reġistri, data, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b’mod komplut u ttemm u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 23c;
lil persuna msemmija fl-Artikolu 23b(1) tissottometti ruħha għal spezzjoni fil-post ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 23d.
Artikolu 36c
Smigħ tal-persuni soġġetti għall-proċedimenti
Artikolu 36d
L-iżvelar, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
L-infurzar għandu jiġi rregolat bir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat li jitwettaq fit-territorju tiegħu. L-ordni għall-infurzar tiegħu għandha tiġi mehmuża mad-deċiżjoni, mingħajr formalità oħra ħlief il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità nazzjonali li l-gvern ta' kull Stat Membru għandu jaħtar għal dan il-fini u għandu jgħarraf lill-AETS u lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Meta dawn il-formalitajiet ikunu ġew ikkompletati f'applikazzjoni mill-parti kkonċernata, din tal-aħħar tista' tipproċedi għall-infurzar skont il-liġi nazzjonali, billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem il-korp kompetenti.
L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-qrati tal-Istat Membru kkonċernat għandhom ikollhom ġurisdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar qed jitwettaq b'mod irregolari.
Artikolu 36e
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limiti biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li bihom l-AETS tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti.
Artikolu 37
Emendi għall-Annessi
Sabiex tqis l-iżviluppi, inklużi l-iżviluppi internazzjonali, fis-swieq finanzjarji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji ġodda, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 38a u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c, miżuri biex jiġu emendati l-Annessi, eskluż l-Anness III.
Artikolu 38
Proċedura tal-kumitat
▼M1 —————
Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
Artikolu 38a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 38b
Revoka tad-delega
Artikolu 38c
Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati
Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu għandu jkun estiż bi tlett xhur.
L-att iddelegat jista’ jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.
Artikolu 39
Rapporti
▼M3 —————
▼M1 —————
▼M3 —————
Il-Kummissjoni għandha, wara li tingħata parir tekniku mill-AETS, terġa’ teżamina s-sitwazzjoni fis-suq tal-gradazzjoni tal-kreditu għal ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ , b’mod partikolari s-suq tal-gradazzjonijiet tal-kreditu għal rititolizzazzjonijiet. Wara dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Lulju 2016, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġislattiva jekk dan ikun xieraq, li jivvaluta, b’mod partikolari:
id-disponibbiltà ta’ għażla suffiċjenti sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6b u 8c;
jekk ikunx xieraq li jitqassar jew jiġi estiż it-tul massimu ta’ żmien tar-relazzjoni kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 6b(1) u l-perjodu minimu qabel ma l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun tista’ terġa’ tidħol f’kuntratt ma’ emittent jew ma’parti terza għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu rigward ir-rititolizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6b(3);
jekk ikunx xieraq li tiġi emendata l-eżenzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tall-Artikolu 6b(2).
Il-Kummissjoni, wara li tottjeni parir tekniku mill-AETS, għandha terġa’ teżamina s-sitwazzjoni fis-suq tal-gradazzjonijiet tal-kreditu. Wara dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha sal-1 ta’ Jannar 2016 tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġislattiva jekk dan ikun xieraq, li jivvaluta b’mod partikolari:
jekk hemmx bżonn li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 8b sabiex jiġu inklużi prodotti oħrajn ta’ kreditu finanzjarju;
jekk ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 6, 6a u 7 ikunux taffew biżżejjed il-konflitti ta’ interess;
jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rotazzjoni msemmi fl-Artikolu 6b għandux jiġi estiż għal kategoriji ta’ assi oħrajn u jekk huwiex xieraq li jintużaw perjodi b’tulijiet differenti fost il-kategoriji tal-assi;
l-adegwatezza ta’ mudelli eżistenti u alternattivi ta’ rimunerazzjoni;
jekk hemmx bżonn li jiġu implimentati miżuri oħrajn li jippromwovu l-kompetizzjoni fis-suq tal-gradazzjonijiet tal-kreditu;
l-adegwatezza ta’ inizjattivi addizzjonali biex tiġi promossal-kompetizzjoni fis-suq tal-gradazzjonijiet tal-kreditu fl-isfond tal-evoluzzjoni tal-istruttura tas-settur;
jekk hemmx bżonn li jiġu proposti miżuri biex tiġi indirizzata d-dipendenza żejda kuntrattwali fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu;
il-livelli ta’ konċentrazzjoni tas-suq, ir-riskji li jiġu minn konċentrazzjoni qawwija, u l-impatt fuq l-istabbiltà ġenerali tas-settur finanzjarju.
Artikolu 39a
Il-persunal u r-riżorsi tal-AETS
Sal-21 ta’ Ġunju 2014, l-AETS għandha tevalwa l-ħtiġijiet tal-persunal u tar-riżorsi li jirriżultaw mit-teħid f’idejha tal-poteri u tad-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Artikolu 39b
Obbligi ta’ rappurtar
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:
il-passi meħuda fir-rigward tat-tħassir tar-referenzi għal gradazzjonijiet tal-kreditu li jikkawżaw jew għandhom il-potenzjal li jikkawżaw dipendenza esklużiva jew mekkanika fuqhom; u
għodod alternattivi sabiex jippermettu lill-investituri jagħmlu l-valutazzjonijiet tagħhom tar-riskju tal-kreditu fir-rigward tal-emittenti u tal-istrumenti finanzarji,
bil-ħsieb li jitħassru r-referenzi kollha għall-gradazzjonijiet tal-kreditu fil-liġi tal-Unjoni għall-finijiet regolatorji sal-1 ta’ Jannar 2020, sakemm ikunu ġew identifikati u implimentati alternattivi adegwati. L-AETS għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ dan il-paragrafu.
Filwaqt li tqis il-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu u s-sitwazzjoni tas-suq, il-Kummisjsoni, sal-31 ta’ Diċembru 2016, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza u l-fattibbiltà ta’ appoġġ għal aġenzija Ewropea li tiggrada l-kreditu ddedikata għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tad-dejn sovran tal-Istati Membri u/jew fondazzjoni Ewropea tal-gradazzjoni tal-kreditu għall-gradazzjonijiet tal-kreditu l-oħra kollha.
KAPITOLU II
Dispożizzjonijiet transitorji u finali
Artikolu 40
Dispożizzjoni transitorja
Aġenziji li jiggradaw il-kreditu fil-Komunità qabel Sas-7 ta’ Ġunju 2010 (aġenziji eżistenti li jiggradaw il-kreditu) li biħsiebhom japplikaw għal reġistrazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tiegħu sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Settembru 2010.
L-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jippreżentaw applikazzjoni għal reġistrazzjoni sa mhux qabel is-7 ta’ Ġunju 2010 L-aġenziji eżistenti li jiggradaw il-kreditu għandhom, f’kull każ, jippreżentaw l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tagħhom sas-7 ta’ Settembru 2010.
L-aġenziji li jiggradaw il-kreditu eżistenti jistgħu jkomplu joħorġu gradazzjonijiet tal-kreditu li jistgħu jintużaw għal finijiet regolatorji mill-istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet oħra msemmijin fl-Artikolu 4(1) sakemm ir-reġistrazzjoni ma tkunx ġiet irrifjutata. Meta r-reġistrazzjoni tiġi rrifjutata, għandu japplika l-Artikolu 24(4) u (5).
Artikolu 40a
Miżuri tranżitorji relatati mal-AETS
Madankollu, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tkun ġiet riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jew mill-kulleġġ relevanti sas-7 ta' Settembru 2010 m'għandhiex tiġi ttrasferita lill-AETS, u d-deċiżjoni li taċċetta jew tiċħad ir-reġistrazzjoni għandha tittieħed minn dawk l-awtoritajiet jew mill-kulleġġ relevanti.
Artikolu 41
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Madankollu:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
INDIPENDENZA U EVITAR TA’ KONFLITTI TA’ INTERESS
Taqsima A
Rekwiżiti organizzattivi
1. |
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandu jkollha bord amministrattiv jew superviżorju. L-amministrazzjoni għolja tagħha għandha tiżgura:
(a)
li l-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu ikun indipendenti, inkluż mill-influwenzi jew restrizzjonijiet politiċi kollha u minn pressjonijiet ekonomiċi;
(b)
li l-konflitti tal-interess ikunu identifikati, amministrati u żvelati sew;
(c)
li l-aġenzija ta’ gradazzjoni tal-kreditu tkun konformi mar-rekwiżiti li jifdal ta’ dan ir-Regolament. |
2. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tkun organizzata b’mod li jiġi żgurat li l-interess kummerċjali tagħha ma jfixkilx l-indipendenza jew il-preċiżjoni tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu. L-amministrazzjoni għolja ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tkun ta’ fama tajba u b’ħila u esperjenza suffiċjenti, u għandha tiżgura l-ġestjoni soda u prudenti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu. Mill-inqas terz iżda mhux anqas minn żewġ membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu għandhom ikunu membri indipendenti, li mhumiex direttament involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu. Il-kumpens tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju m’għandux ikun marbut mal-prestazzjoni tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u għandu jkun organizzat b’mod li tiġi żgurata l-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom. It-terminu tal-mandat tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jkun ta’ perijodu fiss maqbul minn qabel li ma jeċċedix ħames snin u m’għandux ikun suġġett għal tiġdid. It-tkeċċija ta’ membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandha sseħħ biss f’każ ta’ mġiba ħażina jew sottoprestazzjoni professjonali. Il-maġġoranza tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju, inklużi l-membri indipendenti tiegħu, għandu jkollhom kompetenza suffiċjenti fis-servizzi finanzjarji. Dment li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ mill-inqas membru indipendenti wieħed u membru ieħor tal-bord għandu jkollhom għarfien u esperjenza profonda f’livell għoli tas-swieq fi ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ . Barra mir-responsabbiltà ġenerali tal-bord, il-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jkollhom il-kompitu speċifiku li jwettqu superviżjoni ta’:
(a)
l-iżvilupp tal-politika ta’ gradazzjoni tal-kreditu, u tal-metodoloġiji użati mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu fl-attivitajiet tagħha ta’ gradazzjoni ta’ kreditu;
(b)
l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-kwalità interna tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu fir-rigward tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu;
(c)
l-effettività tal-miżuri u l-proċeduri istitwiti biex jiġi żgurat li kwalunkwe konflitti ta’ interess jiġu identifikati, eliminati jew ġestiti u żvelati; u
(d)
il-proċessi ta’ konformità u governanza inkluża l-effiċjenza tal-funzjoni ta’ reviżjoni msemmija fil-punt 9 ta’ din it-Taqsima. L-opinjonijiet tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju maħruġa dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) għandhom ikunu ppreżentati lill-bord perjodikament u għandhom isiru disponibbli għall-AETS fuq talba. |
3. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi linji ta’ politika u proċeduri adegwati sabiex tiġi żgurata konformità mal-obbligi tagħha taħt dan ir-Regolament. |
4. |
►M6 Aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollha proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità tajbin, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskju, u arranġamenti effettivi ta’ kontroll u salvagwardja għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ). ◄ Dawk il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern għandhom jitfasslu biex jiżguraw konformità mad-deċiżjonijiet u l-proċeduri fil-livelli kollha tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu. Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha timplimenta u żżomm proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u strutturi organizzattivi, li b’mod ċar u dokumentat tispeċifika linji ta’ rapportar u talloka funzjonijiet u responsabbiltajiet. |
5. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi u żżomm dipartiment ta’ funzjoni ta’ konformità (funzjoni ta’ konformità) permanenti u effettiv li jopera indipendentement. Il-funzjoni ta’ konformità għandha tissorvelja u tirraporta dwar il-konformità tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u l-impjegati tagħha mal-obbligi tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu taħt dan ir-Regolament. Il-funzjoni ta’ konformità għandu jkollha r-responsabilitajiet li ġejjin:
(a)
li tissorvelja u, fuq bażi regolari, tivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tal-miżuri u l-proċeduri stabbiliti f’konformità mal-punt 3, u l-azzjonijiet meħuda biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas fil-konformità tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu mal-obbligi tagħha;
(b)
li tagħti parir u tassisti lill-maniġers, l-analisti tal-gradazzjoni, l-impjegati kif ukoll lil kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew kwalunkwe persuna marbuta magħha direttament jew indirettament li huma responsabbli għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu biex jikkonformaw mal-obbligi tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu taħt dan ir-Regolament. |
6. |
Sabiex il-funzjoni ta’ konformità titħalla teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha sew u indipendentement, aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a)
il-funzjoni ta’ konformità jkollha l-awtorità, ir-riżorsi, il-kompetenza u l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa;
(b)
jinħatar uffiċjal ta’ konformità u jkun responsabbli għall-funzjoni ta’ konformità u għal kwalunkwe rapportar rigward konformità meħtieġ mill-punt 3;
(c)
il-maniġers, l-analisti tal-gradazzjoni, l-impjegati, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew kwalunkwe persuna marbuta magħha direttament jew indirettament b’kontroll li tkun involuta fil-funzjoni ta’ konformità ma jkunux involuti fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu li huma jissorveljaw;
(d)
il-kumpens tal-uffiċjal ta’ konformità ma jkunx marbut mal-prestazzjoni kummerċjali tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u jkun organizzat b’mod li tiġi żgurata l-indipendenza tal-ġudizzju tiegħu. L-uffiċjal ta’ konformità għandu jiżgura li kwalunkwe konflitt ta’ interess relatat mal-persuni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-funzjoni ta’ konformità jiġi identifikat u eliminat kif jixraq. L-uffiċjal ta’ konformità għandu jirrapporta regolarment dwar it-twettiq tad-doveri tiegħu jew tagħha lil amministrazzjoni għolja u lill-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju. |
7. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi biex jiġu evitati, identifikati, eliminati jew ġestiti u żvelati kwalunkwe konflitti ta’ interess imsemmijin fil-punt 1 tat-Taqsima B. Hija għandha taħseb għaż-żamma ta’ rekords tat-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu, inkluż dawk għar-regoli dwar analisti ta’ gradazzjoni msemmija fit-Taqsima C, kif ukoll is-salvagwardji applikati biex jitnaqqas dak it-theddid. |
8. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tagħmel użu minn sistemi, riżorsi u proċeduri adatti sabiex tiġi żgurata kontinwità u regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu. |
9. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tistabbilixxi funzjoni ta’ reviżjoni responsabbli biex tirrivedi perijodikament il-metodoloġiji tagħha, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet ta’ gradazzjoni prinċipali bħal suppożizzjonijiet matematiċi jew korrelattivi, u kwalunkwe bidliet jew modifiki sinifikanti għalihom, kif ukoll l-adegwatezza ta’ dawk il-metodoloġiji, il-mudelli u l-assunzjonijiet ta’ gradazzjoni prinċipali fejn jintużaw jew huma intenzjonati biex jintużaw għall-valutazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ġodda. Din il-funzjoni ta’ reviżjoni għandha tkun indipendenti mil-linji kummerċjali li huma responsabbli mill-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu u tirrapporta lill-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju msemmi fil-punt 2 ta’ din it-Taqsima. |
10. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tissorvelja u tivvaluta l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi tagħha, il-mekkaniżmi u l-arranġamenti ta’ kontroll intern stabbiliti f’konformità ma’ dan ir-Regolament u tieħu miżuri adatti biex tindirizza kull nuqqas. |
Taqsima B
Rekwiżiti operattivi
1. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tidentifika, telimina jew tiġġestixxi u tiżvela, b’mod ċar u prominenti, kwalunkwe konflitt ta’ interess potenzjali jew attwali li jista’ jaffettwa l-analiżi u l-ġudizzji tal-analisti tal-gradazzjoni tagħha, l-impjegati, jew kwalunkwe persuna naturali oħra li s-servizzi tagħha huma disponibbli jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u li huma direttament involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu u persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni. |
2. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela pubblikament l-ismijiet tal-entitajiet gradati jew partijiet terzi relatati li mingħandhom tirċievi aktar minn 5 % tad-dħul annwali tagħha. |
3. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu ma għandhiex toħroġ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin, jew, fil-każ ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni eżistenti, għandha tiżvela minnufih fejn il-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni jiġu potenzjalment affettwati b’li ġej:
(a)
l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew persuni msemmija fil-punt 1, direttament jew indirettament tippossjedi strumenti finanzjarji tal-entità ggradata jew kwalunkwe parti terza relatata oħra jew għandha xi interess ta’ pussess dirett jew indirett f’dik l-entità jew parti, minbarra holdings fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat inklużi fondi amministrati bħal fondi pensjonistiċi jew assigurazzjoni fuq il-ħajja;
(aa)
azzjonista jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li għandu 10 % jew iktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, ikollu 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tal-entità ggradata jew ta’ parti terza relatata, jew ta’ kwalunkwe interess ieħor ta’ sjieda f’dik l-entità ggradata jew parti terza, esklużi parteċipazzjonijiet fi skemi kollettivi u diversifikati ta’ investiment u fondi ġestiti bħall-fondi għall-pensjoni jew l-assigurazzjoni tal-ħajja, li ma jpoġġuhx f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-iskema;
(b)
il-gradazzjoni ta’ kreditu tinħareġ fir-rigward ta’ entità ggradata jew kwalunkwe parti terza relatata marbuta direttament jew indirettament mal-aġenzija li tiggrada l-kreditu b’kontroll;
(ba)
il-gradazzjoni tal-kreditu tinħareġ fir-rigward ta’ entità ggradata jew parti terza relatata li għandha 10 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu;
(c)
il-persuna msemmija fil-punt 1 hija membru tal-bords amministrattivi jew superviżorji tal-entità ggradata jew parti terza relatata; jew
(ca)
azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li għandu 10 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, huwa membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità ggradata jew parti terza relatata;
(d)
analista ta’ gradazzjoni li pparteċipa fil-proċess biex tiġi stabbilita gradazzjoni ta’ kreditu, jew persuna li approvat gradazzjoni ta’ kreditu, li kellha kwalunkwe rabta mal-entità ggradata jew ma’ parti terza relatata magħha, li tista’ potenzjalment toħloq konflitt ta’ interess. Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha wkoll tivvaluta minnufih jekk hemmx raġunijiet għall-gradazzjoni mill-ġdid jew għall-irtirar tal-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni eżistenti. |
3a. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela meta l-gradazzjoni tal-kreditu eżistenti jew il-prospett ta’ gradazzjoni jkunx potenzjalment affettwat minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
azzjonista jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li għandu 5 % jew iktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, ikollu 5 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tal-entità ggradata jew ta’ parti terza relatata, jew ta’ kwalunkwe interess titolari ieħor f’dik l-entità ggradata jew f’dik il-parti terza. Dan jeskludi parteċipazzjonijiet fi skemi kollettivi u diversifikati ta’ investiment u fondi ġestiti bħall-fondi għall-pensjoni jew l-assigurazzjoni tal-ħajja, li ma jpoġġuhx f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-iskema;
(b)
azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li għandu 5 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, huwa membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità ggradata jew parti terza relatata. |
3b. |
Sakemm l-informazzjoni hija magħrufa jew għandha tkun magħrufa mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu, l-obbligi fil-punt 3(aa), (ba) u (ca) u fil-punt 3-a jirrigwardaw ukoll:
(a)
azzjonisti indiretti koperti mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/109/KE; u
(b)
kumpaniji li jikkontrollaw jew jeżerċitaw influenza dominanti, direttament jew indirettament, fuq l-aġenzija u li huma koperti mill-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/109/KE. |
3c. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li t-tariffi imposti fuq il-klijenti tagħha għall-provvista ta’ servizzi ta’ gradazzjoni tal-kreditu u oħrajn anċillari mhumiex diskriminatorji u jkunu bbażati fuq spejjeż effettivi. Tariffi imposti għal servizzi ta’ gradazzjoni tal-kreditu ma għandhomx jiddependu fuq il-livell tal-gradazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew fuq kwalunkwe riżultat ieħor tal-ħidma mwettqa. |
4. |
La aġenzija li tiggrada l-kreditu u lanqas persuna li għandha, direttament jew indirettament, mill-inqas 5 % jew tal-kapital jonkella tad-drittijiet tal-vot tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew li inkella tinsab f’qagħda li teżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu ma għandha tipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni lill-entità ggradata jew parti terza relatata fir-rigward tal-istruttura korporattiva jew legali, l-assi, il-passivi jew l-attivitajiet ta’ dik l-entità ggradata jew parti terza relatata. Aġenzija li tiggrada l-kreditu tista’ tipprovdi servizzi minbarra l-ħruġ ta’ rati ta’ kreditu (servizzi anċillari). Servizzi anċillari mhumiex parti minn attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu; huma jinkludu tbassir tas-suq, stimi ta’ xejriet ekonomiċi, analiżi tal-prezzijiet u analiżi ġenerali oħra ta’ data, kif ukoll servizzi ta’ distribuzzjoni relatata. Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li l-provvista ta’ servizzi anċillari ma jippreżentawx konflitti ta’ interess fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet tagħha ta’ gradazzjoni ta’ kreditu u għandha tiżvela fir-rapporti finali tal-klassifikazzjoni kwalunkwe servizzi anċillari pprovduti għall-entita ggradata jew kwalunkwe terza persuna relatata. |
5. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li l-analisti ta’ gradazzjoni jew il-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet ma jagħmlux proposti jew rakkomandazzjonijiet, formalment jew informalment, dwar it-tfassil ta’ ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ li dwarhom l-aġenzija li tiggrada l-kreditu hija mistennija toħroġ il-gradazzjoni ta’ kreditu. |
6. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tfassal il-mezzi tar-rappurtaġġ u tal-komunikazzjoni tagħha biex tiżgura l-indipendenza tal-persuni msemmija fil-punt 1 mill-attivitajiet l-oħra tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu li jsiru fuq bażi kummerċjali. |
7. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tieħu ħsieb li jinżammu rekords adegwati, u fejn ikun xieraq sekwenzi ta’ verifika għall-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu tagħha. Dawn ir-rekords għandhom jinkludu:
(a)
għal kull gradazzjoni tal-kreditu u deċiżjoni għal prospett ta’ gradazzjoni, l-identità tal-analisti ta’ gradazzjoni u li jieħdu sehem fid-determinazzjoni tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni, l-identità tal-persuni li jkunu approvaw il-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni, l-informazzjoni dwar jekk il-gradazzjoni tal-kreditu kinitx solleċitata jew le, u d-data li fiha ttieħdet l-azzjoni ta’ gradazzjoni tal-kreditu;
(b)
ir-rekords dwar il-kontijiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżati li jkunu tħallsu minn kwalunkwe entità ggradata jew parti terza relatata jew kwalunkwe utent tal-gradazzjonijiet;
(c)
ir-rekords dwar il-kontijiet għal kull abbonat għall-gradazzjonijiet tal-kreditu jew servizzi relatati;
(d)
ir-rekords li jiddokumentaw il-proċeduri u l-metodoloġiji ta’ gradazzjoni stabbiliti użati mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu biex jiġu determinati l-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni;
(e)
ir-rekords u l-fajlijiet interni, inklużi l-informazzjoni li mhijiex pubblika u l-karti ta’ ħidma, użati bħala l-bażi ta’ kwalunkwe gradazzjoni tal-kreditu u deċiżjoni għal prospett ta’ gradazzjoni meħuda;
(f)
rapporti ta’ analiżi ta’ kreditu, rapporti ta’ valutazzjoni ta’ kreditu u rapporti privati ta’ gradazzjoni ta’ kreditu u rekords interni, inklużi informazzjoni mhux pubblika u dokumenti ta’ ħidma, li jkunu ntużaw bħala l-bażi tal-opinjonijiet espressi fir-rapporti ta’ dan it-tip;
(g)
rekords tal-proċeduri u l-miżuri implimentati mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu biex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament; u
(h)
kopji tal-komunikazzjonijiet interni u esterni, inklużi komunikazzjonijiet elettroniċi, li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew l-impjegati tagħha jkunu rċevew u bagħtu, li għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu. |
8. |
Ir-rekords u s-sekwenzi ta' verifika msemmija fil-punt 7 għandhom jinżammu fil-bini tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu rreġistrata għal tal-inqas ħames snin u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-AETS meta jkunu mitluba. Meta r-reġistrazzjoni ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun irtirata, ir-rekords għandhom jinżammu għal perijodu addizzjonali ta’ mill-anqas tliet snin. |
9. |
Ir-rekords li jesponu d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu kreditu u l-entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati tagħha taħt ftehim għall-provvista ta’ servizzi ta’ gradazzjoni ta’ kreditu għandhom jinżammu għal mill-anqas it-tul tar-relazzjoni ma’ dik l-entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati tagħha. |
Taqsima C
Regoli dwar analisti tal-gradazzjoni u persuni oħra direttament involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu
1. |
L-analisti tal-gradazzjoni u l-impjegati tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u li hija involuta direttament f’attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu, kif ukoll persuni assoċjati mill-qrib skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2004/72/KE ( 19 ), ma jistgħux jixtru jew ibigħu jew jidħlu f’xi transazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju maħruġ, garantit, jew appoġġat mod ieħor minn xi entità ggradata fil-qasam tar-responsabbiltà analitika primarja tagħhom għajr holdings fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat inklużi fondi amministrati bħal fondi pensjonistiċi jew assigurazzjoni fuq il-ħajja. |
2. |
L-ebda persuna msemmija fil-punt 1 ma għandha tieħu sehem fi jew inkella tinfluwenza d-determinazzjoni ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni ta’ kwalunkwe entità ggradata partikolari jekk dik il-persuna:
(a)
tipposjedi strumenti finanzjarji tal-entità ggradata, minbarra holdings fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat;
(b)
tipposjedi strumenti finanzjarji ta’ kwalunkwe entità relatata ma’ entità ggradata, li l-pussess tagħhom jista’ jikkawża jew ikun perċepit b’mod ġenerali li qiegħed jikkawża konflitt ta’ interess, minbarra għal holdings fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat;
(c)
kellha relazzjoni ta’ impjieg jew ta’ kummerċ oħra reċentement jew kwalunkwe relazzjoni oħra mal-entità ggradata li tista’ toħloq jew tista’ tkun perċepita b’mod ġenerali li qiegħda tikkawża konflitt ta’ interess. |
3. |
L-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jiżguraw li l-persuni msemmijin fil-punt 1:
(a)
jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jipproteġu l-proprjetà u r-rekords fil-pussess tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu minn frodi, serq jew użu ħażin waqt li jitqiesu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet tagħhom ta’ gradazzjoni ta’ kreditu;
(b)
ma tiżvela ebda informazzjoni dwar il-gradazzjonijiet tal-kreditu, gradazzjonijiet tal-kreditu jew prospetti ta’ gradazzjoni futuri possibbli tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, ħlief lill-entità ggradata jew il-parti terza relatata magħha;
(c)
ma jaqsmux informazzjoni kunfidenzjali fdata lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu ma’ analisti tal-gradazzjoni u impjegati ta’ kwalunkwe persuna direttament jew indirettament marbuta magħha b’kontroll kif ukoll ma’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll ta’ kwalunkwe persuna direttament jew indirettament relatata magħha b’kontroll, ►C1 u li mhijiex direttament involuta fl-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu; u ◄
(d)
ma jużawx jew ma jaqsmux informazzjoni kunfidenzjali għall-iskop ta’ kummerċ ta’ strumenti finanzjarji, jew għal kwalunkwe skop ieħor minbarra t-tmexxija tal-attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu. |
4. |
Il-persuni msemmija fil-punt 1 m’għandhomx jitolbu jew jaċċettaw flus, rigali jew favuri minn xi ħadd li miegħu l-aġenzija li tiggrada l-kreditu qiegħda tagħmel negozju. |
5. |
Jekk persuna msemmija fil-paragrafu 1 tikkunsidra li kwalunkwe persuna oħra ta’ dan it-tip tkun wettqet imġiba li tikkunsidra bħala illegali, hija għandha tirrapporta tali informazzjoni immedjatament lill-uffiċjal ta’ konformità mingħajr konsegwenzi negattivi għaliha. |
6. |
Meta analista ta’ gradazzjoni jtemm l-impjieg tiegħu u jingħaqad ma’ entità ggradata li fil-gradazzjoni tal-kreditu tagħha huwa kien involut, jew ma’ ditta finanzjarja li magħha huwa kellu transazzjonijiet bħala parti mill-kompiti tiegħu fl-aġenzija li tiggrada l-kreditu, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tirrivedi l-ħidma rilevanti tal-analista ta’ gradazzjoni matul is-sentejn qabel it-tluq tiegħu. |
7. |
Persuna msemmija fil-punt 1 ma għandhiex tieħu pożizzjoni ewlenija fil-maniġment mal-entità ggradata jew parti terza relatata magħha fi żmien sitt xhur mill-ħruġ ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni. |
8. |
Għall-iskopijiet tal-Artikolu 7(4):
(a)
l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jiżguraw li l-analisti tal-gradazzjoni ewlenin ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità jew parti terza relatata magħha għal perjodu li jaqbeż l-erba’ snin;
(b)
l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu ħlief dawk appuntati minn emittent jew il-parti terza relatata miegħu u l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kollha li joħorġu gradazzjonijiet sovrani għandhom jiżguraw li:
(i)
l-analisti tal-gradazzjoni ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati tagħha għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin;
(ii)
il-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew parti terza relatata magħha għal perjodu li jaqbeż is-seba’ snin. Il-persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu involuti f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-entità ggradata jew parti terza relatata magħha msemmija f’dawk il-punti fi żmien sentejn mit-tmiem tal-perjodi stabbiliti f’dawk il-punti. |
Taqsima D
Regoli dwar il-preżentazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu u prospetti ta’ gradazzjoni
I. Obbligi ġenerali
1. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li kwalunkwe gradazzjoni tal-kreditu u prospett ta’ gradazzjoni jsemmu b’mod ċar u prominenti l-isem u l-kariga tal-analist ewlieni tal-gradazzjoni f’attività ta’ gradazzjoni tal-kreditu partikolari kif ukoll l-isem u l-pożizzjoni tal-persuna primarjament responsabbli għall-approvazzjoni tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni. |
2. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżgura li mill-anqas:
(a)
is-sorsi sostanzjalment materjali kollha, inklużi l-entità ggradata jew, fejn hu xieraq, parti terza relatata, li ntużaw fit-tħejjija ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew ta’ prospett ta’ gradazzjoni huma indikati flimkien b’indikazzjoni li turi jekk il-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni ġewx żvelati lil dik l-entità ggradata jew il-parti terza relatata magħha u emendati wara dak l-iżvelar qabel ma nħarġu;
(b)
il-metodoloġija prinċipali jew il-verżjoni tal-metodoloġija li ntużat fl-istabbiliment tal-gradazzjoni ta’ kreditu hija indikata b’mod ċar, b’referenza għad-deskrizzjoni komprensiva tagħha; fejn il-gradazzjoni ta’ kreditu hija bbażata fuq aktar minn metodoloġija waħda, jew meta r-referenza għall-metodoloġija prinċipali biss tista’ tikkawża li l-investituri jinjoraw aspetti importanti oħra tal-gradazzjoni ta’ kreditu, inklużi xi aġġustamenti u devjazzjonijiet sinifikanti, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tispjega dan il-fatt fil-gradazzjoni ta’ kreditu u tindika kif metodoloġiji differenti jew dawn l-aspetti l-oħra ġew ikkunsidrati fil-gradazzjoni ta’ kreditu;
(c)
ikunu spjegati t-tifsira ta’ kull kategorija ta’ gradazzjoni u d-definizzjoni ta’ nuqqas ta’ ħlas jew irkupru u kull twissija adatta dwar ir-riskju, inkluż analiżi tas-sensittività tas-suppożizzjonijiet ta’ gradazzjoni prinċipali rilevanti, bħas-suppożizzjonijiet matematiċi jew korrelattivi, akkumpanjat minn gradazzjonijiet ta’ kreditu tal-agħar xenarju possibbli kif ukoll gradazzjonijiet ta’ kreditu tal-aħjar xenarju possibbli;
(d)
id-data li fiha l-gradazzjoni tal-kreditu ġiet rilaxxata għall-ewwel darba għad-distribuzzjoni u meta ġiet aġġornata l-aħħar inklużi kwalunkwe prospetti ta’ gradazzjoni hija indikata b’mod ċar u prominenti;
(e)
tingħata informazzjoni dwar jekk il-gradazzjoni tal-kreditu tikkonċernax strument finanzjarju maħruġ ġdid u jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu hix qed tiggrada l-istrument finanzjarju għall-ewwel darba; u
(f)
fil-każ ta’ prospett ta’ gradazzjoni, jiġi pprovdut orizzont taż-żmien li matulu hija mistennija bidla tal-gradazzjoni tal-kreditu. Meta jippubblikaw gradazzjonijiet tal-kreditu jew prospetti ta’ gradazzjoni tal-kreditu, l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jinkludu referenza għar-rati ta’ inadempjenza storiċi ppubblikati mill-AETS f’repożitorju ċentrali skont l-Artikolu 11(2), flimkien ma’ nota spjegattiva dwar it-tifsira ta’ dawk ir-rati ta’ inadempjenza. |
2a. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha takkumpanja l-iżvelar tal-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet ewlenin ta’ gradazzjoni bi gwida li tispjega s-suppożizzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi li jikkonċernaw il-mudelli u l-metodoloġiji ta’ gradazzjoni użati fil-gradazzjonijiet tal-kreditu, inklużi simulazzjonijiet ta’ xenarji stressanti li twettaq l-aġenzija li tiggrada l-kreditu meta tistabbilixxi l-gradazzjonijiet tal-kreditu, l-informazzjoni dwar il-gradazzjoni tal-kreditu fuq l-analiżi tad-dħul u l-ħruġ ta’ flus li tkun wettqet jew li tkun qed tiddependi fuqha u, fejn hu applikabbli, indikazzjoni ta’ kwalunkwe tibdil mistenni fil-gradazzjoni tal-kreditu. Gwida bħal din għandha tkun ċara u li tiftiehem faċilment. |
3. |
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tinforma lill-entità ggradata waqt il-ħin tax-xogħol tal-entità ggradata u mill-inqas jum sħiħ ta’ ħidma qabel il-pubblikazzjoni tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi r-raġunijiet prinċipali li fuqhom wieħed ikun ibbaża l-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni sabiex tingħata opportunità lill-entità ggradata sabiex tiġbed l-attenzjoni tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu għal kwalunkwe żball fattwali. |
4. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha ssemmi b’mod ċar u prominenti meta tiżvela l-gradazzjonijiet tal-kreditu jew il-prospetti ta’ gradazzjoni kwalunkwe attributi u limitazzjonijiet tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni. B’mod partikolari, meta tiżvela kwalunkwe gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni, aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha ssemmi b’mod prominenti jekk tqisx li l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli fuq l-entità ggradata hix sodisfaċenti u safejn tkun ivverifikat l-informazzjoni li ġiet provduta lilha mill-entità ggradata jew parti terza relatata magħha. Jekk gradazzjoni tal-kreditu jew prospett tal-klasifikazzjoni jinvolvu tip ta’ entità jew strument finanzjarju li għalih id-dejta storika tkun limitata, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tikkjarifika dawn il-limitazzjonijiet f’post prominenti. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ data affidabbli jew tal-kumplessità tal-istruttura ta’ tip ġdid ta’ strument finanzjarju jew il-kwalità tal-informazzjoni disponibbli ma tkunx sodisfaċenti jew tqajjem dubji serji dwar jekk aġenzija li tiggrada l-kreditu tistax tipprovdi gradazzjoni ta’ kreditu affidabbli, l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha toqgħod lura milli toħroġ gradazzjoni ta’ kreditu jew tirtira gradazzjoni eżistenti. |
5. |
Meta tħabbar gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni, aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tispjega fl-istqarrijiet għall-istampa jew fir-rapporti tagħha l-elementi ewlenin sottostanti għall-gradazzjoni tal-kreditu jew għall-prospett ta’ gradazzjoni. Meta l-informazzjoni stipulata fil-punti 1, 2 u 4 tkun sproporzjonata meta mqabbla mat-tul tar-rapport imqassam, ikun biżżejjed li ssir referenza ċara u prominenti fir-rapport stess għall-post fejn jista’ jkun hemm aċċess dirett u faċli għal dan l-iżvelar, inkluża weblink diretta għall-iżvelar fuq website adatt tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu. |
6. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela fuq il-website tagħha, u tinnotifika lill-AETS fuq bażi kontinwa, l-informazzjoni dwar l-entitajiet jew strumenti tad-dejn kollha miġjuba quddiemha għar-reviżjoni inizjali tagħhom jew għal gradazzjoni preliminari. Dan l-iżvelar għandu jsir kemm jekk l-emittenti jikkuntrattaw mal-aġenzija li tiggrada l-kreditu għal gradazzjoni aħħarija u kemm jekk le. |
II. Obbligi addizzjonali rigward il-gradazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄
1. |
Meta aġenzija li tiggrada l-kreditu tiggrada ►M5 strument ta' titolizzazzjoni ◄ , fil-gradazzjoni ta’ kreditu għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha dwar it-telf u analiżi tal-fluss tal-flus li hija wettqet jew li qed tiddeppendi fuqhom u indikazzjoni ta’ kwalunkwe bidla mistennija fil-gradazzjoni ta’ kreditu. |
2. |
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiddikjara liema livell ta’ valutazzjoni hija wettqet dwar il-proċessi ta’ diliġenza dovuta mwettqa fil-livell tal-istrumenti finanzjarji jew assi oħra li huma l-bażi għal ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ . L-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tiżvela jekk wettqitx xi valutazzjoni ta’ tali proċessi ta’ diliġenza dovuta jew jekk qagħditx fuq valutazzjoni minn parti terzi, u tindika kif l-eżitu ta’ tali valutazzjoni jolqot il-gradazzjoni ta’ kreditu. |
▼M3 —————
III. Obbligi addizzjonali relatati mal-gradazzjonijiet sovrani
1. Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni relatat, għandha takkumpanja l-gradazzjoni jew il-prospett ta’ gradazzjoni b’rapport ta’ riċerka dettaljat li jispjega s-suppożizzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi kollha u kwalunkwe informazzjoni oħra ikkunsidrati fid-determinazzjoni ta’ dik il-gradazzjoni jew dak il-prospett. Dak ir-rapport għandu jkun disponibbli lill-pubbliku, ċar u jiftiehem faċilment.
2. Rapport ta’ riċerka disponibbli lill-pubbliku li jakkumpanja xi tibdil meta mqabbel mal-gradazzjoni sovrana jew mal-prospett ta’ gradazzjoni relatat preċedenti għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:
evalwazzjoni dettaljata tal-bidliet fis-suppożizzjoni kwantitattiva li jiġġustifikaw ir-raġunijiet għall-bidla fil-gradazzjoni u l-piż relattiv tagħhom. L-evalwazzjoni dettaljata għandha tinkludi deskizzjoni ta’ dan li ġej: id-dħul per capita, it-tkabbir tal-PGD, l-inflazzjoni, il-bilanċ fiskali, il-bilanċ estern, id-dejn estern, indikatur għall-iżvilupp ekonomiku, indikatur tal-inadempjenza u kwalunkwe fattur rilevanti ieħor ikkunsidrat. Dan għandu jkun ikkomplementat bil-piż relattiv ta’ kull fattur;
evalwazzjoni dettaljata tal-bidliet fis-suppożizzjoni kwalitattiva li jiġġustifikaw ir-raġunijiet għat-tibdil fil-gradazzjoni u l-piż relattiv tagħhom;
deskrizzjoni dettaljata tar-riskji, il-limiti u l-inċertezzi relatati mat-tibdil fil-gradazzjoni; u
sommarju tal-minuti tal-laqgħa tal-kumitat tal-gradazzjoni li ddeċieda t-tibdil fil-gradazzjoni.
3. Mingħajr preġudizzju għall-punt 3 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet sovrani jew prospetti ta’ gradazzjoni relatati, għandha tippubblikhom skont l-Artikolu -8a, wara l-għeluq tal-ħinijiet tan-negozju ta’ swieq regolati u mill-inqas siegħa qabel il-ftuħ tagħhom.
4. Mingħajr preġudizzju għall-punt 5 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, li f’konformità miegħu, meta titħabbar gradazzjoni tal-kreditu, aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tispjega fl-istqarrijiet għall-istampa jew fir-rapporti tagħha l-fatturi ewlenin li fuqhom tkun ibbażata l-gradazzjoni tal-kreditu, u għalkemm il-politiki nazzjonali jistgħu jservu bħala fattur li fuqhom tkun ibbażata gradazzjoni sovrana, ir-rakkomandazzjonijiet politiċi, preskrizzjonijiet jew linji gwida lill-entitajiet iggradati, inklużi Stati jew awtoriatjiet reġjonali jew lokali tal-Istati, m’għandhomx ikunu parti mill-gradazzjonijiet sovrani jew prospetti ta’ gradazzjoni.
Taqsima E
Żvelar
I. Żvelar ġenerali
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha ġeneralment tiżvela il-fatt li hi reġistrata bi qbil ma’ dan ir-Regolament u l-informazzjoni li ġejja:
1. |
kwalunkwe konflitt reali u potenzjali tal-interess imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima B; |
2. |
lista ta’ servizzi anċillari tagħha; |
3. |
il-politika tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu li tirrigwarda l-pubblikazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu u komunikazzjonijiet relatati oħrajn inklużi l-prospetti ta’ gradazzjoni; |
4. |
in-natura ġenerali tal-arranġamenti tal-kumpens tagħha; |
5. |
il-metodoloġiji, u deskrizzjonijiet tal-mudelli u s-suppożizzjonijiet ta’ gradazzjoni prinċipali, bħal suppożizzjonijiet matematiċi jew korrelattivi, użati matul attivitajiet tagħha ta’ gradazzjoni ta’ kreditu kif ukoll bidliet materjali tagħhom |
6. |
kull modifika materjali għas-sistemi, ir-riżorsi jew il-proċeduri tagħha; u |
7. |
meta jkun relevanti, il-kodiċi ta’ kondotta tagħha. |
II. Żvelar perjodiku
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha perjodikament tiżvela l-informazzjoni li ġejja:
1. |
Kull sitt xhur, data dwar ir-rati storiċi tan-nuqqasijiet ta’ ħlas tal-kategoriji ta’ gradazzjoni tagħha, li tkun tiddistingwi bejn iż-żoni ġeografiċi prinċipali tal-emittenti u jekk ir-rati tan-nuqqasijiet ta’ ħlas ta’ dawn il-kategoriji nbidlux matul iż-żmien; |
2. |
kull sena, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
lista ta’ tariffi li jiġu imposti lil kull klijent għall-gradazzjonijiet individwali tal-kreditu u kwalunke servizzi anċillari;
(aa)
il-politika tagħha tal-ipprezzar, inklużi l-istrutturi tat-tariffi u l-kriterji tal-ipprezzar relatati mal-gradazzjonijiet tal-kreditu għal kategoriji ta’ assi differenti;
(b)
lista ta’ dawk il-klijenti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu li l-kontribut tagħhom fir-rata ta’ tkabbir fl-iġġenerar ta’ dħul tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu fis-sena finanzjarja ta’ qabel qabeż ir-rata ta’ tkabbir fid-dħul totali tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu f’dik is-sena b’fattur ta’ aktar minn 1,5 darba. Kwalunkwe klijent ta’ dan it-tip għandu jkun inkluż f’din il-lista biss fejn f’dik is-sena kellu sehem ta’ aktar minn 0,25 % tad-dħul dinji totali tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu fil-livell globali; u
(c)
lista ta' gradazzjonijiet ta' kreditu maħruġa matul is-sena, li tindika l-proporzjon ta' gradazzjonijiet ta' kreditu mhux mitluba fosthom. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “klijent” tfisser entità, is-sussidjarji tagħha, u entitajiet assoċjati li fihom l-entità għandha holdings ta’ aktar minn 20 %, kif ukoll kull entità oħra li dwarha nnegozjat l-istruttura tal-ħruġ ta’ self f’isem klijent u fejn tħallset tariffa, direttament jew indirettament, lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu għall-gradazzjoni ta’ kreditu tal-ħruġ ta’ dak is-self. |
III. Rapport ta’ trasparenza
Aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tagħmel disponibbli annwalment l-informazzjoni li ġejja:
1. |
informazzjoni dettaljata dwar l-istruttura ġuridika u tal-pussess tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, inkluż informazzjoni dwar il-holdings fis-sens tal-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ( 20 ); |
2. |
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern li jiżgura l-kwalità tal-attivitajiet tagħha ta’ gradazzjoni ta’ kreditu; |
3. |
statistiċi dwar l-allokazzjoni tal-persunal tagħha għal gradazzjonijiet ġodda tal-kreditu, reviżjonijiet ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu, valutazzjoni tal-metodoloġiji jew tal-mudelli u maniġment għoli, u dwar l-allokazzjoni tal-persunal għall-attivitajiet ta’ gradazzjoni fir-rigward ta’ kategoriji ta’ assi differenti (korporattivi - finanzi strutturati - sovrani); |
4. |
deskrizzjoni tal-politika tagħha dwar iż-żamma ta’ rekords; |
5. |
l-eżitu tar-reviżjoni interna annwali tal-funzjoni indipendenti tagħha ta’ konformità; |
6. |
deskrizzjoni tal-amminstrazzjoni tagħha u tal-politika tagħha ta’ rotazzjoni tal-analisti ta’ gradazzjoni; |
7. |
informazzjoni finanzjarja dwar id-dħul tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, inkluż il-fatturat totali, diviż f’tariffi minn gradazzjonijiet tal-kreditu u servizzi anċillari b’deskrizzjoni komprensiva ta’ kull waħda, inkluż id-dħul iġġenerat minn servizzi anaċillari provduti lill-klijenti ta’ servizzi ta’ gradazzjoni u l-allokazzjoni tat-tariffi għal gradazzjonijiet tal-kreditu ta’ kategoriji differenti ta’ assi. L-informazzjoni fuq il-fatturat totali għandha tinkludi wkoll allokazzjoni ġeografika ta’ dak il-fatturat għal dħul iġġenerat fl-Unjoni u fid-dinja kollha; |
8. |
dikjarazzjoni tal-governanza fis-sens tal-Artikolu 46a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 21 ). Għall-finijiet ta’ dik id-dikjarazzjoni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 46a(1)(d) ta’ dik id-Direttiva għandha tkun ipprovduta mill-aġenzija li tiggrada l-kreditu irrispettivament minn jekk hijiex suġġetta għad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri ( 22 ). |
ANNESS II
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPROVDUTA FL-APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI
1. |
Isem sħiħ tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, indirizz tal-uffiċċju rreġistrat ġewwa ►M3 l-Unjoni ◄ |
2. |
Isem u dettalji ta’ kuntatt ta’ persuna ta’ kuntatt u tal-uffiċjal ta’ konformità |
3. |
Status legali |
4. |
Klassi tal-gradazzjonijiet ta’ kreditu li għaliha qiegħda tapplika li tiġi rreġistrata l-aġenzija li tiggrada l-kreditu |
5. |
Struttura ta’ sjieda |
6. |
Struttura organizzattiva u governanza korporattiva |
7. |
Riżorsi finanzjarji biex jitwettqu attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu |
8. |
Persunal tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u l-kompetenza tiegħu |
9. |
Informazzjoni dwar sussidjarji tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu |
10. |
Deskrizzjoni tal-proċeduri u l-metodoloġiji użati għall-ħruġ u r-reviżjoni ta’ gradazzjonijiet ta’ kreditu |
11. |
Linji politiċi u proċeduri għall-identifikazzjoni, ġestjoni u żvelar ta’ kwalunkwe konflitti ta’ interess |
12. |
Informazzjoni dwar analisti ta’ gradazzjoni |
13. |
Arranġamenti għal kumpens u għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni |
14. |
Servizzi oħra minbarra attivitajiet ta’ gradazzjoni ta’ kreditu li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jkollha l-ħsieb li tipprovdi |
15. |
Programm ta’ operazzjonijiet, inklużi indikazzjonijiet ta’ fejn mistennija jitwettqu l-attivitajiet ewlenin tan-negozju, fergħat li għandhom jiġu stabbiliti, u l-istabbiliment tat-tip ta’ negozju ppjanat |
16. |
Dokumenti u informazzjoni dettaljata relatata mal-użu mistenni tal-endorsjar |
17. |
Dokumenti u informazzjoni dettaljata relatata mal-arranġamenti ta’ outsourcing mistennija inkluża informazzjoni dwar entitajiet li jassumu funzjonijiet ta’ outsourcing. |
ANNESS III
Lista ta' ksur imsemmija fl-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 36a(1)
I. Ksur relatat ma’ kunflitti ta’ interess, rekwiżiti organizzattivi jew operattivi
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 4(3) billi tapprova gradazzjoni tal-kreditu maħruġa f'pajjiż terz mingħajr ma tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu, sakemm ir-raġuni għal dan il-ksur ikun barra l-għarfien jew il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) billi tuża l-approvazzjoni ta' gradazzjoni tal-kreditu maħruġa f'pajjiż terz bl-intenzjoni li tevita r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabilixxix bord amministrattiv jew superviżorju.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-interess kummerċjali tagħha ma jtellifx l-indipendenza jew il-preċiżjoni tal-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi taħtar maniġment għoli li ma jkunx ta' reputazzjoni tajba, b'ħiliet jew esperjenza suffiċjenti, jew li ma jistax jiżgura l-ġestjoni soda u prudenti tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tielet paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma taħtarx l-għadd meħtieġ ta’ membri indipendenti fil-bord amministrattiv jew superviżorju tagħha.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mar-raba' paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi tistabbilixxi sistema ta’ kumpens għall-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju tagħha li tkun assoċjata mal-prestazzjoni kummerċjali tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew li ma tkunx maħsuba biex tiżgura l-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom; jew billi tistabbilixxi mandat tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju tagħha għal perijodu li jaqbeż il-ħames snin jew għal mandat li jiġedded; jew billi tkeċċi membru indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju ħlief fil-każ ta' mġiba ħażina jew sottoprestazzjoni professjonali.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ħames paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi taħtar membri fil-bord amministrattiv jew superviżorju li ma jkollhomx ħila esperta suffiċjenti fis-servizzi finanzjarji; jew, fejn l-aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu ta' ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ , billi ma taħtarx mill-inqas membru wieħed indipendenti u membru ieħor tal-bord li jkollu għarfien u esperjenza profonda f’livell għoli tas-swieq fi ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ .
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mas-sitt paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju jwettqu l-kompiti ta' monitoraġġ ta' kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet imsemmijin fis-sitt paragrafu ta' dak il-punt.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mas-seba' paragrafu tal-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju jippreżentaw perijodikament lill-bord l-opinjoni tagħhom dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fis-sitt paragrafu ta' dak il-punt jew jagħmlu dawk l-opinjonijiet disponibbli lill-AETS meta jiġu mitluba.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabbilixxix linji politiċi jew proċeduri adegwati li jiżguraw konformità mal-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament.
L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma jkollhiex proċeduri amministrattivi jew ta’ kontabilità, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, proċeduri effettivi dwar il-valutazzjoni tar-riskju, jew kontroll effettiv jew arranġamenti ta’ salvagwardja għall-ġestjoni ta’ sistemi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554; jew billi ma timplimentax jew ma żżommx proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jew strutturi organizzattivi kif meħtieġ minn dak il-punt.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 5 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabbilixxix jew ma żżommx dipartiment ta' funzjoni ta' konformità (funzjoni ta' konformità) permanenti u effettiv li jopera indipendentement.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel paragrafu tal-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tiżgurax li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li jippermettu li l-funzjoni ta’ konformità twettaq ir-responsabbilitajiet tagħha kif suppost jew independentement, kif stabbilit fl-ewwel pargrafu ta' dak il-punt.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabbilixxix arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi adatti u effettivi li jipprevjenu, jidentifikaw, jeliminaw jew jimmaniġġjaw u jiżvelaw kull kunflitt ta' interess imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima B tal-Anness I, jew billi ma tagħmilx arranġamenti għaż-żamma ta' rekords dwar it-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tal-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu, inkluż it-theddid għar-regoli dwar l-analisti tal-gradazzjonijiet imsemmija fit-Taqsima C tal-Anness I, kif ukoll is-salvagwardji applikati biex jattenwaw dak it-theddid.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 8 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tapplikax sistemi, riżorsi jew proċeduri adatti biex tiżgura l-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet ta' klassifikazjoni tal-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 9 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma tistabbilixxix funzjoni ta' rieżami li:
tkun responsabbli biex perjodikament terġa' teżamina l-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni tagħha jew kwalunkwe bidliet jew modifiki sinifikanti għaliha, jew l-adegwatezza ta' dawk il-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni fejn huma jkunu użati jew maħsuba li jkunu użati għall-valutazzjoni ta' strumenti finanzjarji ġodda;
li tkun indipendenti mil-linji tan-negozju li huma responsabbli mill-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu; jew
tirrapporta lill-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 10 tat-Taqsima A tal-Anness I, billi ma timmonitorjax jew ma tevalwax l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, il-mekkaniżmi ta' kontroll intern u l-arranġamenti tagħhastabbiliti skont dan ir-Regolament jew ma tiħux miżuri xierqa biex tindirizza kull nuqqas.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tidentifikax, ma teliminax, jew ma tiġġestix u ma tiżvelax b’mod ċar u prominenti, kwalunkwe konflitt ta’ interess effettiv jew potenzjali li jista’ jinfluwenza l-analiżi jew il-ġudizzji tal-analisti ta’ gradazzjoni, tal-impjegati jew kwalunkwe persuna naturali oħra li s-servizzi tagħha huma għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu u li huma involuti direttament f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel paragrafu tal-punt 3 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi toħroġ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta’ dak il-punt jew, fil-każ ta’ gradazzjoni tal-kreditu eżistenti jew prospett ta’ gradazzjoni eżistenti, billi ma tiżvelax minnufih li l-gradazzjoni tal-kreditu jew il-prospett ta’ gradazzjoni huwa affetwat potenzjalment minn dawk iċ-ċirkustanzi.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 3a tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tiżvelax li gradazzjoni tal-kreditu eżistenti jew prospett ta’ gradazzjoni eżistenti huwa potenzjalment milqut bi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi stabbiliti taħt l-ittri (a) u (b) ta’ dak il-punt.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 3 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tevalwax minnufih jekk hemmx raġunijiet għall-gradazzjoni mill-ġdid jew għall-irtirar ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni eżistenti.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel paragrafu tal-punt 4 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi tigrada entitajiet fejn l-aġenzija li tiggrada l-kreditu nnifisha jew kwalunkwe persuna li għandha, direttament jew indirettament, mill-inqas 5 % jew tal-kapital jonkella tad-drittijiet tal-vot tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew b’xi mod ieħor tinsab f’qagħda li teżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, tipprovdi servizzi ta’ konsultazzjoni jew ta’ parir lil dik l-entità ggradata jew parti terza relatata fir-rigward tal-istruttura korporattiva jew legali, l-assi, il-passivi jew l-attivitajiet ta’ dik l-entità ggradata jew parti terza relatata.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-paragrafu 1 tal-Artikolu 6a fejn xi wieħed mill-azzjonisti tagħha jew xi membru tagħha li jkollhom mill-inqas 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew f’kumpanija li jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll jew influwenza sinifikanti fuq dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu, jkunu fi ksur ta’ xi waħda mill-projbizzjonijiet taħt l-ittri (a) sa (e) ta’ dak l-istess paragrafu, bl-eċċezzjoni tal-projbizzjoni taħt l-ittri (a) għal ishma fi skemi diversifikati ta’ investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti bħal fondi pensjonistiċi jew assigurazzjoni tal-ħajja, sakemm l-ishma fi skemi bħal dawn ma jqiegħdux lill-azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu f’pożizzjoni li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju ta’ dawk l-iskemi.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel parti tat-tielet paragrafu tal-punt 4 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-forniment ta’ servizz anċillari ma jippreżentax kunflitt ta’ interess mal-attività tagħha ta’ gradazzjoni tal-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 5 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-analisti tal-gradazzjonijiet jew il-persuni li japprovaw il-gradazzjonijiet ma jagħmlux proposti jew rakkomandazzjonijiet dwar it-tfassil ta’ ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ li dwarhom l-aġenzija li tiggrada l-kreditu hija mistennija toħroġ gradazzjoni tal-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 6 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tfassalx il-mezzi tar-rappurtaġġ jew tal-komunikazzjoni tagħha biex tiżgura l-indipendenza tal-persuni msemmijin fil-punt 1 tat-Taqsima B mill-attivitajiet l-oħra tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu li jitwettqu fuq bażi kummerċjali.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma żżommx rekords tal-inqas għal perijodu ta' tlett snin ladarba r-reġistrazzjoni tagħha tkun irtirata.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu li daħlet f’kuntratt għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq ir-rititolizzazzjonijiet tikser l-Artikolu 6b(1) billi toħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur għal perjodu li jaqbeż l-erba’ snin.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu li daħlet f’kuntratt għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet tikser l-Artikolu 6b(3) billi tidħol f’kuntratt ġdid għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur għal perjodu li jkun ugwali għat-tul ta’ żmien tal-kuntratt li skada msemmi fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 6b iżda li ma jaqbiżx l-erba’ snin.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(1) billi ma tiżgurax li l-analisti tal-gradazzjonijiet, l-impjegati tagħha jew kull persuna oħra fiżika li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tagħha u li huma direttament involuti fl-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu jkollhom għarfien u esperjenza adatta skont il-kompiti assenjati.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(2) billi ma tiżgurax li persuna msemmija fl-Artikolu 7(1) ma tibdiex jew tipparteċipa f’negozjati rigward imposti jew ħlasijiet ma' kull entità ggradata, parti terza relatata jew kull persuna direttament jew indirettament marbuta mal-entità ggradata bħala kontroll.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 3(a) tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima tieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex tipproteġi l-proprjetà jew ir-rekords fil-pussess tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu minn frodi, serq jew użu ħażin, waqt li jitqiesu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħha u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu tagħha.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 5 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi timponi konsegwenzi negattivi fuq persuna msemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima meta dik il-persuna tirrapporta l-informazzjoni lill-uffiċjal għall-konformità bl-effett li persuna oħra kif imsemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima tkun wettqet imġiba li tikkunsidra bħala illegali.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 6 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma terġax teżamina l-ħidma rilevanti tal-analista tal-gradazzjonijiet matul sentejn qabel it-tluq tiegħu jew tagħha, meta l-analista tal-gradazzjonijiet itemm l-impjieg tiegħu jew tagħha u jingħaqad ma' entità ggradata li hu jew hi kienu involuti fil-gradazzjoni tagħha, jew ditta finanzjarja, li hu jew hi kellhom x'jaqsmu magħha bħala parti mill-kompiti tiegħu jew tagħha fl-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 1 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija f'dak il-punt ma tixtrix, ma tbigħx jew ma tidħolx fi transazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju imsemmi f'dak il-punt.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta’ dik it-Taqsima ma tiħux sehem fi jew inkella tinfluwenza d-determinazzjoni ta’ gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni kif stabbilit fil-punt 2 ta’ dik it-Taqsima.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punti (b), (c) u (d) tal-punt 3 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima ma tiżvelax jew ma tużax jew ma taqsamx informazzjoni, kif imsemmi f'dawk il-punti.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta' dik it-Taqsima ma titlobx jew ma taċċettax flus, rigali jew favuri mingħand xi ħadd li miegħu l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tagħmel in-negozju.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(3), flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punt 1 ta’ dik it-Taqsima ma tiħux pożizzjoni ewlenija fil-maniġment tal-entità ggradata jew il-parti terza relatata magħha fi żmien sitt xhur mill-gradazzjoni tal-kreditu jew mill-prospett ta’ gradazzjoni.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li l-analista ewlieni tal-gradazzjonijiet mhuwiex involut f’attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu attivitajiet ta’ gradazzjoni ta' kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati tagħha għal perijodu li jaqbeż erba' snin.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mal-punt (i) tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li, fejn tipprovdi gradazzjonijiet tal-kreditu jew gradazzjonijiet sovrani mhux solleċitati, analist tal-gradazzjoni ma jkunx involut fl-attivitajiet tal-gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew il-partijiet terzi relatati magħha għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mal-punt (ii) tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima C tal-Anness I billi ma taċċertax, fejn tipprovdi gradazzjonijiet tal-kreditu jew gradazzjonijiet sovrani mhux solleċitati, li persuna li tapprova l-gradazzjonijiet tal-kreditu ma tkunx involuta f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-istess entità ggradata jew ma’ parti terza relatata magħha għal perjodu li jaqbeż is-seba’ snin.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(4), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 8 tat-Taqsima C tal-Anness I, billi ma tiżgurax li persuna msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu ta’ dak il-punt mhijiex involuta f’attivitajiet ta’ gradazzjoni tal-kreditu relatati mal-entità ggradata jew il-parti terza relatata msemmija f’dawk il-punti sa sentejn mit-tmiem tal-perjodi stabbiliti f’dawk il-punti.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 7(5) billi tintroduċi kumpens jew evalwazzjoni tal-prestazzjoni kontinġenti fuq l-ammont ta’ dħul li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikseb mingħand l-entitajiet iggradati jew partijiet terzi relatati.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(2) billi ma tadottax, ma timplimentax jew ma tinfurzax miżuri adegwati biex tiżgura li l-gradazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti ta’ gradazzjoni li toħroġ ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli għaliha u li tkun rilevanti għall-analiżi tagħha skont il-metodoloġiji applikabbli ta’ gradazzjoni.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(2) billi tuża informazzjoni li tinsab barra mill-ambitu tal-Artikolu 8(2).
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(2a) billi toħroġ bidliet fil-gradazzjonijiet tal-kreditu li ma jkunux konformi mal-metodoloġiji tal-gradazzjoni tagħha li ġew ippubblikati.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(3) billi ma tużax metodoloġiji ta' gradazzjoni li huma rigorużi, sistematiċi, kontinwi u soġġetti għal validazzjoni bbażata fuq l-esperjenza storika, inkluż l-ittestjar retrospettiv.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) billi tirrifjuta li toħroġ gradazzjoni tal-kreditu ta’ entità jew strument finanzjarju għax porzjon mill-entità jew l-istrument finanzjarju kien ingħata gradazzjoni qabel minn aġenzija oħra ta' gradazzjoni tal-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) billi ma tirreġistrax l-istanti kollha fejn, fil-proċess ta' gradazzjoni tal-kreditu tagħha, tħalli l-gradazzjonijiet tal-kreditu eżistenti ppreparati minn aġenzija li tiggrada l-kreditu oħra fir-rigward tal-assi sottostanti jew ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ u billi ma tipprovdixġustifikazzjoni għall-evalwazzjoni differenti.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) billi ma timmoniterjax il-gradazzjonijiet tal-kreditu tagħha li ma jkunux gradazzjonijiet sovrani jew billi ma tirrivedix il-gradazzjonijiet tal-kreditu tagħha li ma jkunux gradazzjonijiet sovrani jew metodoloġiji tal-gradazzjoni fuq bażi kontinwa jew mill-inqas darba kull sena.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) billi ma timmoniterjax il-gradazzjonijiet sovrani tagħha jew billi ma tirrivedix il-gradazzjonijiet sovrani fuq bażi kontinwa jew mill-inqas kull sitt xhur.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni sentenza tal-Artikoli 8(5) billi ma tistabbilixxix arranġamenti interni biex timmonitorja l-impatt tal-bidliet tal-kondizzjonijiet makroekonomiċi jew tas-suq finanzjarju dwar il-gradazzjonijiet tal-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (b) tal-Artikolu 8(6), fejn il-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni użati f'attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu jinbidlu, billi ma teżaminax mill-ġdid il-gradazzjonijiet tal-kreditu affettwati f'konformità ma' dak il-punt, jew billi ma tqigħedx, sadanittant dawk il-gradazzjonijiet taħt osservazzjoni.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (c) tal-Artikolu 8(6) billi ma tiggradax mill-ġdid gradazzjoni tal-kreditu li tkun ibbażata fuq metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjonili jkunu mibdula jekk l-effett ġenerali kkombinat ta' dawk il-bidliet jaffettwa lil dik il-gradazzjoni tal-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (c) tal-Artikolu 8(6), flimkien mal-punt (c) tal-Artikolu 8(7), billi ma tiggradax mill-ġdid gradazzjoni tal-kreditu fejn żbalji fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni jew fl-applikazzjoni tagħhom jaffettwaw dik il-gradazzjoni tal-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 9 billi testernalizza funzjonijiet operattivi importanti b’tali mod li jtellef materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew il-ħila tal-AETS li tissorvelja l-konformità tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu mal-obbligi skont dan ir-Regolament.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mat-tieni paragrafu tal-punt 4 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, billi toħroġ gradazzjoni tal-kreditu jew ma tirtirax gradazzjoni eżistenti fil-każ fejn in-nuqqas ta' data affidabbli jew il-kumplessità tal-istruttura ta' tip ġdid ta' strument finanzjarju jew il-kwalità tal-informazzjoni disponibbli ma tkunx sodisfaċenti jew tqajjem dubji serji dwar jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tistax tipprovdi gradazzjoni tal-kreditu kredibbli.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(6) billi tuża l-isem tal-AETS jew ta' kwalunkwe awtorità kompetenti b’tali mod li jindika jew jissuġġerixxi l-appoġġ jew l-approvazzjoni mill-AETS jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra tal-gradazzjonijiet tal-kreditu jew kwalunkwe attività ta’ gradazzjoni tal-kreditu tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 13 billi titlob imposta għall-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 8 sa 12.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu, meta tkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni, tikser l-Artikolu 14(1), billi ma tapplikax għal reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 2(1).
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8a(3) billi ma tippubblikax fuq il-website tagħha, jew billi ma tippreżentax lill-AETS fuq bażi annwali, skont il-punt 3 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I, kalendarju fl-aħħar ta’ Diċembru għat-tnax-il xahar segwenti, li jistabbilixxi massimu ta’ tliet dati li jaqgħu nhar ta’ Ġimgħa għall-pubblikazzjoni ta’ gradazzjonijiet sovrani mhux solleċitati u prospetti ta’ gradazzjoni relatati u li jistabbilixxi d-dati għall-pubblikazzjoni ta’ gradazzjonijiet sovrani solleċitati u prospetti ta’ gradazzjoni relatati.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8a(4) billi tiddevja mill-kalendarju mħabbar fejn dan ma jkunx neċessarju biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(1) jew l-Artikolu 11(1) jew billi ma tipprovdix spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-devjazzjoni mill-kalendarju mħabbar.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 3 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I, billi tippubblika gradazzjoni sovrana jew prospett ta’ gradazzjoni relatata matul il-ħinijiet tan-negozju ta’ swieq regolati jew inqas minn siegħa qabel il-ftuħ tagħhom.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 4 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I, billi tinkludi rakkomandazzjonijiet politiċi, preskrizzjonijiet jew linji gwida lil entitajiet iggradati, inklużi Stati jew awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stati, bħala parti minn gradazzjoni sovrana jew prospetti ta’ gradazzjoni relatata.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8a(2) billi tibbaża l-komunikazzjonijiet pubbliċi tagħha relatati ma’ bidliet fi gradazzjonijiet sovrani, u li ma jkunux gradazzjonijiet tal-kreditu, prospetti ta’ gradazzjoni jew stqarrijiet għall-istampa li jakkumpanjawhom, kif imsemmi fil-punt 5 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, fuq informazzjoni fl-isfera tal-entità ggradata, fejn tali informazzjoni tkun ġiet żvelata mingħajr il-kunsens tal-entità ggradata, ħlief jekk tkun disponibbli minn sorsi ġeneralment aċċessibbli jew ħlief jekk ma jkunx hemm raġunijiet leġittmi għall-entità ggradata biex ma tagħtix il-kunsens tagħha għar-rilaxx tal-informazzjoni.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8a(1) billi ma toħroġx rapporti disponibbli għall-pubbliku dwar il-pajjiżi individwali meta tħabbar ir-reviżjoni ta’ grupp partikolari ta’ pajjiżi.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt 1 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I billi toħroġ gradazzjoni sovrana jew prospett ta’ gradazzjoni relatat mingħajr ma tipprovdi simultanjament rapport dettaljat ta’ riċerka li jispjega s-suppożizzjonijiet, il-parametri, il-limiti u l-inċertezzi kollha u kwalunkwe informazzjoni oħra kkunsidrata fid-determinazzjoni ta’ dik il-gradazzjoni sovrana jew prospett ta’ gradazzjoni jew billi dak ir-rapport ma tagħmlux disponibbli għall-pubbliku, ċar u li jinftiehem faċilment.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt 2 tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I billi ma toħroġx rapport ta’ riċerka disponibbli għall-pubbliku li jakkumpanja bidla meta mqabbel mal-gradazzjoni sovrana jew prospett ta’ gradazzjoni relatat preċedenti jew billi ma tinkludix f’dak ir-rapport tal-anqas l-informazzjoni msemmija fil-punt 2(a) sa (d) tal-Parti III tat-Taqsima D tal-Anness I.
II. Ksur relatat mal-ostakoli għall-attivitajiet superviżorji
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 7 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tagħmilx arranġamenti għal rekords jew sekwenzi ta' verifika tal-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu tagħha kif meħtieġ minn dawk id-dispożizzjonijiet.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-punt 8 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma żżommx ir-rekords jew sekwenzi ta' verifika msemmija fil-punt 7 ta' dik it-Taqsima fl-uffiċji tagħja għal tal-inqas ħames snin jew billi ma tqigħedx, fuq talba, dawk ir-rekords jew is-sekwenzi ta' verifika għad-dispożizzjoni tal-AETS.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 9 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma żżommx rekords li jistipulaw id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew l-entità ggradata jew xi parti terza relatata skont ftehim, biex tipprovdi servizzi ta' gradazzjoni tal-kreditu għall-perijodu tar-relazzjoni ma' dik l-entità ggradata jew parti terza relatata tagħha.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(3) billi ma tinnotifikax lill-AETS dwar it-tibdil materjali maħsub fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni, fil-mudelli jew fis-suppożizzjonijiet tal-gradazzjoni ewlenin eżistenti jew dwar il-metodoloġiji tal-gradazzjoni, mudelli jew suppożizzjonijiet tal-gradazzjoni ewlenin ġodda proposti meta tippubblika l-metodoloġiji tal-gradazzjoni, fuq il-website tagħha taħt l-Artikolu 8(5a).
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5a) billi ma tippubblikax fuq il-website tagħha l-metodoloġiji l-ġodda tal-gradazzjoni, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet tal-gradazzjoni ewlenin proposti jew il-bidliet materjali proposti fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet tal-gradazzjoni ewlenin li jista’ jkollhom impatt fuq gradazzjoni tal-kreditu flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-bidliet u l-implikazzjoni tagħhom.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (a) tal-Artikolu 8(7) billi ma tinnotifikax lill-AETS dwar l-iżbalji skoperti fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni tagħha jew fl-applikazzjoni tagħhom jew billi ma tispjegax l-impatt tagħhom fuq il-gradazzjonijiet tagħha, inkluża l-ħtieġa li jiġu rieżaminati l-gradazzjonijiet maħruġa.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 11(2) billi ma tagħmilx disponibbli l-informazzjoni meħtieġa jew billi ma tipprovdix dik l-informazzjoni fil-format meħtieġ kif imsemmi f'dak il-paragrafu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 11a(1) billi ma tagħmilx l-informazzjoni mitluba disponibbli jew billi ma tipprovdix dik l-informazzjoni fil-format mitlub kif imsemmi f’dak il-paragrafu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 11(3), flimkien mal-punt 2 tal-Parti I tat-Taqsima E tal-Anness I, billi ma tipprovdix lill-AETS lista tas-servizzi anċillari tagħha.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) billi ma tinnotifikax lill-AETS dwar kwalunkwe tibdil materjali fil-kondizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali skont dak is-subparagrafu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 23b(1) billi tonqos milli tipprovdi informazzjoni bi tweġiba għal deċiżjoni li tirrikjedi informazzjoni taħt l-Artikolu 23b(3), jew billi tipprovdi informazzjoni skorretta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba sempliċi għall-informazzjoni jew deċiżjoni.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (c) tal-Artikolu 23c(1) billi tonqos milli tipprovdi spjegazzjoni, jew billi tipprovdi spjegazzjoni skorretta jew qarrieqa, dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett jew l-iskop ta’ spezzjoni.
III. Ksur relatat mad-dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima B tal-Anness I billi ma tiżvelax lill-pubbliku l-ismijiet tal-entitajiet iggradati jew tal-partijiet terzi relatati li mingħandhom tirċievi aktar minn 5 % tad-dħul annwali tagħha.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 6(2), flimkien mat-tieni parti tat-tielet paragrafu tal-punt 4 tat-Taqsima B tal-Anness I, billi ma tiżvelax fir-rapport ta' gradazzjoni finali servizz anċillari pprovdut lill-entità ggradata jew kwalunkwe parti terza relatata.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 8(1) billi ma tiżvelax lill-pubbliku l-metodoloġiji, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni li tuża fl-attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu tagħha kif deskritt fil-punt 5 tal-Parti I ta' Taqsima E tal-Anness I.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (a) tal-Artikolu 8(6), fejn jinbidlu l-metodoloġiji, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet prinċipali ta' gradazzjoni użati f'attivitajiet ta' gradazzjoni tal-kreditu, billi ma tiżvelax immedjatament, jew billi tiżvela u ma tużax l-istess mezz ta' komunikazzjoni li ntuża għad-distribuzzjoni tal-gradazzjonijiet ta' kreditu affettwati, l-ambitu probabbli tal-gradazzjonijiet tal-kreditu affettwati.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (aa) tal-Artikolu 8(6), fejn ikollha l-ħsieb li tuża metodoloġiji ġodda, billi ma tinformax lill-AETS jew billi ma tippubblikax minnufih fuq il-website tagħha r-riżultati tal-konsultazzjoni u l-metodoloġiji l-ġodda flimkien ma’ spjegazzjoni dettaljata tagħhom u d-data ta’ applikazzjoni tagħhom.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (a) tal-Artikolu 8(7) billi ma tinnotifikax żbalji skoperti fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni tagħha jew fl-applikazzjoni tagħhom lill-entitajiet iggradati affetwati jew billi ma tispjegax l-impatt fuq il-gradazzjonijiet tagħha, inkluża l-ħtieġa li jiġu rieżaminati l-gradazzjonijiet maħruġa.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser il-punt (b) tal-Artikolu 8(7) billi ma tippubblikax fuq il-website tagħha l-iżbalji skoperti fil-metodoloġiji tal-gradazzjoni tagħha jew fl-applikazzjoni tagħhom fejn dawn l-iżbalji ikollhom impatt fuq il-gradazzjonijiet tal-kreditu tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(1) billi ma tiżvelax fuq bażi mhux selettiva jew fil-ħin deċiżjoni li ma tkomplix il-gradazzjoni tal-kreditu, inklużi r-raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 1 jew 2, l-ewwel paragrafu tal-punt 4 jew il-punti 5 jew 6, tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, jew il-Partijiet II jew III tat-Taqsima D tal-Anness I, billi ma tipprovdix l-informazzjoni kif mitlub minn dawk id-dispożizzjonijiet meta tippreżenta gradazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ gradazzjoni.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(2), flimkien mal-punt 3 tal-Parti I tat-Taqsima D tal-Anness I, billi ma tinfurmax lill-entità ggradata matul il-ħinijiet tax-xogħol tal-entità ggradata u tal-anqas jum sħiħ ta’ ħidma qabel il-pubblikazzjoni tal-gradazzjoni tal-kreditu jew tal-prospett ta’ gradazzjoni.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(3) billi ma tiżgurax li l-kategoriji ta' gradazzjoni li huma attribwiti lil ►M5 strumenti ta' titolizzazzjoni ◄ jkunu distinti b'mod ċar bl-użu ta' simbolu addizzjonali li jiddistingwihom mill-kategoriji ta' gradazzjoni użati għal kull entità, strument finanzjarju jew obbligu finanzjarju oħra.
L-aġenzija ta' klassifikazjoni tal-kreditu tikser l-Artikolu 10(4) billi ma tiżvelax il-politiki jew il-proċeduri tagħha rigward il-gradazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 10(5) billi ma tipprovdix l-informazzjoni kif meħtieġ minn dak il-paragrafu meta toħroġ gradazzjoni tal-kreditu mhux mitluba jew billi ma tidentifikax gradazzjoni tal-kreditu mhux mitluba bħala tali.
L-aġenzija li tiggrada l-kreditu tikser l-Artikolu 11(1) billi ma tiżvelax b'mod sħiħ jew ma taġġornax immedjatament l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet stabbiliti fil-Parti I tat-Taqsima E tal-Anness I.
ANNESS IV
Lista tal-koeffiċjenti marbuta ma' fatturi aggravanti u attenwanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 36a(3)
Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli b'mod kumulattiv mal-ammonti bażiċi imsemmijin fl-Artikolu 36a(2) abbażi ta' kull waħda miċ-ċirkostanzi aggravanti u attenwanti li ġejjin:
I. Koeffiċjenti ta' aġġustament marbutin ma' fatturi aggravanti
Jekk il-ksur jitwettaq ripetutament, għal kull darba li jiġi ripetut, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta' 1,1.
Jekk il-ksur jitwettaq għal aktar minn sitt xhur, għandu japplika koeffiċjent addizzjonali ta' 1,5.
Jekk il-ksur jiżvela dgħufijiet sistemiċi fl-organizzazzjoni tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu, b'mod partikulari fil-proċeduri jew fis-sistemi ta' ġestjoni jew fil-kontrolli interni tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta' 2,2.
Jekk il-ksur kellu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-gradazzjonijiet tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu kkonċernata, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5.
Jekk il-ksur twettaq intenzjonalment, għandu japplika koeffiċjent ta' 2.
Jekk ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju minn meta kien identifikat il-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,7.
Jekk il-maniġment għoli tal-aġenzija li tiggrada l-kreditu ma kkoperax mal-AETS fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tagħha, għandu japplika koeffiċjent ta' 1,5.
II. Koeffiċjenti ta' aġġustament marbutin ma' fatturi attenwanti
Jekk il-ksur ikollu x'jaqsam ma' ksur elenkat fit-Taqsima II jew III tal-Anness III u jkun twettaq għal inqas minn 10 ijiem ta' xogħol, għandu japplika koeffiċjent ta' 0,9.
Jekk il-maniġment għoli ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu jista' juri li ħa l-miżuri meħtieġa kollha biex jipprevjeni l-ksur, għandu japplika koeffiċjent ta' 0,7.
Jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu ressqet il-ksur għall-attenzjoni tal-ESA (AETS) malajr, b'mod effettiv u komplet, għandu japplika koeffiċjent ta' 0,4.
Jekk l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tkun ħadet volontarjament miżuri biex tiżgura li ma jkunx jista' jseħħ ksur simili fil-futur, għandu japplika koeffiċjent ta' 0,6.
( 1 ) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
( 2 ) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
( 3 ) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
( 4 ) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
( 5 ) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.
( 6 ) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
( 7 ) ĠU L 339, 24.12.2003, p. 73.
( 8 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kondizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26).
( 9 ) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
( 10 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
( 11 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
( 12 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
( 13 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
( 14 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).
( 15 ) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58.
( 16 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 17 ) ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.
►M6 ( 18 ) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1). ◄
( 19 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplementa d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-prattiċi aċċettati tas-suq, id-definizzjoni tal-informazzjoni interna b’relazzjoni mad-derivattivi dwar il-kommoditajiet, it-tħejjija ta’ listi ta’ persuni nterni, in-notifika tat-transazzjonijiet tal-amministraturi u n-notifika ta’ transazzjonijiet suspettużi (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70).
( 20 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
( 21 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
( 22 ) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.