2009R0669 — MT — 01.07.2011 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 194, 25.7.2009, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010

  L 65

16

13.3.2010

 M2

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 878/2010 tas-6 ta’ Ottubru 2010

  L 264

1

7.10.2010

 M3

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1099/2010 tas-26 ta’ Novembru 2010

  L 312

9

27.11.2010

 M4

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 187/2011 tal-25 ta' Frar 2011

  L 53

45

26.2.2011

►M5

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011

  L 115

5

5.5.2011




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 669/2009

tal-24 ta’ Lulju 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 15(5) u l-Artikolu 63(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi qafas armonizzat ta’ regoli ġenerali għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq livell Kommunitarju, li jinkludi l-kontrolli uffiċjali fuq id-dħul tal-ikel u l-għalf ġejjin minn pajjiżi terzi. Barra minn hekk jistipula li għandha tiġi kkompilata lista tal-ikel u l-għalf ta’ oriġini mhux mill-annimali, li għandhom ikunu soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fuq bażi ta’ riskju magħruf jew riskju li jkun qed jitfaċċa, fil-punt tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tiegħu (“il-lista”). Dan il-livell ogħla ta’ kontroll għandu jippermetti, min-naħa waħda, li r-riskju magħruf jew dak emerġenti jkun ikkontrollat b’iżjed effiċjenza, u min-naħa l-oħra, il-ġbir ta’ dejta preċiża ta’ sorveljanza biex jiġu osservati l-okkorrenza u l-prevalenza tar-riżultati sfavorevoli li joħorġu mill-analiżi tal-laboratorju.

(2)

Biex tiġi kkompilata din il-lista, iridu jkunu kkunsidrati ċerti kriterji, li jippermettu li jiġu identifikati r-riskji magħrufin jew emerġenti relatati ma’ xi ikel jew għalf speċifiku ta’ oriġini mhux mill-annimali.

(3)

Sakemm jiġu adottati metodoloġija u kriterji standardizzati għal-kompilazzjoni tal-lista, għandhom jiġu kkunsidrati, għall-għanijiet tal-kompilazzjoni u l-aġġornament tagħha, d-dejta li toħroġ min-notifikazzjonijiet li jintbagħtu bis-sistema ta’ twissija f’waqtha dwar l-għalf u l-ikel (RASFF), kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002; ir-rapporti tal-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel; ir-rapporti mingħand il-pajjiżi terzi; l-iskambji tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; u l-evalwazzjonijiet xjentifiċi.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li, għall-organizzazzjoni tal-livell ogħla ta’ kontrolli, l-Istati Membri għandhom jinnominaw punti partikolari ta’ dħul fit-territorji tagħhom li jkollhom aċċess għal faċilitajiet ta’ kontroll xierqa għat-tipi differenti tal-għalf u tal-ikel. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stipulati fir-Regolament preżenti r-rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżulin biex ikun żgurat livell ta’ uniformità fl-effikaċja tal-kontrolli.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li, għall-organizzazzjoni tal-livell ogħla ta’ kontrolli, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel responsabbli għall-kunsenji jagħtu notifikazzjoni minn qabel talwasla u n-natura ta’ dawn il-konsenji. Għaldaqstant, biex jiġi żgurat approċċ uniformi fil-Komunità kollha, għandu jiġi stipulat mudell ta’ dokument komuni tad-dħul (DKD) għall-kull importazzjoni tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li hi koperta mir-Regolament preżenti. Id-DKD għandu jkun disponibbli għall-awtoritajiet tad-dwana fil-ħin li jiġu ddikjarati l-konsenji għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera.

(6)

Barra minn hekk, biex jiġi żgurat ċertu livell ta’ uniformità fuq livell Komunitarju fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali ta’ livell ogħla, huwa xieraq li jiġi stipulat f’dan ir-Regolament li fost il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru l-kontrolli fuq id-dokumenti, il-kontrolli dwar l-identità u l-kontrolli fiżiċi.

(7)

Iridu jkunu disponibbli riżorsi finanzjarji xierqa biex jiġu organizzati dawn il-livelli ogħla ta’ kontrolli uffiċjali. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiġbru l-miżati li jeħtieġu biex ikopru l-ispejjes ta’ dawn il-kontrolli. Il-kalkolu ta’ dawn il-miżati għandu jsir skont il-kriterji stipulati fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/402/KE tat-23 ta’ Mejju 2005 dwar il-miżuri ta’ emerġenza fir-rigward tal-bżar aħmar, il-prodotti tal-bżar aħmar; il-kurkuma u ż-żejt tal-palm ( 3 ) tistipula li l-konsenji kollha ta’ dawn il-prodotti għandu jkollhom magħhom rapport analitiku li juri li l-prodott ma fih l-ebda wieħed minn dawn is-sustanzi li ġejjin: Sudan I (Nru CAS 842-07-9), Sudan II (Nru CAS 3118-97-6), Sudan III (Nru CAS 85-86-9) jew Sudan IV (85-83-6). Minn meta ġew adottati dawn il-miżuri, naqqset l-inċidenza ta’ notifikazzjonijiet lill-RASFF li juri titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni fir-rigward tal-preżenza taż-żebgħat tas-Sudan fil-prodotti rilevanti. Għalhekk huwa xieraq li jintemm ir-rekwiżit li għandu jkun megħmuż rapport analitiku ma’ kull konsenja ta’ prodotti importati li hu stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/402/KE u li minfloku jitwaqqaf livell ogħla ta’ kontrolli uniformi fuq dawn il-konsenji fil-punt tad-dħul fil-Komunità. Id-Deċiżjoni 2005/402/KE hija rrevokata.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE tat-12 ta’ Lulju 2006 dwar kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti oġġetti tal-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti mill-aflatossini ( 4 ), tistipula li għandhom isiru kontrolli iżjed spissi (50 % tal-konsenji kollha) biex ifittxu għall-preżenza tal-aflatossini fil-karawett li jkun ġej mill-Brażil. Kemm ilhom li ġew adottati dawn il-miżuri, naqqset l-inċidenza tan-notifikazzjonijiet lill-RASFF dwar l-aflatossini fil-karawett li jkun ġej mill-Brażil. Għalhekk hu xieraq li jintemmu l-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2006/504 fir-rigward ta’ dawn il-prodotti, li għandhom minflok jiġu suġġetti għal livelli ogħla ta’ kontrolli uniformi fil-punt tad-dħul fil-Komunità. Id-Deċiżjoni 2006/504/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżula tista’ toħloq diffikultajiet prattiċi għall-Istati Membri. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistipula żmien ta’ tranżizzjoni li matulu jistgħu jiġu implimentati dawn ir-rekwiżiti ftit ftit. Skont dan, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandu jkollhom il-fakultà waqt dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni li jwettqu l-kontrolli fiżiċi u l-kontrolli tal-identità f’punti tal-kontroll li mhumiex il-punt tad-dħul magħżul. F’dawn il-każi, dawn il-punti ta’ kontroll iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżulin li huma stipulati f’dan ir-Regolament.

(11)

Il-miżuri li hemm f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Is-Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli fir-rigward tal-livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I tiegħu, dwar l-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Aġġornament tal-Anness I

Biex il-lista tal-Anness I tiġi kkompilata u emendata regolarment, irid jiġi kkunsidrat mill-inqas wieħed minn dwan is-sorsi ta’ tagħrif:

(a) id-dejta li tirriżulta min-notifiki li jaslu permezz tal-RASFF;

(b) rapporti u informazzjoni li joħorġu mill-attivitajiet tal-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel;

(c) rapporti u informazzjoni mibgħuta minn pajjiżi terzi;

(d) informazzjoni li titpartat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurtà fl-Ikel;

(e) fejn hu xieraq, valutazzjonijiet xjentifiċi.

Il-lista tal-Anness I għandha tiġi rriveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “dokument komuni tad-dħul (DKD)” ifisser dak id-dokument li għandu jimtela mill-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu/tagħha kif stipulat fl-Artikolu 6, li tiegħu hemm mudell fl-Anness II, u mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li tlestew il-kontrolli uffiċjali;

(b) “il-punt tad-dħul magħżul (PDM)” ifisser il-punt tad-dħul stipulat fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, f’wieħed mit-territorji msemmijin fl-Anness I tiegħu; fil-każi ta’ konsenji li jaslu bil-baħar, li jitħattew bl-għan li jitgħabbew fuq vapur ieħor biex immorru f’port ieħor fi Stat Membru ieħor, il-punt tad-dħul magħżul ikun l-aħħar port;

(c) “konsenja” tfisser kwantità ta’ kwalunkwe wieħed mill-prodotti tal-għalf jew tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, tal-istess klassi jew deskrizzjoni, inkluża fl-istess dokument(i), mibgħuta bl-istess mezz tat-trasport u li toriġina mill-istess pajjiż terz jew parti mill-pajjiż.

Artikolu 4

Rekwiżiti minimi għall-punti tad-dħul magħżulin

Bla ħsara għall-Artikolu 19, il-punti tad-dħul magħżulin għandu jkollhom għad-dispożizzjoni mill-inqas dawn li ġejjin:

(a) numru biżżejjed ta’ impjegati li għandhom il-kwalifiki xierqa u l-esperjenza biex iwettqu l-kontrolli preskritti fuq il-konsenji;

(b) faċilitajiet xierqa biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tagħmel il-kontrolli meħtieġa;

(c) istruzzjonijiet dettaljati dwar it-teħid tal-kampjuni għall-analiżi u dwar kif il-kampjuni jintbagħtu għall-analiżi fil-laboratorju magħżul skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (“il-laboratorju magħżul”);

(d) faċilitajiet fejn il-konsenji (u l-konsejni fil-kontejners) jiġu maħżunin f’kundizzjonijiet xierqa waqt iż-żmien tad-detenzjoni, fejn xieraq, sakemm jistennew ir-riżultati tal-analiżi msemmija fil-punt (c), u numru biżżejjed ta’ kmamar għall-ħażna li jinkludu l-imħażen tal-friża, għall-każi fejn il-konsenja jkollha bżonn tinżamm f’ temperaturi kkontrollati;

(e) tagħmir għall-ħatt u l-istrumenti meħtieġa biex jittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(f) il-faċilitajiet biex, fejn hemm bżonn, il-ħatt u t-teħid tal-kampjuni għall-analiżi jsiru f’post kenni;

(g) laboratorju magħżul fejn issir l-analiżi msemmija fil-punt (c), f’post fejn il-kampjuni jkunu jistgħu jitwasslu f’qasir żmien.

Artikolu 5

Lista tal-punti tad-dħul magħżulin

L-Istati Membri għandhom iżommu fuq l-Internet, miftuħa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, lista aġġornata tal-punti tad-dħul magħżulin għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-indirizzi tal-Internet ta’ dawn il-listi lill-Kummissjoni.

Fuq is-sit tal-Internet tagħha, il-Kummissjoni għandha turi l-ħoloq elettroniċi nazzjonali li jwasslu għal dawn il-listi, għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 6

Twissija bil-quddiem tal-wasla tal-konsenji

L-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw bil-quddiem id-data u l-ħin tal-wasla mistennija tal-konsenja fil-punt tad-dħul magħżul u dwar in-natura tal-konsenja.

Għal dan il-għan iridu jimlew il-Parti I tad-dokument tad-dħul komuni u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel ma tasal il-konsenja.

Artikolu 7

Il-Lingwa tad-dokumenti komuni tad-dħul

Id-dokumenti komuni tad-dħul għandhom jinkitbu fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru fejn jinstab il-punt tad-dħul magħżul.

Madankollu, Stat Membru jista’ jaċċetta li d-dokumenti komuni tad-dħul ikunu miktubin b’lingwa uffiċjali oħra tal-Komunità.

Artikolu 8

Livelli ogħla tal-kontrolli uffiċjali fil-punti tad-dħul magħżulin

1.  L-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul għandha, mingħajr dawmien żejjed, tagħmel dan li ġej:

(a) kontrolli tad-dokumentazzjoni ta’ kull konsenja fi żmien żewġt iġranet tax-xogħol minn meta jaslu fil-PDM, sakemm ma jinħolqux xi ċirkostanzi inevitabbli u eċċezzjonali.

(b) kontrolli fiżiċi u tal-identità, li jinkludu l-analiżi fil-laboratorju, bil-frekwenza stipulata fl-Anness I u b’mod li l-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jkunux jistgħu ibassru jekk xi konsenja hijiex se tiġi kkontrollata jew le; ir-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jeħtieġ li jkunu disponibbli kemm jista’ jkun malajr teknikament.

2.  Wara li jintemmu l-kontrolli stipulati fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:

(a) timla l-parti rilevanti tal-Parti II tad-dokument komuni tad-dħul; u l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jittimbra u jiffirma l-oriġinal tad-dokument;

(b) tagħmel u żżomm kopja tad-dokument komuni tad-dħul iffirmat u ttimbrat.

Il-kopja oriġinali tad-dokument komuni tad-dħul trid tmur mal-konsenja tul il-vjaġġ tagħha sakemm tasal fid-destinazzjoni msemmija fid-DKD.

L-awtorità kompetenti fil-PDM tista’ tawtorizza li l-konsenja tkompli fi triqitha sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi. Fejn tingħata l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-destinazzjoni u għandhom isiru l-arranġamenti xierqa biex ikun żgurat li l-konsenja tibqa’ taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti u li ma tkunx tista’ titbagħbas bl-ebda mod sakemm joħorġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi.

F’każijiet fejn il-konsenja tkun ittrasportata qabel ma jkunu jistgħu jinħarġu r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tad-DKD oriġinali għal dan l-għan.

Artikolu 9

Ċirkostanzi Partikolari

1.  Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza li l-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti punti tad-dħul magħżula li jridu jaħdmu f’sitwazzjonijiet diffiċli għal raġunijiet ġeografiċi, ikunu jistgħu jagħmlu l-kontrolli fiżiċi fl-istabbiliment ta’ operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel, sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-effiċjenza tal-kontrolli li jitwettqu fil-PDM ma tkunx affettwata ħażin;

(b) l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4 skont ir-rilevanza u li huwa approvat għal dan l-għan mill-Istat Membru;

(c) ikun hemm arranġamenti xierqa li jiggarantixxu li l-konsenja, mill-mument li tasal, tibqa’ l-ħin kollu taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti tal-PDM u li ma tistax tiġi mbagħbsa bl-ebda mod tul iż-żmien tal-kontrolli kollha.

2.  B’deroga mill-Artikolu 8(1), f’ċirkostanzi eċċezzjonali, id-deċiżjoni li prodott ġdid ikun elenkat fl-Anness I tista’ tistipula li l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tal-konsenja tkun tista’ tagħmel il-kontrolli fiżiċi, kif indikat fid-DKD fuq il-post tal-istabbiliment tal-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jekk ikun xieraq u jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 (b) u (c), sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk, meta jsiru t-testijiet ta’ kampjuni fil-PDM ikun hemm riskju kbir li l-ikel jiġi kkontaminat jew li l-prodott ikun imħassar b’mod inaċċettabbli minħabba li l-prodott jitħassar malajr jew minħabba li l-pakketti jkunu ta’ ċerta kwalità;

(b) isiru arranġamenti xierqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-PDM u l-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu l-kontrolli fiżiċi biex jaċċertaw li:

(i) il-konsenja ma tistax tiġi mbagħbsa bl-ebda mod waqt il-kontrolli kollha;

(ii) jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha ta’ rappurtar stipulati fl-Artikolu 15.

Artikolu 10

Ir-Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Ladarba, fejn hu meħtieġ li jsiru l-kontrolli, dawn ikunu saru kollha b’konformità mal-Artikolu 8(1) u r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi jkunu magħrufa u jkunu pożittivi, ir-rilaxx tal-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument komuni tad-dħul jew l-ekwivalent tiegħu elettroniku, minn għand l-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, lill-awtoritajiet tad-dwana, mimli, kif meħtieġ, mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

L-Obbligi tal-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel

F’każi fejn il-karatteristiċi speċjali tal-konsenja jitolbu din il-ħtieġa, l-operatur tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel jew rappreżentant tiegħu, għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti:

(a) ir-riżorsi umani u l-loġistika biex il-konsenja tinħatt biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli uffiċjali;

(b) it-tagħmir xieraq għat-teħid tal-kampjuni għall-analiżi fejn jirrigwarda t-trasport speċjali u/jew formoli tal-ippakkjar speċifiċi, meta dan it-teħid ta’ kampjuni ma jkunx jista’ jsir b’mod ġenerali bit-tagħmir standardizzat.

Artikolu 12

It-taqsim tal-konsenji

Il-konsenji m’ għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu saru l-kontrolli uffiċjali fuq livell ogħla, u jkun imtela d-dokument komuni tad-dħul mill-awtorità kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 8.

Fil-każ li wara dan il-konsenja tinqasam, kopja awtentika tad-dokument komuni tad-dħul trid tintbaghat ma’ kull parti tal-konsenja sakemm dawn jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 13

Nuqqas ta’ konformità

Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta’ konformità, l-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti għandu jimla l-Parti III tad-dokument komuni tad-dħul u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 14

Miżati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir tal-miżati li jirriżultaw minħabba l-livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali stipulat f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u l-kriterji stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.  Il-miżati msemmijin fil-paragrafu 1 iridu jitħallsu mill-operaturi tal-kummerċ tal-għalf u tal-ikel li huma risponsabbli għall-konsenja, jew mir-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 15

Rapporti lill-Kummissjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport dwar il-konsenji lill-Kummissjoni bi skop li ssir evalwazzjoni kontinwa tal-għalf u tal-ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I.

Dan ir-rapport għandu jitressaq kull tliet xhur sal-aħħar tax-xaħar ta’ wara t-tliet xhur li jkunu għaddew.

2.  Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dettalji ta’ kull konsenja, li jinkludu:

(i) id-daqs fir-rigward tal-piż nett tal-konsenja;

(ii) isem il-pajjiż tal-oriġini ta’ kull konsenja;

(b) in-numru ta’ konsenji li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(c) ir-riżultati tal-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 8(1);

3.  Il-Kummissjoni għandha tiġbor ir-rapporti li tirċievi skont il-paragrafu 2 u tpoġġihom għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

Artikolu 16

Emenda għad-Deċiżjoni 2006/504/KE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE hija emendata skont dan li ġej:

(1) fl-Artikolu 1, is-subparagrafi (a) (iii), (iv) u (v) għandhom jitħassru,

(2) fl-Artikolu 5, l-paragrafu 2 (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(a) kull konsenja ta’ ħwejjeġ tal-ikel mill-Brażil”,

(3) fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa mħassar.

Artikolu 17

Revoka tad-Deċiżjoni 2005/402/KE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/402/KE hija rrevokata.

Artikolu 18

Applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta’ Jannar 2010.

▼M1

Artikolu 19

Miżuri tranżitorji

1.  Għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jekk punt tad-dħul magħżul ma jkunx mgħammar bil-faċilitajiet meħtieġa biex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità, kif stipulat fl-Artikolu 8(1)(b), dawn il-kontrolli jistgħu jsiru f’punt ta’ kontroll ieħor fl-istess Stat Membru, li jkun awtorizzat għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti, qabel ma l-merkanzija tiġi ddikjarata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera, sakemm dan il-punt ta’ kontroll jissodisfa r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 4.

2.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, permezz ta’ pubblikazzjoni elettronika fuq il-websajt tagħhom, lista tal-punti ta’ kontroll awtorizzati skont il-paragrafu 1.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M5




ANNESS I

(A)    Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul



Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Pajjiż ta’ oriġini

Periklu

Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

—  Karawett, bil-qoxra,

—  1202 10 90

L-Arġentina

Aflatossini

10

—  Karawett, bla qoxra

—  1202 20 00

—  Butir tal-karawett

—  2008 11 10

—  Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

—  2008 11 91; 2008 11 96; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

—  Karawett, bil-qoxra,

—  1202 10 90

Il-Brażil

Aflatossini

10

—  Karawett, bla qoxra

—  1202 20 00

—  Butir tal-karawett

—  2008 11 10

—  Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

—  2008 11 91; 2008 11 96; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Taljarini mnixxfa

ex19 02

Ic-Ċina

L-aluminju

10

(Ikel)

—  Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

—  ex070820 00; ex071022 00

Ir-Repubblika Dominikana

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (3)

50

—  Bettieħa morra

—  ex070990 90; ex071080 95

—  Lawki

—  ex070990 90; ex071080 95

—  Bżar aħmar (Capsicum spp)

—  0709 60 10; 0709 60 99; 0710 80 51; 0710 80 59

—  Brunġiel

—  0709 30 00; ex071080 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

—  Larinġ (frisk jew imnixxef)

—  0805 10 20; 0805 10 80

L-Eġittu

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (7)

10

—  Ħawħ

—  0809 30 90

—  Rummien

—  ex081090 95

—  Frawli

—  0810 10 00

—  Fażola ħadra

—  ex070820 00

(Ikel - frott u ħxejjex friski)

 

—  Karawett, bil-qoxra,

—  1202 10 90

Il-Gana

Aflatossini

50

—  Karawett, bla qoxra

—  1202 20 00

—  Butir tal-karawett

—  2008 11 10

(Għalf u Ikel)

 

Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

ex121190 85

L-Indja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi Singulari (5)

10

(Ikel – ħwawar friski)

—  Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

—  ex090420 10

L-Indja

Aflatossini

50

—  Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

—  ex090420 90

—  Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

—  0910 91 05

—  Noċemuskata (Myristica fragrans)

—  0908 10 00

—  Il-qoxra barranija tan-noċemuskata (Myristica fragrans)

—  0908 20 00

—  Żinżel (Zingiber officinale)

—  0910 10 00

—  Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

—  0910 30 00

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

—  Karawett, bil-qoxra,

—  1202 10 90

L-Indja

Aflatossini

20

—  Karawett, bla qoxra

—  1202 20 00

—  Butir tal-karawett

—  2008 11 10

—  Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

—  2008 11 91; 2008 11 96; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Okra friska

ex070990 90

L-Indja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (2)

10

(Ikel)

Dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) iż-żerriegħa u prodotti dderivati minnu

ex120799 97; ex110630 90; ex200899 99;

In-Niġerja

Aflatossini

50

(Ikel)

Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem

ex10 06 30

Il-Pakistan

Aflatossini

20

(Ikel – ross mitħun)

—  Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

—  ex090420 10

Il-Peru

Aflatossini u Okratossina A

10

—  Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

—  ex090420 90

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

—  Karawett, bil-qoxra,

—  1202 10 90

L-Afrika t’Isfel

Aflatossini

10

—  Karawett, bla qoxra

—  1202 20 00

—  Butir tal-karawett

—  2008 11 10

—  Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

—  2008 11 91; 2008 11 96; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

—  Bżar aħmar frisk (Capsicum spp)

ex070960 10, ex071080 51; ex070960 99, ex071080 59

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (9)

10

(Ikel)

—  Weraq tal-kosbor

—  ex070990 90

It-Tajlandja

Salmonella (6)

10

—  Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

—  ex121190 85

—  Nagħniegħ

—  ex121190 85

(Ikel – ħwawar friski)

 

—  Weraq tal-kosbor

—  ex070990 90

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4)

20

—  Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

—  ex121190 85

(Ikel - ħwawar friski)

 

—  Fażola twila jarda

—  ex070820 00; ex071022 00

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4)

50

—  Brunġiel

—  0709 30 00; ex071080 95

—  Ħxejjex tal-ġeneru brassica

—  0704; ex071080 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

—  Bżar ħelu (Capsicum annuum)

—  0709 60 10; 0710 80 51

It-Turkija

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (8)

10

—  Tadam

—  0702 00 00; 0710 80 70

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

0806 20

L-Uzbekistan

Okratossina A

50

(Ikel)

—  Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

—  ex090420 90

Il-pajjiżi terzi kollha

Żebgħat tas-Sudan

10

—  Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

—  0910 91 05

—  Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

—  0910 30 00

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

 

—  Żejt aħmar tal-palm

—  ex151110 90

(Ikel)

 

(1)   Fejn ikun meħtieġ li jkunu eżaminati biss ċerti prodotti li huma elenkati taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżisti l-ebda sottodiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM ikun immarkat “ex” (pereżempju ex10 06 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).

(2)   Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Trijażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos

(3)   Partikolarment ir-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendazim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, is-CS2 (id-Ditjokarbamati), id-Dijafentjuron, id-Diażinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tjabendażol, it-Tjakloprid.

(4)   Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbendażim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Djażinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludjoksonil, il-Heksaflumuron, il-Lambda-ċiħalotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Oksamil, il-Fentoat, it-Tijofanat metil.

(5)   Partikolarment ir-residwi ta’: it-Trijażofos, l-Oxidemeton metil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tjametoksam, il-Klotjanidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Propargit, il-Monokrotofos.

(6)   Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvaliditat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(7)   Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendażim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifos-metil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalaksil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Trijadimefon, it-Trijażofos, id-Dikrotofos, l-EPN, u t-Triforin.

(8)   Partikolarment ir-residwi ta’: il-Metomil, l-Oksamil, il-Karbendażim, il-Klofenteżin, id-Dijafenturon, id-Dimetoat, il-Formetanat, il-Malatjon, il-Proċimidon, it-Tetradifon, it-Tijofanat metil.

(9)   Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbofuran, il-Metomil, l-Ometoat, id-Dimetoat, it-Triażofu, il-Malatjon, il-Profenofu, il-Protjofu, l-Etjon, il-Karbendażim, it-Triforina, il-Proċimidon, il-Formetanat.

(B)    Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan l-Anness, “Żebgħat tas-Sudan” tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin:

(i) Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9);

(ii) Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6);

(iii) Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9);

(iv) L-Aħmar Skarlat; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).

▼B




ANNESS II

DOKUMENT KOMUNI TAD-DĦUL (DKD)

image

image

▼M1

Noti biex iservu ta’ gwida għad-DKD

Ġenerali

:

Imla d-dokument komuni tad-dħul b’ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti.

Parti I

Din il-Parti trid timtela mill-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

Kaxxa I.1.

Il-konsenjatur: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna naturali jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li qed jibgħat il-konsenja. Huwa rakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew l-indirizz elettroniku.

Kaxxa I.2.

Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti tal-punt tad-dħul magħżul (PDM).

Kaxxa I.3.

Id-destinatarju: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna naturali jew ġuridika (operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel) li l-konsenja hija indirizzata lilha. Huwa rakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.4.

Il-persuna responsabbli għall-konsenja: il-persuna (l-operatur kummerċjali tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentant tiegħu jew il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni f’ismu) li tkun inkarigata mill-konsenja meta din tiġi ppreżentata fil-PDM u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet neċessarji lill-awtorità kompetenti fil-PDM f’isem l-importatur. Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.5.

Il-pajjiż tal-oriġini: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn oriġina l-prodott, tkabbar, inħasad jew ġie prodott.

Kaxxa I.6.

Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-konsenja: dan jirreferi għall-pajjiż terz minn fejn ġiet mgħobbija l-konsenja fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn l-Unjoni.

Kaxxa I.7.

L-importatur: l-isem u l-indirizz sħiħ. Huwa rrakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.8.

Id-destinazzjoni: indirizz tal-konsenja fl-Unjoni. Huwa rrakkomandat li jingħata tagħrif dwar in-numri tat-telefown u tal-faks jew indirizz elettroniku.

Kaxxa I.9.

Wasla fil-PDM: daħħal id-data ta’ meta hu mistenni li tasal il-konsenja fil-PDM.

Kaxxa I.10.

Id-dokumenti: daħħal id-data ta’ meta nħarġu d-dokumenti u n-numru ta’ dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-konsenja, skont il-każ.

Kaxxa I.11.

Agħti d-dettalji kollha tal-mezz tat-trasport għall-wasla tal-konsenja: għall-mezzi tat-trasport bl-ajru, agħti n-numru tat-titjira; għall-bastimenti, l-isem tal-vapur; għall-vetturi tat-triq, in-numru tar-reġistrazzjoni, u, jekk ikun il-każ, in-numru tat-trejler; għall-ferroviji, l-identità tal-ferrovija u n-numru tal-vagun.

Referenzi dokumentali: in-numru tal-polza tal-ajru, il-polza tat-tagħbija jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq.

Kaxxa I.12.

Deskrizzjoni tal-prodott: agħti deskrizzjoni dettaljata tal-prodott (inkluż għall-għalf, it-tip ta’ għalf).

Kaxxa I.13.

Kodiċi tal-Merkanzija jew il-kodiċi SA tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

Kaxxa I.14.

Piż gross: il-piż totali f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa globali tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġ kollu tagħhom, imma mingħajr il-kontenituri għat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport.

Piż nett: il-piż tal-prodott innifsu f’kg, mingħajr l-imballaġġ. Dan huwa ddefinit bħala l-massa tal-prodotti nfushom mingħajr kontenituri immedjati jew kwalunkwe imballaġġ.

Kaxxa I.15.

In-numru ta’ pakketti.

Kaxxa I.16.

It-temperatura: immarka l-kaxxa li turi t-temperatura adegwata tat-trasport/tal-ħażna.

Kaxxa I.17.

Tip ta’ pakketti: identifika t-tip ta’ imballaġġ tal-prodotti.

Kaxxa I.18.

Prodott maħsub għal: immarka l-kaxxa rilevanti skont jekk il-prodott huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr ma jiġi kklassifikat jew ikun ittrattat b’xi mod fiżiku ieħor minn qabel (f’dan il-każ immarka “konsum uman”), jew jekk huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem wara trattament bħal dan (f’dan il-każ immarka “aktar ipproċessar”), jew jekk huwiex maħsub għal użu bħala għalf (f’dan il-każ immarka “għalf”).

Kaxxa I.19.

Niżżel in-numri kollha ta’ identifikazzjoni tas-siġilli u tal-kontejners fejn meħtieġ.

Kaxxa I.20.

Trasferiment lejn punt ta’ kontroll: Matul il-perjodu tranżitorju stipulat fl-Artikolu 19(1), il-PDM għandu jimmarka din il-kaxxa biex jippermetti li l-konsenja tkun ittrasportata lejn punt ta’ kontroll ieħor.

Kaxxa I.21.

Mhux applikabbli.

Kaxxa I.22.

Għall-importazzjoni: din il-kaxxa għandha tiġi mmarkata jekk il-konsenja hija maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (Artikolu 8).

Kaxxa I.23.

Mhux applikabbli.

Kaxxa I.24.

Immarka l-mezz ta’ trasport adegwat.

Parti II

Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa II.1.

Uża l-istess numru ta’ referenza li jidher fil-Kaxxa I.2.

Kaxxa II.2.

Għall-użu tas-servizzi tad-dwana, jekk ikun meħtieġ.

Kaxxa II.3.

Verifikal tad-dokumenti: trid timtela għall-konsenji kollha.

Kaxxa II.4.

L-awtorità kompetenti tal-PDM għandha tindika jekk il-konsenja ntgħażlitx għall-kontrolli fiżiċi, li matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1) jistgħu jsiru f’punt ta’ kontroll differenti.

Kaxxa II.5.

L-awtorità kompetenti tal-PDM għandha tindika, matul il-perjodu tranżitorju stipulat fl-Artikolu 19(1), wara verifika sodisfaċenti tad-dokumenti, lejn liema punt ta’ kontroll tista’ tiġi ttrasportata l-konsenja sabiex isiru l-kontrolli fiżiċi u tal-identità.

Kaxxa II.6.

Indika biċ-ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tkun irrifjutata minħabba riżultat mhux sodisfaċenti tal-verifiki tad-dokumenti. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor” irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.7.

Kaxxa II.7.

Agħti kif xieraq in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-vapur u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn hemm bżonn ta’ aktar kontrolli tal-konsenja pereżempju għall-Kaxxa II.6, “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.

Kaxxa II.8.

Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDM hawnhekk.

Kaxxa II.9.

Firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM.

Kaxxa II.10.

Mhux applikabbli.

Kaxxa II.11.

L-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandu jindika r-riżultati tal-kontrolli tal-identità hawnhekk.

Kaxxa II.12.

L-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandu jindika r-riżultati tal-kontrolli fiżiċi hawnhekk.

Kaxxa II.13.

L-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandu jindika r-riżultati tat-test tal-laboratorju hawnhekk. Imla f’din il-kaxxa l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li għalih sar it-test tal-laboratorju.

Kaxxa II.14.

Din il-kaxxa trid tintuża għall-konsenji kollha li jridu jiġu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera fi ħdan l-Unjoni.

Kaxxa II.15.

Mhux applikabbli.

Kaxxa II.16.

Indika biċ-ċar l-azzjoni li trid tittieħed f’każ fejn il-konsenja tkun irrifjutata minħabba riżultat mhux sodisfaċenti tal-kontrolli fiżiċi jew tal-identità. L-indirizz tal-istabbiliment ta’ destinazzjoni fil-każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor” irid jiddaħħal fil-Kaxxa II.18.

Kaxxa II.17.

Ir-raġuni għar-rifjut: uża, kif xieraq, biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. Immarka l-kaxxa xierqa.

Kaxxa II.18.

Agħti, kif xieraq, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-vapur u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn hemm bżonn ta’ aktar kontrolli tal-konsenja, pereżempju, għall-Kaxxa II.16, “Dispaċċ mill-ġdid”, “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.

Kaxxa II.19.

Imla din il-kaxxa meta jkun inkiser is-siġill oriġinali mqiegħed fuq konsenja mal-ftuħ tal-kontejner. Trid tinżamm lista konsolidata tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop.

Kaxxa II.20.

Agħmel it-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-PDM hawnhekk jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Kaxxa II.21.

Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), tal-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll.

Parti III

Din il-Parti trid timtela mill-awtorità kompetenti.

Kaxxa III.1.

Dettalji dwar dispaċċ mill-ġdid: l-awtorità kompetenti tal-PDM jew, waqt il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-awtorità kompetenti tal-punt tal-kontroll, għandha tindika l-mezz tat-trasport li ntuża, id-dettalji tal-identifikazzjoni tagħha, il-pajjiż ta’ destinazzjoni u d-data tad-dispaċċ mill-ġdid malli jsiru magħrufa.

Kaxxa III.2.

Is-segwitu: indika l-Unità tal-Awtorità Kompetenti Lokali responsabbli, kif xieraq, għas-sorveljanza f’każ ta’ “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor” tal-konsenja. Dik l-awtorità għandha tirrapporta r-riżultat tal-wasla tal-konsenja u l-korrispondenza tal-konsenja f’din il-kaxxa.

Kaxxa III.3.

Il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM jew, matul il-perjodu tranżitorju previst fl-Artikolu 19(1), l-uffiċjal responsabbli għall-punt tal-kontroll, f’każ ta’ “Dispaċċ mill-ġdid”. Firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti lokali f’każ ta’ “Qerda”, “Trasformazzjoni” jew “Użu għal skop ieħor”.



( 1 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 3 ) ĠU L 135, 28.5.2005, p. 34.

( 4 ) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21.