2009L0156 — MT — 01.07.2013 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/156/KE

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 192, 23.7.2010, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/20/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

234

10.6.2013




▼B

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/156/KE

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae ( 2 ) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali ( 3 ). Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Equidae, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness I tat-Trattat.

(3)

Sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali ta’ produzzjoni ta’ ekwidi, u b’hekk tiżdied il-produttività f’dak is-settur, regoli li jirregolaw il-moviment ta’ ekwidi bejn l-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Komunità.

(4)

It-tagħmmir u t-trobbija ta’ ekwidi, u b’mod partikolari, taż-żwiemel huwa ġeneralment inkluż fis-settur tal-biedja. Dan jikkostitwixxi sors ta’ income għal parti mill-popolazzjoni tal-biedja.

(5)

Id-disparitajiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali fl-Istati Membri għandhom jiġu eliminati sabiex jinkoraġġixxu il-kummerċ intra-Komunitarju fl-ekwidi.

(6)

Sabiex jinkoraġġixxu l-iżvilupp armonjuż ta’ kummerċ intra-Komunitarju, għandha ssir dispożizzjoni għal sistema Komunitarja sabiex tirregola l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(7)

Il-kundizzjonijiet għall-moviment ta’ ekwidi reġistrati li jġorru dokument ta’ identifikazzjoni f’territorju nazzjonali għandhom ikunu regolati.

(8)

Sabiex ikunu s-suġġett ta’ kummerċ, ekwidi għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti ta’ saħħa tal-annimali, sabiex jevitaw it-tixrid ta’ mard infettiv jew li jittieħed. Jidher partikolarment xieraq li jipprovdu għal tqassim possibbli f’reġjuni ta’ miżuri restrittivi.

(9)

Il-kundizzjonijiet ta’ trasport għandhom jiġu stabbiliti għall-istess raġunijiet, b’kont meħud tal-kundizzjonijiet ta’ benesseri tal-annimali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati ( 4 ).

(10)

Biex jassiguraw li dawk ir-rekwiiti huma sodisfatti, għandha issir dispożizzjoni għal ħruġ minn veterinarju uffiċjali ta’ ċertifikat tas-saħħa biex jakkompanja l-ekwidi lejn il-post ta’ destinazzjoni tagħhom.

(11)

L-organizzazzjoni ta’ u s-segwitu għall-ispezzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri ta’ destinazzjoni u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu implimentati ġew stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern ( 5 ).

(12)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-possibiltà ta’ spezzjonijiet mill-Kummissjoni. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(13)

Id-definizzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-Komunità applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tirrikjedi li titfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu importati ekwidi.

(14)

L-għażla ta’ dawn il-pajjiżi għandha tkun ibbażata fuq kriterji ta’ natura ġenerali bħal ma huma l-istat tas-saħħa ta’ bhejjem ħajjin, l-organizzazzjoni u l-poteri tas-servizzi veterinarji u r-regolamenti tas-saħħa li jkunu fis-seħħ.

(15)

B’żieda ma’ dan, l-importazzjoni ta’ ekwidi m’għandhiex tkun awtorizzata minn pajjiżi infettati b’mard tal-annimali infettiv jew li jittieħed li jippreżenta riskju għall-bhejjem ħajjin tal-Komunità jew li kienu ħielsa minn infezzjoni bħal din għal perjodu qasir wisq. Tali kunsiderazzjonijiet huma validi wkoll għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li fihom twettaq tilqim kontra tali mard.

(16)

Il-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi għandha tiġi ssupplimentata b’kondizzjonijiet speċjali mfassla fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tas-saħħa f’kull wieħed minnhom. In-natura teknika u d-diversità tal-kriterji fuq liema dawn il-kundizzjonijet speċjali jiddependu jenħtieġu għad-definizzjoni tagħhom rikors għal proċedura flessibbli u rapida li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib.

(17)

Il-preżentazzjoni ta’ forma ta’ ċertifikat standard komuni mal-importazzjoni ta’ ekwidi tikkostitwixxi mezz effettiv ta’ verifikazzjoni li r-regoli tal-Komunità ikunu qegħdin jiġu applikati. Tali regoli jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet speċjali li jistgħu ivarjaw skont il-pajjiż terz ikkonċernat, u dan għandu jittieħed kont tiegħu meta jitfassallu l-formoli standard taċ-ċertifikati.

(18)

Esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, innominati mill-Kummissjoni, għandhom ikunu responsabbli għall-verifikazzjoni li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva huma osservati, b’mod partikolari f’pajjiżi terzi.

(19)

L-ispezzjonijet imwettqa mal-importazzjoni għandhom ikopru l-oriġini u l-istat ta’ saħħa tal-ekwidi.

(20)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistablixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 6 ).

(21)

Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-moviment bejn Stati Membri u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi ħajjin.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “impriża” tfisser stabbiliment tal-agrikoltura jew ta’ taħriġ, stalla jew, b’mod ġenerali, xi bini jew faċilità li fihom l-ekwidi huma abitwalment miżmuma jew mgħammra, ikun xi jkun l-użu tagħhom;

(b) “ekwidi” tfisser annimali selvaġġi jew domestikati tal-ispeċi ekwini (inklużi ż-żebra) jew tal-ispeċi asinine (tal-ħmir) jew il-wild ta’ taħlit bejn dawn l-ispeċi;

(c) “ekwidi reġistrati” tfisser kull ekwidi reġistrat kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae ( 7 ), identifikati permezz ta’ dokument tal-identifikazzjoni maħruġ minn:

(i) awtorità tat-tgħammir jew xi awtorità kompetenti oħra tal-pajjiż minn fejn l-annimal joriġina u li tamministra l-istudbook jew ir-reġistru għal dik ir-razza tal-annimal; jew

(ii) xi assoċazzjoni jew organizzazzjoni internazzjonali li tamministra ż-żwiemel għal kompetizzjoni jew tiġrija;

(d) “ekwidi għall-qatla” tfisser ekwidi maħsuba sabiex jiġu trasportati direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar approvat, imsemmi fl-Artikolu 7, lejn il-biċċerija għall-qatla;

(e) “ekwidi għat-tagħmir u l-produzzjoni” tfisser ekwidi oħrajn għajr dawk imsemmija f’(c) u (d);

(f) “Stat Membru jew pajjiż terz ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel” tfisser kull Stat Membru jew pajjiż terz li fih ma kien hemm l-ebda xhieda klinika, seroloġika (ekwidi mhux imlaqqma) jew epidemoloġika tal-marda Afrikana taż-żwiemel fuq it-territorju kkonċernat fl-aħħar sentejn u li fih ma kienx hemm tilqim kontra l-mard matul l-aħħar tnax il-xahar;

(g) “mard li jrid jiġi mgħarraf b’obbligu” tfisser il-mard elenkat fil-lista fl-Anness I;

(h) “veterinarju uffiċjali” tfisser il-veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti ċentrali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz;

(i) “dħul temporanju” tfisser l-istatus tal-ekwidi rreġistrat li joriġina minn pajjiż terz u li jidħol fit-territorju tal-Komunità għal perjodu ta’ anqas minn 90 ġurnata li jrid ikun stabbilit bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), skont is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż tal-oriġini.



KAPITOLU II

REGOLI GĦALL-MOVIMENT TA’ EKWIDI FI U BEJN STATI MEMBRI

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment ta’ ekwidi reġistrati fit-territorju tagħhom jew jibagħtu ekwidi lejn Stat Membru ieħor biss meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

Madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jagħtu eżenzjoni ġenerali jew illimitata rigward moviment ta’ ekwidi li:

 jkunu qegħdin jiġu mirkuba jew meħuda, għall-għanijiet ta’ sport jew rekrejazzjoni, matul toroq li huma lokaliżżati ħdejn il-fruntieri interni tal-Komunità,

 li jkunu jieħdu parti fi ġrajjiet kulturali jew simili jew f’attivitajiet organizzati minn korpi lokali awtorizzati li jinstabu qrib il-fruntieri interni tal-Komunità,

 li huma maħsuba biss għall-mergħat jew xogħol temporanji qrib il-fruntieri interni tal-Komunità.

L-Istati Membri li jagħmlu użu minn tali awtorizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kontenut tal-eżenzjonijiet mogħtijia.

Artikolu 4

1.  Equidae m’għandhom juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard waqt l-ispezzjoni. L-ispezzjoni għandha titwettaq fit-48 siegħa qabel l-imbark jew it-tagħbija tagħhom. Fil-każ ta’ equidae reġistrati, madanakollu, din l-ispezzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, tkun meħtieġa biss għal kummerċ intra-Komunitarju.

2.  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-paragrafu 5 rigward mard li għandu jkun mgħarraf b’obbligu, il-veterinarju uffiċjali irid, fil-ħin tal-ispezzjoni, ikun sodisfatt li m’hemm l-ebda bażi - b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet mis-sid jew minn dak responsabbli għat-tgħammir - għal konklużjoni li l-ekwidi kienu f’ kuntatt ma’ equidae li qed ibatu minn mard infettiv jew li jittieħed matul il-15-il ġurnata immedjatament qabel l-ispezzjoni.

3.  L-ekwidi ma jridux ikunu maħsuba għall-qatla taħt programm nazzjonali tal-eradikazzjoni ta’ mard infettiv jew li jittieħed.

4.  L-ekwidi għandhom jiġu identifikati fil-manjiera li ġejja:

(a) fil-każ ta’ ekwidi rreġistrati, permezz ta’ dokument ta’ identifikazzjoni, kif previst fid-Direttiva 90/427/KEE, li jrid jiċċertifika b’mod partikolari li l-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva ġew rispettati.

Il-veterinarju uffiċjali għandu jissospendi l-validità tad-dokument ta’ identifikazzjoni għall-perjodu tal-projbizzjonijiet previsti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva. Id-dokument ta’ identifikazzjoni għandu, wara l-qatla taż-żiemel reġistrat, jintbagħat lura lejn l-awtorità li tkun ħarġitu. Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ dan il-punt għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2);

(b) għall-ekwidi għat-tagħmmir u produzzjoni, permezz tal-metodu stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

5.  B’żieda mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5, l-ekwidi m’għandhomx jiġu minn impriża li kienet is-suġġett ta’ waħda mill-ordnijiet ta’ projbizzjoni li ġejjin:

(a) jekk l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għall-mard lokalizzati fl-impriża ma jkunux ġew maqtula, il-perjodu ta’ projbizzjoni li jikkonċerna l-impriża tal-oriġini għandu jkun mill-inqas:

(i) sitt xhur fil-każ ta’ ekwidi ssuspetatti li ttieħdu b’dourine, li jibdew fid-data tal-aħħar kuntatt attwali jew possibbli ma’ annimal marid. Madanakollu, fil-każ ta’ żiemel stallun, il-projbizzjoni għandha tapplika sakemm l-annimal jiġi imsewwi;

(ii) sitt xhur fil-każ tal-glanders (marda taż-żwiemel b’nefħa taħt ix-xedaq) jew equine encephalomyelitis, li jibdew fil-ġurnata li fiha l- ekwidi li jbatu mill-marda inkwistjoni jiġu maqtula;

(iii) fil-każ ta’ anemija infettiva, sad-data li fiha, l-annimali infettati kienu ġew maqtula, l-annimali rimanenti jkunu wrew reazzjoni negattiva għaż-żewġ testijiet Coggins imwettqa fi żmien tliet xhur bejn il-wieħed u l-ieħor;

(iv) sitt xhur mill-aħħar każ rekordjat, fil-każ ta’ stomatite vesikulari;

(v) xahar mill-aħħar każ rekordjat, fil-każ ta’ rabja;

(vi) 15-il ġurnata mill-aħħar każ rekordjat, fil-każ ta’ anthrax;

(b) jekk l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għal mard lokalizzati fuq l-impriża ikunu ġew maqtula u l-bini ddiżinfettati, il-perjodu ta’ projbizzjoni għandu jkun ta’ 30 ġurnata, li jibdew fil-ġurnata meta l-annimali jkunu ġew meqruda u l-bini ddiżinfettati, minbarra fil-każ ta’ anthrax, meta l-perjodu ta’ projbizzjoni huwa ta’ 15-il ġurnata.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidderogaw minn dawn l-ordnijiet ta’ projbizzjoni għal ippodromi u korsi tat-tiġrija, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-natura ta’ xi derogi mogħtija.

 

Meta Stat Membru jħejji jew kien ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obligatorju għal marda li għaliha huma suxxettibbli l-ekwidi, huwa jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur mill-4 ta’ Lulju 1990 għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u r-Renju Unit, mill-1 ta’ Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, mill-1 ta’ Mejju 2004 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, mill-1 ta’ Jannar 2007 għall-Bulgarija u r-Rumanija, u mill-1 ta' Lulju 2013 għall-Kroazja, li juri b’mod partikolari:

 ◄

(a) id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu;

(b) ir-raġunijiet għall-programm, b’kont meħud tas-sinifikat tal-marda u l-vantaġġi tan-nefqa/benefiċċju tiegħu;

(c) iż-żona ġeografika li fiha għandu jiġi implimentat il-programm;

(d) l-istatus tal-kategoriji li għandhom jiġu applikati għall-istabbilimenti, l-istandards li għandhom jinkisbu għal kull speċi u l-proċeduri tat-test li jridu jintużaw;

(e) il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-programm;

(f) l-azzjoni li għandha tittieħed, jekk għal xi raġuni, l-impriża titlef l-istatus tagħha;

(g) il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa skont id-dispożizzjonijiet tal-programm ikunu pożittivi;

(h) in-natura mhux diskriminatorja tal-kummerċ fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat rigward il-kummerċ intra-Komunitarju.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ippreżentati mill-Istati Membri. Fejn xieraq għandha tapprovahom bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). Kull garanzija addizzjonali, ġenerali jew speċifika, li tista’ tkun meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju tista’ tkun definita bi qbil mal-istess proċedura. Tali garanziji m’għandhomx jeċċedu dawk meħtieġa mill-Istat Membru fit-territorju tiegħu stess.

Programmi ppreżentati mill-Istati Membri jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3). Emendi jew żidiet mal-programmi li diġà ġew approvati jew ma’ garanziji li diġà ġew definiti bi qbil mat-tieni subparagrafu jistgħu jkunu approvati permezz tal-istess proċedura.

Artikolu 5

1.  Kull Stat Membru li mhuwiex ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel, fis-sens tal-Artikolu 2(f), jista’ jibgħat ekwidi minn dik il-parti tat-territorju li hi kkunsidrata li hija nfettata fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

2.  Parti tat-territorju ta’ Stat Membru għandha tiġi kkunsidrata li hija infettata mill-marda Afrikana taż-żwiemel jekk:

(a) l-evidenza klinika, seroloġika, (f’annimali mhux imlaqma) u/jew epidemoloġika tkun uriet il-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel fl-aħħar sentejn; jew

(b) it-tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel ikun ġie imwettaq matul l-aħħar 12-il xahar.

Il-parti tat-territorju kkunsidrata li hi infettata mill-marda Afrikana taż-żwiemel għandu jkun fiha mill-inqas:

(a) żona ta’ protezzjoni b’raġġ ta’ mill-anqas 100 km madwar kull ċentru tal-infezzjoni;

(b) żona ta’ sorveljanza ta’ mill-anqas 50 km li testendi lil hinn miż-żona ta’ protezzjoni li fiha ma sar l-ebda tlaqqim fl-aħħar 12-il xahar.

3.  Ir-regoli għall-kontroll u l-miżuri sabiex tiġi miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel relatati mat-territorji u żoni msemmija fil-paragrafu 2 u d-derogi relevanti kif speċifikati fid-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż- żwiemel ( 8 ).

4.  L-ekwidi kollha mlaqqma misjuba fiż-żona protetta għandhom ikunu rreġistrati u mmarkati konformement mal-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva 92/35/KEE.

Id-dokument tal-identifikazzjoni u/jew iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkollu referenza ċara għal tali tilqim.

5.  Stat Membru jista’ jibgħat mit-territorju msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ekwidi biss li jilħqu ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandhom jintbagħtu biss matul ċertu perjodi tas-sena, wara li jkun ittieħed kont tal-attivita ta’ insetti vettorjali, li għandhom jiġu determinati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3);

(b) m’għandhomx juru l-ebda sintomi kliniċi tal-marda Afrikana taż-żwiemel fil-jum tal-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1);

(c) iridu jkunu għaddew minn test għal marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritt fl-Anness IV, f’żewġ okkażjonijiet, b’intervall ta’ bejn 21 u 30 jum bejn iż-żewġ testijiet, it-tieni minn dawn għandu jkun ġie mwettaq matul l-10 ijiem qabel id-dispaċċ jew:

(i) b’riżultati negattivi, jekk ma jkunux ġew imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel; jew

(ii) mingħajr ma tkun ġiet irreġistrata xi żieda fl-għadd tal-antikorpi u mingħajr ma jkunu ġew imlaqqma matul l-aħħar xahrejn, jekk ikunu ġew imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), u wara l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel, metodi oħrajn ta’ monitoraġġ jistgħu jiġu rikonoxxuti;

(d) iridu jkunu ġew miżmuma fi stazzjon tal-kwarantina għal mill-anqas 40 jum qabel id-dispaċċ;

(e) għandhom ikunu ġew imħarsa minn insetti vettorjali matul il-perjodu ta’ kwarantina u matul it-trasportazzjoni mill-istazzjon tal-kwarantina għal post tad-dispaċċ.

Artikolu 6

L-Istati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 4(5) rigward movimenti fi ħdan it-territorju tagħhom ta’ ekwidi jistgħu jagħtu lill-xulxin derogi mid-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8(1)(b) fuq bażi reċiproka.

Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 7

1.  Ekwidi għandhom jiġu trasportati, kemm jista’ jkun malajr, mill-impriża tal-oriġini jew direttament jew inkella permezz ċentru ta’ ragruppar, kif definit fl-Artikolu 2(2)(o) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità ( 9 ), sal-post tad-destinazzjoni f’vetturi jew kontenituri li jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati regolarment b’diżinfettant f’intervalli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri tad-dispaċċ. Il-vetturi jridu jkunu iddisinjati b’tali mod li ħmieġ tal-ekwidi, żibel jew għalf ma jkunx jista’ joħroġ mill-vettura waqt it-trasport. Bla ħsara għar-Regolament Nru 1/2005, it-trasport irid isir b’tali mod li s-saħħa u l-benesseri tal-ekwidi jistgħu jkunu protetti b’mod effettiv.

2.  L-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu, fuq bażi ġenerali jew ristretta, jagħtu deroga minn uħud mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(5) għal kull annimali li jġorr marka speċjali li tindika li huwa skedat għall-qatla, dment li ċ-ċertifikat tas-saħħa skont l-Anness III jsemmi tali deroga.

Fejn ingħatat tali deroga, ekwidi għall-qatla għandhom jiġu trasportati direttament lejn il-biċċerija nominata u jiġu maqtula fi żmien ħamest ijiem mill-wasla fil-biċċerija.

3.  Il-veterinarju uffiċjali għandu jżomm rekord tan-numru tal-identifikazzjoni jew tan-numru tad-dokument tal-identifikazzjoni tal-annimal maqtul u jgħaddi lill-awtorità kompetenti tal-post tad-dispaċċ, fuq talba minn din tal-aħħar, attestazzjoni li turi li l-annimal ikun ġie maqtul.

Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) ekwidi reġistrati li jħallu l-impriżi tagħhom ikunu akkompanjati bid-dokument tal-identifikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 4(4)(a) flimkien - jekk huma intenzjonati għal kummerċ intra-Komunitarju bl-attestazzjoni prevista fl-Anness II;

(b) ekwidi għat-tagħmmir, għall-produzzjoni u għal-qatla għandhom, matul it-trasportazzjoni tagħhom, ikunu akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-Anness III.

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa, jew fil-każ ta’ ekwidi reġistrati l-attestazzjoni tas-saħħa, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, jiġi mfassal matul it-48 siegħa qabel l-imbark tagħhom jew inkella mhux aktar tard mill-aħħar ġurnata tax-xogħol preċedenti għal dan, f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri tad-dispaċċ u destinazzjoni. It-tul taż-żmien tal-validità taċ-ċertifikat tas-saħħa jew tal-attestazzjoni tas-saħħa għandu jkun ta’ 10 ijiem. Iċ-ċertifikat tas-saħħa jew l-attestazzjoni tas-saħħagħandu jikkonsisti minn karta waħda.

3.  Għall-moviment bejn Stati Membri ta’ ekwidi oħrajn apparti minn ekwidi reġistrati jistgħu jkunu koperti minn ċertifikat wieħed tas-saħħa għal kull kunsinja minflok miċ-ċertifikat individwalitas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1, punt (b).

Artikolu 9

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw b’mod partikolari għall-iċekkjar fl-oriġini, għall-organizzazzjoni ta’, għas-segwitu għall- iċċekkjar, li għandu jsir mill-Istati Membri tad-destinazzjoni, u tal-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu implimentati.

Artikolu 10

Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, safejn hu meħtieġ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet.

L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom titwettaq spezzjoni għandhom jagħtu lill-esperti l-assistenza kollha meħtieġa sabiex iwettqu l-inkarigu tagħhom.

Arranġamenti ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu addottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).



KAPITOLU III

REGOLI GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ EKWIDI MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 11

Ekwidi importati fil-Komunità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 16.

Artikolu 12

1.  L-importazzjoni ta’ ekwidi ġewwa l-Komunità għandha tkun awtorizzata biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista stabbilita jew emendata konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

B’kont meħud tas-sitwazzjoni tas-saħħa u l-garanziji provduti mill-pajjiż terz għall-ekwidi, jista jiġi deċiż konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) li l-awtorizzazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tkun applikabbli għat-territorju kollu ta’ pajjiż terz jew biss għal parti mit-territorju tiegħu.

Għall-dak l-iskop u fuq il-bażi tal-istandards internazzjonali relevanti, għandu jittieħed kont ta’ kif dak il-pajjiż terz ikun japplika u jimplementa dawk l-istandards, partikolarment il-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni, fi ħdan it-territorju tiegħu stess u b’relazzjoni mar-rekwiżiti sanitarji tiegħu għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn u mill-Komunità.

2.  Meta tiġi stabbilita jew emendata l-lista prevista fil-paragrafu 1, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil:

(a) l-istat tas-saħħa tal-ekwidi, l-annimali domestiċi l-oħra u tal-ħajja ferjali fil-pajjiż terz, b’attenzjoni partikolari għall-mard li jolqot l-annimali eżotiċi u ta’ xi aspetti tas-saħħa ġenerali u tas-sitwazzjoni ambjentali f’dak il-pajjiż terz li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa u l-istat ambjentali tal-Komunità;

(b) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz b’relazzjoni mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali;

(c) l-organizzazzjoni tal-awtorità veterinarja kompetenti u tas-servizzi tagħha tal-ispezzjoni, il-poteri ta’ dawk is-servizzi, is-superviżjoni li għaliha huma suġġetti, u l-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi l-kapaċità tal-persunal u tal-laboratorji, li japplikaw b’mod effettiv il-leġislazzjoni nazzjonali;

(d) l-assigurazzjonijiet li l-awtorità veterinarja kompetenti tal-pajjiż terz tista tagħti f’dak li jirrigwardja l-konformità u l-ekwivalenza mal-kundizzjonijiet relevanti tas-saħħa tal-annimali li huma applikabbli fil-Komunità;

(e) jekk il-pajjiż terz ikunx membru tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali OIE u tar-regolarità u l-ħeffa tal-informazzjoni fornuta mill-pajjiż terz fir-rigward tal-eżistenza ta’ mard infettiv jew li jittieħed tal-annimali fit-territorju tiegħu, partikolarment dak il-mard elenkat mill-OIE u fl-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(f) il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz sabiex jinforma direttament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri:

(i) fi żmien 24 siegħa tal-konferma tal-okkorrenza ta’ xi mard infettiv tal-ekwidi elenkat fl-Anness I u ta’ xi tibdil fil-politika tat-tilqim li tikkonċerna tali mard;

(ii) matul perijodu xieraq, ta’ xi tibdil propost fir-regoli sanitarji nazzjonali li jikkonċernaw l-ewkidi, partikolarment f’dak li jirrigwardja l-importazzjoni ta’ ekwidi;

(iii) matul intervalli regolari, dwar l-istatus tas-saħħa fit-territorju tiegħu f’dak li jikkonċerna l-ekwidi;

(g) kwalunkwe esperjenza dwar importazzjoni preċedenti ta’ ekwidi ħajjin mill-pajjiż terz u r-riżultati ta’ xi kontrolli tal-importazzjoni li twettqu;

(h) ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Komunità u/jew l-awditjar imwettaq fil-pajjiż terz, partikolarment ir-riżultati tal-istudji mill-awtoritajiet kompetenti jew, meta l-kummissjoni hekk titlob, ir-rapport ippreżentat mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ispezzjonijiet li huma jkunu wettqu;

(i) ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali, infettiv jew li jittieħed, li jkunu fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implementazzjoni tagħhom, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni tal-ekwidi minn pajjiżi terzi oħrajn.

3.  Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-aġġornament tal-verżjonijiet tal-lista mħejjija jew emendata kif previst fil-paragrafu 1 li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Il-lista tista’ tkun miġbura flimkien ma’ listi oħrajn mfassla għall-iskopijiet tas-saħħa tal-annimali u tal-pubbliku u jistgħu ukoll jinkludi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa.

4.  Kondizzjonijiet speċjali tal-importazzjoni għal kull pajjiż terz jew grupp ta’ pajjiżi terzi, b’kont meħud tas-siwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li tikkonċerna l-ekwidi fil-pajjiż jew il-pajjiżi terzi ikkonċernati għandhom jiġu stabbiliti konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

5.  Regolati dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 u l-kriterja sabiex ikunu inklużi pajjiżi terzi jew partijiet tal-pajjiżi terzi, fil-listi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu adottat bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 13

1.  L-ekwidi għandhom jiġu minn pajjiżi terzi li:

(a) huma ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel;

(b) jkun ilhom ħielsa għal sentejn mill-equine encephalomyelitis tal-Veneżwela (VEE);

(c) jkun ilhom ħielsa għal sitt xhur minn dourine u glanders.

2.  Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) jista’ jiġi deċiż:

(a) li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal parti biss mit-territorju ta’ pajjiż terz.

Fil-każ li r-rekwiżiti tal-marda Afrikana taż-żwiemel japplikaw fuq bażi reġjonali, mill-inqas il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 5(2) u (5) għandhom jiġu rispettati;

(b) li tenħtieġ garanziji addizzjonali għall-mard aljeni għall-Komunità.

Artikolu 14

Qabel il-ġurnata tat-tagħbija għat-trasport lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-ekwidi għandhom jkunu baqgħu mingħajr interruzzjoni fit-territorju jew fil-parti tat-territorju ta’ pajjiż terz jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni, fil-parti tat-territorju definit skont l-Artikolu 13(2)(a) għal perjodu li għandu jiġi determinat fid-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 15.

Għandhom ikunu ġejjin minn impriża mqiegħda taħt sorveljanza veterinarja.

Artikolu 15

L-importazzjoni ta’ ekwidi mit-territorju ta’ pajjiż terz jew minn parti tiegħu kif definit konformement mal-Artikolu 13(2)(a) dwar il-lista mfassla konformement mal-Artikolu 12(1) għandha tkun awtorizzata biss jekk l-ekwidi, iżjed u aktar mir-rekwiżiti tal-Artikolu 13:

(a) ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali addottati, b’referenza għall-ispeċi f’dak il-każ, tal-kategoriji ta’ ekwidi, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) għal importazzjoni ta’ ekwidi minn dak il-pajjiż.

Il-bażi tar-referenza biex ikunu stabbiliti dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għandhom ikunu l-istandards stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5; u

(b) fil-każ ta’ pajjiż terz li mhux ħieles minn stomatite vesikulari jew arteritis virali għal mill-inqas sitt xhur, l-ekwidi għandhom jilħqu r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) iridu jkunu ġejjin minn impriża li tkun ilha ħielsa minn stomatite vesikulari għal mill-inqas sitt xhur u iridu jkunu reaġixxew negattivament għal test seroloġiku qabel id-dispaċċ;

(ii) fil-każ ta’ arteritis virali, l- ekwidi maskili għandom, minkejja l-Artikolu 19(b), ikunu rreaġixxew negattivament għal test seroloġiku jew għal test tal-iżolament tal-virus jew għal xi test ieħor rikonoxxut skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2) li jkun jiggarantixxi ħelsien mill-virus.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), u wara l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel jistgħu jiġu definiti l-kategoriji ta’ ekwidi maskili li fir-rigward tagħhom japplika dan ir-rekwiżit.

Artikolu 16

1.  L-ekwidi għandhom ikunu identifikati skont l-Artikolu 4(4) u akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta. Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa:

(a) jinħareġ fil-ġurnata tat-tagħbija tal-annimali għad-dispaċċ lejn l-Istati Membri tad-destinazzjoni jew fil-każ ta’ żwiemel irreġistrati fl-aħħar ġurnata tax-xogħol qabel l-imbark;

(b) ikun imfassal f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri tad-destinazzjoni u waħda minn dawk tal-Istat Membru li fih titwettaq l-ispezzjoni tal-importazzjoni;

(c) jakkompanja l-annimali fl-oriġinal;

(d) jattesta li l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u dawk stabbiliti bis-saħħa ta’ din id-Direttiva rigward l-importazzjoni minn pajjiżi terzi;

(e) jikkonsisti f’karta waħda;

(f) jinħareġ għal destinatarju wieħed jew, fil-każ tal-annimali għall-qatla, għal kunsinna, basta li l-annimali jkunu mmarkati u identifikati sewwa.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk huma jagħmlu użu minn din il-possibilità.

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jitfassal fuq forma li tkun konformi mal-mudell stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 17

1.  Immedjatament wara l-wasla fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, ekwidi għall-qatla għandhom jittieħdu f’biċċerija, jew direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar, kif imsemmi fl-Artikolu 7 u,konformement mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, ikunu maqtula f’perjodu ta’ żmien speċifikat fid-deċiżjonijiet li għandhom jiġu addottati skont l-Artikolu 15.

2.  Mingħajr preġudizzju għal xi kondizzjonijiet speċjali li jistgħu ikunu adottati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’, fuq bażi tas-saħħa tal-annimali, jinnomina l-biċċerija fejn għandhom jittieħdu dawn l-ekwidi.

Artikolu 18

Il-verifiki għandhom jitwettqu fuq il-post minn esperti veterinarji tal-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jivverfikaw jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u partikolarment dawk tal-Artikolu 12(2), ikunu qegħdin jiġu applikati fil-prattika.

Jekk il-verifiki li jitwettqu fi ħdan it-termini ta’ dan l-Artikolu jiżvelaw fatti serji kontra l-impriża approvata, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri u minnufih taddotta deċiżjoni li tissospendi proviżjonalment l-approvazzjoni. Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3).

L-esperti mill-Istati membri li għandhom ikunu fdati b’dawk il-verifiki għadhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.

Dawk il-verifiki għandhom isiru f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ n-nefqa ta’ kull spiża involuta f’dan il-każ.

Il-frekwenza ta’ u l-proċedura għal dawk il-verifiki għandhom jiġu determinati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 19

Konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2):

(a) jista’ jiġi deċiż li l-importazzjoni minn pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz iridu jkunu ristretti għal speċi jew kategoriji partikolari ta’ ekwidi;

(b) minkejja l-Artikolu 15, l-kundizzjonijiet speċjali għad-dħul temporanju fit-territorju tal-Komunità ta’ ekwidi reġistrati jew ekwidi għal użu speċjali jew għad-dħul mill-ġdid tagħhom fit-territorju tal-Komunità wara li kienu ġew esportati temporanjament, għandhom jiġu stabbiliti;

(c) l-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta’ dħul temporanju fi dħul permanenti, għandhom jiġu determinati;

(d) laboratorju ta’ referenza tal-Komunità dwar wieħed jew aktar mill-mard tal-ekwidi elenkati fl-Anness I jista’ jiġi magħżul u għanda ssir dispożizzjoni għall-funzjonijiet, id-doveri u l-proċeduri fir-rigward tal-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-dijanjożi tal-mard infettiv tal-ekwidi fl-Istati Membri.



KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

L-Annessi I sa IV għandhom jiġu emendati konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3).

Artikolu 21

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit skont l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel ( 10 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal ħmistax-il jum.

Artikolu 22

Id-Direttiva 90/426/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness V, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness V, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 23

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

MARD LI GĦANDU JKUN MGĦARRAF B’OBBLIGU

Il-mard li ġej għandu jiġi mgħarraf b’obbligu:

 Dourine (marda tal-istinar)

 Glanders (marda b’nefħa taħt ix-xedaq)

 Encephalomyelitis ta’ ekwini (ta’ kull tip, inkluż VEE)

 Anemija infettiva (Infectious anaemia)

 Ir-Rabja

 Anthrax

 Il-marda Afrikana taż-żwiemel

 Stomatite Vesikulari




ANNESS II

INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦA ( 11 )

Nru tal-Passaport …

Jiena, li hawn taħt iffirmajt, niċċertifika ( 12 ) li l-annimal identifikat hawn fuq jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) ġie eżaminat illum u ma juri l-ebda sinjal kliniku ta’ mard;

(b) mhuwiex intenzjonat għall-qatla permezz ta’ programm nazzjonali tal-eradikazzjoni tal-mard li jittieħed jew infettiv;

(c) 

 ma jiġix minn territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru li huwa suġġett ta’ restrizzjonijiet għal raġunijiet tal-marda Afrikana taż-żwiemel; jew

 Jiġi mit-territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru li kien suġġett għal projbizzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimal u għadda minn, b’riżulatati sodisfaċenti, it-testijiet previsti fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2009/156/KE fl-istazzjon tal-kwarantina ta’ … bejn … u … ( 13 );

 M’huwiex mlaqqam kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel; jew

 kien imlaqqam kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel fil-… (13)  ( 14 );

(d) ma ġiex minn qasam li kien suġġett għall-projbizzjoni għal raġunijiet tas-saħħa tal-annimali lanqas ma kellu kuntatt ma’ equidae f’qasam li kienet suġġett għall-projbizzjoni minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-annimali:

 matul sitt xhur fil-każ ta’ eqidae ssuspettati li jkunu ġadu l-marda dourine, li jibdew fid-data tal-aħħar kuntatt attwali jew possibbli mal-annimal marid. B’danakollu, fil-każ ta’ żiemel tar-razza, il-projbizzjoni għandha tkun tapplika sakemm l-annimal ikun imsewwi;

 matul sitt xhur fil-każ ta’ glanders jew equine encephalomyelitis, li jibdew fil-ġurnata li fiha l-equidae li jbatu mill-marda f’dan il-każ ikunu maqtula;

 fil-każ ta’ anemija infettiva, sad-data li fiha, l-annimali infettati jkunu jkunu ġew maqtula, l-annimali li jibqgħu jkunu wrew reazzjoni negattiva għaż-żewġ testijiet Coggins mwettqa fi żmien tliet xhur bejn wieħed u l-ieħor;

 matul sitt xhur mill-aħħar każ ta’ stomatite vesikulari;

 matul xhar mill-aħħar każ, fil-każ ta’ rabja;

 matul 15-il ġurnata mill-aħħar każ, fil-każ ta’ traċna (anthrax);

 jekk l-annimali kollha tal-ispeċje suxxettibbli għal mard lokalizzat fil-qasam ikunu ġew maqtula u l-bini ddisinfettat matul it-30 ġurnata, li jibdew fil-ġurnata meta l-annimali jkunu ġew meqruda u l-bini ddisinfettati, apparti milli fil-każ ta’ traċna (anthrax), meta l-perjodu ta’ projbizzjoni huwa ta’ 15-il ġurnata.

(e) sal-aħjar tagħrif li għandi jien, ma ġiex f’kuntatt ma ekwidi li jbatu minn mard infettiv jew li jittieħed fil-15-il ġurnata ta’ qabel din id-dikjarazzjoni.

(f) waqt l-ispezzjoni nstab tajjeb biex jiġi trasportat fil-vjaġġ maħsub skont id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 ( 15 ).



Data

Post

Timbru u firma tal-veterinarju ufficjali (1)

 
 
 

(1)   Isem f’ittri kapitali u l-pożizzjoni.




ANNESS III

MUDELL

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-kummerċ bejn l-Istati Membri

EKWIDI

KOMUNITA' EWROPEACertifikat ghall-kummerc Intra KomunitarjuI.1. KunsinnaturIsemIndirizzKodici PostaliI.2. Numru ta' Certifikat ta' riferenzaI.2.a. Numru lokali ta' riferenzaI.3. Awtorita Centrali kompetentiI.4. Awtorita lokali kompetentiI.5. DestinatarjuIsemIndirizzKodici PostaliI.6. Numru/I ta' certifikati originali Numru/I ta' dokumenti li jakkumpanjawhomI.7.I.8. Pajjiz ta' originiKodici ISOI.9. Regjun ta' originiKodiciI.10. Pajjiz ta' destinazzjoniKodici ISOI.11. Regjun ta' destinazzjoniKodiciI.12. Pajjiz ta' originiFondCentru ta' assemblaggOhrajnIsemNumru approvatIndirizzKodici PostaliI.13. Post ta' destinazzjoniFondCentru ta' assemblaggStabilimentOhrajnIsemNumru approvatIndirizzKodici PostaliI.14. Post ta' tghabijaKodici PostaliI.15. Data u hin ta' tluqI.16. Mezz ta' trasportAjruplanVaxxelVagunVejikolu tat-triqOhrajnIdentifikazzjoniI.17. TrasportaturIsemNumru approvatIndirizzKodici PostaliStat MembruI.18. Deskrizzjoni tal-prodottI.19. Kodici tal-Komodita (Kodici CN)I.20. Numru/KwantitaI.21.I.22. Numru ta' pakkettiI.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/ Numru ta' sigillI.24. Tip ta' ippakkettarI.25. Prodotti ċċertifikatiTghammirEquidae registratiQatlaOhrajnI.26. Tranzitu minn pajjiz terzPajjiz terzKodici ISOPost ta' hrugKodiciPost ta' dhulNumru tal-BIP unit:I.27. Tranzitu minn Pajjizi MembriStat MembruKodici ISOStat MembruKodici ISOStat MembruKodici ISOI.28. EsportazzjoniPajjiz terzKodici ISOPost ta' hruKodiciI.29. Hin estimat tal-vjaggI.30. Pjan tar-rottaIvaLeI.31. Identifikazzjoni tal-prodottiSpeċi (Isem xjentifiku)Sistema ta’ identifikazzjoniParti I: Dettalji tal-kunsinna pprezentata

KOMUNITÀ EWROPEAEkwidi rreġistrati, ekwidi għat-tgħammir u l- produzzjoni ekwidi għat-tbiċċirII. Informazzjoni dwar is-saħħa (1)II.a. Numru ta' referenza taċ-ċertifikatII.b. Numru tar-referenza lokaliJiena, li hawn taħt iffirmajt, niċċertifika li l-annimal/i deskritt/i hawn fuq jilħaq/jilħqu l-ħtiġijiet li ġejjin:II.1.huwa/huma ġie/ġew eżaminat/i llum u ma juri/juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard;II.2.huwa/huma mhux intenzjonat/mhumiex intenzjonati għat-tbiċċir taħt programm nazzjonali tal-eradikazzjoni ta’ mard li jittieħed jew infettiv;jew (2)[II.3.huwa/huma ma jiġix/ma jiġux mit-territorju jew minn parti tat-territorju ta’ Stat Membru li huwa s-suġġett ta’ restrizzjonijiet minħabba raġunijiet tal-marda Afrikana taż- żwiemel;]jew (2)[II.3.huwa/huma jiġi/jiġu mit-territorju jew parti mit-territorju ta' Stat Membru, li huwa s- suġġett ta' restrizzjonijiet minħabba raġunijiet tal-marda Afrikana taż-żwiemel, baqgħu ta' mill-inqas 40 ġurnata qabel it-tluq fl-istazzjon tal-kwarantina reżistenti għall-organiżmu li jġorr il-mikrobu… u għadda/għaddew minn eżami għas-sejbien ta' antikorpi għall-virus tal-marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritt fl- Anness IV mad-Direttiva 2009/156/KE li twettaq fl-istess ħin fuq kampjuni tad-demm meħuda f'żewġ okkażjonijiet b'interval ta' bejn 21 u 30 ġurnata fi… ( daħħal id-data ) u matul 10 ijiem qabel it-tluq fi … daħħal id-data );jew (3)[b'riżultat negattiv f'kull każ jekk huwa/huma ma kienx/kienux imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel;]jew (2)[mingħajr żieda fl-għadd tal-antikorpi, huwa/huma ma kienx/kienux imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel;]jew (3)[II.4.huwa/huma mhuwiex/mhumiex mlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel;]jew (2)[II.4.Huwa/huma kien/kienu mlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel fi … (daħħal id-data),jew (3)[mill-inqas xahrejn qabel iċ-ċertifikazzjoni;]jew (2)[mill-inqas xahrejn qabel id-dħul fl-istazzjon ta' kwarantina;]II.5.Huwa/huma ma jiġux minn (a) impriża/i li kienet/kienu soġġett/i għall-ordni(jiet) ta' projbizzjoni minħabba raġunijiet ta' saħħa tal-annimali li stabbilixxu mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:jew (3)[mhux l-annimali kollha fl-impriża tal-ispeċi suxxetibbli għall-marda imsemmija fil-punti (a) sa (g) ta' hawn taħt kienu mbiċċra u l-projbizzjoni damet mill-inqas għal:(a)fil-każ ta' ekwidi ssuspettati li ħadu d-dourine,jew (2)[sitt xhur mid-data tal-aħħar kuntatt attwali jew possibbli ma' annimal marid jew infettat bit- Trypanosoma equiperdum;]jew (2)[fil-każ ta' żiemel miżmum għar-razza, sakemm l-annimal ikun kastrat;](b)fil-każ ta' glanders, sitt xhur mill-ġurnata li fiha l-ekwidi li jsoffru mill- marda jew li kienu soġġetti b'riżultat pożittiv għal eżami għas-sejbien tal- patoġenu kawżanti Burkholderia mallei jew antikorpi għal dak il-patoġenu, kienu maqtula u distrutti;(c)fil-każ ta' kull tip ta' equine encephalomyelitis, sitt xhur mid-data meta l- ekwidi li jsoffru mill-marda ġew imbiċċra, bl-eċċezzjoni tal-każ tal- infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil fejn il-perjodu ta' sitt xhur jibda fil- ġurnata li jmutu l-ekwidi infettati, li jkunu tneħħew mill-impriża jew li jkunu rkuprati kompletament;Parti II: Ċertifikazzjoni

KOMUNITÀ EWROPEAEkwidi rreġistrati, ekwidi għat-tgħammir u l- produzzjoni ekwidi għat-tbiċċirII. Informazzjoni dwar is-saħħa (1)II.a. Numru ta' referenza taċ-ċertifikatII.b. Numru tar-referenza lokali(d)fil-każ ta’ anemija infettiva, sad-data li fiha l-annimali infettati kienu ġew imbiċċra, l-annimali li jibqgħu jkunu wrew reazzjoni negattiva għal test ta' Coggins imwettaq fuq kampjuni tad-demm miġbura f'żewġ okkażżjonijiet b'intervall ta' tliet xhur;(e)fil-każ ta’ stomatite vesikulari, sitt xhur mill-aħħar każ ;(f)fil-każ ta’ idrofobija, xhar mill-aħħar każ;(g)fil-każ ta’ anthrax, 15-il ġurnata mill-aħħar każ;]jew (2)[wara każijiet ta' dourine, glanders, equine encephalomyelitis ta' kull tip, equine infectious anaemia, vesicular stomatitis, anthrax jew idrofobija l-annimali kollha fl-impriża tal-ispeċi suxxetibbli għall-marda kkonċernata ġew imbiċċra jew maqtula u l-projbizzjoni damet għal 30 ġurnata, jew 15-il ġurnata fil-każ ta' anthrax, mid-data li fiha, wara l-qerda tal- annimali, id-disinfezzjoni tal-bini tlestiet b'mod sodisfaċenti;]II.6.safejn naf jien, huwa/huma ma ġiex/ma ġewx f’ kuntatt ma’ ekwidi li jbatu minn marda infettiva jew li tittieħed fil-15-il ġurnata ta’ qabel din id-dikjarazzjoni;II.7.waqt l-ispezzjoni huwa/huma kien/kienu tajjeb/tajba biex jiġu ttrasportat(i) fil-vjaġġ maħsub skont id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 (3).NotiParti IKaxxa. I.6: għandha tikkorrispondi man-numru tal-permess tas-CITES fil-każ tal-ekwidi mniżżla fil- Konvenzjoni ta' Washington dwar speċi protetti u l-prodotti tagħhom.Kaxxa I.16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).Kaxxa I.19: Użu tal-kodiċi tas-Sistema Armonizzata (SA) xierqa tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali: 01.01.01 jew 01.01.06.19Kaxxa I.31: Speċi: żiemel, ħmar, bagħal, bagħal tar-rkib, żebra (inkluż it-taħlit bejniethom).Is-Sistema ta’ identifikazzjoni: sal-31 ta' Diċembru 2009, is-sistema għandha tikkorrispondi għal numru ta' identifikazzjoni kif deskritt fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/68/KE, u mill-1 ta' Jannar 2010 għan-numru uniku tal-ħajja kif deskritt fl-Artikolu 2(d) u s-Sezzjoni 1(A)(4) tal-Anness I mar-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 504/2008.Parti II(1) L-informazzjoni fil-punti II.1. sa II.6 mhijiex meħtieġa meta jkun hemm ftehim bilaterali skont l- Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/156/KE.(2) Ħassar fejn ma japplikax.(3) Din id-dikjarazzjoni ma teżentax lit-trasportaturi mill-obbligi tagħhom skont id-disposizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ b’ mod partikolari rigward is-saħħa tal-annimali li għandhom jiġu ttrasportati.Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal 10 ijiem.Il-kulur tat-timbru u tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-partikularitajiet l-oħra fiċ-ċertifikatVeterinarju uffiċjali jew spettur uffiċjaliIsem (b’ Ittri kbar):Kwalifika u titoluUnità veterinarja lokali:Nru tal-LVU relatatData:Firma:Timbru




ANNESS IV

IL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL

DJANJOSI

Ir-reagenti għall-assaġġi immunosorbent marbuta bl-enżimi (enzyme-linked) (ELISA) deskritti hawn taħt jistgħu jinkisbu mil-laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità Ewropea jew il-Laboratorji ta’ Referenza OIE għal-marda Afrikana taż-żwiemel.

1.    ELISA KOMPETITTIVA GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL (VMŻA) (TEST PRESKRITT)

ELISA kompetittiva hija użata sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi f’serum minn xi speċi ta’ ekwidi. Is-serum tal-fenek tal-Indi li huwa ta’ spectrum wiesa’, polyclonal, immun anti-VMŻA (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “antiserum tal-fenek tal-Indi”) huwa serogroup speċifiku u jista’ jikxef is-serotipi kollha magħrufa tal-virus MŻA.

Il-prinċipju tat-test huwa l-interruzzjoni tar-reazzjoni bejn l-antiġen VMŻA u antiserum tal-fenek tal-Indi permezz ta’ kampjun tat-test tas-serum. Antikorpi VMŻA fil-kampjun tat-test tas-serum jistgħu jikkompetu ma’ dawk fl-antiserum tal-fenek tal-Indi li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kulur mistenni (wara ż-żieda ta’ antikorpi tal-fenek tal-Indi b’tikketta ta’ enżimi u sotto-strati). Serum jistgħu jiġu ttestjati b’tidwiba waħda ta’ 1 f’5 (metodu ta’ spot test) jew jistgħu jiġu ttitrati (metodu ta’ titrazzjoni tas-serum) biex jagħtu dilution end-points. Valuri ta’ inibizzjoni għola minn 50 % jistgħu jiġu meqjusa bħala pożittivi.

Il-protokoll tat-test deskritt minn hawn ‘il quddiem huwa użat fil-Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali għall-marda Afrikana taż-żwiemel f’Pirbright, ir-Renju Unit.

1.1.    Proċeduta tat-test

1.1.1.    Preparazzjoni tal-pjanċi

1.1.1.1. Iksi l-pjanċi tal-ELISA b’antiġen VMŻA estratt minn kulturi ta’ ċelloli infettati u mdewba f’buffer ta’ karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi tal-ELISA matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C.

1.1.1.2. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet billi tgħarraq u tiżvojta l-bjar b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFS), pH 7,2 sa 7,4 pH, u nixxef fuq karta li tassorbi.

1.1.2.    Bjar ta’ kontroll

1.1.2.1. Ittitra s-serum ta’ kontroll pożittiv f’serje ta’ tidwib doppji, minn 1 f’ 5 sa 1 f’640, matul kolonna 1 f’blocking buffer (BFS li fih ikunu jinsabu 0,05 % (v/v) Tween-20, 5,0 % (w/v) trab tal-ħalib xkumat (Cadbury’s Marvel TM) u 1 % (v/v) serum tal-ifrat adulta) sabiex jagħtu volum finali ta’ 50 μl/well.

1.1.2.2. Żid 50 μl tas-serum ta’ kontroll negattiv f’tidwiba ta’ 1 f’5 (10 μl serum + 40 μl buffer li jibblokka lill-bjar A u B ta’ kolonna 2.

1.1.2.3. Żid 100 μl/well ta’ blocking buffer lill-bjar C u D ta’ kolonna 2 (blank).

1.1.2.4. Żid 50 μl ta’ blocking buffer lill-bjar E, F, G u H ta’ kolonna 2 (kontroll tal-fenek tal-Indi).

1.1.3.    Metodu ta’ Spot test

1.1.3.1. Żid tidwiba ta’ 1 f’5 ta’ kull test serum f’buffer li jibblokka sabiex jiġu ddupplikati bjar ta’ kolonni 3 sa 12 (10 μl + 40 μl blocking buffer).

jew

1.1.4.    Metodu ta’ titrazzjoni tas-serum

1.1.4.1. Ipprepara serje ta’ tidwib doppji ta’ kull kampjun tat-test (1 f’5 sa 1 f’640) f’blocking buffer matul tmint ibjar ta’ kolonni waħdanija (3 sa 12).

imbagħad

1.1.5.   Żid 50 μl ta’ antiserumi tal-fenek tal-Indi, imdewweb minn qabel f’blocking buffer, lejn il-bjar kollha minbarra l-bjar blank tal-ELISA plate (il-bjar kollha issa jikkontjenu volum finali ta’ 100 μl).

1.1.5.1. Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker.

1.1.5.2. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet u nixxef bħal qabel.

1.1.5.3. Żid 50 μl ta’ serum tal-fenek ta’ kontra l-fenek tal-Indi kompost bi perossidi (HRP) dilwit minn qabel f’blocking buffer lil kull bir.

1.1.5.4. Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker.

1.1.5.5. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet u nixxef bħal qabel.

1.1.6.    Chromogen

Ipprepara s-soluzzjoni tal-chromogen OPD (OPD = ortho-phenyldiamine) skont l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant (0,4 mg/ml f’ilma sterili ddistillat) eżattament qabel ma’ jintuża. Żid sotto-strat (perossidu (akwa ossiġenata) = H2O2) biex tagħti konċentrazzjoni finali ta’ 0,05 % (v/v) (1 f’2000 ta’ soluzzjoni ta’ 30 % ta’ H2O2). Żid 50 μl tas-soluzzjoni tal-OPD ma’ kull bir u ħalli l-pjanċi fuq il-bank għal 10 minuti f’temperatura ambjentali. Waqqaf ir-reazzjoni billi żżid 50 μl/bir ta’ 1M aċidu sulfiriku (H2SO4).

1.1.7.    Qari

Aqra speċtrophotometrikament f’492 nm.

1.2.    L-espressjoni tar-riżultati

1.2.1. Billi tuża software package stampa l-valuri ta’ densità ottika, u l-persentaġġ ta’ inibizzjoni (PI) għas-serum tat-test u l-kontroll ibbażati fuq il-valur medju rrekordjat fl-erba’ bjar ta’ kontroll tal-fenek tal-Indi. Il-dettalji espressi bħala valuri ta’ OD u PI huma użati sabiex jistabbilixxu jekk it-test ikunx ġie mwettaq fil-limiti aċċettabbli. Il-limiti għolja tal-kontroll massimi (OKM) u l-limiti l-baxxi tal-kontroll minimi (BKM) għall-kontroll tal-fenek tal-Indi huma bejn il-valuri ta’ OD 1,4 u 0,4 rispettivament. It-titru tal-ponta tat-tarf għall-kontroll pożittiv ibbażat fuq 50 % PI għandu jkun 1 f’240 (f’firxa minn 1 f’120 sa 1 f’480). Kull pjanċa li tonqos milli tkun konformi mal-kriterji ta’ hawn fuq għandha tkun imwarrba. B’dankollu, jekk it-titru tas-serum tal-kontroll pożittiv huwa akbar minn 1 f’480 u l-kampjuni tat-test għadhom negattivi mbagħad il-kampjuni tat-test negattiv jistgħu jiġu aċċettati.

Il-bjar tas-serum tal-kontroll negattiv doppji u l-bjar blank doppji għandhom jirrekordjaw valuri PI ta’ bejn + 25 % u – 25 %, u bejn + 95 % u + 105 %, rispettivament. Nuqqas li jkunu bejn dawn il-limiti ma’ jinvalidawx il-pjanċi imma jissuġġerixxi li l-kulur tal-isfond ikun qiegħed jiżviluppa.

1.2.2. L-għatba dijanostika (il-cut-off tal-valur) għas-serum tat-test hija 50 % (PI 50 %). Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI aktar minn 50 % huma rrekordjati bħala pożittivi. Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI aktar baxxi minn 50 % huma rrekordjati bħala negattivi.

Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI ‘l fuq jew taħt l-għatba għall-bjar doppji huma kkunsidrati dubbjużi. Dawn il-kampjuni jistgħu jiġu ttestjati mill-ġdid fl-ispot test u permezz ta’ titrazzjoni. Kampjuni pożittivi jistgħu jiġu ttitrati wkoll sabiex jipprovdu indikazzjoni tal-livell ta’ pożittività.



Arranġament ta’ Spot test

 

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

 

+ ve tkompli

 

Sera tat-test

A

1:5

– ve kont.

31

32

33

34

35

36

37

38

39

40

B

1:10

– ve kont.

31

32

33

34

35

36

37

38

39

40

C

1:20

Blank

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

D

1:40

Blank

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

E

1:80

FI kont.

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

F

1:160

FI kont.

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

G

1:320

FI kont.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

H

1:640

FI kont.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

-ve kont = kontroll negattiv.

+ ve kont = kontroll pożittiv.

FI kont = kontroll tal-fenek tal-Indi.



Sera tat-test

 

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

 

+ ve kont.

 

Serum tat-test

A

1:5

– ve kont.

1:5

 
 
 
 
 
 
 
 

1:5

B

1:10

– ve kont.

1:10

 
 
 
 
 
 
 
 

1:10

C

1:20

Blank

1:20

 
 
 
 
 
 
 
 

1:20

D

1:40

Blank

1:40

 
 
 
 
 
 
 
 

1:40

E

1:80

FI kont.

1:80

 
 
 
 
 
 
 
 

1:80

F

1:160

FI kont.

1:160

 
 
 
 
 
 
 
 

1:160

G

1:320

FI kont.

1:320

 
 
 
 
 
 
 
 

1:320

H

1:640

FI kont.

1:640

 
 
 
 
 
 
 
 

1:640

- ve kont = kontroll negattiv.

+ ve kont = kontroll pożittiv.

FI kont = kontroll tal-fenek tal-Indi.

2.    ELISA INDIRETT GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL (VMŻA) (TEST PRESKRITT)

It-test deskritt minn hawn ‘il quddiem huwa bi qbil mad-deskrizzjoni tat-test fil-Kapitolu 2.1.11 tal-OIE Manwal tan-Normi għat-Testijiet Dijanjositiċi u l-Vaċċini, ir-raba’ edizzjoni, 2000.

Il-proteina recombinant VP7 ġiet użata bħala antiġen għad-determinazzjoni tal-antikorpi tal-virus MŻA b’indiċi għoli ta’ sensittività u speċifiċità. Vantaġġi oħra huma li huwa stabbli u mhux infettiv.

2.1.    Proċedura tat-test

2.1.1.    Fażi solida

2.1.1.1. Pjanċi ELISA huma miksija b’recombinant AHSV-4 VP7 dilwit b’buffer tal-karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C.

2.1.1.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’ilma ddistillat li jkun fih 0,01 % (v/v) Tween 20 (soluzzjoni tal-ħasil). Taptap bil-mod il-pjanċi għal fuq materjal li jassorbi sabiex tneħħi xi fdal tal-ħasil (residual wash).

2.1.1.3. Ibblokka l-pjanċi b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFM) + 5 % (w/v) ħalib xkumat (Nestlé Dry Skim Milk TM), 200 μl/bir għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

2.1.1.4. Neħħi s-soluzzjoni blocking u taptap bil-mod il-pjanċi għal fuq materjal li jassorbi.

2.1.2.    Kampjuni tat-test

2.1.2.1. Kampjuni tas-serum li jridu jiġu ttestjati, u serum ta’ kontroll pożittiv u negattiv, huma mdewba 1 f’25 f’BFM + 5 % (w/v) ħalib xkumat + 0,05 % (v/v) Tween 20, 100 μl kull bir. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

Għat-titrazzjoni, għamel serje ta’ tidwib doppju minn 1 f’25 (100 μl/bir), serum wieħed kull plate column, u agħmel l-istess b’kontrolli pożittivi u negattivi. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

2.1.2.2. Aħsel il-pjanċi kif deskritt fil-pass 2.1.1.2.

2.1.3.    Konjugazzjoni

2.1.3.1. Iddispensa 100μl/bir ta’ horseradish-peroxidase (HRP) -conjugated anti-horse gamma-globulin dilwit f’BFM + 5 % ħalib + 0,05 % Tween 20, pH 7,2. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

2.1.3.2. Aħsel il-pjanċi kif deskritt fil-pass 2.1.1.2.

2.1.4.    Cromogen/Substrata

2.1.4.1. Żid 200 μl/bir ta’ soluzzjoni ta’ chromogen/sotto-strat (10 ml ta’ 80,6 mM DMAB (dimethyl aminobenzaldehyde) + 10 ml ta’ 1,56 mM MBTH (3-methyl-2-benzo-thiazoline hydrazone hydrochlorid) + 5 μl H2O2).

Żvilupp tal-kulur huwa mwaqqaf billi żżid 50 μl ta’ 3N H2SO4 wara approssimament 5 sa 10 minuti (qabel mal-kontroll negattiv ma jibda jieħu l-kulur).

Chromogens oħra bħal ma huma ABTS (2,2’-Azino-bis-ġ3-ethylbenzothiazoline-6-sulphonic acid), TMB (tetramethyl benzidine), jew OPD (ortho-phenyldiamine) jistgħu jiġu użati wkoll.

2.1.4.2. Aqra l-pjanċi f’600 nm (jew 620 nm).

2.2.    Interpretazzjoni tar-riżultati

2.2.1. Ikkalkola l-valur cut-off billi żżid 0,6 mal-valur tal-kontroll negattiv (0,6 huwa d-devjazzjoni normali dderivat bi grupp ta’ 30 serum negattivi).

2.2.2. Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta’ absorbance aktar baxxi mill-cut-off huma meqjusa bħala negattivi.

2.2.3. Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta’ absorbance għola mill-cut-off + 0,15 huma meqjusa bħala pożittivi.

2.2.4. Il-kampjuni tat-test illi jagħtu valuri ta’ absorbance intermedji huma dubbjużi u teknika oħra trid tintuża biex jiġi kkonfermat ir-riżultat.

3.    L-IBBLOKKAR tal-ELISA GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAL-MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL (VDAŻ) (TEST PRESKRITT)

L-imblokkar tal-ELISA huwa ddisinjat sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi VDAŻ f’serum minn xi speċi suxxettibbli. VP7 hija l-proteina maġġuri, antiġenika, virali ta’ VDAŻ, u hija kkonservata ġo disa’ serotipi. Minħabba li l-antikorp monoclonal (Mab) huwa dirett ukoll kontra l-VP7, l-assaġġ jagħti livell għoli ta’ sensittività u speċifiċità. Apparti minn hekk, l-antiġen recombinant VP7 huwa kompletament sikur (ma jagħmilx ħsara) u għalhekk jiggarantixxi grad għoli ta’ sigurtà.

Il-prinċipju tat-test huwa l-interruzzjoni tar-reazzjoni bejn ir-recombinant VP7, bħala l-antiġen marbut mal-pjanċa ELISA u l-Mab ikkonjugat speċifiku għall-VP7. Antikorp fis-serum tat-test jista’ jibblokka r-reazzjoni bejn l-antiġen u l-Mab u b’hekk jirriżulta tnaqqis fil-kulur.

It-test deskritt minn issa ‘l quddiem huwa mwettaq fil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità Ewropea għal marda Afrikana taż-żwiemel f’Algete, Spanja.

3.1.    Proċedura tat-test

3.1.1.    Pjanċi ELISA

3.1.1.1. Iksi l-pjanċi ELISA b’recombinant AHSV-4 VP7 imdewweb b’buffer tal-karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C.

3.1.1.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFM) li jikkontjeni 0,05 % (v/v) Tween 20 (BFMT).

3.1.1.3. Stabbilizza l-pjanċa permezz ta’ trattament b’soluzzjoni li tistabbilizza (sabiex tiġi permessa ħażna għal perjodu ta’ żmien fit-tul fit-temperatura ta’ 4 °C mingħajr telf ta’ attività) u nixxef fuq karta li tassorbi.

3.1.2.    Kampjuni tat-test u kontrolli

Għall-għarbiel (screening)

:

dewweb is-serum tat-test u l-kontrolli 1 f’10 direttament fuq il-pjanċa f’BFMT sabiex jagħtu volum finali ta’ 100 μl/bir. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

Għat-titrazzjoni

:

ipprepara serje ta’ tidwib doppji tas-serum tat-test u l-kontrolli pożittivi (100 μl/bir) minn 1 f’10 sa 1 f’1 280 matul tmint ibjar. Kontroll negattiv huwa ttestjat f’tidwiba ta’ 1 f’10.

3.1.3.    Konjugazzjoni

Żid 50 μl/bir ta’ horseradish-peroxidase (HRP) -conjugated Mab (antikorpi monoclonal speċifiċi għal VP7) diġà mdewba lil kull bir u ħawwad bil-mod sabiex tassigura omoġenità. Poġġi fl-inkubatur għal 10 minuti f’temperatura ta’ 37 °C.

3.1.4.

Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’BFMT u nixxef bħal qabel.

3.1.5.

Cromogen/Substrata

Żid 100 μl/bir ta’ soluzzjoni ta’ chromogen/substrata (1 ml ta’ ABTS (2,2’-Azino-bis-[3-ethylbenzothiazoline-6-sulphonic acid) 5 mg/ml + 9 ml ta’ buffer ta’ substrata (0,1 M buffer ta’ Fosfat-Ċitrat ta’ pH 4 li jkun fihom 0,03 % H2O2] u poġġi fl-inkubatur għal 10 minuti f’temperatura tal-kamra. Żvilupp tal-kulur jitwaqqaf billi żżid 100 μl/bir ta’ 2 % (w/v) SDS (sulfat dodesil tas-sodju).

3.1.6.

Qari

Aqra f’405 nm f’ELISA reader.

3.2.    Interpretazzjoni tar-riżultati

3.2.1.    Validazzjoni tal-assaġġ

It-test huwa validu meta d-densità ottika (DO) tal-kontroll negattiv (KN) huwa għola minn 1,0 u l-DO tal-kontroll pożittiv (KP) huwa aktar baxx minn 0,2.

3.2.2.    Kalkulazzjoni cut-off

Cut-off pożittiva

=

KN -((KN - KP)× 0,3)

Cut-off negattiva

=

KN -((KN - KP)× 0,2)

Meta, KN hija d-DO tal-kontroll negattiv u KP d-DO tal-kontroll pożittiv.

3.2.3.    Interpretazzjoni tar-riżultati

Kampjuni b’DO aktar baxx mill-cut-off pożittiv għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożittivi għal antikorpi VDAŻ.

Kampjuni b’DO għola mill-cut-off negattiv għandhom jiġu kkunsidrati bħala negattivi għal antikorpi VDAŻ.

Kampjuni b’DO bejn dawn iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkunsidrati dubbjużi u jridu jerġgħu jittieħdu kampjuni tal-annimali wara żewġ jew tliet ġimgħat.




ANNESS V

PARTI A



Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 22)

Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE

(ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42)

 

Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE

(ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29)

l-Artikolu 15(3) biss

Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE

(ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56)

rigward ir-referenza għad-Direttiva 90/426/KEE fl-Artikolu 26(2) biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/130/KEE

(ĠU L 47, 22.2.1992, p. 26)

 

Direttiva tal-Kunsill 92/36/KEE

(ĠU L 157, 10.6.1992, p. 28)

l-Artikolu 1biss

Att ta’ Adeżjoni tal-1994, Anness I, Punt V.E.I.A.3

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 132)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE

(ĠU L 102, 12.4.2001, p. 63)

rigward ir-referenza għad-Direttiva 90/426/KEE fl-Artikolu 1(1), u l-Anness I, pt. 2 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/160/KE

(ĠU L 53, 23.2.2002, p. 37)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1)

l-Anness III, pt. 10 biss

Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness II, Punt 6.B.I.16

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381)

 

Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE

(ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321)

l-Artikolu 15 biss

Direttiva tal-Kunsill 2006/104/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352)

l-Anness, punt I.2. biss

Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE

(ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40)

l-Artikolu 7 biss

PARTI B



Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 22)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

90/426/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1992.

90/425/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1992.

91/496/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1992.

92/36/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1992.

2004/68/KE

fid-19 ta’ Novembru 2005.

2006/104/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.

2008/73/KE

fl-1 ta’ Jannar 2010.




ANNESS VI



Tabella ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 90/426/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(a) u (b)

Artikolu 2(a) u (b)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(c) (i) u (ii)

Artikolu 2(d) sa (i)

Artikolu 2(d) sa (i)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1), (2) u (3)

Artikolu 4(1), (2) u (3)

Artikolu 4(4)(i) u (ii)

Artikolu 4(4)(a) u (b)

Artikolu 4(5)(a), l-ewwel sas-sitt inċiż

Artikolu 4(5)(a)(i) sa (vi)

Artikolu 4(5)(b)

Artikolu 4(5)(b)

Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sat-tmien inċiż

Artikolu 4(6), l-ewwel subparagrafu, (a) sa (h)

Artikolu 4(6), it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 4(6), it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)(a)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, (a) u (b)

Artikolu 5(2)(b)

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, (a) u (b)

Artikolu 5(2)(c)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(2)(d)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(3)(a) u (b)

Artikolu 5(5)(a) u (b)

Artikolu 5(3)(c), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 5(5)(c), l-ewwel subparagrafu, (i) u (ii)

Artikolu 5(3)(c), it-tieni inċiż, l-aħħar sentenza

Artikolu 5(5)(c), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(3)(d) u (e)

Artikolu 5(5)(d) u (e)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 8(1)(a) u (b)

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11(1)

Artikolu 11

Artikolu 11(2)

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16(1)(a) sa (f)

Artikolu 16(1)(a) sa (f)

Artikolu 16(1), l-aħħar sentenza

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 17

Artikolu 19(i) sa (iv)

Artikolu 19(a) sa (d)

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 20

Artikolu 24(1) u (2)

Artikolu 21(1) u (2)

Artikolu 24(3)

Artikolu 25(1) u (2)

Artikolu 21(1) u (3)

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 28

Artikolu 24

Anness A

Anness I

Anness B

Anness II

Anness C

Anness III

Anness D

Anness IV

Anness V

Anness VI



( 1 ) Opinjoni tat-22 ta’ April 2009 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

( 3 ) Ara l-Anness V, Parti A.

( 4 ) ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

( 5 ) ĠU L 224, 18.8.1990. p. 29.

( 6 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 7 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55.

( 8 ) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.

( 9 ) ĠU L 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

( 10 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

( 11 ) Dan l-attestat mhux meħtieġ meta jkun hemm ftehim bilaterali bi qbil mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/156/KE.

( 12 ) Validu għal għaxart ijiem.

( 13 ) Ħassar fejn ma japplikax.

( 14 ) Id-data tat-tilqima għandha tkun miktuba fil-passaport.

( 15 ) Din id-dikjarazzjoni ma teżentax lit-trasportaturi mill-obbligazzjonijiet tagħhom skont id-disposizzjonijiet tal-Komunità fis-seħħ b’mod partikolari rigward is-saħħa tal-annimali li jridu jiġu ttrasportati.