02009L0100 — MT — 06.10.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2009/100/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 259 2.10.2009, p. 8)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA (UE) 2016/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Settembru 2016

  L 252

118

16.9.2016




▼B

DIRETTIVA 2009/100/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



▼M1

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal bastimenti użati għat-trasport tal-merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilma interni u li jkollhom piż totali ta' 20 tunnellata metrika jew aktar:

(a) b'tul ta' inqas minn 20 metru; u

(b) li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa anqas minn 100 metru kubu.

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Spezzjoni ta' Bastiment tar-Renu u għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN).

▼B

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom, sakemm ikun meħtieġ, jistabbilixxu kull proċedura neċessarja għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ navigabbiltà.

Madankollu, Stat Membru jista’ jeżenta minn din id-Direttiva l-bastimenti li ma jħallux il-kanali tal-ilma navigabbli interni tat-territorju tiegħu.

2.  Liċenzji ta’ navigabbiltà għandhom jinħarġu mill-Istat Membru li fih ikun irreġistrat il-bastiment jew ikollu l-port ta’ stazzjon jew, fin-nuqqas ta’ hekk, mill-Istat Membru li fih is-sid tal-bastiment jkollu d-domiċilju. Kull Stat Membru jista’ jitlob Stat Membru ieħor biex joħroġ liċenzji ta’ navigabbiltà għall-bastimenti amministrati minn ċittadini ta’ dan tal-ewwel. L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw l-poteri tagħhom lil korpi approvati.

3.  Liċenzji ta’ navigabbiltà għandhom isiru f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; għandhom jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni u jużaw is-sistema ta’ numerazzjoni speċifikata fl-Anness I.

Artikolu 3

1.  Bla ħsara għall-paragrafi 3 sa 6, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi għan-navigazzjoni fuq il-kanali tal-ilma ta’ navigazzjoni nazzjonali tiegħu l-liċenzji ta’ navigabbiltà maħruġin minn Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 2 fuq l-istess bażi daqs li kieku jkun ħareġ dawk il-liċenzji huwa stess.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika biss jekk il-liċenzja kienet maħruġa jew kienet estiża l-aħħar mhux iżjed minn ħames snin qabel u ma skadietx.

Ċertifikat maħruġ skont ir-Regolament dwar l-Ispezzjoni ta’ Bastimenti fuq ir-Rhine għandu jkun aċċettat bħala evidenza, fis-sens tal-paragrafi 3 u 5, għad-dewmien kollu tiegħu.

3.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu illi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fir-Regolament dwar l-Ispezzjoni ta’ Bastimenti fuq ir-Rhine jkunu mħarsa. Jistgħu jeħtieġu ċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 bħala evidenza ta’ dan.

▼M1

4.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-bastimenti li jġorru oġġetti perikolużi kif imfisser fl-ADN biex iħarsu r-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-Ftehim. Bħala evidenza ta' dan, jistgħu jeħtieġu illi l-awtorizzazzjoni prevista f'dak il-Ftehim tiġi prodotta.

▼B

5.  Bastimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament dwar l-Ispezzjoni ta’ Bastimenti fuq ir-Rhine għandhom jkunu ammessi fil-kanali tal-ilma navigabbli interni kollha fil-Komunità. Evidenza ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti tista’ tkun ipprovduta miċ-ċertifikat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragarafu 2.

▼M1

Kondizzjonijiet speċjali għat-trasport ta' oġġetti perikolużi għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati fil-kanali tal-ilma navigabbli tal-Komunità kollha jekk il-bastimenti jħarsu r-rekwiżiti tal-ADN. L-evidenza ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tista' tiġi pprovduta permezz tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

▼B

6.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu twettiq fil-kanali tal-ilma ta’ navigazzjoni marittimi ta’ kondizzjonijiet addizzjonali ekwivalenti għal dawk meħtieġa għall-bastimenti tagħhom stess. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kanali tal-ilma ta’ navigazzjoni marittimi tagħhom, liema listi għandhom ikunu mħejjija mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta lilha mill-Istati Membri.

Artikolu 4

1.  Kull Stat Membru jista’ jirtira liċenzja ta’ navigabbiltà li jkun ħareġ.

2.  Kull Stat Membru jista’ jitterrompi l-passaġġ ta’ bastiment, fejn il-bastiment jinsab fl-ispezzjoni li jkun f’kondizzjoni li tikkostitwixxi ċarament perikolu lill-inħawi, sakemm id-difetti jiġu kkoreġuti. Dak l-Istat Membru jista’ jagħmel hekk ukoll fejn il-bastiment jew it-tagħmir tiegħu jinstabu fl-ispezzjoni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liċenzja ta’ navigabbiltà jew fid-dokumenti l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 3 skont il-każ.

3.  Stat Membru li jkun itterrompa l-passaġġ ta’ bastiment, jew li jkun indika l-intenzjoni tiegħu li jagħmel hekk jekk id-difetti ma jiġux ikkoreġuti, għandu jinforma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-liċenzja ta’ navigabbiltà jew id-dokumenti l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 3 inħarġu għal raġunijiet għad-deċiżjoni li jkun ħa jew li maħsub li jieħu.

4.  Id-deċiżjonijiet kollha biex jitterrompu l-passaġġ ta’ bastiment meħuda skont il-miżuri adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom iniżżlu fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. It-tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi infurmata dwar ir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u dwar il-limiti ta’ żmien permessi għall-ksib ta’ tali rimedji.

Artikolu 5

Id-Direttiva 76/135/KEE, kif emendata mid-Direttiva elenkata fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

INFORMAZZJONI MINIMA LI TIDHER FUQ IL-LIĊENZJI

(imsemmija fl-Artikolu 2(3))

L-informazzjoni hija maqsuma fi tliet kategoriji:

obbligatorju

:

l-ebda sinjal speċjali

meħtieġ jekk applikabbli

:

(×)

bżonnjuż imma mhux obbligatorju

:

(+)

1. Isem tal-awtorità jew tal-korp approvat li joħroġ id-dokument

2.

 

(a) Titolu tad-dokument

(b) (+) Numru tad-dokument

3. Stat ta’ ħruġ

4. Isem u domiċilju tas-sid tal-bastiment

5. Isem tal-bastiment

6. (×) Post u numru ta’ reġistrazzjoni

7. (×) Port ta’ stazzjon

8. (+) Tip ta’ kostruzzjoni

9. (+) Utilizzazzjoni

10. Karatteristiċi prinċipali

(a) tul ġenerali f’metri

(b) wisa’ ġenerali f’metri

(c) fond taħt il-linja tal-ilma f’fundar(i) tal-baħar massimu f’metri

11. (×) Piż(ijiet) totali f’tunnellati metriċi jew spostament(i) f’metri kubi f’fundar(i) tal-baħar massimu

12. (×) Indikazzjoni ta’ marki f’fundari tal-baħar

13. (×) Numru massimu awtorizzat ta’ passiġġieri

14. (×) Poter totali ta’ magni li jsuqu f’HP jew KW

15. Minimu tas-soprastruttura(i) u l-linja tal-ilma f’ċentimetri

16.

 

(a) Dikjarazzjoni: il-bastiment indikat hawn fuq huwa ċċertifikat li huwa tajjeb għan-navigazzjoni

(b) (×) Bla ħsara lis-segwenti kondizzjonijiet

(c) (×) Indikazzjoni tar-restrizzjoni tan-navigazzjoni

17.

 

(a) Data ta’ skadenza

(b) Data ta’ ħruġ

18. Timbru u firma tal-awtorità jew tal-korp approvat li joħroġ il-liċenzja




ANNESS II

PARTI A



Direttiva mħassra flimkien mal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 5)

Direttiva tal-Kunsill 76/135/KEE

(ĠU L 21 tad-29.1.1976, p. 10)

Direttiva tal-Kunsill 78/1016/KEE

(ĠU L 349 tat-13.12.1978, p. 31)

PARTI B



Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 5)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

76/135/KEE

fid-19 ta’ Jannar 1977.

78/1016/KEE




ANNESS III



Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 76/135/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, kliem tal-bidu u punt (a)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu

Artikolu 1, punt (b)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (a) u (b)

Artikolu 1, l-aħħar sentenza

Artikolu 1, it-tieni paragrafu

Artikoli 2–4

Artikoli 2–4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikolu 7

Anness

Anness I

Anness II

Anness III