02009R0641 — MT — 09.01.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 641/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 191 23.7.2009, p. 35)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 622/2012 tal-11 ta’ Lulju 2012

  L 180

4

12.7.2012

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

  L 346

51

20.12.2016




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 641/2009

tat-22 ta' Lulju 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



▼M1

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit indipendenti u ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti.

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:

(a) iċ-ċirkolaturi tal-ilma tax-xorb, għajr fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar il-prodotti tal-Punt 2 (1)(d) tal-Anness I;

(b) iċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’Jannar 2020 biex jissostitwixxu ċirkolaturi identiċi integrati fi prodotti li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’Awwissu 2015, għajr fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar il-prodotti tal-punt 2(1)(e) tal-Anness I.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ċirkolatur” tfisser pompa tat-tip b’impeller, bil-kisi tal-pompa jew mingħajru, li jkollha qawwa idrawlika output nominali ta’ bejn 1 W u 2 500 W u li tkun magħmula biex tintuża f’sistemi tat-tisħin jew f’ċirkwiti sekondarji ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ tkessiħ;

(2) ċirkolatur mingħajr tqalfit (glandless)” tfisser ċirkolatur li jkollu r-rotor abbinat direttament mal-impeller u r-rotor imgħaddas fil-fluwidu li jkun qiegħed jiġi ppompjat;

(3) ċirkolatur indipendenti” tfisser ċirkolatur magħmul biex jaħdem indipendentement mill-prodott;

(4) prodott” tfisser apparat li jiġġenera u/jew li jittrasferixxi s-sħana;

(5) ċirkolatur integrati fi prodott” tfisser ċirkolatur magħmul biex jaħdem bħala parti minn prodott li jippreżenta mill-inqas wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a) il-kisi tal-pompa huwa magħmul biex jiġi mmuntat u użat ġewwa prodott,

(b) iċ-ċirkolatur huwa magħmul biex il-veloċità tkun ikkontrollata mill-prodott,

(c) iċ-ċirkolatur huwa magħmul b’karatteristiċi tas-sikurezza li mhumiex adattati għat-tħaddim indipendenti (klassijiet ISO IP),

(d) iċ-ċirkolatur huwa definit li jifforma parti mill-approvazzjoni tal-prodott jew mill-immarkar tal-KE tal-prodott;

(6) ċirkolatur tal-ilma tax-xorb” tfisser ċirkolatur magħmul speċifikament biex jintuża għaċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE ( 1 );

(7) kisi tal-pompa” tfisser il-parti ta’ pompa tat-tip b’impeller li huwa magħmul biex jiġi konness mal-pajpijiet tas-sistemi tat-tisħin jew f’ċirkwiti sekondarji tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tat-tkessiħ.

▼B

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi huma stipulati fl-Anness I.

Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jitkejlu kif meħtieġ mir-rekwiżiti stipulati fil-Punt 1 tal-Anness II.

Il-metodu li jintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija taċ-ċirkolaturi huwa stipulat fil-Punt 2 tal-Anness II.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stipulata fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ riferiment

Il-punti ta’ riferiment indikattivi għaċ-ċirkolaturi bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-Anness IV.

▼M1

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament qabel l-1 ta’ Jannar 2017, fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jseħħ.

Ir-reviżjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-alternattivi tad-disinn li jistgħu jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

Ir-riżultati tar-reviżjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn.

▼B

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika skont din l-iskeda:

(1) mill-1 ta’ Jannar 2013, iċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti, għajr għal dawk magħmulin speċifikament biex jintużaw f’ċirkwiti primarji ta’ sistemi tat-tisħin solari u f’heat pumps, għandu jkollhom indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) kif definit fil-Punt 1(1) tal-Anness I.

(2) mill-1 ta’ Awwissu 2015, iċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u ċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u integrati fi prodotti għandu jkollhom il-livell ta’ effiċjenza ddefinit fil-Punt 1(2) tal-Anness I.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

REKWIŻITI TAL-EKODISINN

(1)   REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

(1) Mill-1 ta’ Jannar 2013, iċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti, għajr għal dawk magħmulin speċifikament biex jintużaw f’ċirkwiti primarji ta’ sistemi tat-tisħin solari u f‘heat pumps, għandu jkollhom indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) mhux ogħla minn 0,27, ikkalkolat skont il-Punt 2 tal-Anness II.

(2) Mill-1 ta’ Awwissu 2015, iċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u ċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti għandu jkollhom indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) mhux ogħla minn 0,23, ikkalkolat skont il-Punt 2 tal-Anness II.

▼M1

2.   REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

1. Mill-1 ta’ Jannar 2013,

(a) l-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija taċ-ċirkolaturi indipendenti kkalkolat skont l-Anness II, għandu jiġi indikat fuq il-pjanċa tal-isem u fuq l-imballaġġ taċ-ċirkolatur indipendenti u fid-dokumentazzjoni teknika taċ-ċirkolatur indipendenti kif ġej: “EEI ≤ 0,[xx]”;

(b) l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fuq iċ-ċirkolaturi indipendenti u fuq iċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti: “Il-punt ta’ riferiment għaċ-ċirkolaturi l-aktar effiċjenti huwa EEI ≤ 0,20.”;

(c) informazzjoni rigward iż-żarmar, ir-riċiklaġġ jew ir-rimi ta’ komponenti u materjali fit-tmiem tal-ħajja tagħhom, għandha tkun disponibbli għall-faċilitajiet ta’ trattament fuq iċ-ċirkolaturi indipendenti u fuq iċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti;

(d) għaċ-ċirkolaturi tal-ilma tax-xorb, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata fuq l-imballaġġ u fid-dokumentazzjoni: “Dan iċ-ċirkolatur huwa tajjeb għall-ilma tax-xorb biss”;

(e) għaċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti u li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020 biex jissostitwixxu ċirkolaturi integrati fi prodotti identiċi li jitqiegħdu fis-suq sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu 2015, il-prodott li jintuża għas-sostituzzjoni jew l-imballaġġ tiegħu għandu jindika b'mod ċar il-prodott(i) li għalih(hom) huwa maħsub.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kif iċ-ċirkolatur għandu jiġi installat, użat u miżmum sabiex ikun hemm l-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent.

L-informazzjoni msemmija hawn fuq għandha tintwera b’mod ċar fuq is-siti elettroniċi tal-manifattur taċ-ċirkolaturi, li l-aċċess għalihom ikun bla ħlas.

2. Mill-1 ta’Awwissu 2015, għaċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti, l-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kkalkolat skont l-Anness II, għandu jkun indikat fuq il-pjanċa tal-isem taċ-ċirkolatur u fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott kif ġej: “EEI ≤ 0,[xx]”

▼B




ANNESS II

METODI TA’ KEJL U METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-INIDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

1.   METODI TA’ KEJL

Għall-fini tal-konformità mar-rekwiżiti u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jitwettaq permezz ta’ proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M1

2.   METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA

Il-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) għaċ-ċirkolaturi hija kif ġej:

1. Ċirkolaturi indipendenti bil-kisi tal-pompa għandhom jitkejlu bħala unità sħiħa;

Iċ-ċirkolaturi indipendenti mingħajr il-kisi tal-pompa għandhom jitkejlu bil-kisi tal-pompa identiku għall-kisi tal-pompa li fih dawn se jintużaw;

Iċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti għandhom jiġu żarmati mill-prodott u jiġu mkejla mal-kisi tal-pompa ta’ referenza;

Iċ-ċirkolaturi mingħajr il-kisi tal-pompa maħsuba biex jiġu integrati fi prodott għandhom jitkejlu mal-kisi tal-pompa ta’ referenza;

fejn “kisi tal-pompa ta’ referenza” tfisser kisi tal-pompa fornut mill-manifattur bil-portijiet tad-dħul (inlet) u tal-ħruġ (outlet) fuq l-istess assi u magħmul biex jitqabbad mal-pajpijiet ta' sistemi tat-tisħin jew f’ċirkwiti sekondarji ta’ sistema ta’ distribuzzjoni tat-tkessiħ.

2. Meta ċirkolatur ikollu aktar minn setting wieħed ta’ għoli (head) u ta’ fluss, iċ-ċirkolatur jitkejjel fuq l-ogħla setting.

“Head” (H) tfisser l-għoli (f’metri) li ċ-ċirkolatur jiflaħ jitfa’ fil-punt ta’ tħaddim speċifikat.

“Fluss” (Q) tfisser il-volum ta’ ilma li jiċċirkola fiċ-ċirkolatur kull unità ta’ ħin (m3/hr).

3. Jinstab il-punt fejn Q H huwa l-ogħla valur u l-fluss u l-“head” f'dan il-punt jiġu ddefiniti bħala: Q100 % u H100 % .

4. Ikkalkula l-qawwa idrawlika P hyd f’dan il-punt.

Il-“Qawwa idrawlika” hija espressjoni tal-prodott aritmetiku tal-valuri tal-fluss (Q), tal-“Head” (H) u ta’ numru kostanti.

“Phyd” hija l-qawwa idrawlika li ċ-ċirkolatur jagħti lill-fluwidu ppompjat fil-punt ta’ funzjonament speċifikat (f’watts).

5. Ikkalkola l-qawwa ta’ referenza permezz ta’ din il-formula:

Pref = 1,7 · Phyd + 17 · (1 – e– 0,3 · Phyd ), 1 W ≤ Phyd ≤ 2 500 W

Il-“Qawwa ta’ referenza” hija r-relazzjoni bejn il-qawwa idrawlika u l-konsum tal-enerġija miċ-ċirkolatur, b’qies tad-dipendenza bejn l-effiċjenza u d-daqs taċ-ċirkolatur.

Il-“Pref” hija l-enerġija ta’ referenza (f’watts) taċ-ċirkolatur f’head u fluss partikolari.

6. Tiġi ddefinita l-kurva tal-kontroll ta’ referenza bħala l-linja dritta li tgħaqqad il-punti:

(Q 100 %, H 100 %) u (Q 0 %,
image )

image

7. Jintgħażel setting taċ-ċirkolatur li jiżgura li ċ-ċirkolatur ta’ fuq il-kurva magħżula jilħaq il-punt Q H = l-ogħla punt. Għaċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti tiġi segwita l-kurva tal-kontroll ta’ referenza bl-aġġustament tal-kurva tas-sistema u tal-veloċità taċ-ċirkolatur.

Il-“kurva tas-sistema” hija r-relazzjoni bejn il-fluss u l-“head” (H = f(Q)) li tirriżulta minn frizzjoni fis-sistema tat-tisħin jew tas-sistema tad-distribuzzjoni tat-tkessiħ, kif ippreżentat fil-grafika li ġejja:

image

8. Jitkejlu l-valuri P 1 u H fil-flussi:

Q100 % , 0,75 · Q100 % , 0,5 · Q100 % , 0,25 · Q100 %

“P 1 ” tfisser il-qawwa ekettrika (f'watts) li ċ-ċirkolatur jikkonsma fil-punt ta’ funzjonament speċifikat.

9. Tiġi kkalkolata P L kif ġej:

image , jekk Hmeas ≤ Href

PL = P1,meas, jekk Hmeas > Href

Fejn H ref hija l-“head” fuq il-kurva tal-kontroll ta’ referenza għall-flussi differenti.

10. Bl-użu tal-valuri mkejla ta’ P L u tal-profil tat-tagħbija li ġej:





Fluss [%]

Ħin [%]

100

6

75

15

50

35

25

44

image

Tiġi kkalkolata l-medja differenzjata tal-qawwa PL,avg permezz tal-formula:

PL,avg = 0,06 · PL, 100 % + 0,15 · PL,75 % + 0,35 · PL, 50 % + 0,44 · PL, 25 %

Ikkalkola l-indiċi tal-effiċjenza ( 2 ) fl-użu tal-enerġija permezz tal-formula:

image , fejn C 20 % = 0,49

Għajr għaċ-ċirkolaturi integrati fi prodotti maħsuba biex jintużaw f’ċirkwiti primarji ta’ sistemi tat-tisħin solari u għall-pompi tas-sħana, fejn l-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jiġi kkalkolat kif ġej:

image

fejn C 20 % = 0,49 u hija n s l-veloċità speċifika definita bħala

image

u fejn

n s

[rpm] hija l-veloċità speċifika ta’ ċirkolatur;

n100%

hija l-veloċità ta’ rotazzjoni f'rotazzjonijiet kull minuta f’dan iċ-ċiklu ddefinit bħala Q 100% u H 100%.

▼M2




ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a) il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b) il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c) meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4) Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5) Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6) Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7) Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametru

Tolleranzi tal-verifika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 %.

▼B




ANNESS IV

PUNTI TA' REFERENZA NDIKATTIVI

Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-punt ta’ riferiment għall-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq taċ-ċirkolaturi huwa EEI ≤ 0,20.



( 1 ) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.

( 2 ) CXX % tfisser fattur ta’ skalar li jiżgura li, meta jiġi definit il-fattur tal-iskalar, XX % biss taċ-ċirkolaturi ta’ ċertu tip ikollhom EEI ≤ 0,20.