02009R1005 — MT — 19.04.2017 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (KE) Nru 1005/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 286 31.10.2009, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 744/2010 tat-18 ta’ Awwissu 2010 |
L 218 |
2 |
19.8.2010 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1087/2013 tal-4 ta’ Novembru 2013 |
L 293 |
28 |
5.11.2013 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1088/2013 tal-4 ta’ Novembru 2013 |
L 293 |
29 |
5.11.2013 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/605 tad-29 ta' Marzu 2017 |
L 84 |
3 |
30.3.2017 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1005/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Settembru 2009
dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
(Tfassil mill-ġdid)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamar u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni relatata ma’ dawk is-sustanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn dawn is-sustanzi.
Artikolu 2
Ambitu
Dan ir-Regolament għandu japplika għal sustanzi kontrollati, għal sustanzi ġodda u għal prodotti u tagħmir li jkun fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
1. “Protokoll” tfisser il-Protokoll ta’ Montreal tal-1987 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, kif emendat u aġġustat l-aħħar;
2. “Parti” tfisser kwalunkwe parti għall-Protokoll;
3. “Stat li mhuwiex parti għall-Protokoll” tfisser, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sustanza partikolari kkontrollata, kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li ma jkunux qablu li jkunu marbutin bid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll applikabbli għal dik is-sustanza;
4. “sustanzi kontrollati” tfisser is-sustanzi inklużi fl-Anness I, inklużi l-iżomeri tagħhom, sewwa jekk weħidhom u sewwa jekk f’taħlita, u sewwa jekk verġni, irkuprati, irriċiklati jew irreklamati;
5. “klorofluworokarbonji” tfisser is-sustanzi kontrollati elenkati fil-Grupp 1 tal-Anness I, inklużi l-iżomeri tagħhom;
6. “aloni” tfisser is-sustanzi kontrollati elenkati fil-Grupp III tal-Anness I, inklużi l-iżomeri tagħhom;
7. “tetraklorur tal-karbonju” tfisser is-sustanza kontrollata speċifikata fil-Grupp IV tal-Anness I;
8. “bromur tal-metil” tfisser is-sustanza kontrollata speċifikata fil-Grupp VI tal-Anness I;
9. “idroklorofluworokarbonji” tfisser is-sustanzi kontrollati elenkati fil-Grupp VIII tal-Anness I, inklużi l-iżomeri tagħhom;
10. “sustanzi ġodda” tfisser sustanzi elenkati fl-Anness II, kemm jekk waħedhom jew f’taħlita, u kemm jekk verġni, irkuprati, irriċiklati jew irreklamati;
11. “materja prima” tfisser kwalunkwe sustanza kontrollata jew sustanza ġdida li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tkun kompletament mibdula mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet tagħha jkunu insinifikanti;
12. “aġenti ta’ proċess” tfisser sustanzi kontrollati użati bħala aġenti kimiċi tal-proċess fl-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III;
13. “produttur” tfisser kull persuna naturali jew legali li tipproduċi sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda fil-Komunità;
14. “produzzjoni” tfisser l-ammont ta’ sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda prodotti, inkluż l-ammont li ġie prodott intenzjonalment jew involontarjament, bħala prodott sekondarju, sakemm dak il-prodott sekondarju ma jkunx meqrud bħala parti mill-proċess ta’ manifattura jew wara proċedura dokumentata li tiżgura konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali dwar l-iskart. L-ebda ammont irkuprat, irriċiklat jew reklamat jew kwalunkwe ammont insinifikanti inevitabilment inkorporat fi prodotti fi kwantitajiet ta traċċa jew emessi matul il-manifattura m’għandu jkun meqjus bħala “produzzjoni”;
15. “il-potenzjal ta’ ħsara għall-ożonu” jew “ODP” tfisser iċ-ċifra speċifikata fl-Anness I u II li tirrappreżenta dak li jista’ jkun l-effett ta’ kull sustanza kontrollata jew sustanzi ġodda fuq is-saff tal-ożonu;
16. “il-livell ikkalkulat” tfisser kwantità determinata billi tkun immultiplikata l-kwantità ta’ kull sustanza kontrollata bil-potenzjal tagħha ta’ ħsara għall-ożonu u billi jiżdiedu flimkien, għal kull grupp ta’ sustanzi kontrollati fl-Anness I separatament, iċ-ċifri li jirriżultaw;
17. “razzjonalizzazzjoni industrijali” tfisser it-trasferiment jew bejn Partijiet jew fi Stat Membru tal-livell ikkalkulat kollu tal-produzzjoni ta’ produttur wieħed lill-ieħor jew ta’ porzjon minnu, għall-iskop ta l-aqwa titjib tal-effiċjenza ekonomika jew b’reazzjoni għal nuqqasijiet antiċipati fil-fornitura bħala riżultat tal-għeluq ta’ impjanti;
18. “importazzjoni” tfisser id-dħul ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir koperti minn dan ir-Regolament fit-territorju doganali tal-Komunità, sakemm it-territorju jkun kopert mir-ratifika tal-Protokoll ta’ Stat Membru u dan ir-Regolament japplika;
19. “esportazzjoni” tfisser il-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità, sa fejn it-territorju ikun kopert mir-ratifika tal-Protokoll minn Stat Membru u minn dan ir-Regolament, ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir koperti minn dan ir-Regolament li għandhom l-istatus ta’ oġġetti tal-Komunità jew l-esportazzjoni mill-ġdid ta’ sustanzi, prodotti jew tagħmir koperti minn dan ir-Regolament jekk għandhom status ta’ prodotti mhux tal-Komunità;
20. “tqegħid fis-suq” tfisser il-fornitura jew id-disponibbiltà għall-partijiet terzi fi ħdan il-Komunità, bi ħlas jew mingħajr ħlas, u tinkludi r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008. Fir-rigward ta’ prodotti u tagħmir li jkunu parti minn proprjetà immobbli jew minn mezzi tat-trasport, din tirriferi biss għall-forniment jew għall-ewwel tqegħid għad-dispożizzjoni fi ħdan il-Komunità;
21. “użu” tfisser l-utilizzazzjoni ta’ sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda fil-produzzjoni, manutenzjoni jew servicing, inkluż il-mili mill-ġdid, ta’ prodotti jew tagħmir jew fi proċessi oħra;
22. “pompa tas-sħana” tfisser apparat jew installazzjoni li jneħħi s-sħana b’temperatura baxxa mill-arja, mill-ilma jew mill-art u jipprovdi s-sħana;
23. “irkupru” tfisser il-ġbir u l-ħażna ta’ sustanzi kontrollati minn prodotti u tagħmir jew reċipjenti matul manutenzjoni jew servicing jew qabel ir-rimi;
24. “riċiklaġġ” tfisser l-użu mill-ġdid ta’ sustanza kontrollata li tkun ġiet irkuprata wara proċess bażiku ta’ tindif;
25. “reklamazzjoni” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid ta’ sustanza kkontrollata li tkun ġiet irkuprata sabiex tilħaq il-prestazzjoni ekwivalenti ta’ sustanza verġni, b’kunsiderazzjoni għall-użu intenzjonat tagħha;
26. “impriża” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali:
(a) li tipproduċi, tirkupra, tirriċikla, tirreklama, tuża jew teqred sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda;
(b) li timporta dawk is-sustanzi;
(c) li tesporta dawk is-sustanzi;
(d) li tqiegħed fis-suq dawn is-sustanzi; jew
(e) li topera tagħmir ta’ tkessiħ, ta’ arja kondizzjonata jew pompi tas-sħana, jew sistemi ta’ protezzjoni min-nar, li fihom sustanzi kontrollati;
27. “applikazzjonijiet ta’ kwarantina” tfisser trattamenti biex jiġu evitati l-introduzzjoni, l-istabbiliment jew il-firxa ta’ organiżmi dannużi fi kwarantina (inkluż il-mard), jew biex jiġi żgurat il-kontroll uffiċjali tagħhom fejn:
— il-kontroll uffiċjali hu dak imwettaq minn, jew awtorizzat minn, awtorità nazzjonali għall-pjanti, l-annimali jew il-protezzjoni tal-ambjent jew is-saħħa,
— l-organiżmi dannużi fi kwarantina huma tipi ta’ organiżmi dannużi li jistgħu jkunu ta’ importanza għaż-żoni suġġetti għall-periklu minnhom u fejn dawn l-imsemmija għadhom mhumiex preżenti, jew huma preżenti iżda mhux mifruxin b’mod wiesa’, u li huma kontrollati uffiċjalment;
28. “applikazzjonijiet ta’ qabel it-trasbord” tfisser dawk l-applikazzjonijiet mingħajr kwarantina applikati mhux aktar minn 21 jum qabel l-esportazzjoni biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti uffiċjali tal-pajjiż li qiegħed jimporta jew ir-rekwiżiti uffiċjali eżistenti tal-pajjiż li qiegħed jesporta li kienu jeżistu qabel is-7 ta’ Diċembru 1995. Ir-rekwiżiti uffiċjali huma dawk imwettqin minn, jew awtorizzati minn, awtorità nazzjonali għall-pjanti, l-annimali, l-ambjent, is-saħħa jew il-prodotti maħżuna;
29. “prodotti u tagħmir li jiddipendu fuq sustanzi kontrollati” tfisser prodotti u tagħmir li ma jaħdmux mingħajr is-sustanzi kontrollati, li ma jinkludux dawk il-prodotti u t-tagħmir użati għall-produzzjoni, l-ipproċessar, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew il-qerda ta’ sustanzi kontrollati;
30. “sustanzi verġni” tfisser sustanzi li ma ntużawx preċedentement;
31. “prodotti u tagħmir” tfisser il-prodotti u t-tagħmir kollha minbarra l-kontenituri użati għat-trasport jew il-ħażna ta’ sustanzi kontrollati.
KAPITOLU II
PROJBIZZJONIJIET
Artikolu 4
Produzzjoni ta’ sustanzi kontrollati
Il- produzzjoni ta’ sustanzi kontrollati għandha tkun projbita.
Artikolu 5
Tqegħid fis-suq u użu ta’ sustanzi kontrollati
1. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ sustanzi kontrollati għandu jkun ipprojbit.
2. Is-sustanzi kontrollati m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq f’kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, għajr għall-użi ta’ laboratorju u użi analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 10 u l-Artikolu 11(2).
3. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal sustanzi kontrollati fi prodotti u tagħmir.
Artikolu 6
Tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi kontrollati jew jiddipendu minnhom
1. It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi kontrollati jew li jiddipendu minnhom għandhom jiġu pprojbiti, bl-eċċezjoni ta’ prodotti u tagħmir li għalihom l-użu tas-sustanza kontrollata rispettiva jkun awtorizzat skont l-Artikolu 10, l-Artikolu 11(2) jew l-Artikolu 13 jew li ġew awtorizzati abbażi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.
2. Għajr għall-użi msemmija fl-Artikolu 13(1), is-sistemi ta’ protezzjoni min-nar u t-tagħmir għat-tifi tan-nar li jkun fihom aloni għandhom jiġu pprojbiti u għandhom ikunu dekummissjonati.
KAPITOLU III
EŻENZJONIJIET U DEROGI
Artikolu 7
Produzzjoni u tqegħid fis-suq u użu ta’ sustanzi kontrollati biex jiġu użati bħala materja prima
1. B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati jistgħu jiġu prodotti u mqiegħda fis-suq biex jiġu użati bħala materja prima.
2. Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq bħala materja prima jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. Mill-1 ta’ Lulju 2010 kontenituri ta’ sustanzi bħal dawn għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss bħala materja prima. Meta jkun mitlub li sustanzi bħal dawn ikollhom tikketta skont id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, din l-indikazzjoni għandha tkun inkluża fit-tikketta msemmija f’dawn id-Direttivi jew fil-parti tal-informazzjoni supplimentari tat-tikketta kif stipulat fl-Artikolu 25(3) ta’ dak ir-Regolament.
Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-forma u l-kontenut tat-tikketta li tintuża. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
Artikolu 8
Produzzjoni u tqegħid fis-suq u użu ta’ sustanzi kontrollati biex jiġu użati bħala aġenti ta’ proċess
1. B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati jistgħu jiġu prodotti umqiegħda fis-suq biex jiġu użati bħala aġenti ta’ proċess.
2. Sustanzi kontrollati jistgħu jintużaw biss bħala aġenti ta’ proċess fi stallazzjonijiet eżistenti fl-1 ta’ Settembru 1997, u fejn l-emissjonijiet huma insinifikanti.
3. Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq bħala aġenti ta’ proċess jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. Mill-1 ta’ Lulju 2010, il-kontenituri ta’ sustanzi bħal dawn għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li dawk is-sustanzi jistgħu jintużaw biss bħala aġenti ta’ proċess. Meta jkun mitlub li sustanzi bħal dawn ikollhom tikketta skont id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, din l-indikazzjoni għandha tkun inkluża fit-tikketta msemmija f’dawn id-Direttivi jew fil-parti tal-informazzjoni supplimentari tat-tikketta kif stipulat fl-Artikolu 25(3) ta’ dak ir-Regolament.
Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-forma u l-kontenut tat-tikketta li tintuża. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
4. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, u skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tistabbilixxi lista ta’ impriżi li fihom l-użu ta’ sustanzi kontrollati bħala aġenti ta’ proċess għandu jkun permess, waqt li tistabbilixxi kwantitajiet massimi li jistgħu jintużaw għall-make-up jew għal konsum bħala aġenti ta’ proċess u livelli ta’ emissjonijiet għal kull impriża kkonċernata.
L-ammont massimu ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw bħala aġenti ta’ proċess fi ħdan il-Komunità m’għandux jeċċedi l-1 083 tunnellati metriċi fis-sena.
L-ammont massimu ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jiġu emessi mill-użi tal-aġenti ta’ proċess fi ħdan il-Komunità m’għandux jeċċedi 17-il tunnellata metrika fis-sena.
5. Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida jew żviluppi tekniċi jew deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq:
(a) temenda l-Anness III,
(b) temenda l-ammont massimu ta’ sustanzi kontrollati li jistgħu jintużaw bħala aġenti ta’ proċess jew jiġu emessi mill-użi tal-aġent ta’ proċess kif imsemmi fit-tieni u tielet subparagrafi tal-paragrafu 4.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
Artikolu 9
Tqegħid fis-suq ta’ sustanzi kontrollati għall-qerda jew għar-reklamazzjoni u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati għall-qerda
B’deroga mill-Artikoli 5 u 6, jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-qerda fi ħdan il-Komunità, sustanzi kontrollati u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu fuq sustanzi kontrollati skont ir-rekwiżiti għall-qerda msemmijin fl-Artikolu 22(1). Is-sustanzi kontrollati jistgħu wkoll jitqiegħdu fis-suq għar-reklamazzjoni fi ħdan il-Komunità.
Artikolu 10
Użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi ta’ sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji
1. B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji jistgħu jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi, soġġetti għar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar skont dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tiddetermina kwalunkwe użu essenzjali fil-laboratorju u użu analitiku li għalih il-produzzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji jistgħu jkunu permessi fil-Komunità, il-kwantitajiet rispettivi, it-tul tal-perjodu li fih għandha tkun valida l-eżenzjoni u dawk l-utenti li jistgħu jieħdu vantaġġ minn dawk l-użi essenzjali.
3. Sustanzi kontrollati prodotti jew imqiegħda fis-suq għal użi essenzjali fil-laboratorju jew użi analitiċi jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. Mill-1 ta’ Lulju 2010 il-kontenituri li fihom sustanzi bħal dawn għandhom jiġu tikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-użu fil-laboratorju u użu analitiku. Meta jkun mitlub li sustanzi bħal dawn ikollhom tikketta skont id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 din l-indikazzjoni għandha tkun inkluża fit-tikketta msemmija f’dawn id-Direttivi jew fil-parti tal-informazzjoni supplimentari tat-tikketta kif stipulat fl-Artikolu 25(3) ta’ dak ir-Regolament.
Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-forma u l-kontenut tat-tikketta li tintuża. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3). Sustanzi kkontrollati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiegħdu fis-suq u jibqgħu jiġu distribwiti biss skont il-kondizzjonijiet imniżżlin fl- Anness V. Il-Kummissjoni tista’ temenda dak l-Anness.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3).
4. Kwalunkwe impriża li tuża sustanzi kontrollati għajr għall-idroklorofluworokarbonji għal użi essenzjali fil-laboratorju jew użi analitiċi għandha tirreġistra mal-Kummissjoni, u tindika s-sustanzi li qegħdin jintużaw, l-iskop, l-istima tal-konsum annwali u l-fornituri ta’ dawk is-sustanzi, u għandha taġġorna dak it-tagħrif meta jkun hemm xi bidliet.
5. Sad-data speċifikata f’avviż maħruġ mill-Kummissjoni, produtturi u importaturi li jfornu lill-impriżi msemmija fil-paragrafu 4 jew li jużaw is-sustanzi kontrollati għalihom stess għandhom jiddikjaraw lill-Kummissjoni d-domanda prevista għall-perjodu speċifikat fl-avviż, u jispeċifikaw in-natura u l-kwantitajiet tas-sustanzi kontrollati meħtieġa.
6. Il-Kummissjoni għandha toħroġ liċenzji lill-produtturi u l-importaturi tas-sustanzi kontrollati, għajr għall-idroklorofluworokarbonji, prodotti jew importati għall-użu essenzjali fil-laboratorju jew dak analitiku u għandha tinnotifikahom dwar l-użu li għalih huma għandhom awtorizzazzjoni u s-sustanzi u l-kwantitajiet tagħhom li huma jkunu awtorizzati li jqiegħdu fis-suq jew li jużaw għalihom stess. Il-kwantità annwali awtorizzata skont il-liċenzji għal produtturi u importaturi individwali m’għandhiex taqbeż il-130 % tal-medja annwali tal-livell ikkalkulat ta’ sustanzi kontrollati liċenzjati għall-produttur jew l-importatur rispettiv għal użu essenzjali fil-laboratorju u użu analitiku għas-snin mill-2007 sal-2009.
Il-kwantità totali awtorizzata mil-liċenzji, inklużi liċenzji għall-idroklorofluworokarbonji skont l-Artikolu 11(2), ma għandhiex taqbeż 110 tunnellati ODP. Il-kwantitajiet li jibqa’ jistgħu jkunu allokati għall-produtturi li ma jkunux poġġew fis-suq jew li ma jkunux użaw is-sustanzi kkontrollati għal użu essenzjali fil-laboratorji u għal użi analitiċi fis-snin mill-2007 sal-2009.
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina mekkaniżmu għall-allokazzjoni ta’ kwoti lill-produtturi u l-importaturi. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmija fl-Artikolu 25(3).
7. Produttur jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-produzzjoni rilevanti tal-produttur tkun tinsab sabiex jipproduċi sustanzi kontrollati msemmija fil-paragrafu 1 bil-għan li jintlaħqu t-talbiet, liċenzjati skont il-paragrafu 6.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li toħroġ awtorizzazzjoni bħal din.
8. Sal-limitu permess mill-Protokoll, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni rilevanti tal-produttur, tista’ tawtorizza lil dak il-produttur biex jipproduċi jew jaqbeż il-livelli kkalkulati tal-produzzjoni stipulati fil-paragrafu 6 sabiex jissodisfa kwalunkwe użu essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi tal-Partijiet fuq talba tagħhom.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li toħroġ awtorizzazzjoni bħal din.
Artikolu 11
Produzzjoni, tqegħid fis-suq u użu tal-idroklorofluworokarbonji u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-idroklorofluworokarbonji
1. B’deroga mill-Artikolu 4, l-idroklorofluworokarbonji jistgħu jiġu prodotti, bil-kondizzjoni li kull produttur jiżgura dan li ġej:
(a) il-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu tal-idroklorofluworokarbonji fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 u minn dakinhar f’kull perijodu ta’ 12-il xahar sal-31 ta’ Diċembru 2013 ma jeċċedix 35 % tal-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fl-1997;
(b) il-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2014 u minn dakinhar f’kull perijodu ta’ 12-il xahar sal-31 ta’ Diċembru 2016 ma jeċċedix 14 % tal-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fl-1997;
(c) il-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017 u minn dakinhar f’kull perijodu ta’ 12-il xahar sal-31 ta’ Diċembru 2019 ma jeċċedix 7 % tal-livell ikkalkulat tal-produzzjoni tiegħu ta’ idroklorofluworokarbonji fl-1997;
(d) li ma jipproduċix idroklorofluworokarbonji wara l-31 ta’ Diċembru 2019.
2. B’deroga mill-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(1), l-idroklorofluworokarbonji jistgħu jiġu prodotti, mqiegħda fis-suq u wżati għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi.
L-Artikolu 10(3) sa (7) għandu japplika mutatis mutandis.
3. B’deroga mill-Artikolu 5, sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-idroklorofluworokarbonji rreklamati jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-manutenzjoni jew servicing ta’ tagħmir eżistenti ta’ tkessiħ, arja kondizzjonata u pompi tas-sħana, sakemm il-kontenitur ikun ittikkettat b’indikazzjoni li s-sustanza ġiet reklamata u b’informazzjoni dwar in-numru tal-fornitura u l-isem u l-indirizz tal-faċilità ta’ reklamazzjoni.
4. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-idroklorofluworokarbonji riċiklati jistgħu jintużaw għall-manutenzjoni u servicing ta’ tagħmir eżistenti ta’ tkessiħ, tal-arja kondizzjonata u ta’ pompi tas-sħana, sakemm dawn kienu rkuprati minn tali tagħmir u jistgħu jintużaw biss mill-impriża li wettqet l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew servicing jew għal liema twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni jew servicing.
5. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5, sal-31 ta’ Diċembru 2019, l-idroklorofluworokarbonji jistgħu jitpoġġew fis-suq biex jerġgħu jiġu ppakkjati u wara esportati. Kwalunkwe impriża li twettaq l-ippakkjar mill-ġdid u sussegwentement l-esportazzjoni tal-idroklorofluworokarbonji għandha tirreġistra mal-Kummissjoni u għandha tindika s-sustanzi kkontrollati konċernati, l-istima annwali tad-domanda għalihom, u l-fornituri ta’ dawk is-sustanzi, u għandha taġġorna din l-informazzjoni meta jseħħu bidliet.
6. Meta l-idroklorofluworokarbonji rreklamati jew irriċiklati jintużaw għall-manutenzjoni u servicing, it-tagħmir ta’ tkessiħ, arja kondizzjonata u pompi tas-sħana ikkonċernat għandu jkun ittikkettat b’indikazzjoni tat-tip ta’ sustanza, il-kwantità tagħha fit-tagħmir u l-elementi fuq it-tikketta stipulati f’Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal sustanzi jew taħlitiet klassifikati bħala Perikolużi għas-Saff tal-Ożonu.
7. Impriżi li jħaddmu t-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 4 li jinkludi likwidu li fih 3 kg jew aktar, għandhom iżommu rekord tal-kwantità u t-tip ta’ sustanza rkuprata u miżjuda, u tal-kumpanija jew tat-tekniku li jkun wettaq il-manutenzjoni jew servicing.
Impriżi li jużaw idroklorofluworokarbonji reklamati jew riċiklati għall-manutenzjoni jew servicing għandhom iżommu rekord tal-impriżi li jkunu fornew idroklorofluworokarbonji reklamati u tas-sors ta’ idroklorofluworokarbonji riċiklati.
8. B’deroga mill-Artikoli 5 u 6 il-Kummissjoni tista’, wara talba minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tawtorizza eżenzjoni ta’ limitu ta’ żmien sabiex tippermetti l-użu u t-tqegħid fis-suq tal-idroklorofluworokarbonji u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-idroklorofluworokarbonji meta jintwera li, għal użu partikolari, sustanzi jew teknoloġiji alternattivi li jkunu teknikament u ekonomikament vijabbli ma jkunux disponibbli jew ma jkunux jistgħu jintużaw.
L-eżenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tistax tiġi awtorizzata għal perjodu li jaqbeż il-31 ta’ Diċembru 2019.
Artikolu 12
Applikazzjonijiet ta’ kwarantina u ta’ qabel it-trasbord u użi ta’ emerġenza tal-bromur tal-metil
1. B’deroga mill-Artikolu 5(1), sat-18 ta’ Marzu 2010, il-bromur tal-metil jista’ jitqiegħed fis-suq u jintuża għal applikazzjonijiet ta’ kwarantina jew għal qabel it-trażbord għat-trattament ta’ merkanzija għall-esportazzjoni sakemm it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil huma rispettivament permessi mill-liġi nazzjonali konformement mad-Direttiva 91/414/KEE u d-Direttiva 98/8/KE.
Il-bromur tal-metil jista’ jintuża biss f’siti approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u fejn hu ekonomikament u teknikament vijabbli bil-kondizzjoni li mill-inqas 80 % tal-bromur tal-metil rilaxxat mill-konsenja jiġi rkuprat.
2. Il-livell kalkulat ta’ bromur tal-metil li impriżi jqiegħdu fis-suq jew li jużaw huma stess fil-perjodu 1 ta’ Jannar 2010 sat-18 ta’ Marzu 2010 m’għandux jeċċedi 45 tunnellata ODP.
Kull impriża għandha tiżgura li l-livell ikkalkulat ta’ bromur tal-metil li tqiegħed fis-suq jew li tuża hija stess għal użu ta’ kwarantina jew għal applikazzjoni ta’ qabel it-trasbord m’għandux jaqbeż 21 % tal- medja tal-livell ikkalkulat ta’ bromur tal-metil li hija tqiegħed fis-suq jew li hija stess tuża għall-kwarantina u għal applikazzjonijiet qabel it-trasbord fis-snin 2005 sal-2008.
3. F’emerġenza, meta minħabba li jfaqqgħu għall-għarrieda inċidenzi ta’ organiżmi dannużi jew ta’ mard partikolari jkun meħtieġ hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu temporanju tal-bromur tal-metil, kemm-il darba it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil ikunu rispettivament permessi taħt id-Direttiva 91/414/KE u d-Direttiva 98/8/KE.
Awtorizzazzjoni bħal din għandha tkun applikabbli għal perjodu li ma jaqbiżx 120 jum u għal kwantità li ma taqbiżx 20 tunnellata metrika u għandha tispeċifika miżuri li jridu jittieħdu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet matul l-użu.
Artikolu 13
Użi kritiċi tal-aloni u t-tneħħija ta’ tagħmir li fih l-aloni
1. B’deroga mill-Artikolu 5(1), l-aloni jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-użi kritiċi definiti fl-Anness VI. L-aloni jistgħu jitpoġġew fis-suq biss mill-imprizi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex l-aloni jinħażnu għal użi kritiċi.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-Anness VI u, jekk xieraq, tadotta modifiki u skedi taż-żmien għat-tneħħija gradwali tal-użi kritiċi billi tiddefinixxi dati ta’ skadenza għal applikazzjonijiet ġodda u dati ta’ limitu għal applikazzjonijiet eżistenti, filwaqt li tqis id-disponibbiltà kemm tal-alternattivi teknoloġikament vijabbli kif ukoll ta’ dawk ekonomikament vijabbli jew teknoloġiji li huma aċċettabbli mil-lat tal-ambjent u tas-saħħa.
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
3. Is-sistemi ta’ protezzjoni min-nar u t-tagħmir għat-tifi tan-nar li fihom l-aloni applikati fl-użi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitneħħew sad-dati ta’ limitu li jiġu speċifikati fl-Anness VI.
4. Il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u skont il-proċedura t’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tagħti derogi mid-dati ta’ limitu għal applikazzjonijiet eżistenti u mid-dati ta’ skadenza għal applikazzjonijiet ġodda, sakemm dawk id-dati jkunu ġew speċifikati fl-Anness VI skont il-paragrafu 2, għal każijiet speċifiċi fejn jintwera li ma jkun hemm ebda alternattiva li hija teknikament u ekonomikament vijabbli.
Artikolu 14
Trasferiment ta’ drittijiet u razzjonalizzazzjoni industrijali
1. Kwalunkwe produttur jew importatur intitolat biex iqiegħed sustanzi kontrollati fis-suq jew li jagħmel użu minnhom huwa stess jista’ jittrasferixxi dak id-dritt f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwantitajiet kollha jew parti minnhom tal-grupp ta’ sustanzi rispettivi stabbiliti skont dan l-Artikolu, lil kwalunkwe produttur jew importatur ieħor ta’ dak il-grupp ta’ sustanzi fil-Komunità. Kwalunkwe trasferiment bħal dan għandu jkun notifikat bil-quddiem lill-Kummissjoni. It-trasferiment tad-dritt li jqiegħed fis-suq jew li juża m’għandux jimplika d-dritt ulterjuri li jipproduċi jew li jimporta.
2. Sal-limitu permess mill-Protokoll, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni rilevanti tal-produttur, tista’ tawtorizza lil dak il-produttur biex jaqbeż il-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11(2) għall-iskop ta’ razzjonalizzazzjoni industrijali fl-Istat Membru konċernat, kemm-il darba l-livelli kalkulati tal-produzzjoni ta’ dak l-Istat Membru ma jaqbżux it-total tal-livelli kalkulati tal-produzzjoni tal-produtturi domestiċi kif stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11 (2) għall-perjodi inkwistjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat għandha tinnotifika minn qabel lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li toħroġ awtorizzazzjoni bħal din.
3. Sal-limitu permess mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’, bi ftehim mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun tinsab il-produzzjoni rilevanti tal-produttur, tawtorizzah biex jaqbeż il-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11 (2) għall-iskop ta’ razzjonalizzazzjoni industrijali bejn l-Istati Membri, kemm-il darba l-livelli totali kalkulati tal-produzzjoni ta’ dak l-Istat Membru konċernat ma jaqbiżx it-total tal-livelli kalkulati tal-produzzjoni tal-produtturi domestiċi kif stabbilit fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11 (2) għall-perjodi inkwistjoni. Għandu jkun meħtieġ il-qbil tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun hemm l-intenzjoni li titnaqqas il-produzzjoni.
4. Sal-limitu permess mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’, bi ftehim kemm mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-produzzjoni rilevanti tal-produttur tkun tinsab u wkoll mal-gvern tal-Parti ta’ pajjiż terz konċernata, tawtorizza lill-produttur li jgħaqqad il-livelli kalkulati tal-produzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11 (2) mal-livelli kalkulati tal-produzzjoni permessi lill-produttur f’Parti ta’ pajjiż terz skont il-Protokoll u li l-leġislazzjoni nazzjonali tal-produttur għall-iskop ta’ razzjonalizzazzjoni industrijali ma’ Parti ta’ pajjiż terz, sakemm il-livelli kkalkulati flimkien tal-livelli tal-produzzjoni miż-żewġ produtturi ma jaqbżux it-total kalkulat tal-livelli permessi lill-produttur tal-Komunità skont l-Artikolu 10 u l-Artikolu 11 (2) u l-livelli kalkulati tal-produzzjoni permessi lit-terza Parti skont il-Protokoll u l-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti.
KAPITOLU IV
KUMMERĊ
Artikolu 15
Importazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati
1. L-importazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u tagħmir, għajr għal oġġetti personali, li fihom jew li jiddipendu minn dawk is-sustanzi għandha tkun projbita.
2. Il-projbizzjoni definita fil-paragrafu 1 m’għandhiex tapplika għall-importazzjoni ta’ dan li ġej:
(a) sustanzi kontrollati biex jintużaw għall-użi fil-laboratorju jew użi analitiċi msemmija fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 11(2);
(b) sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala materja prima;
(c) sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala aġenti ta’ proċess;
(d) sustanzi kontrollati għall-qerda, permezz ta’ teknoloġiji msemmijin fl-Artikolu 22(2);
(e) sal-31 ta’ Diċembru 2019, l-idroklorofluworokarbonji li jiġu mballati mill-ġdid u sussegwentement esportati mill-ġdid sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja ta’ wara lejn il-Parti fejn il-konsum jew l-importazzjoni ta’ dak l-idroklorofluworokarbonju mhux projbit;
(f) bromur tal-metil għal użi ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 12(3) jew, sal-31 ta’ Diċembru 2014, għall-ippakkjar mill-ġdid u sussegwentement għall-esportazzjoni mill-ġdid għal applikazzjonijiet ta’ kwarantina jew ta’ qabel it-trażbord sakemm l-esportazzjoni mill-ġdid isseħħ matul is-sena tal-importazzjoni;
(g) aloni rkuprati, irriċiklati jew irreklamati, bil-kondizzjoni li huma importati biss għall-użi kritiċi msemmija fl-Artikolu 13(1) minn faċilitajiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat li taħżen l-aloni għall-użi kritiċi;
(h) prodotti u tagħmir li jinkludu jew li jiddipendu minn sustanzi għall-qerda fejn applikabbli mit-teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 22(2);
(i) prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati sabiex jissodisfaw użi fil-laboratorju u użi analitiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11(2);
(j) prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-alon sabiex jissodisfaw użi kritiċi msemmija fl-Artikolu 13(1);
(k) prodotti u tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarbonji li għalihom it-tqegħid fis-suq ġie awtorizzat skont l-Artikolu 11(5).
3. L-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bl-eċċezzjoni tal-importazzjoni għal tranżitu mit-territorju doganali tal-Komunità jew l-importazzjoni taħt il-proċedura ta’ ħżin temporanju, ħżin doganali jew ta’ żona ħielsa kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008, sakemm tibqa’ fit-territorju doganali tal-Komunità għal mhux iktar minn 45 ġurnata u li ma jkunux sussegwentement ippreżentati għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, għall-qerda jew għall-ipproċessar, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni. Dawk il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Kummissjoni wara l-verifika tal-konformità mal-Artikoli 16 u 20.
Artikolu 16
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ sustanzi kontrollati importati
1. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ sustanzi kontrollati impurtati għandu jkun suġġett għal limiti kwantitattivi. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina dawk il-limiti u talloka kwoti lill-impriżi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 u għal kull perjodu ta’ wara ta’ 12-il xahar skont il-proċedura t’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2).
Il-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu allokati biss għal dawn is-sustanzi li ġejjin:
(a) sustanzi kontrollati jekk ikunu użati għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi jew kritiċi msemmija fl-Artikolu 10, fl-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 13;
(b) sustanzi kontrollati jekk ikunu użati bħala materja prima;
(c) sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala aġenti ta’ proċess.
2. Sad-data speċifikata f’avviż maħruġ mill-Kummissjoni, importaturi ta’ sustanzi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw lill-Kummissjoni d-domanda prevista, u jispeċifikaw in-natura u l-kwantitajiet tas-sustanzi kontrollati meħtieġa. Abbażi ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni għandha tistabilixxi limiti kwantitattivi għall-importazzjoni ta’ sustanzi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.
Artikolu 17
Esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati
1. L-esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u t-tagħmir għajr l-oġġetti personali, li jkun fihom jew li jiddipendu minn dawn is-sustanzi għandhom jiġu pprojbiti.
2. Il-projbizzjoni definita fil-paragrafu 1 m’għandhiex tkun applikabbli għal esportazzjoni ta’:
(a) sustanzi kontrollati għall-użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi msemmija fl-Artikolu 10;
(b) sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala materja prima;
(c) sustanzi kontrollati biex jintużaw bħala aġenti ta’ proċess;
(d) prodotti u tagħmir li jkun fihom sustanzi kontrollati jew li jiddipendu minnhom prodotti skont l-Artikolu 10(7) jew impurtati taħt il-punti (h) u (i) tal-Artikolu 15(2);
(e) aloni rkuprati, riċiklati jew riklamati maħżuna għal użi kritiċi msemmija fl-artikolu 13(1) minn impriżi awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-alon sabiex jissodisfaw użi kritiċi;
(f) idroklorofluworkarbonji verġni jew irreklamati għal użi għajr dawk għall-qerda;
(g) sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-bromur tal-metil esportat mill-ġdid għal applikazzjonijiet ta’ kwarantina u ta’ qabel it-trasbord;
(h) l-inalaturi ta’ doża mkejla manifatturati bil- klorofluworokarbonju, li l-użu tagħhom ġie awtorizzat abbażi tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’, wara talba minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tawtorizza l-esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarbonji fejn jintwera li fid-dawl tal-valur ekonomiku u tat-tul ta’ ħajja li huwa mistenni li baqagħlu l-oġġett speċifiku, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tkun se timponi piż sproporzjonat fuq l-esportatur. Din l- esportazzjoni teħtieġ notifika bil-quddiem mill-Kummissjoni lill-pajjiż importatur.
4. L-esportazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu suġġetti għal liċenzja, minbarra l-esportazzjoni mill-ġdid sussegwenti għal tranżitu mit-territorju doganali tal-Komunità, ħżin temporanju, ħżin doganali jew proċedura ta’ żona ħielsa, kif imsemmi fir-Regolament KE Nru 450/2008, sakemm l-esportazzjoni mill-ġdid isseħħ mhux iktar tard minn 45 ġurnata wara l-importazzjoni. Dik il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tinħareġ mill-Kummissjoni lill-impriżi wara l-verifika tal-konformità mal-Artikolu 20.
Artikolu 18
Liċenzjar tal-importazzjoni u l-esportazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf u topera sistema elettronika ta’ liċenzjar u għandha tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal liċenzji fi żmien 30 ġurnata minn meta jaslu għandha.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmija fl-Artikoli 15 u 17 għandhom jiġu ppreżentati bl-użu tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1. Qabel ma jippreżentaw applikazzjoni għal liċenzja l-impriżi għandhom jirreġistraw f’dik is-sistema.
3. Applikazzjoni għal liċenzja għandha tiddikjara dan li ġej:
(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-importatur u l-esportatur;
(b) il-pajjiż tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni;
(c) fil-każ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati deskrizzjoni ta’ kull sustanza kontrollata, inkluż:
(i) id-deskrizzjoni kummerċjali,
(ii) id-deskrizzjoni u l-kodiċi Nomenklatura Magħquda kif imniżżla fl-Anness IV,
(iii) jekk is-sustanza tkunx verġni, irkuprata, riċiklata jew irreklamata,
(iv) il-kwantità tas-sustanza f’kilogrammi metriċi,
(v) fil-każ tal-aloni, dikjarazzjoni li għandhom jiġu importati jew esportati biex jissodisfaw użu kritiku msemmi fl-Artikolu 13(1), li tispeċifika l-użu;
(d) fil-każ ta’ importazzjoni jew esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mis- sustanzi kontrollati:
(i) it-tip u n-natura tal- prodotti u t-tagħmir,
(ii) għal prodotti li jistgħu jingħaddu l-għadd ta’ unitajiet, id-deskrizzjoni u l-kwantità għal kull unità f’kilogrammi metriċi ta’ kull sustanza kontrollata,
(iii) għal prodotti li ma jistgħux jingħaddu, il-kwantità tal-prodott, id-deskrizzjoni u l-kwantità netta totali, f’kilogrammi metriċi, ta’ kull sustanza kontrollata,
(iv) il-pajjiż/i tad-destinazzjoni finali tal-prodotti u t-tagħmir,
(v) jekk is-sustanzi kontrollati li fihom humiex verġni, riċiklati, irkuprati jew irreklamati,
(vi) f’każ ta’ importazzjoni jew esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-alon, dikjarazzjoni li huma għall- importazzjoni jew l-esportazzjoni biex jiġi sodisfatt użu kritiku msemmi fl-Artikolu 13(1), li tispeċifika l-użu,
(vii) fil-każ ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-idroklorofluworkarbonji, ir-referenza għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17(3),
(viii) il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tal-prodott jew tagħmir li għandu jkun impurtat jew esportat;
(e) l-iskop tal-importazzjoni proposta inkluż it-trattament u l-użu mid-dwana, u fejn xieraq tkun speċifikata l-proċedura doganali maħsuba;
(f) Il-post u d-data mistennija tal-importazzjoni jew esportazzjoni proposta;
(g) l-uffiċċju tad-dwana fejn tiġi dikjarata l-merkanzija;
(h) fil-każ ta’ importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati jew prodotti jew tagħmir għall-qerda, l-isem u l-indirizz tal-faċilità fejn dawn se jinqerdu;
(i) kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru;
(j) permezz ta’ deroga mill-punti minn (a) sa (h), fil-każ ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-aloni għall-użi kritiċi f’inġenji tal-ajru stabbiliti fil-punti minn 4.1 sa 4.6 tal-Anness VI:
(1) l-għan u t-tip ta’ prodotti u tagħmir li għandu jkun impurtat jew esportat kif deskritt fil-punti minn 4.1 sa 4.6 tal-Anness VI;
(2) it-tipi ta’ aloni li l-prodotti u tagħmir li għandhom ikunu impurtati jew esportati jkun fihom jew li jkun jiddependi fuqhom;
(3) il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tal-prodott jew tagħmir li għandu jkun impurtat jew esportat.
4. Kull importatur jew esportatur għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’xi tibdiliet li jistgħu jseħħu matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja b’relazzjoni mad-data nnotifikata skont il-paragrafu 3.
5. Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ ċertifikat li jafferma n-natura jew il-kompożizzjoni tas-sustanzi li għandhom ikunu impurtati jew esportati u tista’ titlob kopja tal-liċenzja maħruġa mill-pajjiż li minnu ssir l-importazzjoni jew li lejh issir l-esportazzjoni.
6. Il-Kummissjoni tista’ taqsam id-data ppreżentata s’issa kif meħtieġ f’każijiet speċifiċi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet ikkonċernati u tista’ tirrifjuta l-applikazzjoni għal liċenzja jekk xi obbligi rilevanti stipulati f’dan ir-Regolament ma jikkonformawx miegħu jewi għar-raġunijiet li ġejjin:
(a) fil-każ ta’ liċenzja tal-importazzjoni, fejn jiġi stabbilit abbażi ta’ tagħrif minn awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż konċernat li l-esportatur mhuwiex impriża awtorizzata biex tinnegozja s-sustanza rispettiva f’dak il-pajjiż,
(b) fil-każ ta’ liċenzja tal-esportazzjoni, fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qiegħed jimporta jkunu għarrfu l-Kummissjoni li l-importazzjoni tas-sustanza kontrollata tkun tikkostitwixxi każ ta’ kummerċ illegali, jew ikollha impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-pajjiż li qiegħed jimporta sabiex ikun konformi mal-obbligi tiegħu skont il-Protokoll jew tista’ twassal għal eċċess tal-limiti kwantitattivi skont il-Protokoll għal dak il-pajjiż.
7. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli kopja ta’ kull liċenzja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat.
8. Il-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun malajr, tinforma lill-applikant u l-Istat Membru kkonċernat b’kull applikazzjoni għal liċenzja rriffjutata abbażi tal-paragrafu 6 u tispeċifika ir-raġuni għalhiex ġiet irrifjutata.
9. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-lista tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 3 u l-Anness IV. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
Artikolu 19
Miżuri għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-kummerċ illegali
Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ ta’ sustanzi kontrollati jew sustanzi ġodda u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati maħżuna temporanjament, ħżin doganali jew proċedura ta’ żona ħielsa jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Komunità u sussegwentement esportati mill-ġdid, abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ kummerċ illegali marbut ma’ ċaqliq ta’ dan it-tip, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji ambjentali u l-impatti soċjo-ekonomiċi ta’ miżuri ta’ dan it-tip.
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
Artikolu 20
Kummerċ ma’ Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll u ma’ territorju li ma jkunx kopert mill-Protokoll
1. L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati u ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minnhom minn u lejn xi Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll għandu jkun projbit.
2. Il-Kummissjoni, tista’ tadotta regoli applikabbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ prodotti u tagħmir impurtati minn kwalunkwe Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll li kienu prodotti bl-użu ta’ sustanzi kontrollati imma li ma fihomx sustanzi li jistgħu jkunu pożittivament identifikati bħala sustanzi kontrollati. L-identifikazzjoni ta’ prodotti bħal dawn u tagħmir għandha tkun konformi mal-parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
3. B’deroga mill- paragrafu 1, il-kummerċ ma’ xi Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll, f’sustanzi kontrollati u prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minnhom jew li huma prodotti permezz ta’ xi wieħed jew aktar minn dawk is-sustanzi jista’ jkun awtorizzat mill-Kummissjoni, sal-limitu li l-Istat li ma jkunx Parti għall-Protokoll ikun iddeterminat b’laqgħa tal-Partijiet skont l-Artikolu 4(8) tal-Protokoll li jkun f’konformità sħiħa mal-Protokoll u jkun ippreżenta data għal dak il-għan kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont l-proċedura t’amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25 (2) ta’ dan ir-Regolament.
4. Suġġett għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont it-tieni subparagrafu, il-paragrafu 1 għandu japplika għal kull territorju li ma jkunx kopert bil-Protokoll bħalma japplikaw għal xi Stat li ma jkunx Parti għall-Protokoll.
Meta l-awtoritajiet ta’ territorju li ma jkunx kopert bil-Protokoll ikunu konformi mal-Protokoll u jkunu ppreżentaw data għal dak l-iskop kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li wħud mid-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet kollha tal- paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu applikabli għal dak it-territorju.
Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont il-proċedura t’amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2).
Artikolu 21
Lista ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lista ta’ prodotti u tagħmir li jista’ jkun fihom jew li jiddipendu minn sustanzi kontrollati u tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-gwida tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.
KAPITOLU V
KONTROLL TAL-EMISSJONIJIET
Artikolu 22
Irkupru u qerda ta’ sustanzi kontrollati li jkunu użati
1. Sustanzi kontrollati li jkunu jinsabu f’tagħmir ta’ tkessiħ, arja kundizzjonata u tagħmir tas-sħana bil-pompa, tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u tagħmir għat-tifi tan-nar, għandhom, waqt manutenzjoni jew servicing ta’ tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati għal qerda, riċiklaġġ jew reklamazzjoni.
2. Sustanzi u prodotti kkontrollati li fihom dawn is-sustanzi għandhom jinqerdu biss b’teknoloġiji approvati elenkati fl-Anness VII jew, fil-każ ta’ sustanzi kkontrollati mhux imsemmija f’dan l-Anness, mill-aktar teknoloġija tal-qerda aċċettabbli fir-rigward tal-ambjent li ma tinvolvix spejjeż eċċessivi, sakemm l-użu ta’ dawn it-teknoloġiji jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u ma’ dik nazzjonali dwar l-iskart u li rekwiżiti addizzjonali taħt tali leġislazzjoni jiġu rispettati.
3. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness VII sabiex tqis żviluppi teknoloġiċi ġodda.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
4. Sustanzi kontrollati li jkunu jinsabu fi prodotti u tagħmir ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jekk teknikament u ekonomikament vijabbli, ikunu irkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni jew għandhom jinqerdu mingħajr irkupru minn qabel, bl-applikazzjoni tat-teknoloġiji msemmija fil-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Anness għal dan ir-Regolament b’lista ta’ prodotti u tagħmir li għalihom l-irkupru ta’ sustanzi kontrollati jew il-qerda ta’ prodotti u tagħmir mingħajr irkupru minn qabel ta’ sustanzi kontrollati għandha tiġi kkunsidrata bħala teknikament u ekonomikament vijabbli, li tispeċifika, jekk xieraq, it-teknoloġiji li għandhom jiġu applikati. Kwalunkwe abbozz ta’ miżura biex jiġi stabbilit tali Anness għandha tkun akkumpanjata u sostnuta minn valutazzjoni ekonomika sħiħa tal-ispejjeż u l-benefiċċji, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi individwali tal-Istati Membri.
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
5. Stati Membri għandhom jieħdu passi biex iħeġġu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi kontrollati u jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall- persunal involut.
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżuri meħuda mill-Istati Membri. u tista’ fid-dawl ta’ din l-evalwazzjoni u tal-informazzjoni teknika u l-informazjoni l-oħra rilevanti, kif xieraq, tadotta miżuri dwar dawk ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika.
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
Artikolu 23
Tnixxija u emissjonijiet ta’ sustanzi kontrollati
1. L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjonijiet ta’ sustanzi kontrollati.
2. L-impriżi li joperaw tagħmir ta’ tkessiħ, arja kondizzjonata jew pompa tas-sħana jew sistemi ta’ protezzjoni min-nar, inklużi ċ-ċirkwiti tagħhom, li jkun fihom sustanzi kkontrollati għandhom jiżguraw li t-tagħmir jew is-sistemi stazzjonarji:
(a) b’likwidu li fih 3 kg jew aktar ta’ sustanzi kontrollati jiġu eżaminati għal xi tnixxija għallinqas darba kull tnax-il xahar; dan m’għandux japplika għal tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament, li huma tikkettati bħala tali u li fihom inqas minn 6 kg ta’ sustanzi kontrollati;
(b) b’likwidu li fih 30 kg ta’ sustanzi kontrollati jew aktar, għandhom jiġu eżaminati għal xi tnixxija għallinqas darba kull sitt xhur;
(c) b’likwidu li fih 300 kg jew aktar ta’ sustanzi kontrollati għandhom jiġu eżaminati għal xi tnixxija għallinqas darba kull tliet xhur;
u li kull tnixxija li tinsab tissewwa mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il ġurnata.
It-tagħmir jew is-sistema għandhom jiġu eżaminati għal xi tnixxija għallinqas fi żmien xahar wara li t-tnixxija tissewwa biex ikun żgurat li t-tiswija kienet effettiva.
3. L-impriżi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom iżommu reġistri dwar il-kwantità u t-tipi ta’ sustanzi kontrollati miżjuda u l-kwantità rkuprata waqt il-manutenzjoni, servicing u l-qerda finali tat-tagħmir jew tas-sistema msemmija f’ dak il-paragrafu. Huma għandhom iżommu wkoll reġistri b’ informazzjoni rilevanti oħra inkluża l-identifikazzjoni tal-impriża jew tal-bniedem tekniku li jkun wettaq il-manutenzjoni jew servicing, kif ukoll id-dati u r-riżultati tal-eżaminar għal tnixxijiet li jkun twettaq. Dawn ir-reġistri għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru u tal-Kummissjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 2. Fid-dawl ta’ evalwazzjoni ta’ dawn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u ta’ informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri dwar l-armonizzazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika.
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
5. L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta’ sustanzi kontrollati użati bħala materja prima jew bħala aġenti tal-ipproċessar.
6. L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni prattikabbli, sabiex ma jħallux u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta’ sustanzi kontrollati prodotti b’kumbinazzjoni matul il-manifattura ta’ kimiċi oħra.
7. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi lista ta’ teknoloġiji jew prattiki li għandhom jintużaw minn impriżi biex jevitaw u jnaqqsu kwalunkwe tnixxija u emissjoni ta’ sustanzi kontrollati.
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
KAPITOLU VI
SUSTANZI ĠODDA
Artikolu 24
Sustanzi ġodda
1. Il-produzzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq l-użu u l-esportazzjoni ta’ sustanzi ġodda fil- Parti A tal- Anness II huma projbiti. Din il-projbizzjoni m’għandiex tkun applikabbli għal sustanzi ġodda jekk dawn jintużaw bħala materja prima jew għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi, għal importazzjonijiet fit-tranżitu mit-territorju doganali tal-Komunità jew l-importazzjonijiet taħt il-proċedura ta’ ħżin temporanju, ħżin doganali jew ta’ żona ħielsa kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008, sakemm dawn l-importazzjonijiet ma jkunux ġew assenjati trattament jew użu doganali approvat ieħor kif imsemmi f’dak ir-Regolament, jew għall-esportazzjonijiet sussegwenti għall-importazzjonijiet diġà eżentati.
2. Il-Kummissjoni, għandha, jekk xieraq, tinkludi f’Parti A tal-Anness II sustanzi li huma inklużi fil-Parti B ta’ dak l-Anness, li huma filfatt esportati, importati, prodotti jew kummerċjalizzati fi kwantitajiet konsiderevoli u li jinsabu mill-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika skont il-Protokoll li jkollhom potenzjal sinifikanti ta’ ħsara għall-ożonu, u għandha, jekk xieraq, tiddetermina il-possibiltà ta’ eżenzjoni mill-paragrafu 1.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
3. Fid-dawl ta’ tagħrif xjentifiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tinkludi fil-Parti B tal-Anness II kwalunkwe sustanzi li mhumiex ikkontrollati iżda li jinsabu mill-Panel tal-Valutazzjoni Xjentifika skont il-Protokoll jew minn awtorità rikonoxxuta ta’ statura ekwivalenti li għandhom potenzjal sinifikanti ta’ ħsara għall-ożonu. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
KAPITOLU VII
KUMITAT, RAPURTAR, ISPEZZJONI U PENALI
Artikolu 25
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikun applikabbli, billi jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.
Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 26
Rappurtar mill-Istati Membri
1. Kull sena sat-30 ta’ Ġunju l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw it-tagħrif li ġej f’format elettroniku lill-Kummissjoni, għas-sena kalendarja ta’ qabel:
▼M2 —————
(b) il-kwantitajiet ta’ aloni installati użati u maħżuna għal użi kritiċi, skont l-Artikolu 13(1), il-miżuri meħuda sabiex titnaqqas l-emissjoni tagħhom u stima ta’ dawn l-emissjonijiet, u l-progress biex jiġu evalwati u użati alternattivi adegwati;
(c) il-każijiet ta’ kummerċ illegali, b’mod partikolari dawk individwati waqt ispezzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 28.
2. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura t’amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2), tiddetermina l-format għall-preżentazzjoni tat-tagħrif imsemmi fil-pargrafu 1.
3. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-paragrafu 1.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
Artikolu 27
Rappurtar minn impriżi
1. Kull sena sal-31 ta’ Marzu, kull impriża għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, billi tibgħat kopja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat, id-data elenkata fil-paragrafi 2 sa 6 għal kull sustanza kontrollata u kull sustanza ġdida elenkata fl-Anness II għas-sena kalendarja ta’ qabel.
2. Kull produttur għandu jikkomunika d-data li ġejja:
(a) il-produzzjoni totali tiegħu ta’ kull sustanza msemmija fil-paragrafu 1;
(b) kwalunkwe produzzjoni mqiegħda fis-suq jew użata mill-produttur stess fil-Komunità, waqt li separatament jidentifika l-produzzjoni ta’ sustanzi li jintużaw bħala materja prima, aġenti tal-ipproċessar u użi oħra;
(c) kwalunkwe produzzjoni biex jintlaħqu l-użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi fil-Komunità, liċenzjati skont l-Artikolu 10(6);
(d) il-produzzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 10(8) biex ikunu ssodisfatti l-użi essenzjali għal-laboratorju jew użi analitiċi tal-Partijiet;
(e) kwalunkwe żieda fil-produzzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 14 (2), (3) u (4) b’konnessjoni mar-razjonalizzazzjoni industrijali;
(f) kwalunkwe kwantità riċiklata, reklamata jew meqruda, u t-teknoloġija użata għall-qerda, inklużi ammonti prodotti u meqruda bħala prodotti sekondarji msemmija fl-Artikolu 3(14);
(g) kwalunkwe ħażna;
(h) kull xiri u bejgħ minn jew lill-produtturi fil-Komunità.
3. Kull importatur għandu jikkomunika d-dejta li ġejja għal kull sustanza msemmija fil-paragrafu 1:
(a) kwalunkwe kwantità rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, waqt li separatament jidentifika l-importazzjoni għal użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar, għal użi essenzjali fil-laboratorju jew użi analitiċi liċenzjati skont l-Artikolu 10(6), għal użu f’applikazzjonijiet ta’ kwarantina jew ta’ qabel it-trażbord u għal qerda. Importaturi li mportaw s-sustanzi kkontrollati għall-qerda għandhom jikkomunikaw d-destinazzjoni jew id-destinazzjonijiet finali attwali ta’ kull sustanza, kif ukoll jipprovdu separatament għal kull destinazzjoni l-kwantità ta’ kull sustanza u l-isem u l-indirizz ta’ faċilità tal-qerda fejn is-sustanza ġiet imwassla;
(b) kwalunkwe kwantitajiet impurtati skont proċeduri doganali oħra, li jidentifikaw separatament il-proċeduri doganali u l-użi speċifikati;
(c) kwalunkwe kwantità ta’ sustanzi użati msemmija fil-paragrafu 1, impurtati għal riċiklaġġ jew reklamazzjoni;
(d) kwalunkwe ħażna;
(e) kull xiri u bejgħ minn jew lill-impriżi fil-Komunità;
(f) pajjiż ta’ esportazzjoni.
4. Kull importatur għandu jikkomunika d-dejta li ġejja għal kull sustanza msemmija fil-paragrafu 1:
(a) kwalunkwe kwantità ta’ tali sustanzi esportati, waqt li separatament jidentifika l-kwantitajiet esportati lejn kull pajjiż destinatarju u l-kwantitajiet esportati għall-użu bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar, użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi, użi kritiċi u għal applikazzjonijiet ta’ kwarantina u qabel it-trażbord;
(b) kwalunkwe ħażna;
(c) kull xiri u bejgħ minn jew lill-impriżi fil-Komunità;
(d) pajjiż ta’ destinazzjoni.
5. Kull impriża li teqred is-sustanzi kontrollati msemmija fil-paragrafu 1 u li mhijiex koperta mill-paragrafu 2, għandha tikkomunika d-data li ġejja:
(a) kwalunkwe kwantità meqruda ta’ sustanzi ta’ dan it-tip, inklużi l-kwantitajiet f’prodotti jew tagħmir;
(b) kwalunkwe ħażniet meqruda ta’ sustanzi ta’ dan it-tip li se jinqerdu, inklużi l-kwantitajiet f’prodotti jew tagħmir;
(c) it-teknoloġija użata għall-qerda.
6. Kull impriża li tuża sustanzi kontrollati bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess, għandha tikkomunika d-data li ġejja:
(a) kwalunkwe kwantità ta’ sustanzi bħal dawn użata bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess;
(b) kwalunkwe ħażna ta’ sustanzi bħal dawn;
(c) il-proċessi u l-emissjonijiet involuti.
7. Kull sena qabel il-31 ta’ Marzu, kull produttur jew importatur li hu detentur ta’ liċenzja skont l-Artikolu 10(6) għandu, għal kull sustanza li għaliha jkun irċieva awtorizzazzjoni, jagħmel rapport lill-Kummissjoni, billi jibgħat kopja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat, in-natura tal-użu, il-kwantitajiet użati matul is-sena ta’ qabel, il-kwantitajiet li jkollu maħżuna, il-kwantitajiet irriċiklati, irkuprati jew meqruda, u l-kwantità ta’ prodotti u tagħmir li jkun fihom jew li jiddipendu minn dawk is-sustanzi li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Komunità u/jew esportati.
8. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni ppreżentata lilha.
9. Il-format ta r-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 sa 7 għandu jkun stabbilit skont il-proċedura t’ amminstrazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(2).
10. Il-Kummissjoni tista’ temenda r-rekwiżiti ta’ rappurtar stipulati fil-paragrafi 1 sa 7.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 25(3).
Artikolu 28
Ispezzjoni
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu ispezzjonijiet dwar il-konformità ma’ dan ir-Regolament, b’segwitu għal approċċ abbażi tar-riskji, inklużi l-ispezzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi kontrollati kif ukoll ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu minn dawk is-sustanzi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu l-investigazzjonijiet li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa skont dan ir-Regolament.
2. Suġġett għall-qbil mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkunu sejrin isiru l-investigazzjonijiet fit-territorju tiegħu, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jgħinu lill-uffiċjali ta’ dik l-awtorità fit-twettiq tad-doveri tagħhom.
3. Fit-twettiq tal-ħidmiet assenjati lilha minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ takkwista l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-gvernijiet u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-impriżi. Meta titlob informazjoni minn xi impriża l-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tgħaddi kopja tat-talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab l-impriża.
4. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-azzjoni xierqa biex tinkoraġġixxi l-iskambju xieraq ta’ informazjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni akkwistata skont dan l-Artikolu.
5. Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, Stat Membru jista’ jmexxi ispezzjonijiet tal-impriżi jew investigazzjonijiet ta’ impriżi li jkunu suspettati li jkunu involuti fil-moviment illegali ta’ sustanzi kkontrollati u li jinsabu joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.
Artikolu 29
Penali
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 u għandhom ukoll jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 30
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 huwa b’dan imħassar mill-1 ta’ Jannar 2010.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.
Artikolu 31
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
SUSTANZI KONTROLLATI
Grupp |
Sustanza |
Potenzjal għat-tnaqqis tal-ożonu (1) |
||
Grupp I |
CFCl3 |
CFC-11 |
Trichlorofluoromethane |
1,0 |
CF2Cl2 |
CFC-12 |
Dichlorodifluoromethane |
1,0 |
|
C2F3Cl3 |
CFC-113 |
Trichlorotrifluoroethane |
0,8 |
|
C2F4Cl2 |
CFC-114 |
Dichlorotetrafluoroethane |
1,0 |
|
C2F5Cl |
CFC-115 |
Chloropentafluoroethane |
0,6 |
|
Grupp II |
CF3Cl |
CFC-13 |
Chlorotrifluoromethane |
1,0 |
C2FCl5 |
CFC-111 |
Pentachlorofluoroethane |
1,0 |
|
C2F2Cl4 |
CFC-112 |
Tetrachlorodifluoroethane |
1,0 |
|
C3FCl7 |
CFC-211 |
Heptachlorofluoropropane |
1,0 |
|
C3F2Cl6 |
CFC-212 |
Hexachlorodifluoropropane |
1,0 |
|
C3F3Cl5 |
CFC-213 |
Pentachlorotrifluoropropane |
1,0 |
|
C3F4Cl4 |
CFC-214 |
Tetrachlorotetrafluoropropane |
1,0 |
|
C3F5Cl3 |
CFC-215 |
Trichloropentafluoropropane |
1,0 |
|
C3F6Cl2 |
CFC-216 |
Dichlorohexafluoropropane |
1,0 |
|
C3F7Cl |
CFC-217 |
Chloroheptafluoropropane |
1,0 |
|
Grupp III |
CF2BrCl |
halon-1211 |
Bromochlorodifluoromethane |
3,0 |
CF3Br |
halon-1301 |
Bromotrifluoromethane |
10,0 |
|
C2F4Br2 |
halon-2402 |
Dibromotetrafluoroethane |
6,0 |
|
Grupp IV |
CCl4 |
CTC |
Tetrachloromethane (carbon tetrachloride) |
1,1 |
Grupp V |
C2H3Cl3 (2) |
1,1,1-TCA |
1,1,1-Trichloroethane (methylchloroform) |
0,1 |
Grupp VI |
CH3Br |
bromur tal-metile |
Bromomethane |
0,6 |
Grupp VII |
CHFBr2 |
HBFC-21 B2 |
Dibromofluoromethane |
1,00 |
CHF2Br |
HBFC-22 B1 |
Bromodifluoromethane |
0,74 |
|
CH2FBr |
HBFC-31 B1 |
Bromofluoromethane |
0,73 |
|
C2HFBr4 |
HBFC-121 B4 |
Tetrabromofluoroethane |
0,8 |
|
C2HF2Br3 |
HBFC-122 B3 |
Tribromodifluoroethane |
1,8 |
|
C2HF3Br2 |
HBFC-123 B2 |
Dibromotrifluoroethane |
1,6 |
|
C2HF4Br |
HBFC-124 B1 |
Bromotetrafluoroethane |
1,2 |
|
C2H2FBr3 |
HBFC-131 B3 |
Tribromofluoroethane |
1,1 |
|
C2H2F2Br2 |
HBFC-132 B2 |
Dibromodifluoroethane |
1,5 |
|
C2H2F3Br |
HBFC-133 B1 |
Bromotrifluoroethane |
1,6 |
|
C2H3FBr2 |
HBFC-141 B2 |
Dibromofluoroethane |
1,7 |
|
C2H3F2Br |
HBFC-142 B1 |
Bromodifluoroethane |
1,1 |
|
C2H4FBr |
HBFC-151 B1 |
Bromofluoroethane |
0,1 |
|
C3HFBr6 |
HBFC-221 B6 |
Hexabromofluoropropane |
1,5 |
|
C3HF2Br5 |
HBFC-222 B5 |
Pentabromodifluoropropane |
1,9 |
|
C3HF3Br4 |
HBFC-223 B4 |
Tetrabromotrifluoropropane |
1,8 |
|
C3HF4Br3 |
HBFC-224 B3 |
Tribromotetrafluoropropane |
2,2 |
|
C3HF5Br2 |
HBFC-225 B2 |
Dibromopentafluoropropane |
2,0 |
|
C3HF6Br |
HBFC-226 B1 |
Bromohexafluoropropane |
3,3 |
|
C3H2FBr5 |
HBFC-231 B5 |
Pentabromofluoropropane |
1,9 |
|
C3H2F2Br4 |
HBFC-232 B4 |
Tetrabromodifluoropropane |
2,1 |
|
C3H2F3Br3 |
HBFC-233 B3 |
Tribromotrifluoropropane |
5,6 |
|
C3H2F4Br2 |
HBFC-234 B2 |
Dibromotetrafluoropropane |
7,5 |
|
C3H2F5Br |
HBFC-235 B1 |
Bromopentafluoropropane |
1,4 |
|
C3H3FBr4 |
HBFC-241 B4 |
Tetrabromofluoropropane |
1,9 |
|
C3H3F2Br3 |
HBFC-242 B3 |
Tribromodifluoropropane |
3,1 |
|
C3H3F3Br2 |
HBFC-243 B2 |
Dibromotrifluoropropane |
2,5 |
|
C3H3F4Br |
HBFC-244 B1 |
Bromotetrafluoropropane |
4,4 |
|
C3H4FBr3 |
HBFC-251 B1 |
Tribromofluoropropane |
0,3 |
|
C3H4F2Br2 |
HBFC-252 B2 |
Dibromodifluoropropane |
1,0 |
|
C3H4F3Br |
HBFC-253 B1 |
Bromotrifluoropropane |
0,8 |
|
C3H5FBr2 |
HBFC-261 B2 |
Dibromofluoropropane |
0,4 |
|
C3H5F2Br |
HBFC-262 B1 |
Bromodifluoropropane |
0,8 |
|
C3H6FBr |
HBFC-271 B1 |
Bromofluoropropane |
0,7 |
|
Grupp VIII |
CHFCl2 |
HCFC-21 (3) |
Dichlorofluoromethane |
0,040 |
CHF2Cl |
HCFC-22 (3) |
Chlorodifluoromethane |
0,055 |
|
CH2FCl |
HCFC-31 |
Chlorofluoromethane |
0,020 |
|
C2HFCl4 |
HCFC-121 |
Tetrachlorofluoroethane |
0,040 |
|
C2HF2Cl3 |
HCFC-122 |
Trichlorodifluoroethane |
0,080 |
|
C2HF3Cl2 |
HCFC-123 (3) |
Dichlorotrifluoroethane |
0,020 |
|
C2HF4Cl |
HCFC-124 (3) |
Chlorotetrafluoroethane |
0,022 |
|
C2H2FCl3 |
HCFC-131 |
Trichlorofluoroethane |
0,050 |
|
C2H2F2Cl2 |
HCFC-132 |
Dichlorodifluoroethane |
0,050 |
|
C2H2F3Cl |
HCFC-133 |
Chlorotrifluoroethane |
0,060 |
|
C2H3FCl2 |
HCFC-141 |
Dichlorofluoroethane |
0,070 |
|
CH3CFCl2 |
HCFC-141b (3) |
1,1-Dichloro-1-fluoroethane |
0,110 |
|
C2H3F2Cl |
HCFC-142 |
Chlorodifluoroethane |
0,070 |
|
CH3CF2Cl |
HCFC-142b (3) |
1-Chloro-1,1-difluoroethane |
0,065 |
|
C2H4FCl |
HCFC-151 |
Chlorofluoroethane |
0,005 |
|
C3HFCl6 |
HCFC-221 |
Hexachlorofluoropropane |
0,070 |
|
C3HF2Cl5 |
HCFC-222 |
Pentachlorodifluoropropane |
0,090 |
|
C3HF3Cl4 |
HCFC-223 |
Tetrachlorotrifluoropropane |
0,080 |
|
C3HF4Cl3 |
HCFC-224 |
Trichlorotetrafluoropropane |
0,090 |
|
C3HF5Cl2 |
HCFC-225 |
Dichloropentafluoropropane |
0,070 |
|
CF3CF2CHCl2 |
HCFC-225ca (3) |
3,3-Dichloro-1,1,1,2,2-pentafluoropropane |
0,025 |
|
CF2ClCF2CHClF |
HCFC-225cb (3) |
1,3-Dichloro-1,1,2,2,3-pentafluoropropane |
0,033 |
|
C3HF6Cl |
HCFC-226 |
Chlorohexafluoropropane |
0,100 |
|
C3H2FCl5 |
HCFC-231 |
Pentachlorofluoropropane |
0,090 |
|
C3H2F2Cl4 |
HCFC-232 |
Tetrachlorodifluoropropane |
0,100 |
|
C3H2F3Cl3 |
HCFC-233 |
Trichlorotrifluoropropane |
0,230 |
|
C3H2F4Cl2 |
HCFC-234 |
Dichlorotetrafluoropropane |
0,280 |
|
C3H2F5Cl |
HCFC-235 |
Chloropentafluoropropane |
0,520 |
|
C3H3FCl4 |
HCFC-241 |
Tetrachlorofluoropropane |
0,090 |
|
C3H3F2Cl3 |
HCFC-242 |
Trichlorodifluoropropane |
0,130 |
|
C3H3F3Cl2 |
HCFC-243 |
Dichlorotrifluoropropane |
0,120 |
|
C3H3F4Cl |
HCFC-244 |
Chlorotetrafluoropropane |
0,140 |
|
C3H4FCl3 |
HCFC-251 |
Trichlorofluoropropane |
0,010 |
|
C3H4F2Cl2 |
HCFC-252 |
Dichlorodifluoropropane |
0,040 |
|
C3H4F3Cl |
HCFC-253 |
Chlorotrifluoropropane |
0,030 |
|
C3H5FCl2 |
HCFC-261 |
Dichlorofluoropropane |
0,020 |
|
C3H5F2Cl |
HCFC-262 |
Chlorodifluoropropane |
0,020 |
|
C3H6FCl |
HCFC-271 |
Chlorofluoropropane |
0,030 |
|
Grupp IX |
CH2BrCl |
BCM |
Bromochloromethane |
0,12 |
(1) Iċ-ċifri relatati mal-potenzjali għat-tnaqqis tal-ożonu huma stimi bbażati fuq għarfien eżistenti u se jiġu analizzati u riveduti kull tant żmien fid-dawl ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet. (2) Din il-formula ma tirreferix għall-1,1,2-trichloroetane. (3) Tidentifika l-aktar sustanza kummerċjalment vijabbli kif stipulat fil-Protokoll. |
ANNESS II
SUSTANZI ĠODDA
Parti A: Sustanzi ristretti skont l-Artikolu 24(1)
Sustanza |
Potenzjal għat-tnaqqis tal-ożonu |
|
CBr2 F2 |
Dibromodifluoromethane (halon-1202) |
1,25 |
Parti B: Sustanzi li għandu jsir rappurtar dwarhom skont l-Artikolu 27
Sustanza |
Potenzjal għat-tnaqqis tal-ożonu (1) |
|
C3H7Br |
1-Bromopropane (n-propil bromide) |
0,02 – 0,10 |
C2H5Br |
Bromoethane (ethyl bromide) |
0,1 – 0,2 |
CF3I |
Trifluoroiodometane (trifluiormethyl iodide) |
0,01 – 0,02 |
CH3Cl |
Chloromethane (methyl chloride) |
0,02 |
(1) Iċ-ċifri relatati mal-potenzjali għat-tnaqqis tal-ożonu huma stimi bbażati fuq għarfien eżistenti u se jiġu analizzati u riveduti kull tant żmien fid-dawl ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet. |
ANNESS III
Proċessi li fihom sustanzi kontrollati jintużaw bħala aġenti ta’ proċess kif hemm referenza għalihom fl-punt 8 tal-Artikolu 3(12):
(a) l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride)għall-eliminazzjoni tat-triklordidu tan-nitroġenu (nitrogen trichloride) fil-produzzjoni tal-kloru u s-soda kawstika;
(b) l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride) fl-irkupru tal-klorin fil-gassijiet (tail gas) li jiġu mill-produzzjoni tal-klorin;
(c) l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride)fil-manifattura tal-gomma klorinata;
(d) l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride) fil-manifattura tal-poli-fenilin-tereftalamid (poly-phenylene-tetrephthalamide);
(e) l-użu ta’ CFC-12 fis-sinteżi fotokimika tal-perfluworopolieterpoliperossidu (perfluoropolyetherpoliperoxide), prekursuri taz-Z-perfluworopolieteri (Z-perfluoropolyethers) u derivati difunzjonali;
(f) l-użu ta’ CFC-113 fit-tħejjija ta’ dijoli tal-perfluworopolieteru (perfluoropolyether diols) b’funzjonalità għolja;
(g) l-użu ta’ tetraklorur tal-karbonju (carbon tetrachloride) fil-produzzjoni taċ-ċiklodim;
(h) l-użu tal-idroklorofluworokarbonji (HFCs) fil-proċessi definiti fil-punti (a) sa (g) meta jkunu użati biex jieħdu post il-klorofluworokarbonju jew it-tetraklorur tal-karbonju.
ANNESS IV
Gruppi, Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (1) u deskrizzjonijiet għas-sustanzi msemmija fl-Anness I
Grupp |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Grupp I |
2903 41 00 |
Trichlorofluoromethane |
2903 42 00 |
Dichlorodifluoromethane |
|
2903 43 00 |
Trichlorotrifluoroethanes |
|
2903 44 10 |
Dichlorotetrafluoroethanes |
|
2903 44 90 |
Chloropentafluoroethane |
|
Grupp II |
2903 45 10 |
Chlorotrifluoromethane |
2903 45 15 |
Pentachlorofluoroethane |
|
2903 45 20 |
Tetrachlorodifluoroethanes |
|
2903 45 25 |
Heptachlorofluoropropanes |
|
2903 45 30 |
Hexachlorodifluoropropanes |
|
2903 45 35 |
Pentachlorotrifluoropropanes |
|
2903 45 40 |
Tetrachlorotetrafluoropropanes |
|
2903 45 45 |
Trichloropentafluoropropanes |
|
2903 45 50 |
Dichlorohexafluoropropanes |
|
2903 45 55 |
Chloroheptafluoropropanes |
|
Grupp III |
2903 46 10 |
Bromochlorodifluoromethane |
2903 46 20 |
Bromotrifluoromethane |
|
2903 46 90 |
Dibromotetrafluoroethanes |
|
Grupp IV |
2903 14 00 |
Carbon tetrachloride |
Grupp V |
2903 19 10 |
1,1,1-Trichloroethane (methyl chloroform) |
Grupp VI |
2903 39 11 |
Bromomethane (methyl bromide) |
Grupp VII |
2903 49 30 |
Hydrobromofluoromethanes, -ethanes or -propanes |
Grupp VIII |
2903 49 11 |
Chlorodifluoromethane (HCFC-22) |
2903 49 15 |
1,1-Dichloro-1-fluoroethane (HCFC-141b) |
|
2903 49 19 |
Idroklorofluworometani oħrajn, -etani jew -propani (HCFCs) |
|
Grupp IX |
ex 2903 49 80 |
Bromoklorometan (bromochloromethane) |
Taħlitiet |
3824 71 00 |
Taħlitiet li fihom klorofluworokarbonji (CFCs), kemm jekk fihom idroklorofluworokarbonji (HCFCs), perfluworokarbonji (PFCs) jew idrofluworokarbonji (HFCs) u kemm jekk le |
3824 72 00 |
Taħlitiet li fihom il-bromochlorodifluoromethane, il-bromotrifluoromethane jew id-dibromotetrafluoroethanes |
|
3824 73 00 |
Taħlitiet li fihom idrobromofluworokarbonji (HBFCs) |
|
3824 74 00 |
Taħlitiet li fihom idroklorofluworokarbonji (HCFCs)kemm jekk fihom perfluworokarbonji (PFCs) jew idrofluworokarbonji (HFCs) u kemm jekk le, iżda li ma fihomx klorofluworokarbonji (CFCs) |
|
3824 75 00 |
Taħlitiet li fihom tetraklorur tal-karbonju |
|
3824 76 00 |
Taħlitiet li fihom 1,1,1-trichloroethane (kloroform tal-metil) |
|
3824 77 00 |
Taħlitiet li fihom bromomethane (bromur tal-metiol) jew bromochlorometane |
|
(1) “ex” qabel il-kodiċi tfisser li sustanzi oħra minbarra dawk imsemmija fil-kolonna “Deskrizzjoni” jistgħu jaqgħu ukoll taħt dik is-subintestatura. |
ANNESS V
Kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u t-tkomplija tad-distribuzzjoni ta’ sustanzi kontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi msemmija fl-Artikolu 10(3)
1. |
Sustanzi kontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi għandu jkun fihom biss sustanzi kontrollati manifatturati skont il-puritajiet li ġejjin:
Dawn is-sustanzi kontrollati puri jistgħu sussegwentement jitħaltu minn manifatturi, aġenti, jew distributuri ma’ kimiċi kontrollati oħra jew li mhumiex ikontrollati mill-Protokoll kif inhi d-drawwa għall-użi fil-laboratorji jew użi analitiċi. |
2. |
Dawn is-sustanzi u t-taħlitiet ta’ purità għolja li fihom sustanzi kontrollati għandhom jiġu forniti biss f’kontenituri li jerġgħu jingħalqu jew ċilindri taħt pressjoni għolja iżgħar minn tliet litri jew f’ampolli iżgħar tal-ħġieġ, immarkati b’mod ċar bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, ristretti għall-użi fil-laboratorju jew użi analitiċi u li jispeċifikaw li s-sustanzi użati jew li jibqgħu żejda għandhom jinġabru u jiġu rriċiklati, jekk dan ikun prattiku. Il-materjal għandu jinqered jekk ir-riċiklaġġ ma jkunx prattiku. |
ANNESS VI
UŻI KRITIĊI TAL-ALONI
Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “Data ta’ skadenza” tfisser id-data minn meta l-aloni ma jistgħux jintużaw f’estinturi tan-nar jew f’sistemi tal-protezzjoni min-nar f’tagħmir u faċilitajiet ġodda għall-applikazzjoni konċernata.
(2) “Tagħmir ġdid” tfisser tagħmir li għalih, sad-data ta’ skadenza, ma jkun seħħ xejn minn dan li ġej:
(a) firma tal-kuntratt rilevanti ta’ akkwist jew ta’ żvilupp;
(b) preżentazzjoni lill-awtorità regolatorja xierqa ta’ talba għall-approvazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni ta’ tip. ►M4 Għall-inġenji tal-ajru, il-preżentazzjoni ta' talba għal ċertifikazzjoni tat-tip tirreferi għal preżentazzjoni ta' talba għal ċertifikazzjoni tat-tip ta' inġenju tal-ajru ġdida. ◄
(3) “Faċilitajiet ġodda” tfisser faċilitajiet li għalihom, sad-data ta’ skadenza, ma jkun seħħ xejn minn dan li ġej:
(a) firma tal-kuntratt rilevanti ta’ żvilupp;
(b) preżentazzjoni ta’ talba għall-kunsens ta’ pjanar lill-awtorità regolatorja xierqa.
(4) “Id-data ta’ limitu” tfisser id-data minn meta l-aloni ma għandhomx jintużaw fl-applikazzjoni konċernata u minn meta għandhom jitneħħew l-estinturi tan-nar u s-sistemi tal-protezzjoni min-nar li fihom l-aloni.
(5) “Inertjar” tfisser il-prevenzjoni tal-bidu ta’ kombustjoni ta’ atmosfera splussiva jew fjammabbli permezz taż-żieda ta’ sustanza ta’ inibizzjoni jew dilwizzjoni.
(6) “Vapuri tal-merkanzija” tfisser vapur li mhuwiex vapur tal-passiġġieri, li għandu piż gross ta’ aktar minn 500 tunnellata u li jbaħħar fi vjaġġ internazzjonali skont id-definizzjoni ta’ dawn it-termini fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS). Il-Konvenzjoni SOLAS tiddefinixxi “vapur tal-passiġġieri” bħala “vapur li jġorr aktar minn tnax-il passiġġier” u “vjaġġ internazzjonali” bħala “vjaġġ minn pajjiż fejn tapplika din l-Konvenzjoni għal port barra mit-tali pajjiż, jew bil-maqlub”.
(7) Spazju “normalment okkupat” tfisser spazju protett fejn jeħtieġ li persuni jkunu preżenti l-ħin kollu jew fil-biċċa l-kbira tal-ħin sabiex it-tagħmir jew il-faċilità tiffunzjona b’mod effikaċi. Għal applikazzjonijiet militari, l-istatus ta’ okkupanza tal-ispazju protett ikun dak applikabbli matul sitwazzjoni ta’ ġlied.
(8) Spazju “normalment mhux okkupat” tfisser spazju protett li jiġi okkupat għal perjodi limitati biss, b’mod partikolari għat-twettiq ta’ manutenzjoni, u meta l-preżenza kontinwa ta’ persuni ma tkunx meħtieġa għall-funzjonament effikaċi tat-tagħmir jew il-faċilità.
UŻI KRITIĊI TAL-ALONI |
|||||
Applikazzjoni |
Data ta’ skadenza (il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata) |
Id-data ta’ limitu (il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata) |
|||
Kategorija ta’ tagħmir jew faċilità |
Fini |
Tip ta’ Estintur |
Tip ta’ alon |
||
1. F’vetturi tal-art militari |
1.1. Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-magna |
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2010 |
2035 |
1.2. Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ |
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2011 |
2040 |
|
1.3. Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ |
Estinturi portabbli |
1301 1211 |
2011 |
2020 |
|
2. Fuq vapuri militari tal-wiċċ |
2.1. Għall-protezzjoni tal-ispazji ta’ makkinarju normalment okkupati |
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2040 |
2.2. Għall-protezzjoni tal-ispazji ta’ magni normalment mhux okkupati |
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2010 |
2035 |
|
2.3. Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-elettriku normalment mhux okkupati |
Sistemi fissi |
1301 1211 |
2010 |
2030 |
|
2.4. Għall-protezzjoni taċ-ċentri tal-kmand |
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2030 |
|
2.5. Għall-protezzjoni tal-kmamar tal-pompi tal-fjuwil |
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2030 |
|
2.6. Għall-protezzjoni tal-kompartimenti għall-ħżin ta’ likwidu fjammabbli |
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2010 |
2030 |
|
2.7. Għall-protezzjoni tal-inġenji tal-ajru f’ħangars jew f’żoni tal-manutenzjoni |
Estinturi portabbli |
1301 1211 |
2010 |
2016 |
|
3. Fuq sottomarini militari |
3.1. Għall-protezzjoni tal-ispazji tal-makkinarju |
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
3.2. Għall-protezzjoni taċ-ċentri tal-kmand |
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
|
3.3. Għall-protezzjoni tal-ispazji tal-ġeneraturi diżil |
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
|
3.4. Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-elettriku |
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2040 |
|
4. Fl-inġenji tal-ajru |
4.1. Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tat-tagħbija normalment mhux okkupati |
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2018 |
2040 |
4.2. Għall-protezzjoni tal-kabini kif ukoll tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ |
Estinturi portabbli |
1211 2402 |
2014 |
2025 |
|
4.3. Għall-protezzjoni tal-kisi tal-magni u tal-apparat awżiljarju tal-enerġija |
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2014 |
2040 |
|
4.4. Għall-inertjar tat-tankijiet tal-fjuwil |
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2011 |
2040 |
|
4.5. Għall-protezzjoni tal-kontenituri tal-iskart tat-tojlets |
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2011 |
2020 |
|
4.6. Għall-protezzjoni tal-kompartimenti niexfa |
Sistemi fissi |
1301 1211 2402 |
2011 |
2040 |
|
5. F’faċilitajiet taż-żejt, il-gass u l-petrokimika |
5.1. Għall-protezzjoni tal-ispazji fejn jista’ jiġi rilaxxat likwidu fjammabbli jew gass |
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2020 |
6. Fuq vapuri kummerċjali tal-merkanzija |
6.1. Għall-inertjar tal-ispazji normalment okkupati fejn jista’ jiġi rilaxxat likwidu fjammabbli jew gass |
Sistemi fissi |
1301 2402 |
1994 |
2016 |
7. F’faċilitajiet ta’ kmand u komunikazzjoni bbażati fuq l-art li huma essenzjali għas-sigurtà nazzjonali |
7.1. Għall-protezzjoni tal-ispazji normalment okkupati |
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2025 |
7.2. Għall-protezzjoni tal-ispazji normalment okkupati |
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2013 |
|
7.3. Għall-protezzjoni tal-ispazji normalment mhux okkupati |
Sistemi fissi |
1301 2402 |
2010 |
2020 |
|
8. Fl-ajrudromi u l-ajruporti |
8.1. Għal vetturi tas-salvataġġ tal-ajruporti |
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2016 |
8.2. Għall-protezzjoni tal-inġenji tal-ajru fil-hangars jew fiż-żoni tal-manutenzjoni |
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2016 |
|
9. F’faċilitajiet tal-enerġija nukleari u r-riċerka nukleari |
9.1. Għall-protezzjoni tal-ispazji fejn meħtieġ biex kemm jista’ jkun jitnaqqas ir-riskju tat-tferrix ta’ materjal radjuattiv |
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2020 |
10. Fil-Mina tal-Fliegu Ingliż |
10.1. Għall-protezzjoni tal-faċilitajiet tekniċi |
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2016 |
10.2. Għall-protezzjoni tal-lokomottivi u l-vaguni ferrovjarji taċ-Channel Tunnel |
Sistemi fissi |
1301 |
2010 |
2020 |
|
11. Oħrajn |
11.1. Għat-tifi inizjali ta’ nar mill-pumpiera fejn dan ikun meħtieġ għas-sikurezza personali |
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2013 |
11.2. Għall-protezzjoni ta’ persuni mill-persunal militari u l-pulizija |
Estinturi portabbli |
1211 |
2010 |
2013 |
ANNESS VII
TEKNOLOĠIJI TA’ QERDA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 22(1)
Applikabbiltà |
|||
Teknoloġija |
Sorsi dilwiti (3) |
||
|
Sustanzi kontrollati mniżżlin fl-Anness I, gruppi I, II, IV, V, VIII |
Aloni mniżżlin fl-Anness I grupp III |
Fowm |
L-effiċenzja tal-qerda u t-tneħħija (DRE) (4) |
99,99 % |
99,99 % |
95 % |
Fran tas-siment |
Approvat (5) |
Mhux approvat |
Mhux applikabbli |
Inċinerazzjoni permezz ta’ injezzjoni ta’ likwidi |
Approvat |
Approvat |
Mhux applikabbli |
Ossidazzjoni b’gass/dħaħen |
Approvat |
Approvat |
Mhux applikabbli |
Inċinerazzjoni muniċipali ta’ skart solidu |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Approvat |
Cracking f’reatturi |
Approvat |
Mhux approvat |
Mhux applikabbli |
Inċinerazzjoni f’forn li jdur |
Approvat |
Approvat |
Approvat |
Ark tal-plażma bl-argon |
Approvat |
Approvat |
Mhux applikabbli |
Plażma bi frekwenza radju akkoppjata b’mod induttiv |
Approvat |
Approvat |
Mhux applikabbli |
Plażma majkrowejv |
Approvat |
Mhux approvat |
Mhux applikabbli |
Ark tal-plażma bin-nitroġenu |
Approvat |
Mhux approvat |
Mhux applikabbli |
Dealoġenazzjoni katalitika f’fażi ta’ gass |
Approvat |
Mhux approvat |
Mhux applikabbli |
Reattur tal-fwar b’temperatura għolja ħafna |
Approvat |
Mhux approvat |
Mhux applikabbli |
(1) Is-sustanzi kontrollati li mhumiex elenkati għandhom jinqerdu bit-teknoloġija ta’ qerda l-aktar aċċettabbli għall-ambjent u li ma toħloqx spejjeż eċċessivi. (2) Sorsi konċentrati jirriferu għal sustanzi verġni, irkuprati u irreklamati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. (3) Sorsi dilwiti jirriferu għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jinsabu f’matriċi ta’ solidu, pereżempju fowm. (4) Il-kriterju DRE jippreżenta l-kapaċità teknoloġika li fuqha hija bbażata t-teknoloġija. Mhux dejjem jirrifletti r-rendiment li jinkiseb minn jum għall-ieħor, li fih innifsu jkun ikkontrollat bi standards minimi nazzjonali. (5) Approvat mill-Partijiet. |
ANNESS VIII
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 |
Ġdid |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 u 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10(2) u (4) |
Artikolu 3(2), il-punt (i) |
Artikolu 4 |
Artikolu 3(2), il-punt (ii), l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 3(2), il-punt (ii), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 10(6), l-ewwel sentenza |
Artikolu 3(5) |
Artikolu 10(7) |
Artikolu 3(6) |
— |
Artikolu 3(7) |
Artikolu 10(8) |
Artikolu 3(8) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 3(9) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 3(10) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4(2)(i) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4(2)(ii) |
— |
Artikolu 4(2)(iii), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 12(1) u (2) |
Artikolu 4(2)(iii), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 26(1), il-punt (a) |
Artikolu 4(2)(iii), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 4(2)(iv) |
— |
Artikolu 4(3)(i) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4(3)(ii) |
— |
Artikolu 4(3)(iii) |
— |
Artikolu 4(3)(iv) |
— |
Artikolu 4(4), il-punt (i)(a) |
Artikolu 9 |
Artikolu 4(4), il-punt (i)(b), l-ewwel inċiż |
Artikolu 7(1) u Artikolu 8(1) |
Artikolu 4(4), il-punt (i)(b), it-tieni inċiż |
Artikolu 10(1) u Artikolu 12(3) |
Artikolu 4(4), il-punt (ii) |
— |
Artikolu 4(4), il-punt (iii) |
— |
Artikolu 4(4), il-punt (iv), l-ewwel sentenza |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 4(4), il-punt (iv), it-tieni sentenza |
Artikolu 27(1) |
Artikolu 4(4), il-punt (v) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 4(6) |
Artikolu 6 |
Artikolu 4(6) |
— |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(2), il-punt (a) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 5(2), il-punt (b) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 5(2), il-punt (c) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 5(3) |
— |
Artikolu 5(4), l-ewwel sentenza |
Artikolu 11(8) |
Artikolu 5(4), it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 5(5) |
— |
Artikolu 5(6) |
— |
Artikolu 5(7) |
Artikolu 11(8) |
Artikolu 6(1), l-ewwel sentenza |
Artikolu 15(3) |
Artikolu 6(1), it-tieni sentenza |
— |
Artikolu 6(2) |
— |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 18(3) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 18(5) |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 18(9) |
Artikolu 7 |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 8 |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 21 |
Artikolu 10 |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 17(1) u (2) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 11(4) |
— |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 17(4) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 18(4) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 18(5) |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 18(3) u (4) |
Artikolu 13 |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 14 |
Artikolu 20(4) |
Artikolu 15 |
— |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 16(2) |
— |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 22(3) |
Artikolu 16(4) |
— |
Artikolu 16(5) |
Artikolu 22(5) |
Artikolu 16(6) |
— |
Artikolu 16(7) |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 23 |
Artikolu 18 |
Artikolu 25 |
Artikolu 19 |
Artikolu 25 |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 20(4) |
Artikolu 28(2) |
Artikolu 20(5) |
Artikolu 28(4) |
Artikolu 21 |
Artikolu 29 |
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |
Artikolu 23 |
Artikolu 30 |
Artikolu 24 |
Artikolu 31 |
L-Anness I |
L-Anness I |
L-Anness III |
— |
L-Anness IV |
L-Anness IV |
L-Anness V |
— |
L-Anness VI |
L-Anness III |
L-Anness VII |
L-Anness VI |