02009L0065 — MT — 17.01.2025 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA 2009/65/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 302 17.11.2009, p. 32) |
Emendata bi:
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2009/65/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)
(tfassil mill-ġdid)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
|
KONTENUT |
|
|
KAPTIOLU I |
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET |
|
KAPITOLU II |
AWTORIZZAZZJONI TA’ UCITS |
|
KAPITOLU III |
OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW KUMPANIJI TAL-MANIĠMENT |
|
TAQSIMA 1 |
Kundizzjonijiet għall-bidu ta’ negozju |
|
TAQSIMA 2 |
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi |
|
TAQSIMA 3 |
Kundizzjonijiet operattivi |
|
TAQSIMA 4 |
Il-liberta’ ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi |
|
KAPITOLU IV |
OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW ID-DEPOZITARJU |
|
KAPITOLU V: |
OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW KUMPANIJI TA’ INVESTIMENT |
|
TAQSIMA 1 |
Kundizzjonijiet għall-bidu ta’ negozju |
|
TAQSIMA 2 |
Kundizzjonijiet operattivi |
|
KAPITOLU VI |
MERGERS TA’ UCITS |
|
TAQSIMA 1 |
Prinċipju, awtorizzazzjoni u approvazzjoni |
|
TAQSIMA 2 |
Kontroll tal-parti terza, tagħrif għat-titolari tal-unitajiet u drittijiet oħra tat-titolari tal-unitajiet |
|
TAQSIMA 3 |
Spejjeż u dħul fis-seħħ |
|
KAPITOLU VII |
OBBLIGI LI JIKKONĊERNAW IL-LINJI POLITIĊI TA’ INVESTIMENT TA’ UCITS |
|
KAPITOLU VIII |
STRUTTURI PRINCIPALI-ALIMENTATRICI |
|
TAQSIMA 1 |
Ambitu u approvazzjoni |
|
TAQSIMA 2 |
Dispożizzjonijiet komuni għall-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali |
|
TAQSIMA 3 |
Depożitarji u awdituri |
|
TAQSIMA 4 |
Tagħrif u komunikazzjonijiet kummerċjali obbligatorji mill-UCITS alimentatriċi |
|
TAQSIMA 5 |
Il-bdil ta’ UCITS eżistenti f’UCITS alimentatriċi u bdil tal-UCITS prinċipali |
|
TAQSIMA 6 |
Obbligi u awtoritajiet kompetenti |
|
KAPITOLU IX |
OBBLIGI DWAR L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA LILL-INVESTITURI |
|
TAQSIMA 1 |
Il-pubblikazzjoni ta’ prospett u rapporti perijodiċi |
|
TAQSIMA 2 |
Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni oħra |
|
TAQSIMA 3 |
Tagħrif ewlieni għall-investituri |
|
IT-TAQSIMA 4 |
Accessibbilta tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ access uniku ewropew |
|
KAPITOLU X |
L-OBBLIGI GENERALI TA’ UCITS |
|
KAPTIOLU XI |
DISPOZIZZJONIJIET SPECJALI APPLIKABBLI GHAL UCITS LI JIKKUMMERCJALIZZAW L-UNITAJIET TAGHHOM FI STATI MEMBRI BARRA MINN DAWK LI FIHOM IKUNU STABBILITI |
|
KAPITOLU XII |
DISPOZIZZJONIJIET LI JIKKONCERNAW L-AWTORITAJIET RESPONSABBLI GHAL AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIZJONI |
|
KAPITOLU XIII |
ATTI DDELEGATI U SETGĦAT TA’ EŻEKUZZJONI |
|
KAPITOLU XIV |
DEROGI U DISPOZIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI |
|
TAQSIMA 1 |
Derogi |
|
TAQSIMA 2 |
Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali |
|
ANNESS I |
Skedi A u B |
|
ANNESS II |
Funzjonijiet inklużi fl-attività tal-maniġment kollettiv tal-portafoll |
|
ANNESS III |
|
|
Parti A |
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha |
|
Parti B |
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni |
|
ANNESS IV |
Tabella ta’ korrelazzjoni |
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u suġġett għall-Artikolu 3, il- UCITS tfisser impriża:
b’ għan waħdieni ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli jew f’assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 50(1) ta’ kapital miġbur mill-pubbliku u li joperaw fuq il-prinċipju ta’ tixrid tar-riskju; u
b’ unitajiet li huma, fuq it-talba tat-titolari, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-assi ta’ dawk l-impriżi. Azzjoni meħuda minn UCITS sabiex jiġi żgurat li l-valur tal-Borża tal-unitajiet tagħha ma jvarjawx b’mod sinifikanti mill-valur nett tagħhom tal-assi għandha titqies bħala ekwivalenti għal dan ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li UCITS ikunu jikkonsistu f’ diversi kompartimenti ta’ investiment.
L- impriżi msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu kkostitwiti f’konformita’ mal-liġi tal-kuntratti (bħala fondi komuni mmaniġġjati minn kumpaniji tal-maniġment), il-liġi dwar it-“trusts” (bħala unitajiet ta’ trust), jew statut (bħala kumpaniji ta’ investiment).
Għall- finijiet ta’ din il-Direttiva:
“fondi komuni” għandhom ukoll jinkludu unitajiet ta’ trust;
“unitajiet” ta’ UCITS għandhom jinkludu wkoll ishma ta’ UCITS.
Artikolu 2
Għall- finijiet ta’ din il-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
“depożitarju” tfisser istituzzjoni li tingħata l-kompiti msemmija fl-Artikoli 22 u 32 u suġġetta għad-dispożizzjonijiet l-oħra stabbiliti fil-Kapitolu IV u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu V;
“kumpanija tal-maniġment” tfisser kumpanija, li n-negozju regolari tagħha huwa l- immaniġġjar ta’ UCITS fil-forma ta’ fondi komuni u/jew ta’ kumpaniji ta’ investiment (maniġment kollettiv ta’ portafoll ta’ UCITS);
“l-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ kumpanija tal-maniġment” tfisser l-Istat Membru li fih il-kumpanija tal-maniġment jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;
“l-Istat Membru ospitanti ta’ kumpanija tal-maniġment” tfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju, li fit-territorju tiegħu kumpanija tal-maniġment ikollha fergħa jew tipprovdi servizzi;
“Stat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS” tfisser l-Istat Membru li fih il-UCITS tkun awtorizzata skont l-Artikolu 5;
“Stat Membru ospitanti ta’ UCITS” tfisser l-Istat Membru, barra mill-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS, li fih l-UCITS jiġu kummerċjalizzati;
“fergħa” tfisser post ta’ negozju li huwa parti mill-kumpanija tal-maniġment, li ma għandha l-ebda personalità ġuridika u li tipprovdi s-servizzi li għalihom il-kumpanija tal-maniġment tkun ġiet awtorizzata;
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet li kull Stat Membru jinnomina skont l-Artikolu 97;
“irbit mill-qrib” tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew aktar, ikollhom rabta permezz ta’:
“parteċipazzjoni”, li tfisser is-sjieda, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża; jew
“kontroll”, li tfisser ir-relazzjoni bejn “impriża ewlenija” (parent) u “sussidjarja” kif stabbilit fl-Artikoli 1 u 2 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati ( 1 ) u fil-każi kollha li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE jew relazzjoni simili bejn xi persuni fiżiċi jew ġuridiċi u xi impriża;
“holdings kwalifikattivi” tfisser kull holding diretta jew indiretta f’kumpanija tal-maniġment li tirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tippermetti li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-immaniġġjar tal-kumpanija tal-maniġment li tkun fiha dik il-holding;
“kapital inizjali” tfisseril-fondi kif imsemmi fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE;
“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif imsemmi fit-Titolu V, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 tad-Direttiva 2006/48/KE;
“mezz li jservi fit-tul” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lil investitur jaħżen tagħrif indirizzat lil dak l-investitur personalment b’mod li jkun aċċessibbli għar-referenza fil-futur għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tat-tagħrif u li jippermetti r-riproduzzjoni mingħajr tibdil tat-tagħrif maħżun;
“titoli trasferibbli” tfisser:
ishma f’kumpaniji u f’titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji (“ishma”);
bonds u forom oħra ta’ debitu garantit (“titoli ta’ debitu”);
kull titolu ieħor negozjabbli li għandu d-dritt li jakkwista kull titolu trasferibbli bħal dan permezz ta’ sottoskrizzjoni jew skambju;
“strumenti tas-suq tal-flus” tfisser strumenti normalment trattati fis-suq tal-flus li huma likwidi, u għandhom valur li jista’ jiġi determinat b’mod eżatt fi kwalunkwe ħin;
“mergers” tfisser operazzjoni fejn:
UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur nett tal-assi ta’ dawk l-unitajiet;
żewġ UCITS jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, meta qed jiġu xolti mingħajr ma jiġu likwidati, jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom kollha f’UCITS li jiffurmaw huma jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”, fi skambju għall-ħruġ lit-titolari tal-unitajiet tagħhom ta’ unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn xieraq, ħlas f’kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur net tal-assi ta’ dawk l-unitajiet;
UCITS waħda jew aktar jew kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS, il-“UCITS li jkunu deħlin f’merger”, li jkomplu jeżistu sakemmma jkunx ġie regolat il-pasiv kolly, jittrasferixxu l-assi netti f’kumpartiment ta’ investiment ieħor tal-istess UCITS, f’UCITS oħra li jiffurmaw jew f’UCITS oħra eżistenti jew kompartiment tagħha ta’ investiment, l-“UCITS riċeventi”.
“merger transkonfinali” tfisser merger ta’ UCITS:
li għall-inqas tnejn minnhom ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti; kif ukoll
stabbiliti fl-Istess Stat Membru f’UCITS imwaqqfa ġdida u stabbilita fi Stat Membru ieħor.
“merger domestika” tfisser merger bejn UCITS stabbiliti fl-istess Stat Membru meta għall-inqas waħda mill-UCITS involuti kienet notifikata skont l-Artikolu 93;
“korp tal-maniġment” tfisser il-korp bl-awtorità deċiżjonali aħħarija f’kumpanija tal-maniġment, kumpanija ta’ investiment jew depożitarju, inklużi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, jew il-funzjoni maniġerjali biss jekk iż-żewġ funzjonijiet ikunu separati. Fejn, skont il-liġi nazzjonali, fil-kumpanija tal-maniġment, il-kumpanija ta’ investiment jew depożitarju jkunu stabbiliti korpi differenti b’funzjonijiet speċifiċi, ir-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva diretti lejn il-korp tal-maniġment jew lejn il-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ukoll, jew għandhom minflok, japplikaw għal dawk il-membri ta’ korpi oħrajn tal-kumpanija tal-maniġment, tal-kumpanija ta’ investiment jew depożitarju li lilhom il-liġi nazzjonali applikabbli tassenja r-responsabbiltà rispettiva;
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“kontroparti ċentrali” jew “CCP” tfisser CCP kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
Għall-finijiet tal- punt (i)(ii) tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:
impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha wkoll titqies bħala sussidjarja tal-impriża ewlenija li tkun fir-ras ta’ dawk l-impriżi;
sitwazzjonijiet fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew aktar, ikollhom rabta permanenti lejn waħda jew aktar mill-istess persuni b’relazzjoni ta’ kontroll, għandhom ukoll jitqiesu li jikkonstitwixxu rbit mill-qrib bejn tali persuni.
Artikolu 3
Dawn li li ġejjin m’għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva:
impriżi ta’ investiment kollettiv tat-tip “magħluqa”;
impriżi ta’ investiment kollettiv li jżidu l-kapital mingħajr ma jippromwovu l-bejgħ tal-unitajiet tagħhom lill-pubbliku fil-Komunità jew f’xi parti minnha;
impriżi ta’ investiment kollettiv li l-unitajiet tagħhom, skont ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, jistgħu jinbigħu biss lill-pubbliku f’pajjiżi terz;
kategoriji ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv preskritti mir-regolamenti tal-Istati Membri li fihom dawn l-impriżi ta’ investiment kollettiv ikunu stabbiliti, li għalihom ir-regoli stipulati fil-Kapitolu VII u l-Artikolu 83 ma jkunux adegwati minħabba l-linji politiċi tagħhom ta’ investiment u self.
Artikolu 4
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, UCITS għandha titqies li tkun stabbiliti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.
KAPITOLU II
L-AWTORIZZAZZJONI TA’ UCITS
Artikolu 5
L-ebda UCITS ma għandha twettaq attivitajiet sakemm ma tkunx ġiet awtorizzata skont din id-Direttiva.
Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS m’ għanhomx jawtorizzaw UCITS jekk:
huma jistabbilixxu li l-kumpanija ta’ investiment ma tikkonformax mal-prekundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu V; jew,
il-kumpanija tal-maniġment ma tkunx awtorizzata għall- maniġment tal-UCITS fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.
Bla ħsara għall-Artikolu 29(2), il-kumpanija ta’ manġment, jew, fejn ikun applikabbli, il-kumpanija ta’ investiment għandha tiġi informata, fi żmien xahrejn minn meta ssir l-applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni tal-UCITS tkunx ingħatat.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS ma jistgħux jawtorizzaw UCITS jekk id-diretturi tad-depożitarju mhumiex ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma għandhomx esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ UCITS li għandha tiġi mmaniġġjata. Għal dak il-għan, l-ismijiet tad-diretturi tad-depożitarju u ta’ kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.
Diretturi għandhom ifissru dawk il-persuni li, skont il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jirrappreżentaw id-depożitarju, jew li jiddeterminaw effettivament il-politika tad-depożitarju.
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem “AETS”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) (l-“ASE(AETS)”) tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-UCITS.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU III
OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW KUMPANIJI TAL-MANIĠMENT
TAQSIMA 1
Kundizzjonijiet għall-bidu ta’ negozju
Artikolu 6
L-AETS għandha tiġi nnotifikata b’kull awtorizzazzjoni li tingħata u għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha, lista aġġornata tal-kumpanniji tal-maniġment awtorizzati u żżommha aġġornata.
L-ebda kumpanija tal-maniġment m’ għandha tidħol għal attivitajiet ta’ xort’oħra mill- immaniġġjar tal-UCITS awtorizzata skont din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal- immaniġġjar addizzjonali ta’ impriżi kollettivi oħrajn tal-investiment li mhumiex koperti b’din id-Direttiva u li għalihom il-kumpanija tal-maniġment hi suġġetta għal superviżjoni prudenzjali imma li ma tistax titqiegħed fis-suq fi Stati Membri oħra taħt din id-Direttiva.
L-attività ta’ mmaniġġjar tal-UCITS għandha tinkludi, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-funzjonijiet imsemmija fl-Anness II.
B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw kumpaniji tal-maniġment biex jipprovdu, minbarra mmaniġġjar tal-UCITS, is-servizzi li ġejjin:
l-immaniġġjar ta’ portafolji ta’ investmenti, inklużi dawk fis-sjieda ta’ fondi ta’ pensjoni, skont il-mandati mogħtija minn investituri fuq bażi ta’ diskrezzjoni, u klijent bi klijent, meta dawn il-portafolji jinkludu strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE; u
bħala servizzi mhux ewlenija:
pariri fuq investimenti li jikkonċernaw strument wieħed jew iktar elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE;
salvagwardja u amministrazzjoni fir-rigward ta’ unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv.
Kumpaniji tal-maniġment m’ għandhom fl-ebda każ jiġu awtorizzati taħt din id-Direttiva sabiex jipprovdu biss is-servizzi msemmija f’dan il-paragrafu jew biex jipprovdu servizzi mhux ewlenija mingħajr ma jiġu awtorizzati għas-servizzi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.
Artikolu 7
Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet l-oħrajn ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpanija tal-maniġment sakemm ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-kumpanija tal-maniġment ikollha kapital inizjali ta’ mill-inqas EUR 125 000 , meta jitqies li ġej:
meta l-valur tal-portafolji tal-kumpaniji tal-maniġment, jeċċedi l-EUR 250 000 000 , il-kumpanija tal-maniġment għandha tiġi rikjesta li tipprovdi ammont addizzjonali ta’ fondi proprji li jkun ugwali għal 0,02 % tal-ammont li bih il-valur tal-portafolji tal-kumpanija tal-maniġment jeċċedi l-EUR 250 000 000 , madanakollu t-total meħtieġ tal-kapital inizjali u l-ammont addizzjonali ma jistax jeċċedi l-EUR 10 000 000 ;
għall- finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-portafolji li ġejjin jitqiesu bħala l-portafolji tal-kumpaniji tal-maniġment:
irrispettivament mill-ammont ta' dawk ir-rekwiżiti, il-fondi proprji tal-kumpanija tal-maniġment ma għandhom qatt ikunu inqas mill-ammont preskritt fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).
il-persuni li jikkonduċu effettivament in-negozju ta’ kumpanija tal-maniġment ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u esperjenzati biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ UCITS immaniġġjati mill-kumpanija tal-maniġment, l-ismijiet ta’ dawk il-persuni u ta’ kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga kkomunikati minnufih lill-awtoritajiet kompetenti u t-tmexxija ta’ negozju ta’ kumpanija tal-maniġment deċiż minn mill-inqas żewġ persuni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet;
l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkollha magħha programm ta’ attività li tistabbilixxi, talanqas, l-istruttura organizzazzjonali tal-kumpanija tal-maniġment;
kemm l-uffiċċju prinċipali kif ukoll l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija tal-maniġment ikunu jinstabu fl-istess Stat Membru.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-punt (a), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil kumpaniji tal-maniġment biex ma jipprovdux sa 50 % tal-ammont addizzjonali tal-fondi proprji msemmija fil-punt (i) jekk jibbenefikaw minn garanzija tal-istess ammont mogħtija minn istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża ta’ assigurazzjoni; l-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-impriża ta’ assigurazzjoni għandu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz sakemm tkun suġġetta għal regoli prudenzjali kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala mhux ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja.
Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanija ta’ investiment u kull persuna oħra fiżika jew ġuridika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet mill-qrib ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha l-kumpanija tal-maniġment jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu kumpaniji tal-maniġment biex jipprovdulhom bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex ikun hemm monitoraġġ ta’ konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil kumpanija tal-maniġment suġġetta għal din id-Direttiva biss meta dik il-kumpanija:
ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew tkun waqqfet l-attività koperta b’din id-Direttiva iktar minn sitt xhur qabel, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda biex taqa’ din l-awtorizzazzjoni f’ dawn il-każijiet;
tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat l-awtorizzazzjoni;
ma tikkonformax mad-Direttiva 2006/49/KE jekk l-awtorizzazzjoni tagħha tkopri wkoll is-servizz diskrezzjonarju ta’ maniġment ta’ portafoll msemmi fl-Artikolu 6 (3)(a) ta’ din id-Direttiva;
tkun serjament u/jew sistematikament kisret id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva; jew
taqa’ taħt kwalunkwe każ meta l-liġi nazzjonali tipprovdi għal irtirar.
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpannija tal-maniġment, inkluż il-programm ta’ attivitajiet;
r-rekwiziti applikabbli għall-kumpannija tal-maniġment skont il-paragrafu 2 u l-informazzjoni għan-notifika prevista fil-paragrafu 3;
r-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b’azjendi kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif previst fl-Artikoli 8(1) ta’ din id-Direttiva u fl-Artikolu 10(1) u (2) tad-Direttiva 2004/39/KE, skont l-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jkunu ddeterminati forom, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti ta’ informazzjoni kif dispost fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 8
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni sabiex jinbeda negozju ta’ kumpaniji tal-maniġment sakemm ikunu ġew infurmati bl-identitajiet tat-titolari tal-ishma jew tal-membri, sew diretti sew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li għandhom azjendi kwalifikattivi u tal-ammonti ta’ dawk l-ażjendi.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, b’kont meħud tal-bżonn li jiġi żgurat immaniġġjar tajjeb u prudenti ta’ kumpanija tal-maniġment, ma jkunux sodisfatti bl-adattabbiltà tat-titolari tal-ishma jew tal-membri msemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati minn qabel dwar l-awtorizzazzjoni ta’ kull kumpanija tal-maniġment li hi waħda milli ġejjin:
sussidjarja ta’ kumpannija oħra tal-maniġment, ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor;
sussidjarja tal-impriża ewlenija ta’ kumpanija oħra tal-maniġment, ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża ta’ assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew
kumpanija kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw kumpanija oħra tal-maniġment, ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew impriża ta’ assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.
TAQSIMA 2
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi
Artikolu 9
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi għandhom ikunu rregolati skont ir-regoli rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/39/KE.
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-espressjonijiet “ditta ta’ investiment” u “ditti ta’ investiment” msemmija fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom jinftehmu rispettivament bħala “kumpanija tal-maniġment” u “kumpaniji tal-maniġment”; l-espressjoni “li jipprovdu servizzi ta’ investiment” msemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2004/39/KE għandha tinftiehem bħala “li jipprovdu servizzi”.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-Kummissjoni b’kwalunkwe diffikultà ġenerali li l-UCITS jiltaqgħu magħha fil-kummerċjalizzazzjoni tal-unitajiet tagħhom f’kwalunkwe pajjiż terz.
Il-Kummissjoni għandha tezamina tali diffikultajiet kemm jista’ jkun malajr biex issib soluzzjoni kif inhu xieraq. L-AETS għandha tassistiha fit-twettiq ta’ dak il-kompitu.
TAQSIMA 3
Kundizzjonijiet operattivi
Artikolu 10
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jeħtieġu li l-kumpanija tal-maniġment li huma awtorizzaw tikkonforma l-ħin kollu mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 7 (1) u (2).
Il-fondi proprji ta’ kumpanija tal-maniġment ma jistgħux jaqgħu taħt il-livell speċifikat fil-punt (a) tal-Artikolu 7 (1). Jekk jiġri hekk, madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw hekk, jippermettu lil dawn id-ditti perjodu limitat biex fih jiġu rettifikati s-sitwazzjonijiet tagħhom jew biex fih jieqfu mill-attivitajiet tagħhom.
Artikolu 11
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiġi stabbilita lista eżawrjenti ta’ informazzjoni, kif previst f’dan l-Artikolu, b’referenza għall-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2004/39/KE, li trid tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10a(2) ta’ dik id-Direttiva.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji biex jiġu stabbiliti formoli, mudelli u proċeduri standard għall-modalitajiet tal-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, kif previst f’dan l-Artikolu, b’referenza għall-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2004/39/KE.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 12
Kull Stat Membru għandu jfassal regoli prudenzjali li kumpaniji ta’ maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru, b’ kunsiderazzjoni għall-attività ta’ maniġment ta’ UCITS awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom josservaw f’ kull ħin.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment b’ kunsiderazzjoni ukoll għan-natura tal-UCITS immaniġġjata minn kumpanija tal-maniġment, għandhom jeħtieġu li kull kumpanija ta’ din ix-xorta:
ikollha proċeduri amministrattivi u ta' kontabbiltà sodi, arranġamenti ta' kontroll u ta' salvagwardja għall-ipproċessar elettroniku tad-data, inkluż fir-rigward ta’ netwerks u sistemi tal-informazzjoni stabbiliti u ġestiti f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), kif ukoll mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern, inkluż, b'mod partikolari, regoli għal tranżazzjonijiet personali mill-impjegati tagħha jew għaż-żamma jew il-ġestjoni ta' investimenti fi strumenti finanzjarji sabiex tinvesti f'isimha stess u għall-iżgurar, tal-anqas, li kull operazzjoni li tinvolvi lill-UCITS tkun tista' tiġi rikostruwita f'konformità mal-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post li fihom saret u li l-assi tal-UCITS ġestiti mill-kumpanija tal-ġestjoni ikunu investiti f'konformità mar-regoli dwar il-fondi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ;
hija strutturata u organizzata b’tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju li l-interessi tal-UCITS jew tal-klijenti jkun ippreġudikat minn kunflitti ta’ interess bejn il-kumpannija u l-klijenti tagħha, bejn tnejn mill-klijent tagħha, bejn klijent tagħha u UCITS, jew bejn żewġ UCITS.
Kull kumpanija tal-maniġment li l-awtorizzazzjoni tagħha tkopri wkoll is-servizz maniġerjali diskrezzjonarju tal-portafolji msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 6(3):
ma għandhux ikollha l-permess tinvesti l-portafoll kollu tal-investitur, jew parti minnu, f’impriżi ta’ investiment kollettiv li timmaniġġja, sakemm ma tirċeviex approvazzjoni ġenerali minn qabel mill-kijent;
għandha tkun suġġetta fir-rigward tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(3) għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur ( 8 ).
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 112a, miżuri li jispeċifikaw:
il-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għajr il-proċeduri u l-arranġamenti li jikkonċernaw in-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni;
l-istrutturi u r-rekwiżiti organizzattivi għall-minimizzazzjoni tal-kunflitti ta' interess imsemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu ddeterminati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-proċeduri, l-arranġamenti, l-istrutturi u r-rekwiżiti organizzattivi msemmijin fil-paragrafu 3.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 13
Jekk il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment tippermetti lill-kumpaniji tal-maniġment li jiddelegaw lil partijiet terzi, għall-finijiet ta’ żvolġiment iktar effiċjenti tan-negozju tal-kumpaniji, li jwettqu għan-nom tagħhom funzjoni proprja waħda jew iktar, għandu jkun hemm konformità mal-prekundizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kumpanija tal-maniġment għandha tinforma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju b’mod xieraq; l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, bla dewmien, jgħaddu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS;
il-mandat ma għandux jipprevjeni l-effettività ta’ superviżjoni fuq il-kumpanija tal-maniġment u b’mod partikolari ma għandux jipprevjeni lill-kumpanija tal-maniġment milli taġixxi, jew lill-UCITS milli tiġi mmaniġġjata, fl-aħjar interessi tal-investituri tagħha;
meta d-delega tikkonċerna l- immaniġġjar ta’ investiment, il-mandat jista’ jingħata biss lil impriżi li huma awtorizzati jew reġistrati għall- finijiet ta’ mmaniġġjar ta’ assi u suġġett għal superviżjoni prudenzjali; id-delega għandha tkun skont kriterji ta’ allokazzjoni ta’ investiment stabbiliti perjodikament minn kumpaniji tal-maniġment;
meta l-mandat jikkonċerna l- immaniġġjar ta’ investiment u jingħata lil impriża ta’ pajjiż terz, għandha tiġi żgurata kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni kkonċernati;
mandat b’rigward għall-funzjoni ċentrali tal-immaniġġjar ta’ investiment ma għandux jingħata lid-depożitarju jew lil kwalunkwe impriża oħra li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-kumpanija tal-maniġment jew mat-titolari tal-unitajiet;
għandhom jeżistu miżuri li jippermettu lil persuni li jikkonduċu n-negozju tal-kumpanija tal-maniġment sabiex ikun hemm monitoraġġ effettiv fi kwalunkwe ħin tal-attività tal-impriża li lilha jingħata l-mandat;
il-mandat ma għandux jipprevjeni lill-persuni li jikkonduċu n-negozju tal-kumpanija tal-maniġment li jagħtu, fi kwalunkwe ħin, iktar istruzzjonijiet lill-impriża li lilha huma ddelegati funzjonijiet, u li jirtiraw il-mandat b’effett immedjat meta dan ikun fl-interess tal-investituri;
b’ kunsiderazzjoni għan-natura tal-funzjonijiet li għandhom jiġu ddelegati, l-impriża li lilha għandhom jiġu ddelegati funzjonijiet għandha tkun kwalifikata u kapaċi li tieħu fuqha l-funzjonijiet in kwistjoni;
il-prospetti tal-UCITS għandhom jelenkaw il-funzjonijiet li l-kumpanija tal-maniġment kellha l-permess tiddelega skont dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Kull Stat Membru għandu jfassal regoli ta’ kondotta li kumpaniji tal-maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru għandhom josservaw f’kull ħin. Dawn ir-regoli għandhom jimplimentaw mill-inqas il-prinċipji stabbiliti f’ dan il-paragrafu. Dawk il-prinċipji għandhom jiżguraw li kumpanija tal-maniġment:
taġixxi b’mod onest u ġust fl-iżvolġiment tal-attivitajiet tan-negozju tagħha fl-aħjar interessi tal-UCITS li timmaniġġja u l-integrità tas-suq;
taġixxi b’kapaċità, kura u diliġenza dovuta, fl-aħjar interessi tal-UCITS li timmaniġġja u l-integrità tas-suq;
għandha u timpjega effettivament ir-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għat-twettiq sewwa tal-attivitajiet tan-negozju tagħha;
tipprova tevita kunflitti ta’ interessi u, meta dawn ma jistgħux jiġu evitati, tiżgura li l-UCITS li timmaniġġja huma ttrattati b’mod ġust; u
tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji kollha applikabbli għall-iżvolġiment tal-attivitajiet tan-negozju tagħha sabiex tippromwovi l-aħjar interessi tal-investituri tagħha u l-integrità tas-suq.
Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati ►M4 skont l-Artikolu 112a ◄ , tadotta miżuri sabiex jiżguraw li l-kumpannija tal-maniġment tikkonforma mad-doveri stabbiliti fil-paragrafu 1, b’mod partikolari ma':
jiġu stabbiliti l-kriterji xieraq għal mġiba onesta u ġusta u bil-kompetenza, attenzjoni u diliġenza xierqa fl-aħjar interessi tal-UCITS;
jiġu speċifikati il-prinċipji meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kumpaniji tal-maniġment jimpjegaw b’mod effettiv ir-riżorsi u l-proċeduri li huma neċessarji għall-prestazzjoni tajba tal-attivitajiet tan-negozju tagħha; u
jiġu definiti l-passi li l-kumpaniji tal-maniġment jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jieħdu biex jidentifikaw, jevitaw, jimmaniġġjaw u/jew jiżvelaw kunflitti ta’ interess u anke biex jistabbilixxu l-kriterji xierqa għad-determinazzjoni tat-tipi ta’ kunflitti ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tal-UCITS.
▼M1 —————
Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu speċifikati aktar il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji, il-prinċipji u l-passi msemmijin fil-paragrafu 2.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 14a
Artikolu 14b
Meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki tar-remunerazzjoni u prassi msemmija fl-Artikolu 14a, il-kumpaniji tal-maniġment għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u sal-punt li jkun adattat għad-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:
il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konsistenti ma’ u tippromwovi ġestjoni tajba u effettiva tar-riskju u ma tinkoraġġix teħid ta’ riskji li mhuwiex konsistenti mal-profili tar-riskju, mar-regoli jew mal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS li l-kumpanija tal-maniġment timmaniġġa;
il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija kummerċjali, mal-objettivi, mal-valuri u mal-interessi tal-kumpanija tal-maniġment u tal-UCITS li hija timmaniġġa u tal-investituri ta’ dawn l-UCITS, u tinkludi miżuri biex jiġu evitati l-konflitti ta’ interess;
il-politika ta’ remunerazzjoni tkun adottata mill-korp tal-maniġment tal-kumpanija tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu, u dak il-korp jadotta, u mill-inqas kull sena jirrivedi l-prinċipji ġenerali tal-politika ta’ remunerazzjoni u jkun responsabbli għal, u jissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom; il-kompiti msemmija f’dan il-punt għandhom jitwettqu biss minn membri ta’ dak il-korp tal-maniġment li ma għandhom l-ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-maniġment konċernata u li għandhom kompetenza fil-ġestjoni tar-riskju u remunerazzjoni;
l-implimentazzjoni tal-politika ta’ remunerazzjoni tiġi, mill-inqas kull sena, soġġetta għal reviżjoni interna ċentrali u indipendenti għall-konformità tagħha mal-politiki u l-proċeduri ta’ remunerazzjoni adottati mill-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu;
persunal li huwa involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll għandu jiġi kumpensat skont il-kisba tal-għanijiet relatati mal-funzjonijiet tiegħu, b’mod indipendenti mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrolla;
ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali superjuri b’funzjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ konformità tar-riskju tiġi ssorveljata b’mod dirett mill-kumitat ta’ remunerazzjoni, fejn ikun jeżisti tali kumitat;
fejn ir-remunerazzjoni tkun marbuta mal-prestazzjoni, l-ammont totali ta’ remunerazzjoni jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tal-individwu u tal-unità tan-negozju jew tal-UCITS ikkonċernata u fir-rigward tar-riskji tagħhom u tar-riżultati kumplessivi tal-kumpanija tal-maniġment meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni individwali, b’kont meħud ta’ kriterji finanzjarji u dawk mhux finanzjarji;
il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tkun stabbilita f’qafas pluriennali adatt għall-perijodu ta’ holding irrakkomandat lill-investituri tal-UCITS immaniġġat mill-kumpanija tal-maniġment sabiex jiġi żgurat li l-proċess tal-valutazzjoni ikun ibbażat fuq prestazzjoni aktar fit-tul tal-UCITS u r-riskji ta’ investiment tagħha u li l-ħlas reali tal-komponenti tar-remunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq l-istess perijodu;
remunerazzjoni varjabbli ggarantita tkun eċċezzjonali, sseħħ biss fil-kuntest ta’ reklutaġġ ta’ persunal ġdid u tkun limitata għall-ewwel sena tal-ingaġġ;
il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni totali għandhom ikunu bbilanċjati b’mod xieraq u l-komponent fiss għandu jirrappreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-remunerazzjoni totali sabiex jippermetti l-operat ta’ politika kompletament flessibbli dwar komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni, inkluża l-possibbiltà li ma jitħallas ebda komponent varjabbli tar-remunerazzjoni;
ħlasijiet marbuta mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu l-prestazzjoni li tkun inkisbet tul iż-żmien, u huma mfassla b’tali mod li ma jippremjawx il-fallimenti;
il-kejl tal-prestazzjoni użat biex jiġu kkalkolati l-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni jew raggruppamenti ta’ komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni jinkludi mekkaniżmu ta’ aġġustament komprensiv li jintegra t-tipi rilevanti kollha ta’ riskji attwali u futuri;
soġġett għall-istruttura ġuridika tal-UCITS u għar-regoli tal-fond jew għall-istrumenti ta' inkorporazzjoni tagħha, porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 50 %, ta' kwalunkwe komponent varjabbli ta' remunerazzjoni jikkonsisti f'unitajiet tal-UCITS ikkonċernata, jew f'interessi ta' sjieda ekwivalenti, jew fi strumenti marbuta mal-ishma jew fi strumenti ekwivalenti mhux ta' flus b'inċentivi ugwalment effettivi bħal kwalunkwe wieħed mill-istrumenti msemmija f'dan il-punt, sakemm il-ġestjoni ta' kontijiet tal-UCITS ma tkoprix għal inqas minn 50 % tal-portafoll totali ġestit mill-kumpanija tal-maniġment, f'liema każ il-livell minimu ta' 50 % ma japplikax.
L-istrumenti msemmija f’dan il-punt għandhom ikunu soġġetti għal politika adatta ta’ konteniment maħsuba biex l-inċentivi jiġu allinjati mal-interessi tal-kumpanija tal-maniġment u tal-UCITS li timmaniġġa, kif ukoll ma’ tal-investituri f’dawn l-UCITS. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jagħmlu restrizzjonijiet fuq it-tipi u d-disinji ta’ dawk l-istrumenti, jew jipprojbixxu ċerti strumenti kif xieraq. Dan il-punt għandu japplika kemm għall-porzjon tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li ġie differit skont il-punt (n) kif ukoll għall-parti tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li ma ġietx differita;
porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 40 %, tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni, jiġi differit fuq perijodu li huwa xieraq fid-dawl tal-perijodu ta’ holding irrakkomandat lill-investituri tal-UCITS ikkonċernata u jiġi allinjat b’mod korrett man-natura tar-riskji tal-UCITS inkwistjoni.
Il-perijodu msemmi f’dan il-punt għandu jkun mill-inqas ta’ tliet snin; ir-remunerazzjoni pagabbli taħt arranġamenti ta’ differiment ma għandhiex tvesti b’rata aktar mgħaġġla minn bażi prorata; fil-każ ta’ komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta’ ammont partikolarment għoli, għandu jiġi differit mill-inqas 60 % tal-ammont;
ir-remunerazzjoni varjabbli, inkluża l-parti differita, għandha titħallas jew tvesti biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija tal-maniġment kollha, u ġġustifikata skont il-prestazzjoni tal-unità tan-negozju, l-UCITS u l-individwu kkonċernat.
Ir-remunerazzjoni varjabbli totali ġeneralment għandha titnaqqas b’mod konsiderevoli meta jkun hemm prestazzjoni finanzjarja baxxa jew negattiva tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-UCITS ikkonċernata, filwaqt li għandhom jitqiesu kemm il-kumpens attwali kif ukoll it-tnaqqis fil-ħlasijiet ta’ ammonti miksuba qabel, inkluż permezz ta’ arranġamenti malus jew arranġamenti ta’ restituzzjoni;
il-politika tal-pensjonijiet għandha tkun konformi mal-istrateġija kummerċjali, mal-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-kumpanija tal-maniġment u tal-UCITS li timmaniġġa.
Jekk l-impjegat jitlaq mill-kumpanija tal-maniġment qabel l-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom jinżammu mill-kumpanija tal-maniġment għal perijodu ta’ ħames snin fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (m). Fil-każ ta’ impjegat li jasal għall-pensjoni, il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat fil-forma tal-istrumenti msemmija fil-punt (m), soġġetti għal perijodu ta’ żamma ta’ ħames snin;
il-persunal huwa meħtieġa jimpenja ruħu li ma jużax strateġiji personali ta’ hedging jew assigurazzjoni relatata mar-remunerazzjoni u r-responsabbiltà sabiex inaqqas l-effetti tal-allinjament tar-riskju integrati fl-arranġamenti tar-remunerazzjoni tiegħu;
ir-remunerazzjoni varjabbli ma għandhiex titħallas permezz ta’ vetturi jew metodi li jagħmluha faċli li r-rekwiżiti stipulati f’ din id-Direttiva jiġu evitati.
L-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-ABE, għandha tinkludi fil-linji gwida tagħha dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni dispożizzjonijiet dwar kif prinċipji differenti ta’ remunerazzjoni settorjali, bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) u fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) għandhom jiġu applikati meta impjegati jew kategoriji oħra tal-persunal iwettqu servizzi soġġetti għal prinċipji differenti ta’ remunerazzjoni settorjali.
Il-kumitat ta’ remunerazzjoni li jkun, fejn xieraq, stabbilit f’konformità mal-linji gwida tal-AETS imsemmija fl-Artikolu 14a(4) għandu jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet dwar ir-remunerazzjoni, inklużi dawk li għandhom implikazzjonijiet għar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-UCITS ikkonċernata, u li għandhom jittieħdu mill-korp tal-maniġment fil-funzjoni superviżorja tiegħu. Il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jkun ippresedut minn membru tal-korp tal-maniġment li ma jwettaq ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-maniġment konċernata. Il-membri tal-kumitat ta’ remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp tal-maniġment li ma jwettqu ebda funzjoni eżekuttiva fil-kumpanija tal-maniġment konċernata.
Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi rappreżentanza tal-impjegati fil-korp tal-maniġment, il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentant wieħed jew aktar tal-impjegati. Meta jkun qed iħejji d-deċiżjonijiet tiegħu, il-kumitat ta’ remunerazzjoni għandu jqis l-interess fit-tul tal-investituri u partijiet interessati oħra u l-interess pubbliku.
Artikolu 15
Il-kumpaniji tal-maniġment jew, jekk relevanti, il-kumpaniji ta’ investiment għandhom jieħdu l-miżuri skont l-Artikolu 92 u jistabbilixxu l-proċeduri u l-arranġamenti xierqa sabiex jiġi żgurat li huma jitrattaw kif jixraq mal-ilmenti tal-investituri u li ma jkun hemm ebda restrizzjoni fuq l-investituri biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-każ li l-kumpanija tal-maniġment tkun awtorizzata fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. Dawk il-miżuri għandhom jippermettu lill-investituri jressqu lmenti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom.
Il-kumpaniji tal-maniġment għandhom ukoll jistabbilixxu l-proċeduri u l-arranġamenti xierqa biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli fuq it-talba tal-pubbliku jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.
TAQSIMA 4
Id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi
Artikolu 16
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kumpanija tal-maniġment, awtorizzata mill-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, tista’ twettaq fit-territorji tagħhom l-attività li kienet awtorizzata għaliha, jew mill-istabbiliment ta’ fergħa jew taħt il-libertà li jiġu provduti servizzi.
Fejn kumpanija tal-maniġment hekk awtoriżżata tipproponi, mingħajr ma tistabbilixxi fergħa, li tikkummerċjalizza l-unitajiet tal-UCITS li timmaniġġja, kif huwa provdut fl-Anness II, fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, mingħajr ma tipproponi li twettaq xi attività jew servizz ieħor, din il-kummerċjalizzazzjoni għandha tkun suġġetta biss għar-rekwiżiti ta’ Kapitolu XI.
Suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu, UCITS għandha tkun libera li taħtar, jew li tkun immaniġġjata minn kumpanija tal-maniġment awtorizzata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, skont id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva, sakemm din il-kumpanija tal-maniġment tkun f’ konformita’ mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18; u
l-Artikolu 19 u l-Artikolu 20.
Artikolu 17
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull kumpanija tal-maniġment li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor biex tipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin, meta tingħata n-notifika prevista fil-paragrafu 1:
l-Istat Membri li fit-territorju tiegħu kumpanija tal-maniġment tippjana li tistabbilixxi fergħa;
programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi l-attivitajiet u s-servizzi skont l-Artikolu 6(2) u (3) maħsuba u l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa li għandu jinkludi deskrizzjoni tal-proċess tal-maniġment tar-riskji li tkun stabbiliet il-kumpanija tal-maniġment. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-arranġamenti meħuda skont l-Artikolu 15;
l-indirizz tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment li minnu jistgħu jinkisbu d-dokumenti; u
l-ismijiet ta’ dawk responsabbli għall-immaniġġjar tal-fergħa.
Sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment ma jkollhomx raġuni jiddubitaw l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kumpanija tal-maniġment, b’kont meħud tal-attivitajiet previsti, għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment u għandhom jinfurmaw lill-kumpanija tal-maniġment kif dovut. Għandhom ukoll jikkomunikaw dettalji ta’ kwalunkwe skema ta’ kumpens maħsuba biex tipproteġi lill-investituri.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment, għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-kumpanija tal-maniġment konċernata fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha. Ir-rifjut jew nuqqas li tingħata tweġiba għandhom ikunu suġġetti għad-dritt li wieħed jirrikorri għall-qrati fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment.
Meta kumpanija tal-maniġment tkun tixtieq twettaq is-servizz tal-attivita’ ta’ġestjoni ta’ portafolli kollettivi kif imsemmi fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinkludu mad-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, attestazzjoni li l-kumpanija tal-maniġment ġiet awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u d-dettalja dwar kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.
Meta, skont tibdil kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-kumpanija maniġerjali ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jinformaw lill-kumpanija maniġerjali fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li ma għandhiex timplimenta dak it-tibdil. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali kif xieraq.
Meta tibdil imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi implimentat wara li tkun ġiet trasmessa informazzjoni f'konformità mat-tieni subparagrafu u skont dan it-tibdil il-kumpanija maniġerjali ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-kumpanija maniġerjali għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha f'konformità mal-Artikolu 98, u għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija maniġerjali mingħajr dewmien żejjed tal-miżuri meħuda.
Fil-każ ta’ bidla fid-dettalji kkomunikati skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kif suppost.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandha taġġorna l-informazzjoni li tinsab fl-attestazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment kull meta jkun hemm bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment jew fid-dettalji ta’ kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 1, 2, 3, 8 u 9.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 9.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 18
Kull kumpanija tal-maniġment li tixtieq twettaq l-attivitajiet li għalihom ġiet awtorizzata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba skont il-libertà li jiġu provduti servizzi għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment:
l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-kumpannija tal-maniġment għandha intenzjoni li topera; u
programm ta’ operazzjonijiet li jsemmi l-attivitajiet u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3) previsti li għandu jinkludi deskrizzjoni tal-proċess tal-maniġment tar-riskji li tkun stabbiliet il-kumpanija tal-maniġment. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-arranġamenti meħuda skont l-Artikolu 15.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, jgħadduha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ kumpanija tal-maniġment għandhom ukoll jikkomunikaw id-dettalji ta’ kull skema ta’ kumpens applikabbli maħsuba biex tipproteġi lill-investituri.
Meta kumpanija tal-maniġment tkun tixtieq twettaq l-attivita’ tal-maniġment ta’ portafolli kollettivi kif imsemmi fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jinkludu mad-dokumenti mibgħuta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-kumpanija tal-maniġment, attestazzjoni li l-kumpanija tal-maniġment ġiet awtorizzata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, deskrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment u d-dettalja dwar kull restrizzjoni tat-tipi ta’ UCITS li l-kumpanija tal-maniġment hi awtorizzata li timmaniġġja.
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 93, il-kumpanija tal-maniġment tista’ mbagħad tibda negozju fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment.
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETStista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 1, 2 u 4.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 2 u 4.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 19
Kumpanija tal-maniġment li twettaq attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portafolli kollettivi fuq bażi transkonfinali permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tikkonforma mar-regoli tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li huma relatati mat-twaqqif u l-funzjonament tal-UCITS, b’ mod partikolari r-regoli applikabbli għal:
it-twaqqif u l-awtorizzazzjoni tal-UCITS;
il-ħruġ u l-fidwa tal-unitajiet u l-ishma;
il-linji politiċi u l-limiti tal-investimenti, inkluż l-ikkalkular tal-esponiment u l-leverage totali;
ir-restrizzjonijiet fuq is-self u fuq il-bejgħ mhux kopert ta’ titoli (uncovered sales);
il-valutazzjoni tal-assi u l-kontabilità tal-UCITS;
il-kalkulazzjoni tal-prezz tal-ħruġ u/jew il-prezz tal-fidwa, u l-iżbalji fil-kalkulazzjoni tal-valur nett tal-assi u l-kumpens relatat tal-investituri;
id-distribuzzjoni jew l-investiment mill-ġdid tad-dħul;
ir-rekwiżiti ta’ żvelar u rrapurtar tal-UCITS, inklużi l-prospett, it-tagħrif ewlieni għall-investituri u r-rapporti perjodiċi;
l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni;
ir-relazzjoni mat-titolari tal-unitajiet;
il-merger u r-ristrutturazzjoni tal-UCITS;
l-istralċ u l-likwidazzjoni tal-UCITS;
fejn japplika, il-kontenut tar-reġistru tat-titolari tal-unitajiet;
id-drittijiet tal-liċenzji u tas-sorveljanza għall-UCITS; u
l-eżerċitar tad-drittijiet ta’ vvutar tat-titolari tal-unitajiet u drittijiet oħra tat-titolari tal-unitajiet relatati mal-punti (a) sa (m).
Artikolu 20
Bla ħsara għall-Artikolu 5, kumpanija tal-maniġment li tapplika biex timmaniġġja UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS bid-dokumenti li ġejjin:
il-kuntratt bil-miktub mad-depożitarju msemmi fl-Artikolu 22(2);
l-informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ delegazzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tal-maniġment u l-amministrazzjoni tal-investimenti msemmijin fl-Anness II.
Jekk kumpanija tal-maniġment tkun diġà qed timmaniġġja UCITS oħra tal-istess tip fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, tkun biżżejjed li ssir referenza għad-dokumenti diġà pprovduti.
L-uniċi raġunijiet għalfejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu jiċħdu l-applikazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment huma jekk:
il-kumpanija tal-maniġment ma tikkonformax mar-regoli li jagħmlu parti mill-qasam ta’ responsabilità tagħhom skont l-Artikolu 19;
il-kumpanija tal-maniġment ma tkunx awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha biex timmaniġġja t-tip ta’ UCITS li għalih ikun qed jintalab awtorizzazzjoni; jew
il-kumpanija tal-maniġment ma tkunx provdiet id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.
Qabel ma jirrifjutaw applikazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment.
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-ġestjoni ta’ UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għal tali għoti ta’ informazzjoni.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 21
L-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment jista’ jeħtieġ lil kumpaniji tal-maniġment, li jwettqu negozju fit-territorju tiegħu permezz tat-twaqqif ta’ fergħa jew il-libertà li jipprovdu s-servizzi, li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-monitoragg tal-konformità tagħhom mar-regoli fir-responsabilità tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment li japplikaw għalihom.
Dawk ir-rekwiżiti m’ għandhomx ikunu iktar stretti minn dawk li l-istess Stat Membru jimponi fuq kumpaniji tal-maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru għall-monitoraġġ tal-konformità tagħhom mal-istess standards.
Il-kumpaniji tal-maniġment għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 15 jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS biex jottjenu l-informazzjoni msemmija f’ dan il-paragrafu direttament mingħand il-kumpanija tal-maniġment.
Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpannija tal-maniġment jew minħabba li tali miżuri huma inadegwati jew m’humiex disponibbli fl-Istat Membru inkwistjoni, il-kumpannija tal-maniġment tkompli tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment skont il-paragrafu 2, jew tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, imsemmija fl-istess paragrafu, fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment jistgħu jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
wara li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpannija tal-maniġment, jieħdu miżuri adatti, inkluż taħt l-Artikoli 98 u 99, biex jipprevjenu jew jippenalizzaw aktar irregolaritajiet u, sa fejn ikun meħtieġ, biex jipprevjenu li dik il-kumpannija tal-maniġment tibda kwalunkwe transazzjoni oħra fit-territorju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorji tagħhom huwa possibbli li jiġu ppreżentati d-dokumenti legali meħtieġa għal dawk il-miżuri dwar il-kumpanniji tal-maniġment. Meta s-servizz provdut fl-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment ikun l-immaniġġjar ta’ UCITS, l-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment jista’ jirrikjedi li l-kumpannija tal-maniġment ma tibqax timmaniġġja dik il-UCITS; jew
fejn huma jikkunsidraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpannija tal-maniġment ma tkunx aġixxiet b’mod adegwat, jirreferu l-kwistjoni lill-AETS), li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat ikonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (EU) Nru 1095/2010.
Qabel ma tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3, 4 jew 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpannija tal-maniġment jistgħu, f’emerġenzi, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja neċessarja biex ikunu protetti l-interessi tal-investituri u oħrajn li kienu pprovduti b’servizzi. Il-Kummissjoni, l-AT S) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati għandhom jiġu informati b’tali miżuri mill-iktar fis possibbli.
Wara li tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċidi li l-Istat Membru in kwestjoni għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-miżuri, mingħajr preġudizzju għall-poter tal-ATES skont it-termini tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS qabel ma jirtiraw l-awtorizzazzjoni tal-kumpanija tal-maniġment. F’każi tali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tal-investituri. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu deċiżjonijiet li jwaqqfu lill-kumpanija tal-maniġment konċernata milli tibda operazzjonijiet ulterjuri fit-territorju tagħhom.
Kull sentejn il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar każijiet bħal dawn.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-Kummissjoni bin-numru u t-tip ta’ każijiet li fihom huma rrifjutaw l-awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 17 jew applikazzjoni taħt l-Artikolu 20 u bi kwalunkwe miżuri li ttieħdu skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
Kull sentejn il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport dwar każijiet bħal dawn.
KAPITOLU IV
OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW ID-DEPOŻITARJU
Artikolu 22
Il-kuntratt, fost affarijiet oħra, għandu jirregola l-fluss ta’ informazzjoni meqjusa neċessarja biex id-depożitarju jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu għall-UCITS li għalih ikun inħatar bħala depożitarju, kif stabbilit f’din id-Direttiva u fil-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti l-oħra.
Id-depożitarju għandu:
jiżgura li l-bejgħ, il-ħruġ, ir-riakkwist, it-tifdija u l-kanċellazzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS jitwettqu skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;
jiżgura li l-valur tal-unitajiet tal-UCITS jiġi kkalkulat skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;
iwettaq l-istruzzjonijiet tal-kumpanija tal-maniġment jew ta’ kumpanija tal-investiment, sakemm dawn ma jkunux f’konflitt mal-liġi nazzjonali applikabbli, jew mar-regoli tal-fond jew mal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni;
jiżgura li fi transazzjonijiet li jinvolvu l-assi tal-UCITS, kwalunkwe korrispettiv tintbagħat lill-UCITS fil-limiti taż-żmien tas-soltu;
jiżgura li l-introjtu tal-UCITS jiġi applikat skont il-liġi nazzjonali applikabbli u r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni.
Id-depożitarju għandu jiżgura li l-flussi tal-flus tal-UCITS jiġu mmonitorjati sew, u b’mod partikolari li l-ħlasijiet kollha magħmula minn, jew għan-nom ta’, investituri mas-sottoskrizzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS ġew irċevuti, u li l-flus kollha tal-UCITS iddaħħlu f’kontijiet tal-flus li:
jinfetħu f’isem l-UCITS jew f’isem il-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS, jew f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-UCITS;
jinfetħu f’entità msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ( 13 ); u
jinżammu skont il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE.
Fejn il-kontijiet tal-flus jinfetħu f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-UCITS, l-ebda flus tal-entità msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u l-ebda parti mill-flus proprji tad-depożitarju ma għandhom jiddaħħlu f’dawn il-kontijiet.
L-assi tal-UCITS għandhom jiġu fdati għand id-depożitarju għas-salvagwardja kif ġej:
għal strumenti finanzjarji li jistgħu jinżammu f’kustodja, id-depożitarju għandu:
iżomm f’kustodja l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tad-depożitarju, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu mogħtija fiżikament lid-depożitarju;
jiżgura li l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji li jkun infetaħ fil-kotba tad-depożitarju jiġu rreġistrati fil-kotba tad-depożitarju f’kontijiet segregati skont il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE, li jkunu nfetħu f’isem l-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment li tkun qed taġixxi f’isem l-UCITS, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala li jappartjenu lill-UCITS f’konformità mal-liġi applikabbli f’kull ħin;
għal assi oħra, id-depożitarju għandu:
jivverifika s-sjieda mill-UCITS jew mill-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS, ta’ dawn l-assi billi jivvaluta jekk l-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS jkollhiex is-sjieda abbażi tal-informazzjoni jew id-dokumenti pprovduti mill-UCITS jew mill-kumpanija tal-maniġment u, fejn disponibbli, minn evidenza esterna;
iżomm rekord ta’ dawk l-assi li dwarhom ikun sodisfatt li l-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’isem l-UCITS jkollha s-sjieda u jżomm dak ir-reġistru aġġornat.
L-assi miżmuma f’kustodja mid-depożitarju jistgħu jitħallew jerġgħu jintużaw biss fejn:
l-użu mill-ġdid hu eżegwit għal kont tal-UCITS;
id-depożitarju jkun qed iwettaq l-istruzzjonijiet tal-kumpanija tal-maniġment f’isem l-UCITS;
l-użu mill-ġdid ikun għall-benefiċċju tal-UCITS u l-interess tad-detenturi tal-unità; u
it-transazzjoni jkunu koperti mill-kollateral ta’ kwalità għolja u likwidu riċevut mill-UCTIS taħt arranġament ta’ trasferiment ta’ titoli.
Il-valur tas-suq tal-kollateral għandu, f’kull ħin, jammonta għal tal-inqas il-valur tas-suq tal-assi li intużaw mill-ġdid flimkien ma’ primjum.
Artikolu 22a
Id-depożitarju jista’ jiddelega lil partijiet terzi l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(5) biss fejn:
il-kompiti ma jkunux ġew iddelegati bl-intenzjoni li jiġu evitati r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;
id-depożitarju jista’ juri li hemm raġuni oġġettiva għad-delega;
id-depożitarju jkun eżerċita l-ħila, l-attenzjoni u d-diliġenza kollha dovuti fl-għażla u l-ħatra ta’ kwalunkwe parti terza li lilha bi ħsiebu jiddelega partijiet mill-kompiti tiegħu, u jkompli jeżerċita l-ħila, l-attenzjoni u d-diliġenza kollha dovuti fir-reviżjoni perjodika u l-monitoraġġ kontinwu ta’ kwalunkwe parti terza li lilha jkun iddelega partijiet tal-kompiti tiegħu u tal-arranġamenti tal-parti terza fir-rigward tal-kwistjonijiet iddelegati lilha;
Il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 22(5) jistgħu jiġu ddelegati mid-depożitarju lil parti terza biss fejn dik il-parti terza f’kull ħin matul it-twettiq tal-kompiti ddelegati lilha:
ikollha strutturi u kompetenza esperta li huma adegwati u proporzjonati man-natura u l-kumplessità tal-assi tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-maniġment li tkun qed taġixxi f’isem il-UCITS li jkunu ġew fdati lilha;
għal kompiti tal-kustodja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 22(5), tkun soġġetta għal:
regolamentazzjoni prudenzjali effettiva, inkluż rekwiżiti kapitali minimi, u superviżjoni fil-ġurisdizzjoni konċernata;
awditu estern perjodiku biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji jinsabu fil-pussess tagħha;
tissegrega l-assi tal-klijenti tad-depożitarju mill-assi proprji u mill-assi tad-depożitarju b’tali mod li fi kwalunkwe ħin dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala li jappartjenu lill-klijenti ta’ depożitarju partikolari;
tieħu l-passi kollha raġonevoli biex jiżgura li f’każ ta’ insolvenza ta’ parti terza, l-assi ta’ UCITS miżmuma f’kustodja mill-parti terza ma jkunux disponibbli għal distribuzzjoni fost, jew realizzazzjoni għall-benefiċċju tal-kredituri tal-parti terza; u
tkun konformi mal-obbligi ġenerali u mal-projbizzjonijiet stipulati fil-Artikolu 22(2), (5) u (7) u fl-Artikolu 25.
Minkejja l-punt (b)(i) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-liġi ta’ pajjiż terz titlob li ċerti strumenti finanzjarji jinżammu f’kustodja minn entità lokali u l-ebda entità lokali ma tissodisfa r-rekwiżiti tad-delega stabbiliti f’dak il-punt, id-depożitarju jista’ jiddelega l-funzjonijiet tiegħu lil din l-entità lokali sal-punt meħtieġ mil-liġi tal-pajjiż terz biss, u biss sakemm ma jkunx hemm entitajiet lokali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-delega, u biss fejn:
l-investituri tal-UCITS rilevanti qabel l-investiment tagħhom, jiġu infurmati kif dovut, dwar il-fatt li tali delega hija meħtieġa minħabba l-limitazzjonijiet legali fil-liġi tal-pajjiż terz, taċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw id-delega u tar-riskji involuti f’tali delega;
l-UCITS, jew il-kumpanija tal-maniġment f’isem l-UCITS, tkun tat struzzjonijiet lid-depożitarju biex jiddelega l-kustodja ta’ tali strumenti finanzjarji lil tali entità lokali.
Il-parti terza tista’, suċċessivament, tissottodelega dawk il-funzjonijiet, soġġett għall-istess rekwiżiti. F’dan il-każ, l-Artikolu 24(2) għandu japplika mutatis mutandis għall-partijiet rilevanti.
Artikolu 23
Id-depożitarju għandu jkun:
bank ċentrali nazzjonali;
istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE; jew
entità legali oħra, awtorizzata mill-awtorità kompetenti taħt il-liġi tal-Istat Membru biex twettaq attivitajiet depożitarji taħt din id-Direttiva, li hija soġġetta għal rekwiżiti ta’ adegwatezza kapitali mhux inqas mir-rekwiżiti kkalkolati skont l-approċċ magħżul f’konformità mal-Artikolu 315 jew 317 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ) u li għandha fondi proprji ta’ mhux inqas mill-ammont tal-kapital inizjali taħt l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.
Entità ġuridika kif imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali, superviżjoni kontinwa u għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
hija għandu jkollha l-infrastruttura neċessarja biex iżżomm f’kustodja strumenti finanzjarji li jistgħu jiġu rreġistrati f’kont ta’ strumenti finanzjarji li jinfetaħ fil-kotba tad-depożitarju;
hija għandha tistabbilixxi linji politiċi u proċeduri adegwati li jkunu suffiċjenti biex tkun żgurata l-konformità tal-entità, inklużi l-maniġers u l-impjegati tagħha, mal-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva;
hija għandu jkollha proċeduri sodi amministrattivi u tal-kontabbiltà, mekkaniżmi interni tal-kontroll, proċeduri effettivi għall-valutazzjoni tar-riskji u arranġamenti effettivi għall-kontroll u għas-salvagwardja tas-sistemi tal-ipproċessar tat-tagħrif;
hija għandha żżomm u topera arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li tieħu l-passi kollha raġonevoli maħsuba biex jipprevjenu l-konflitti ta’ interess;
hija għandha tieħu ħsieb li jinżammu reġistri tas-servizzi, l-attivitajiet u t-tranżazzjonijiet kollha mwettqa minnha, li għandhom ikunu suffiċjenti biex l-awtorità kompetenti tissodisfa l-kompiti superviżorji tagħha u twettaq l-azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni previsti f’ din id-Direttiva;
hija għandha tieħu passi raġonevoli biex tiżgura l-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-funzjonijiet depożitarji tagħha billi tuża sistemi, riżorsi u proċeduri adatti u proporzjonati inkluż biex twettaq l-attivitajiet depożitarji tagħha;
il-membri kollha tal-korp maniġerjali u l-maniġment superjuri tagħha għandhom, f’kull ħin, ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom biżżejjed konoxxenza, ħiliet u esperjenza;
il-korp maniġerjali tagħha għandu jkollu konoxxenza, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tad-depożitarju, inklużi r-riskji ewlenin;
kull membru tal-korp maniġerjali tagħha u tal-maniġment superjuri għandu jaġixxi b’onestà u integrità.
▼M4 —————
Artikolu 24
Fil-każ ta’ telf ta’ strument finanzjarju waqt li dan kien f’kustodja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitarju jrodd lura strument finanzjarju ta’ tip identiku jew tal-istess ammont lill-UCITS jew lill-kumpanija tal-maniġment li tkun qed taġixxi f’isem l-UCITS mingħajr dewmien bla bżonn. Id-depożitarju ma għandux jinżamm responsabbli jekk ikun jista’ jipprova li t-telf ikun seħħ bħala riżultat ta’ avveniment estern lil hinn mill-kontroll raġonevoli tiegħu, li l-konsegwenzi tiegħu kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha għall-kuntrarju.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożitarju jkun responsabbli wkoll fir-rigward tal-UCITS u l-investituri tal-UCITS għal kull telf ieħor li huma jsofru b’riżultat tan-nuqqas negliġenti jew intenzjonat tad-depożitarju li jissodisfa l-obbligi tiegħu b’mod xieraq skont din id-Direttiva.
Artikolu 25
Depożitarju ma għandux iwettaq attivitajiet fir-rigward tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-maniġment f’isem tal-UCITS li jistgħu joħolqu konflitti ta’ interess bejn l-UCITS, l-investituri fl-UCITS, il-kumpanija tal-maniġment u hu stess, sakemm id-depożitarju ma jkunx issepara skont il-funzjoni u l-ġerarkija t-twettiq tal-kompiti depożitarji tiegħu mill-kompiti l-oħra tiegħu li potenzjalment jistgħu jkunu konfliġġenti, u sakemm il-konflitti ta’ interess potenzjali ma jkunux identifikati, immaniġġati, immonitorjati u ddivulgati lill-investituri tal-UCITS b’mod xieraq.
Artikolu 26
Artikolu 26a
Id-depożitarju għandu, fuq talba, jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, l-informazzjoni kollha li jkun kiseb filwaqt li jwettaq il-qadi tad-dmirijiet tiegħu u li tista’ tkun meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti tiegħu jew għall-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS jew il-kumpanija tal-maniġment huma differenti minn dawk tad-depożitarju, l-awtoritajiet kompetenti tad-depożitarju għandhom bla dewmien jaqsmu l-informazzjoni li jirċievu mal-awtoritajiet kompetenti tal-UCITS u tal-kumpanija tal-maniġment.
Artikolu 26b
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 112a li jispeċifikaw:
id-dettalji li jeħtieġ jiġu inklużi fil-kuntratt bil-miktub imsemmi fl-Artikolu 22(2);
il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-funzjonijiet ta’ depożitarju skont l-Artikolu 22(3), (4) u (5), inkluż:
it-tipi ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tad-dmirijiet ta’ kustodja tad-depożitarju f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 22(5);
il-kondizzjonijiet li taħthom id-depożitarju jkun jista’ jeżerċita dmirijietu ta’ kustodja fuq strumenti finanzjarji rreġistrati ma’ depożitarju ċentrali;
il-kondizzjonijiet li taħthom id-depożitarju għandu jżomm taħt salvagwardja l-istrumenti finanzjarji maħruġa f’forma nominattiva u li jkunu ġew irreġistrati ma’ emittent jew reġistratur, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 22(5);
id-dmirijiet ta’ diliġenza dovuta tad-depożitarji skont il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 22a(2);
l-obbligu ta’ segregazzjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 22a(3);
il-passi li għandhom jittieħdu mill-parti terza skont il-punt (d) tal-Artikolu 22a(3);
il-kondizzjonijiet li jiddeterminaw meta, u ċ-ċirkostanzi li fihom, strumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja jistgħu jiġu kkunsidrati li huma mitlufa, għall-fini tal-Artikolu 24;
dak li għandu jiġi mifhum minn avvenimenti esterni lil hinn mill-kontroll raġonevoli, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi raġonevoli kollha bil-kontra, skont l-Artikolu 24(1);
il-kondizzjonijiet biex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta’ indipendenza msemmi fl-Artikolu 25(2).
KAPITOLU V
OBBLIGI LI JIRRIGWARDAW KUMPANIJI TA’ INVESTIMENT
TAQSIMA 1
Kundizzjonijiet għall-bidu ta’ negozju
Artikolu 27
Aċċess għan-negozju ta’ kumpanija ta’ investiment għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment.
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-forma ġuridika li kumpanija ta’ investiment għandha tieħu.
L-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija ta’ investiment għandu jinsab fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju rreġistrat tal-Istat Membri ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-investiment.
Artikolu 28
L-ebda kumpanija ta’ investiment ma tista’ twettaq attivitajiet ta’ xort’oħra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 29
Mingħajr ħsara għal kundizzjonijiet oħrajn ta’ applikazzjoni ġenerali stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-investiment ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni lil kumpanija ta’ investiment li ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment sakemm il-kumpanija ta’ investiment jkollha kapital inizjali bizzejjed ta’ mill-inqas EUR 300 000 .
Barra minn hekk, meta kumpanija ta’ investiment ma tkunx ħatret kumpanija tal-maniġment awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata sakemm l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ma jkollhiex magħha programm ta’ operat li jistabbilixxi, talanqas, l-istruttura organizzattiva tal-kumpanija tal-maniġment;
id-diretturi tal-kumpanija ta’ investiment għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u ta’ esperjenza biżżejjed ukoll fir-rigward tat-tip ta’ negozju mwettaq mill-kumpanija ta’ investiment u; għal dak l-iskop, l-ismijiet tad-diretturi u ta’ kull persuna li tiġi warajhom fil-kariga għandhom jiġu kkomunikati mill-ewwel lill-awtoritajiet kompetenti; l- iżvolġiment tan-negozju ta’ kumpanija ta’ investiment għandu jiġi deċiż minn għall-inqas żewġ persuni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet; u “diretturi” għandha tfisser dawk il-persuni li, skont il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jirrappreżentaw il-kumpanija ta’ investiment, jew li effettivament jiddeterminaw il-politika tal-kumpanija; u
Fejn jeżistu rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanija ta’ investiment u persuni oħra fiżiċi jew ġuridiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet mill-qrib ma jipprevenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandhom ukoll jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li magħha l-kumpanija tal-maniġment ikollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-applikazzjoni tagħhom, jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandhom jeħtieġu li kumpaniji ta’ investiment jipprovduhom bl-informazzjoni li jeħtieġu.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni maħruġa lil kumpanija tal-maniġment suġġetta għal din id-Direttiva biss meta dik il-kumpanija:
ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien tnax-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew tkun waqqfet l-attività koperta minn din id-Direttiva iktar minn sitt xhur qabel sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ipprovda biex f’dawn il-każijiet taqa’ l-awtorizzazzjoni;
tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat l-awtorizzazzjoni;
tkun serjament u/jew sistematikament kisret id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva; jew
taqa’ taħt kwalunkwe każ meta l-liġi nazzjonali tipprovdi għal irtirar.
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kumpannija investitriċi, inkluż il-programm ta’ operazzjonijiet; u
l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti taħt il-punt (c) tal-paragrafu 1.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
TAQSIMA 2
Kundizzjonijiet operattivi
Artikolu 30
L-Artikoli 13 sa 14b għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kumpaniji tal-investiment li ma jkunux innominaw kumpanija tal-maniġment awtorizzata skont din id-Direttiva.
Għall-finijiet tal-Artikoli msemmija fl-ewwel paragrafu, “kumpannija tal-maniġment” għandha tinftiehem bħala “kumpannija ta’ investiment”.
Kumpaniji ta’ investiment għandhom jimmaniġġjaw biss assi tal-portafoll proprju tagħhom u ma jistgħu, taħt l-ebda ċirkostanza, jirċievu l-ebda mandat biex jimmaniġġjaw assi għan-nom ta’ parti terza.
Artikolu 31
Kull Stat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment għandu jfassal regoli prudenzjali li għandhom jiġu osservati f’kull ħin minn kumpaniji ta’ investiment li ma ħatrux kumpanija tal-maniġment awtorizzata skont din id-Direttiva.
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija ta’ investiment, waqt li jieħdu kont ukoll tan-natura tal-kumpanija ta’ investiment, għandhom jeħtieġu li l-kumpanija jkollha proċeduri tajbin ta’ maniġment u kontabbiltà, arranġamenti ta’ kontroll u salvagwardja għall-ipproċessar ta’ data elettronika u mekkaniżmi adegwati interni ta’ kontroll inklużi, b’mod partikolari, regoli għal operazzjonijiet personali mill-impjegati tagħha jew għall-holding jew l- immaniġġjar ta’ investimenti fi strumenti finanzjarji sabiex tinvesti l-kapital inizjali tagħha u tiżgura, talanqas, li kull operazzjoni li tinvolvi l-kumpanija tista’ tiġi rikostrutta skont l-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post li fihom saret u li l-assi tal-kumpanija ta’ investiment huma investiti skont l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ.
▼M4 —————
KAPITOLU VI
MERGERS TAL-UCITS
TAQSIMA 1
Prinċipju, awtorizzazzjoni u approvazzjoni
Artikolu 37
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, UCITS għandha tinkludi kompartimenti ta’ investiment tagħha.
Artikolu 38
Il-metodi tekniċi ta’ merger użati għal mergers transkonfinali kif definiti fil-punt (q) tal-Artikolu 2(1) iridu jiġu stipulati skont il-liġijiet tal-mergers tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.
3. Il-metodi tekniċi tal-merger użati għal mergers domestiċi kif definiti fil-punt (r) tal-Artikolu 2(1)għandhom ikunu permessi skont il-liġijiet tal-Istat Membru, li fih il-UCITS hija stabbilita.
Artikolu 39
Il-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:
l-abbozz ta’ termini komuni tal-merger proposta debitament approvata mill-UCITS li tkun se tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi;
verżjoni aġġornata tal-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investitur, kif imsemmi fl-Artikolu 78, tal-UCITS riċeventi, jekk tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor;
dikjarazzjoni maħruġa minn kull wieħed mid-depożitarji tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger u ta’ dawk riċeventi, fejn tikkonferma li, skont l-Artikolu 41, dawn ivverifikaw il-konformità mal-partikolari stabbiliti fil-punti (a), (f) u (g) tal-Artikolu 40(1) mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom; u
it-tagħrif dwar il-merger proposta li l-UCITS li tkun ser tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi jkollhom il-ħsieb li jipprovdu lit-titolari tal-unitajiet rispettivi tagħhom.
Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’ tali mod sabiex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi jaqrawhom fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru jew ta’ dawk l-Istati Membri, jew f’lingwa approvata minn dawk l-awtoritajiet kompetenti.
Meta l-fajl ikun komplut, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom immedjatament jitrażmettu kopji tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li qed tirċievi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li qed tirċievi għandhom, rispettivament, iqisu l-impatt potenzjali tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger kif ukoll tal-UCITS riċeventi biex ikun evalwat jekk it-titolari tal-unitajiet ġewx mogħtija l-informazzjoni adegwata.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu, bil-miktub, li t-tagħrif lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger jiġi ċċarat.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu, bil-miktub, u mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievu l-kopji tat-tagħrif komplut rikjest mill-paragrafu 2, li l-UCITS riċeventi timmodika it-tagħrif li trid tipprovdi lit-titolari tal-unitajiet tagħha.
F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi għandha tibgħat indikazzjoni tan-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun dieħla f’merger, jekk humiex sodisfatti bit-tagħrif modifikat li jkun irid jiġi pprovdut lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tkun saret in-notifika.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom jawtorizzaw il-merger proposta jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:
il-merger proposta tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-Artikoli 39 sa 42;
l-UCITS riċeventi ġiet notifikata, skont l-Artikolu 93, sabiex tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fl-Istati Membri kollha fejn il-UCITS li tkun se tidħol f’merger tkun jew awtorizzata jew kienet notifikata sabiex tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha skont l-Artikolu 93; u
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tal-UCITS li jidħlu f’merger u dawk riċeventi jkunu, rispettivament, sodisfatti bit-tagħrif propost li jkun se jitforna lit-titolari tal-unitajiet, jew li ma jkunu rċevew l-ebda indikazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tal-UCITS riċeventi skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu (3).
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger iqisu li l-fajl ma jkunx komplut, huma għandhom jitolbu tagħrif addizzjonali fi żmien 10 ijiem minn meta jirċievu t-tagħrif msemmi fil-paragrafu 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom jinfurmaw lill-UCITS li tkun se tidħol f’merger, fi żmien 20 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni tal-fajl komplut f’ konformita’ mal-paragrafu 2, jekk il-merger ġietx awtorizzata jew le.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom ukoll jgħarrfu lill-awtoritjiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi bid-deċiżjonijiet tagħhom.
Artikolu 40
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dik riċeventi jfasslu abbozz ta’ termini komuni għall-merger.
L-abbozz ta’ termini komuni għall-merger għandu jistipula d-dettalji li ġejjin:
l-identifikazzjoni tat-tip ta’ merger u l-UCITS involuti;
l-isfond u l-ħsieb wara l-merger proposta;
l-impatt mistenni tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger kif ukoll tal-UCITS li jkunu qed jirċievu;
il-kriterji adottati għall-valutazzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligi fid-data għall-kalkolu tar-ratio għall-kambju msemmija fl-Artikolu 47(1);
il-metodu tal-kalkolu tar-ratio tal-kambju;
il-jum effettiv pjanat għall-merger;
ir-regoli applikabbli għat-trasferiment rispettiv tal-assi u l-bdil tal-unitajiet; u
fil-każ ta’ merger skont il-punt (p)(ii) tal-Artikolu 2(1), u fejn japplika, il-punt (p)(iii) tal-Artikolu 2(1), ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS riċeventi li tkun għadha kemm twaqqfet.
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitolbu li tkun inkluża informazzjoni addizzjonali fl-abbozz tat-termini komuni għall-mergers.
TAQSIMA 2
Kontroll tal-parti terza, tagħrif għat-titolari tal-unitajiet u drittijiet oħra tat-titolari tal-unitajiet
Artikolu 41
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-depożitarji tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dik riċeventi jivverifikaw il-konformità mal-partikolari stabbiliti fil-punti (a), (f) u (g) tal-Artikolu 40(1) mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom.
Artikolu 42
Il-liġi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun dieħla f’merger għandha tinkariga depożitarju jew awditur indipendenti, approvat skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ( 16 ), biex jivvalida dan li ġej:
il-kriterji adottati għall-valutazzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligi fid-data għall-kalkolu tar-ratio għall-kambju, kif imsemmija fl-Artikolu 47(1);
fejn applikabbli, il-ħlas f’kontanti għal kull unità; u
il-metodu tal-kalkolu tar-ratio tal-kambju kif ukoll ir-ratio tal-kambju attwali determinat fid-data għall-ikkalkular ta’ dak il-proporzjon, kif msemmi fl-Artikolu 47(1).
Artikolu 43
Dan it-tagħrif għandu jitforna lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u ta’ dik riċeventi biss wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger jkunu awtorizzaw il-merger proposta skont l-Artikolu 39.
Dan għandu jitforna mhux aktar tard minn 30 jum mill-aħħar data tat-talba għal xiri mill-ġdid jew għal fidwa mingħajr spejjeż addizzjonali msemmija fl-Artikolu 45(1).
It-tagħrif li għandu jingħata lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger, u ta’ dik riċeventi, għandu jinkludi tagħrif xieraq u preċiż dwar il-merger proposta biex tippermettilhom jieħdu deċiżjoni nfurmata dwar l-impatt possibbli tagħha fuq l-investiment tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 44 u 45.
Dan għandu jinkludi dan li ġej:
l-isfond u l-ħsieb wara l-merger proposta;
l-impatt possibbli tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet, inklużi, imma mhux esklussivament, kwalunkwe differenzi materjali fir-rigward tal-politika u l-istrateġija ta’ investiment, l-ispejjeż, ir-riżultat mistenni, ir-rappurtar perjodiku, it-tnaqqis possibli fil-prestazzjoni, kif ukoll, fejn relevanti, twissija ċara lill-investituri li t-trattament tat-taxxa tagħhom jista’ jinbidel wara l-merger;
kwalunkwe drittijiet speċifiċi li t-titolari tal-unitajiet għandhom fir-rigward tal-merger proposta, inklużi, imma mhux esklussivament, id-dritt li jinkiseb tagħrif addizzjonali, id-dritt li fuq talba tinkiseb kopja tar-rapport tal-awdituri indipendenti jew depożitarju, id-dritt tat-talba għax-xiri mill-ġdid jew għat-tifdija jew, fejn japplika, il-konverżjoni tal-unitajiet tagħhom mingħajr l-ebda ħlas kif speċifikat fl-Artikolu 45(1), kif ukoll l-aħħar data li fiha jista’ jkun eżerċitat dak id-dritt;
l-aspetti proċedurali rilevanti u d-data effettiva ppjanata għall-merger;
kopja tat-tagħrif ewlieni għall-investitur, imsemmi fl-Artikolu 78, tal-UCITS riċeventi.
Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu ddeterminati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-kontenut, il-format u l-metodu li bihom ser tiġi pprovduta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 44
Fejn il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri jeħtieġu l-approvazzjoni mit-titolari tal-unitajiet għall-mergers bejn UCITS, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali approvazzjoni ma tkunx teħtieġ aktar minn 75 % tal-voti mitfugħa attwalment mit-titolari tal-unitajiet preżenti jew irrappreżentati fil-laqgħa ġenerali tat-titolari tal-unitajiet.
L-ewwel paragrafu għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe preżenza ta’ kworum previst fil-liġijiet nazzjonali. L-Istati Membri m’għandhom jimponu la kwora ta’ preżenza aktar stretta għal mergers transkonfinali minn dawk mitluba għal mergers domestiċi u lanqas m’għandhom jimponu kwora ta’ preżenza aktar stretta għal mergers tal-UCITS milli għal mergers ta’ entitajiet korporattivi.
Artikolu 45
TAQSIMA 3
Spejjeż u dħul fis-seħħ
Artikolu 46
Ħlief f’każijiet fejn il-UCITS ma jkunux ħatru kumpanija tal-maniġment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe spejjeż legali, ta’ pariri jew amministrattivi marbuta mat-tħejjija u t-tlestija tal-merger ma għandhomx jiġu mposti fuq il-UCITS li jkunu deħlin f’mergerjew il-UCITS riċeventi jew fuq kwalunkwe mit-titolari tal-unitajiet tagħhom.
Artikolu 47
Għal mergers domestiċi, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data li fiha merger għandha tidħol fis-seħħ kif ukoll id-data għal kalkolu tar-ratio għall-kambju tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger f’unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn applikabbli, jiddeterminaw il-valur nett relevanti tal-assi għal ħlasijiet f’kontanti.
Għal mergers transkonfinali, il-liġijiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi għandhom jiddeterminaw dawk id-dati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn japplika, dawk id-dati jiġu wara l-approvazzjoni tal-merger mit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi jew tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger.
Artikolu 48
Merger mwettqa skont il-punt (p)(i) tal-Artikolu 2(1) għandha tħalli dan ir-riżultat:
l-assi u l-obbligi kollha tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jiġu trasferiti lill-UCITS riċeventi jew, fejn applikabbli, lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi;
it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jsiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi u, fejn japplika, huma għandhom ikunu intitolati għal ħlas f’kontanti ta’ mhux aktar minn 10 % tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom fil-UCITS li tkun dieħla f’merger; u
il-UCITS li tkun dieħla f’merger tispiċċa bid-dħul fis-seħħ tal-merger.
Merger mwettqa skont il-punt (ii) tal-Artikolu 2(1)(p) għandu jkollha l-konsegwenzi li ġejjin:
l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jiġu trasferiti lill-UCITS ġdida riċeventi jew, fejn japplika, lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi;
it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun dieħla f’merger għandhom isiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi, u fejn japplika, huma għandhom ikunu intitolati għal ħlas f’kontanti ta’ mhux aktar minn 10 % tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet tagħhom fil-UCITS li tkun dieħla f’merger; u
l-UCITS li tkun dieħla f’merger tispiċċa bid-dħul fis-seħħ tal-merger.
Merger mwettqa skont il-punt (p)(iii) tal-Artikolu 2(1) għandha tħalli dan ir-riżultat:
l-assi netti tal-UCITS li tkun dieħla f’merger jiġu trasferiti lill-UCITS riċeventi jew, fejn japplika, lid-depożitarju tal-UCITS riċeventi;
it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li tkun dieħla f’merger għandhom isiru titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi; u
il-UCITS li tkun dieħla f’merger tkompli teżisti sakemm l-obbligi kollha pendenti jkunu twettqu.
KAPITOLU VII
OBBLIGI LI JIKKONĊERNAW IL-LINJI POLITIĊI TA’ INVESTIMENT TA’ UCITS
Artikolu 49
Fejn UCITS tinkludi iżjed minn kompartiment ta’ investiment wieħed, kull kompartiment għandu jitqies bħala UCITS separat għall-finijiet ta’ danil-Kapitolu.
Artikolu 50
L-investimenti ta’ UCITS għandhom jinkludu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ammessi għal jew trattati f’suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ttrattati f’suq regolat ieħor fi Stat Membru li jopera regolarment u li hu rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku;
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus ammessi għall-elenkar uffiċjali f’Borża f’ pajjiż terz jew ittrattati f’suq regolat ieħor f’ pajjiż terz li jopera regolarment u li hu rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku sakemm l-għażla tal-Borża jew tas-suq tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti jew tkun prevista fil-liġi jew fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-kumpanija tal-investiment;
titoli trasferibbli maħruġa riċentement, sakemm:
it-termini tal-ħruġ inkluż l-impenn li ssir applikazzjoni għal ammissjoni fl-elenkar uffiċjali f’Borża jew għal xi suq regolat ieħor li jopera regolarment u li huwa rikonoxxut u miftuħ għall-pubbliku, basta li l-għażla tal-Borża jew tas-suq tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet kompetenti jew tkun prevista fil-liġi jew fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, u
l-ammissjoni msemmija fil-punt (i) tkun żgurata fi żmien sena mill-ħruġ;
unitajiet ta’ UCITS awtorizzati skont din id-Direttiva jew impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(2), ikunux stabbiliti fi Stat Membru jew le, sakemm:
dawn l-impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv huma awtorizzati taħt liġijiet li jipprovdu li huma suġġetti għal superviżjoni meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal- UCITS bħala ekwivalenti għal dik stabbilita fil-liġi Komunitarja, u li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet hi żgurata biżżejjed,
il-livell ta’ protezzjoni għal titolari ta’ unitajiet fl-impriżi l-oħrajn ta’ investiment kollettiv huwa ekwivalenti għal dak previst għal titolari ta’ unitajiet f’UCITS, u b’mod partikolari li r-regoli dwar is-segregazzjoni tal-assi, is-self u bejgħ skopert ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus huma ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva,
il-kummerċ tal-impriżi l-oħrajn ta’ investiment kollettiv huwa rrappurtat f’rapporti kull sitt xhur u annwali sabiex tkun tista’ ssir stima tal-assi u r-responsabbiltajiet, tad-dħul u l-operazzjonijiet tul il-perjodu ta’ rappurtar, u
mhux aktar minn 10 % tal-assi tal-UCITS jew tal-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv, li l-akkwist tagħhom huwa kontemplat, ma jista’, skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħhom, jiġi investigat f’aggregat f’unitajiet ta’ UCITS oħra jew impriżi oħra ta’ investiment kollettiv;
depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jitħallsu lura fuq talba jew li jkollhom id-dritt li jiġu rtirati, u li jimmaturaw f’mhux aktar minn 12-il xahar, sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun reġistrata f’pajiż terz, sakemm tkun suġġetta għal regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi Komunitarja;
strumenti derivativi finanzjarji, inklużi strumenti ekwivalenti riżoluti bil-kontanti, trattati f’suq regolat imsemmi fil-punti (a), (b) u (c); jew fi strumenti derivativi finanzjarji trattati barra l-Borża (derivattivi OTC), sakemm:
il-bażi tad-derivativ jikkonsisti fi strumenti koperti b’dan il-paragrafu, indiċi finanzjarji, rati ta’ interessi, rati jew muniti tal-kambju, li fihom il-UCITS tista’ tinvesti skont il-miri tagħha ta’ investiment kif dikjarat fir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha,
il-kontropartijiet għal operazzjonijiet derivattivi OTC huma istituzzjonijiet suġġetti għal superviżjoni prudenzjali, u li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, u
id-derivattivi OTC huma suġġetti għal valutazzjoni ta’ min joqgħod fuqha u verifikabbli fuq bażi ta’ kuljum u jistgħu jinbiegħu, jiġu likwidati jew jingħalqu b’operazzjoni ta’ offset fi kwalunkwe mument fil-valur ġust tagħhom fuq l-inizjattiva tal-UCITS; jew
strumenti tas-suq tal-flus barra minn dawk trattati f’suq regolat, li jaqgħu taħt il-punt (o) tal-Artikolu 2(1), jekk il-ħruġ jew l-emittent ta’ dawn l-istrumenti hu proprjament regolat għall-finijiet ta’ protezzjoni għall-investituri u tfaddil, sakemm ikunu:
maħruġa jew garantiti minn awtorità ċentrali, reġjonali jew lokali jew bank ċentrali ta’ Stat Membru, il-Bank Centrali Ewropew, il-Komunità jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, pajjiż terz jew, fil-każ ta’ Stat Federali, minn wieħed mill-membri li jagħmlu parti mill-federazzjoni, jew minn korp pubbliku internazzjonali li jappartjenu għalih Stat Membru wieħed jew iktar,
maħruġa minn impriża li kwalunkwe titoli tagħha huma trattati fi swieq regolati msemmija fil-punti (a), (b) jew (c),
maħruġa jew garantiti minn stabbiliment suġġett għal superviżjoni prudenzjali, skont il-kriterji definiti mil-liġi Komunitarja, jew minn stabbiliment li hu suġġett għal u jikkonforma mar-regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti li huma mill-inqas stretti daqs dawk stabbiliti bil-liġi Komunitarja, jew
maħruġa minn korpi oħrajn li jappartjenu għall-kategoriji approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS sakemm l-investimenti f’dawn l-istrumenti huma suġġetti għal protezzjoni għall-investitur ekwivalenti għal dik stabbilita fil-punti (i), (ii) jew (iii) u sakemm l-emittent huwa kumpanija li l-kapital u r-riservi tagħha jammontaw għal mill-inqas EUR 10 000 000 u li tirrappreżenta u tippubblika l-kontijiet annwali tagħha skont ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 17 ), hija entità li, fi grupp ta’ kumpaniji li jinkludi kumpanija waħda jew diversi elenkati, hija dedikata għall-finanzjament tal-grupp jew hija entità li hija dedikata għall-finanzjament ta’ mezzi ta’ trasformazzjoni f’titoli li jibbenefikaw minn linja bankarja ta’ likwidità.
UCITS m’ għandhiex madankollu:
tinvesti iktar minn 10 % tal-assi tagħha f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1; jew
takkwista metalli prezzjużi jew ċertifikati li jirrappreżentawhom
Il-UCITS jistgħu jippossjedu assi likwidi anċillari.
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati d-dispożizzjonijiet rigward il-kategoriji ta’ assi li fihom tista’ tinvesti l-UCITS f’konformità ma’ dan l-Artikolu u ma’ atti ddelegati aadottati mill-Kummissjoni li huma relatati ma’ tali dispożizzjonijiet.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 50a
Meta kumpanniji maniġerjali UCITS jew UCITS immaniġġata internament jiġu esposti għal titolizzazzjoni li m’għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti previsti fir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), għandhom, fl-aħjar interess tal-investituri fil-UCITS rilevanti, jaġixxu u jieħdu azzjoni korrettiva, jekk ikun xieraq.
Artikolu 51
Il-kumpaniji ta’ ġestjoni jew ta’ investiment għandhom japplikaw proċess ta’ ġestjoni tar-riskji li jippermettilhom jimmonitorjaw u jkejlu fi kwalunkwe ħin ir-riskju tal-pożizzjonijiet u l-kontribut tagħhom għall-profil ta’ riskju globali tal-portafoll ta’ UCITS. B’mod partikolari, huma ma għandhomx jiddependu esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu kif definiti fl- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu ( 19 ), għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS.
Għandha tadotta proċess għal stima eżatta u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi OTC.
Għandha tikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha regolarment u t-tipi ta’ strumenti derivattivi, ir-riskji li jeżistu, il-limiti kwantitattivi u l-metodi li jintgħażlu sabiex jiġu stmati r-riskji assoċjati mal-operazzjonijiet fi strumenti derivattivi li jirrigwardaw kull UCITS mmaniġġjata.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rċevuta skont il-paragrafu tlieta u aggregata fir-rigward tal-kumpanniji kollha tal-maniġment jew tal-investiment li huma qed jissorveljaw tkun aċċessibbli għall-AETS skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (il-“BERS”) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ( 20 ) skont l-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament għall-fini ta’ monitoraġġ ta’ riskji sistematiċi fil-livell tal-Unjoni.
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw UCITS biex tadotta metodi tekniċi u strumenti li jirrelataw għal titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti li huma jistabbilixxu sakemm dawn il-metodi tekniċi u l-istrumenti jintużaw għall-finijiet tal-maniġment effettiv tal-portafoll.
Fejn dawk l-operazzjonijiet jikkonċernaw l-użu ta’ strumenti derivattivi, dawn il-kundizzjonijiet u l-limiti għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.
Taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom dawn l-operazzjonijiet iwasslu biex l-UCITS tiżvija mill-miri tagħha ta’ investiment kif stabbilit fir-regoli tal-fondi tal-UCITS, fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni jew fil-prospett.
UCITS għandha tiżgura li l- esponiment globali tagħha li jirrelata ma’ strumenti derivattivi ma teċċedix il-valur totali nett tal-portafoll tagħha.
L- esponiment huwa kkalkolat b’kont meħud tal-valur kurrenti tal-assi bażi, tar-riskju tal-kontraparti, tal-movimenti futuri tas-suq u taż-żmien disponibbli sabiex jiġu likwidati l-pożizzjonijiet. Dan għandu japplika wkoll għat-tielet u r-raba’ subparagrafi.
UCITS tista’ tinvesti, bħala parti mill-politika tagħha ta’ investiment u fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 52(5), fi strumenti derivattivi finanzjarji sakemm l-esponiment għall-assi bażi ma jeċċedix fl-aggregat il-limiti ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 52. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, fejn UCITS tinvesti fi strumenti derivattivi finanzjarji bbażati fuq indiċi, dawk l-investimenti ma għandhomx għalfejn jiġu kkombinati għall-iskopijiet tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52.
Fejn titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus jinkorporaw derivattiv, id-derivattiv għandu jitqies meta jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
Bla ħsara għall-Artikolu 116, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati ►M4 skont l-Artikolu 112a ◄ , miżuri li jispeċifikaw dan li ġej:
kriterji għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskji applikat mill-kumpanija ta’ ġestjoni jew investiment skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;
regoli dettaljati dwar l-evalwazzjoni preċiża u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi tal-OTC; u
regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-proċedura li trid tiġi segwita biex tkun komunikata l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-kumpannija tal-maniġment tal-Istat Membru ta’ domiċilju msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.
Il-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw li l-kumpanija ta’ ġestjoni jew investiment tkun prevenuta milli tiddependi esklużivament jew mekkanistikament fuq gradazzjonijiet tal-kreditu, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS.
Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-kriterji u r-regoli msemmijin fil-paragrafu 4.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 52
UCITS m’ għandhiex tinvesti iktar minn:
5 % tal-assi tagħha f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus maħruġa mill-istess korp; jew
20 % tal-assi tagħha f’depożiti mal-istess korp.
L-iskopertura għal riskju għal kontroparti tal-UCITS f’operazzjoni derivattiva li ma tiġix ikklerjata ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament ma għandhiex taqbeż:
l-10 % tal-assi tagħha fejn il-kontraparti hija istituzzjoni ta’ kreditu msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 50(1); jew
il-5 % tal-assi tagħha, f’każijiet oħra.
►M12 L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu ta’ 5 % stabbilit fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għal massimu ta’ 10 %. Madankollu, jekk jagħmlu dan, il-valur totali tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju miżmuma mill-UCITS fil-korpi emittenti, li f’kull wieħed minnhom tinvesti aktar minn 5 % tal-assi tagħha, ma għandux jaqbeż l-40 % tal-valur tal-assi tagħha. Dik il-limitazzjoni ma għandhiex tapplika għal depożiti jew operazzjonijiet derivattivi magħmula ma’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għal superviżjoni prudenzjali. ◄
Minkejja l-limiti individwali stabbiliti fil-paragrafu 1, UCITS m’għandhiex tikkumbina, fejn dan ikun iwassal għal investiment ta’ aktar minn 20 % tal-assi tagħha f’korp wieħed, l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
investimenti f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus maħruġa minn dak il-korp;
depożiti magħmula ma’ dak il-korp; jew
esponimenti li jirriżultaw minn operazzjonijiet derivattivi magħmulin ma’ dak il-korp li ma jiġux ikklerjati ċentralment permezz ta’ CCP awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament.
L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu ta’ 5 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għal massimu ta’ 25 % għal bonds inħarġu qabel it-8 ta’ Lulju 2022 u ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan il-paragrafu kif applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, jew fejn bonds jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ bonds koperti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ).
Fejn UCITS tinvesti iktar minn 5 % tal-assi tagħha fil-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu maħruġa minn emittent wieħed, il-valur totali ta’ dawn l-investimenti ma għandux jeċċedi 80 % tal-valur tal-assi tal-UCITS.
▼M8 —————
It-titoli trasferibbli u l-istrumenti ta-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-limitu ta’ 40 % msemmi fil-paragrafu 2.
Il-limiti previsti fil-paragrafi 1 sa 4 m’ għandhomx jiġu kkombinati, u għalhekk investimenti f’titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus maħruġa mill-istess korp jew f’depożiti jew strumenti derivattivi magħmula ma’ dan il-korp imwettqa skont il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jeċċedu fit-total il-35 % tal-assi tal-UCITS.
Kumpaniji li huma inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta’ kontijiet konsolidati, kif definit skont id-Direttiva 83/349/KEE jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti ta’ kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp singolu għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti li jinsabu f’dan l-Artikolu.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu investiment kumulattiv f’titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus fl-istess grupp sa limitu ta’ 20 %.
Artikolu 53
Mingħajr ħsara għall-limiti stabbiliti fl-Artikolu 56, l-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52 sa massimu ta’ 20 % għal investimenti f’ishma jew titoli ta’ dejn maħruġa mill-istess korp fejn, skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, il-mira tal-politika ta’ investiment tal-UCITS hija li tiġi replikata l-kompożizzjoni ta’ ċertu indiċi ta’ titoli ta’ ħażna jew ta’ dejn li hu rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti, fuq il-bażi li ġejja:
il-kompożizzjoni tagħha hija diversifikata biżżejjed;
l-indiċi jirrappreżenta marka adegwata għas-suq li jirriferi għalih;
huwa ppubblikat b’mod xieraq.
Artikolu 54
B’deroga mill-Artikolu 52, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-UCITS biex jinvestu skont il-prinċipju tat-tixrid tar-riskju sa 100 % tal-assi tagħhom f’titoli trasferibbli 100 u strumenti tas-suq tal-flus differenti maħruġa jew iggarantiti minn kwalunkwe Stat Membru, waħda jew iżjed mill-awtoritajiet lokali tiegħu, minn pajjiż terz jew minn korp pubbliku internazzjonali li jappartjeni għalih Stat Membru wieħed jew iktar.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jagħtu din id-deroga biss jekk iqisu li titolari ta’ unitajiet fl-UCITS għandhom protezzjoni ugwali għal dik ta’ titolari ta’ unitajiet fl-UCITS li jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52.
Dawn l-UCITS għandhom iżommu titoli minn talanqas sitt ħarġiet differenti, imma titoli minn ħruġ wieħed kwalunkwe ma għandhomx jikkostitwixxu aktar minn 30 % tal-assi totali tagħhom.
L-UCITS imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isemmu espressament fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali jew il-korpi pubbliċi internazzjonali li joħorġu jew jiggarantixxu titoli li fihom ikollhom l-intenzjoni li jinvestu aktar minn 35 % tal-assi tagħhom.
Dawn ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 55
Investimenti magħmula f’unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv ta’ xort’oħra minn UCITS m’ għandhomx jeċċedu, fit-total, 30 % tal-assi tal-UCITS.
L-Istati Membri jistgħu, fejn UCITS tkun akkwistat unitajiet ta’ UCITS jew impriżi ta’ investiment kollettiv oħra, jipprovdu li l-assi tal-UCITS rispettiva jew ta’ impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv ma għandhomx jiġu rikjesti li iġu kkombinati għall-finijiet tal- limiti stabbiliti fl-Artikolu 52.
Fejn UCITS tinvesti fl-unitajiet ta’ UCITS oħrajn jew impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv li huma mmaniġġjati, direttament jew b’delegazzjoni, mill-istess kumpanija tal-maniġment jew minn kwalunkwe kumpanija oħra li magħha l-kumpanija tal-maniġment hija marbuta b’ maniġment jew kontroll komuni, jew b’holding sostanzjali dirett jew indirett, dik il-kumpanija tal-maniġment jew kumpanija oħra ma jistgħux jitolbu tariffi ta’ sottoskrizzjoni jew ta’ tifdija minħabba l-investiment tal-UCITS fl-unitajiet ta’ dawn il-UCITS l-oħra jew impriżi ta’ investiment kollettiv.
UCITS li tinvesti proporzjon sostanzjali tal-assi tagħha f’UCITS oħrajn jew impriżi ta’ investiment kollettiv għandha tiżvela fil-prospett tagħha l-livell massimu tal-ħlasijiet tal-maniġment li jistgħu jintalbu kemm lill-UCITS innifisha u kemm lil UCITS oħrajn jew impriżi ta’ investiment kollettiv li fihom għandha l-ħsieb li tinvesti. Fir-rapport annwali tagħha għandha tindika l-proporzjon massimu ta’ ħlasijiet ta’ ġestjoni mitluba kemm mill-UCITS innifisha u kemm mill-UCITS jew impriżi oħra ta’ investiment kollettiv li tinvesti fihom.
Artikolu 56
Kumpanija ta’ investiment jew kumpanija tal-maniġment li taġixxi f’konnessjoni mal-fondi komuni kollha li hi timmaniġġja u li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva ma tistax takkwista ishma li jkollhom drittijiet tal-vot li kienu jawtorizzawha biex teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-maniġment ta’ korp tal-ħruġ.
Fl-istennija ta’ iktar koordinazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tar-regoli eżistenti li jiddiffenixxu l-prinċipju ddikjarat fl-ewwel subparagrafu fil-liġi tal-Istati Membri l-oħrajn.
Il-UCITS ma tistax takkwista aktar minn:
10 % tal-ishma mingħajr vot ta’ korp tal-ħruġ wieħed;
10 % tat-titoli ta’ dejn ta’ xi korp tal-ħruġ;
25 % tal-unitajiet ta’ UCITS waħda jew impriża oħra ta’ investiment kollettiv fis-sens tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(2); jew
10 % tal-istrumenti tas-suq tal-flus ta’ korp tal-ħruġ wieħed.
Il-limiti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) jistgħu jiġu injorati fil-mument tal-akkwist jekk f’dak il-mument l-ammont gross tat-titoli ta’ dejn jew tal-istrumenti tas-suq tal-flus, jew l-ammont nett tat-titoli fi ħruġ, ma jistax jiġi kkalkolat.
Stat Membru jista’ jwarrab l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta’:
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa jew garantiti minn Stat Membru jew l-awtoritajiet lokali tiegħu;
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa jew garantiti minn pajjiż terz;
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus maħruġa minnentita’ pubblika internazzjonali li Stat Membru wieħed jew iktar ikunu membri tagħhom;
ishma miżmuma minn UCITS fil-kapital ta’ kumpanija inkorporata f’pajjiż terz li tinvesti l-assi tagħha prinċipalment f’titoli ta’ korpi tal-ħruġ li jkollom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’dak il-pajjiż, fejn skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak il-pajjiż din il-proprjetà tirrappreżenta l-uniku mezz li bih l-UCITS tkun tista’ tinvesti fit-titoli ta’ korpi tal-ħruġ ta’ dak il-pajjiż.; jew
ishma miżmuma minn kumpanija ta’ investiment jew kumpaniji ta’ investiment fil-kapital ta’ kumpaniji sussidjarji li jwettqu biss in-negozju tal-maniġment, konsultazzjoni jew tqegħid fis-suq fil-pajjiż fejn huwa stabbilit is-sussidjarju, fir-rigward tax-xiri mill-ġdid ta’ unitajiet fuq it-talba esklussiva ta’ titolari ta’ unitajiet jew f’isimhom.
Id-deroga msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, madankollu, għandha tapplika biss jekk fil-politika tagħha ta’ investiment il-kumpanija mill-pajjiż terz tikkonforma mal-limiti stabbiliti fl-Artikoli 52 u 55 u fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Fejn il-limiti stabbiliti fl-Artikoli 52 u 55 ikunu maqbuża l-Artikolu 57 għandu japplika mutatis mutandis.
Artikolu 57
UCITS m’ għandhomx jiġu rikjesti li jikkonformaw mal-limiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu fejn teżerċita drittijiet ta’ sottoskrizzjoni marbutin mat-titoli trasferibbli jew mal-istrumenti tas-suq tal-flus li jiffurmaw parti mill-assi tagħhom.
Filwaqt li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipju tat-tixrid tar-riskju, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil UCITS awtorizzati riċentement biex jidderogaw mill-Artikoli 52 sa 55 għal sitt xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni tagħhom.
KAPITOLU VIII
STRUTTURI PRINĊIPALI-ALIMENTATRIĊI
TAQSIMA 1
Ambitu u approvazzjoni
Artikolu 58
UCITS alimentatriċi tista’ żżomm sa 15 % tal-assi tagħha f’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
assi likwidi anċillari skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 50(2);
strumenti derivattivi finanzjarji, li jistgħu jintużaw biss għal skopijiet ta’ hedging, skont il-punt (g) tal-Artikolu 50(1) u l-Artikolu 51(2) u (3);
proprjetà mobbli u immobbli li tkun essenzjali għat-twettiq dirett tan-negozju, jekk il-UCITS alimentatriċi hija kumpanija ta’ investiment.
Għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 51(3), il-UCITS alimentatriċi għandha tikkalkula l-espożizzjoni globali tagħha relatata mal-istrumenti derivattivi finanzjarji billi tgħaqqad flimkien l-espożizzjoni diretta tagħha skont il-punt (b) tal-ewwel sunparagrafu jew ma’:
l-espożizzjoni reali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji fi proporzjon mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali; jew ma’
il-potenzjal massimu ta’ espożizzjoni globali tal-UCITS prinċipali għal strumenti derivattivi finanzjarji previsti fir-regoli ta’ fondi tal-UCITS prinċipali jew strumenti ta’ inkorporazzjoni proporzjonalment mal-investiment tal-UCITS alimentatriċi fil-UCITS prinċipali.
UCITS prinċipali hija UCITS jew kompartiment ta’ investiment tagħha li:
għandha talanqas UCITS alimentatriċi waħda fost it-titolari tal-unitajiet tagħha;
mhiex UCITS alimentatriċi hi nnifisha; u
ma għandhiex iżżomm unitajiet ta’ UCITS alimentatriċi.
Għandhom japplikaw id-derogi li ġejjin għal UCITS prinċipali:
jekk UCITS prinċipali jkollha talanqas żewġ UCITS alimentatriċi bħala titolari ta’ unità, il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 3 m’għandhomx japplikaw, b’hekk il-UCITS prinċipali jkollha l-għażla li żżid il-kapital minn investituri oħra;
Jekk UCITS prinċipali ma żżidx il-kapital mingħand il-pubbliku fi Stat Membru differenti minn dak fejn tinsab stabbilita, iżda jkollha waħda jew aktar UCITS alimentatriċi f’dak l-Istat Membru, il-Kapitolu XI u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(1) ma għandhomx japplikaw.
Artikolu 59
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom jekk il-UCITS alimentatriċi, id-depożitarju u l-awditur tagħha, kif ukoll il-UCITS prinċipali, jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati f’dan il-Kapitolu. Għal dawn l-għanijiet, il-UCITS alimentatriċi għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha d-dokumenti li ġejjin:
ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;
il-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmija fl-Artikolu 78 tal-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali;
il-ftehim bejn il-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali jew regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju msemmija fl-Artikolu 60(1);
fejn applikabbli, it-tagħrif li għandu jiġi pprovdut lit-titolari ta’ unità, imsemmi fl-Artikolu 64(1);
jekk il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn id-depożitarji rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 61(1);
jekk il-UCITS prinċipali u l-UCITS alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, il-ftehim ta’ qsim tat-tagħrif bejn l-awdituri rispettivi, imsemmi fl-Artikolu 62(1).
Fejn il-UCITS alimentatriċi tinsab stabbilita fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-UCITS prinċipali, il-UCITS alimentatriċi għandha wkoll tipprovdi attestazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS prinċipali li l-UCITS prinċipali hija UCITS, jew inkella kompartiment ta’ investiment li tagħmel parti minn UCITS, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 58(3). Id-dokumenti għandhom jiġu provduti mill-UCITS alimentatriċi fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS alimentatriċi jew fil-lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.
TAQSIMA 2
Dispożizzjonijiet komuni għall-ucits alimentatriċi u dik prinċipali
Artikolu 60
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-UCITS prinċipali tipprovdi lill-UCITS alimentatriċi bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tilħaq ir-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva. Għal dan l-għan, l-UCITS alimentatriċi għandha tiffirma ftehim mal-UCITS prinċipali.
L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti aktar mil-limitu applikabbli skont l-Artikolu 55(1) f’unitajiet ta’ dik il-UCITS prinċipali sakemm il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx daħal fis-seħħ. Dak il-ftehim għandu jkun disponibbli, fuq talba u mingħajr ħlas, għat-titolari kollha tal-unitajiet.
Fil-każ li l-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali jkunu mmaniġjati mill-istess kumpanija tal-maniġment, il-ftehim jista’ jkun sostitwit permezz ta’ regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan il-paragrafu.
Jekk UCITS prinċipali tkun likwidata, l-UCITS alimentatriċi għandha tkun likwidata wkoll, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha ma jkunux approvaw:
l-investiment ta’ talanqas 85 % mill-assi tal-UCITS alimentatriċi f’unitajiet ta’ UCITS prinċipali oħra; jew
l-emendar tar-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha sabiex il-UCITS alimentatriċi tkun tista’ tinbidel f’UCITS li mhijiex alimentatriċi.
Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi nazzjonali fir-rigward ta’ likwidazzjoni obbligatorja, il-likwidazzjoni ta’ UCITS prinċipali m’ għandix issir iżjed kmieni minn tliet xhur wara li l-UCITS prinċipali tkun għarrfet lit-titolari kollha tal-unitajiet tagħha, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ dik il-UCITS alimentatriċi, dwar id-deċiżjoni vinkolanti ta’ likwidazzjoni.
Jekk UCITS prinċipali tidħol f’merger ma’ UCITS oħra jew tinqasam f’żewġ UCITS jew aktar, l-UCITS alimentatriċi għandha tiġi likwidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux approvaw li l-UCITS alimentatriċi: li
tibqa’ UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali jew ta’ UCITS oħra li tirriżulta mill-merger jew mill-qsim tal-UCITS prinċipali;
tinvesti talanqas 85 % mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ UCITS prinċipali oħra li ma jirriżultax mill-merger jew mill-qsim; jew
temenda r-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha sabiex tkun tista’ tinbidel f’UCITS li mhijiex alimentatriċi.
L-ebda merger jew qsim ta’ UCITS prinċipali ma għandu jidħol fis-seħħ sakemm il-UCITS prinċipali ma tkunx ipprovdiet, lit-titolari tal-unitajiet kollha tagħha u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi tagħha, it-tagħrif kollu msemmi fl-Artikolu 43 jew komparabbli ma’ dak imsemmi fl-Artikolu 43, sa 60 jum qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ.
Sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi ma jkunux taw l-approvazzjoni tagħhom skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-UCITS prinċipali għandha tagħmilha possibbli għall-UCITS alimentatriċi li terġa’ tixtri jew tifdi l-unitajiet kollha fl-UCITS prinċipali qabel ma jidħlu fis-seħħ il-merger jew il-qsim tal-UCITS prinċipali.
Il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ddelegati ►M4 skont l-Artikolu 112a ◄ , tadotta miżuri li jispeċifikaw:
il-kontenut tal-ftehim jew tar-regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju imsemmija fil-paragrafu 1;
liema miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jitqiesu xierqa; u
fil-każ ta’ likwidazzjoni, merger jew qsim ta’ UCITS prinċipali, il-proċeduri għall-approvazzjoni meħtieġa skont il-paragrafi 4 u 5.
▼M1 —————
Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjonijiet tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-ftehim, il-miżuri u l-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 6.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
TAQSIMA 3
Depożitarji u awdituri
Artikolu 61
Fejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi jkollhom depożitarji differenti, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-depożitarji li jiffirmaw ftehim ta’ qsim tat-tagħrif sabiex jiżguraw li t-tnejn li huma jaqdu dmirijiethom.
L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti f’unitajiet tal-UCITS prinċipali sakemm dan il-ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ.
Fejn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, la d-depożitarju tal-UCITS prinċipali u lanqas dak tal-UCITS alimentatriċi, m’ għandhom jiġu meqjusa li kisru xi regoli li jirrestringu l-iżvelar ta’ informazzjoni jew li huma relatati mal-ħarsien tad-data fejn dawn ir-regoli huma previsti f’kuntratt jew fi kwalunkwe liġu, regolament jew dispożizzjoni amministrattiv. Din il-konformita’ m għandhiex tagħti lok fir-rigward tad-depożitarju jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimu.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-UCITS alimentatriċi jew, fejn xieraq, il-kumpanija tal-maniġment tal-UCITS alimentatriċi, għandha tkun responsabbli biex tikkomunika lid-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi kwalunkwe informazzjoni dwar l-UCITS prinċipali li hi meħtieġa biex id-depożitarju tal-UCITS alimentatriċi jwettaq b’mod sħiħ id-dmirijiet tiegħu.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati ►M4 skont l-Artikolu 112a ◄ , miżuri li jkomplu jispeċifikaw:
id-dettalji li għandhom jiġu inkluzi fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1; u
it-tipi ta’ irregolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 li jitqiesu li għandhom impatt negattiv fuq l-UCITS alimentatriċi.
Sabiex tiġi żgurata l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETStista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni rigward il-miżuri u t-tipi ta’ irregolaritajiet msemmijin fil- paragrafu 3.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 62
Fejn il-UCITS prinċipali u dik alimentatriċi jkollhom awdituri differenti, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-awdituri biex jiffirmaw ftehim ta’ qsim tat-tagħrif sabiex jiżguraw li t-tnejn li huma jaqdu dmirijiethom, inkluż l-arranġamenti meħuda biex wieħed jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.
L-UCITS alimentatriċi ma għandhiex tinvesti f’unitajiet tal-UCITS prinċipali sakemm dan il-ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ.
Fir-rapport ta’ verifika tiegħu, l-awditur tal-UCITS alimentatriċi għandu jqis ir-rapport ta’ verifika tal-UCITS prinċipali. Jekk il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali għandhom snin finanzjarji differenti, l-awditur tal-UCITS prinċipali għandu jagħmel rapport ad hoc fid-data ta’ għeluq tal-UCITS alimentatriċi.
B’mod partikolari, l-awditur tal-UCITS alimentatriċi għandu jirrapporta dwar kull irregolarità mikxufa fir-rapport ta’ verifika tal-UCITS prinċipali kif ukoll dwar l-impatt tagħha fuq il-UCITS alimentatriċi.
TAQSIMA 4
Tagħrif u komunikazzjonijiet kummerċjali obbligatorji mill-ucits alimentatriċi
Artikolu 63
L-Istati Membri għandhom jobbligaw li, minbarra t-tagħrif ipprovdut fl-Iskeda A tal-Anness I, il-prospett tal-UCITS alimentatriċi jinkludi t-tagħrif li ġej:
dikjarazzjoni li l-UCITS alimentatriċi hija alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali partikolari, u bħala tali tinvesti b’mod permanenti l-85 % jew aktar mill-assi tagħha f’unitajiet ta’ dik il-UCITS prinċipali;
l-għan u l-politika tal-investiment, inklużi l-profil tar-riskju u jekk ir-rendiment tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali humiex identiċi, jew safejn u għaliex huma differenti minn xulxin, inkluża deskrizzjoni tal-investiment li jkun sar skont l-Artikolu 58(2);
deskrizzjoni fil-qosor tal-UCITS prinċipali, l-organizzazzjoni tagħha, l-għan u l-politika ta’ investiment tagħha, inkluż il-profil tar-riskju tagħha u indikazzjoni ta’ kif jista’ jinkiseb il-prospett aġġornat tal-UCITS prinċipali;
ġabra fil-qosor tal-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali jew tar-regoli interni dwar it-tmexxija tan-negozju skont l-Artikolu 60(1);
kif it-titolari ta’ unità jistgħu jiksbu aktar tagħrif rigward il-UCITS prinċipali u l-ftehim iffirmat bejn il-UCITS alimentatriċi u l-UCITS prinċipali, skont l-Artikolu 60(1);
deskrizzjoni tar-remunerazzjoni jew tal-ħlas lura tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-UCITS alimentatriċi minħabba l-investiment tagħħa f’unitajiet tal-UCITS prinċipali, kif ukoll tal-imposti aggregati tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali; u
deskrizzjoni tal-implikazzjonijiet fiskali għall-UCITS alimentatriċi tal-investiment tagħha fl-UCITS prinċipali.
Minbarra t-tagħrif ipprovdut fl-Iskeda B tal-Anness I, ir-rapport annwali tal-UCITS alimentatriċi għandu jinkludi stqarrija dwar l-imposti aggregati tal-UCITS alimentatriċi u tal-UCITS prinċipali.
Ir-rapporti annwali u ta’ kull sitt xhur tal-UCITS alimentatriċi għandhom jindikaw fejn jistgħu jinkisbu ir-rapporti annwali u ta’ kull sitt xhur rispettivi tal-UCITS prinċipali.
TAQSIMA 5
Il-konverżjoni ta’ ucits eżistenti f’ucits alimentatriċi u l-bidla tal-ucits prinċipali
Artikolu 64
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, UCITS alimentatriċi li diġà twettaq attivitajiet bħala UCITS, inklużi dawk ta’ UCITS alimentatriċi ta’ UCITS prinċipali differenti, għandha tipprovdi lit-titolari ta’ unità kollha tagħha bit-tagħrif li ġej:
dikjarazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS alimentatriċi appruvaw l-investiment tal-UCITS alimentatriċi f’unitajiet ta’ dik l-UCITS prinċipali;
it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 rigward il-UCITS alimentatriċi u dik prinċipali;
id-data li fiha l-UCITS alimentatriċi tibda tinvesti fil-UCITS prinċipali jew, jekk tkun diġà investiet fiha, id-data meta l-investiment ikun se jaqbeż il-limitu applikabbli skont l-Artikolu 55(1);
dikjarazzjoni li t-titolari ta’ unità għandhom id-dritt li jitolbu, fi żmien 30 ġurnata, ix-xiri mill-ġdid jew il-fidwa tal-unitajiet tagħhom mingħajr ħlas ulterjuri minbarra dak li jkun sar lill-fond biex jiġu koperti spejjeż ta’ diżinvestiment; dan id-dritt jidħol fis-seħħ malli l-UCITS alimentatriċi tkun ipprovdiet it-tagħrif imsemmi f’dan il-paragrafu.
Dan it-tagħrif għandu jingħata sa mill-inqas 30 jum qabel id-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati ►M4 skont l-Artikolu 112a ◄ , tadotta miżuri li jispeċifikaw:
il-format u l-mod kif għandu jiġi pprovdut it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1; jew
fil-kaz li l-UCITS alimentatriċi tittrasferixxi l-assi kollha tagħha, jew parti minnhom, lill-UCITS principali bi skambju ma’ unitajiet, il-proċedura għall-valutazzjoni u l-verifika ta’ tali kontribut in natura u r-rwol tad-depozitarju tal-UCITS alimentatriċi f’dak il-process.
Sabiex tiżgura l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni fl-informazzjoni mogħtija f’dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekiniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-format u l-mod li bih l-informazzjoni tiġi provduta u l-proċedura msemmija fil-paragrafu 4.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
TAQSIMA 6
Obbligi u awtoritajiet kompetenti
Artikolu 65
Artikolu 66
Artikolu 67
KAPITOLU IX
OBBLIGI DWAR L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA LILL-INVESTITURI
TAQSIMA 1
Il-pubblikazzjoni ta’ prospett u rapporti perijodiċi
Artikolu 68
Kumpanija ta’ investiment u, għal kull wieħed mill-fondi komuni li tamministra, kumpanija tal-maniġment għandha tippubblika dawn li ġejjin:
prospett;
rapport annwali għal kull sena finanzjarja; u
rapport ta’ kull sitt xhur li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja.
Ir-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena għandhom ikunu ppubblikati f’dawn il-limiti ta’ żmien, b’effett mit-tmiem tal-perijodu li miegħu huma relatati:
erba’ xhur fil-każ tar-rapport annwali; jew
xahrejn fil-każ tar-rapport ta’ nofs is-sena.
Artikolu 69
Il-prospett għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja biex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu ġudizzju infurmat tal-investiment propost lilhom, u, b’mod partikolari, tar-riskji annessi magħhom.
Il-prospett għandu jinkludi, indipendentement mill-istrumenti li hemm investiment fihom, spjegazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment tal-profil ta’ riskju tal-fondi.
Il-prospett għandu jinkludi jew:
id-dettalji tal-politika ta’ remunerazzjoni aġġornata, inklużi imma mhux limitati għal, deskrizzjoni ta’ kif inhuma kkalkolati r-remunerazzjoni u l-benefiċċji, l-identitajiet tal-persuni responsabbli għall-għoti tar-remunerazzjoni u l-benefiċċji inkluż il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ remunerazzjoni, fejn jeżisti tali kumitat; jew
sommarju tal-politika ta’ remunerazzjoni u dikjarazzjoni li tgħid li d-dettalji tal-politika ta’ remunerazzjoni aġġornata, inklużi imma mhux limitati għal, deskrizzjoni ta’ kif inhuma kkalkolati r-remunerazzjoni u l-benefiċċji, l-identitàtal-persuni responsabbli għall-għoti tar-remunerazzjoni u l-benefiċċji, inkluż il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ remunerazzjoni fejn jeżisti tali kumitat, huma disponibbli permezz ta’ sit elettroniku inkluż referenza għal dak is-sit elettroniku u li, fuq talba, ser issir disponibbli kopja stampata bla ħlas.
Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll:
l-ammont totali ta’ remunerazzjoni għas-sena finanzjarja, maqsum f’remunerazzjoni fissa u varjabbli mħallsa mill-kumpanija tal-maniġment u mill-kumpanija ta’ investiment lill-persunal tagħha, u l-għadd ta’ benefiċjarji, u fejn rilevanti, kwalunkwe ammont imħallas direttament mill-UCITS stess, inkluż kwalunkwe onorarju tal-prestazzjoni;
l-ammont aggregat ta’ remunerazzjoni maqsum skont il-kategoriji ta’ impjegati jew membri oħra tal-persunal kif imsemmi fl-Artikolu 14a(3);
deskrizzjoni ta’ kif ġew ikkalkolati r-remunerazzjoni u l-benefiċċji;
eżiti ta’ reviżjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 14b(1) inkluż kwalunkwe irregolarità li seħħet;
bidliet materjali għall-politika ta’ remunerazzjoni adottata.
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l- AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati d-dispożizzjonijiet rigward il-kontenut tal-prospeċtus, ir-rapport annwali u r-rapport ta’ nofs is-sena kif stabbilit fl-Anness I, u l-format ta’ dawn id-dokumenti.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 70
Artikolu 71
Artikolu 72
L-elementi essenzjali tal-prospett għandhom jinżammu aġġornati.
Artikolu 73
L-informazzjoni dwar il-kontijiet mogħtija fir-rapport annwali għandha tiġi vverifikata minn persuna waħda jew aktar mogħtija s-setgħa bil-liġi biex jivverifikaw il-kontijiet skont id-Direttiva 2006/43/KE. Ir-rapport tal-awditur, inklużi kwalifiki, għandhom jiġu riprodotti bis-sħiħ fir-rapport annwali.
Artikolu 74
L-UCITS għandhom jibagħtu l-prospetti tagħhom u kull emenda li ssirilhom, kif ukoll ir-rapporti annwali u ta’ nofs is-sena tagħhom, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. L-UCITS għandha tipprovdi dik id-dokumentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-kumpanija tal-maniġment meta dan jitlob hekk.
Artikolu 75
TAQSIMA 2
Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni oħra
Artikolu 76
L-UCITS għandha tagħmel pubbliċi, b’mod xieraq il-prezz tal-ħruġ, tal-bejgħ, tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija tal-unitajiet tagħha kull darba li toħroġhom, tbigħhom, tixtrihom mill-ġdid jew tifdihom, mill-anqas darbtejn fix-xahar.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, madanakollu, jippermettu li l-UCITS tnaqqas il-frekwenza għal darba fix-xahar bil-kundizzjoni li din id-deroga ma tippreġudikax l-interessi tat-titolari tal-unitajiet.
▼M6 —————
TAQSIMA 3
Tagħrif ewlieni għall-investituri
Artikolu 78
It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jipprovdi tagħrif dwar l-elementi essenzjali li ġejjin fir-rigward tal-UCITS ikkonċernata:
identifikazzjoni tal-UCTIS u tal-awtorità kompetenti tal-UCITS;
deskrizzjoni qasira tal-għanijiet u l-politika ta’ investiment tagħha;
preżentazzjoni tar-riżultati mgħoddija jew, meta jkun xieraq, xenarji tar-riżultati;
l-ispejjeż u l-imposti assoċjati; u
il-profil tar-riskji u l-benefiċċji tal-investiment, li jinkludi linji ta’ gwida xierqa u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati mal-investmenti fl-UCITS relevanti.
Dawn l-elementi essenzjali għandhom ikunu jistgħu jinftehmu mill-investitur mingħajr ebda referenza għal dokumenti oħra.
It-tagħrif ewlieni għall-investituri għandu jinkludi wkoll dikjarazzjoni li tgħid li d-dettalji tal-politika ta’ remunerazzjoni aġġornata, inklużi, iżda mhux limitati għal, deskrizzjoni kif huma kkalkolati r-remunerazzjoni u l-benefiċċji, l-identita tal-persuni responsabbli għall-għoti tar-remunerazzjoni u l-benefiċċji inkluż il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ remunerazzjoni, fejn jeżisti tali kumitat, huma disponibbli permezz ta’ websajt inkluż referenza għal dak websajt u li, jekk tintalab, issir disponibbli kopja stampata bla ħlas.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati ►M4 skont l-Artikolu 112a ◄ , tadotta miżuri li jispeċifikaw:
il-kontenut iddettaljat u eżawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, kif imsemmi fil-paragrafi 2, 3 u 4;
il-kontenut iddettaljat u ezawjrenti tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri, fil-kazijiet speċifiċi li ġejjin:
għal UCITS b’kompartimenti differenti ta’ investiment, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’kompartiment speċifiku ta’ investiment, inkluż kif jistgħu jgħaddu minn kompartiment wieħed ta’ investiment għal ieħor, u l-ispejjeż marbutin ma’ dan,
għal UCITS li joffru klassijiet differenti ta’ ishma, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu fi klassi speċifika ta’ ishma,
għall-istrutturi ta’ fondi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’UCITS, li tinvesti hi stess f’UCITS oħrajn jew impriżi kollettivi oħra ta’ investiment imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 50(1),
għal strutturi principali-alimentatriċi, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri li jinkitbu f’UCITS alimentatriċi, u
għal UCITS strutturati, ta’ kapital protett u oħrajn simili, it-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri f’rabta mal-karatteristici speċjali ta’ UCITS bħal dawn; u
id-dettalji speċifiċi tal-format u l-preżentazzjoni tat-tagħrif ewlieni għall-investituri li għandu jiġi pprovdut lill-investituri fil-paragrafu 5.
Sabiex tiżgura l-unformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekiniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 79
Artikolu 80
Artikolu 81
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-kumpaniji ta’ investiment, kif ukoll lil kumpanija tal-maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li l-kumpanija ta’ investiment timmaniġġja, li jipprovdu tagħrif ewlieni għall-investituri f’mezz durabbli jew permezz ta’ websajt. Għandha tingħata kopja fuq karta lill-investituri fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas.
Barra minn hekk, verżjoni aġġornata tat-tagħrif ewlieni għall-investitur għandha tkun disponibbli fil-websajt tal-Internet tal-kumpanija ta’ investiment jew tal-kumpanija ta’ ġestjoni.
Artikolu 82
Artikolu 82a
IT-TAQSIMA 4
Accessibbilta tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ access uniku ewropew
Artikolu 82b
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2023/2859, jew fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-UCITS li magħha hija relatata l-informazzjoni;
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-UCITS kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
id-daqs tal-UCITS skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-kumpanija tal-maniġment li magħha hija relatata l-informazzjoni;
fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-kumpanija tal-maniġment, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament;
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2023/2859;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-UCITS li magħha hija relatata l-informazzjoni;
fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-UCITS, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati biex tispeċifika dan li ġej:
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni;
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU X
L-OBBLIGI ĠENERALI TA’ UCITS
Artikolu 83
Dawn li ġejjin ma jistgħux jissellfu:
kumpanija ta’ investiment;
kumpanija tal-maniġment jew depożitarju li jaġixxu f’isem fond komuni.
UCITS tista’, madanakollu, takkwista munita barranija permezz ta’ self “back-to-back”.
B’deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jawtorizza UCITS tissellef, sakemm tali self:
ikun fuq bażi temporanja u jirrapreżenta
biex jagħmel possibbli l-akkwist ta’ proprjetà immobbli essenzjali għat-twettiq dirett tan-negozju tagħha, u jirrapreżenta fil-każ ta’ kumpanija ta’ investiment, mhux aktar mill- 10 % tal-assi tagħha.
Fejn UCITS hija awtoriżżata biex tissellef fondi, taħt il-punti (a) u (b), tali self m’għandux jaqbeż fit-total il-15 % tal-assi tagħha.
Sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETStista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu marbutin mas-self.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 84
B’deroga mill-paragrafu 1:
UCITS tista’, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment, tissospendi temporanjament ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija tal-unitajiet tagħha;
l-Istati Membri ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jitolbu s-sospensjoni tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet fl-interess tat-titolari ta’ unitajiet jew tal-pubbliku.
Is-sospensjoni temporanja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi prevista biss f’każijiet eċċezzjonali meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, u fejn is-sospensjoni hija ġġustifikata fir-rigward tal-interessi tat-titolari tal-unitajiet
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet li jeħtieġ jintlaħqu mill-UCITS wara l-adozzjoni tas-sospensjoni temporanja tax-xiri mill-ġdid jew il-fidi tal-unitajiet tal-UCITS kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, ladarba tkun deċiża s-sospensjoni.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 85
Ir-regoli għall-valutazzjoni ta’ assi u r-regoli għall-kalkolu tal-prezz tal-bejgħ jew tal-ħruġ u l-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija tal-unitajiet ta’ UCITS għandhom jiġu stabbiliti fil-liġi il-liġi nazzjonali applikabbli, fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment.
Artikolu 86
Id-distribuzzjoni jew l-investiment mill-ġdid tal-introjtu tal- UCITS isiru skont il-liġi u r-regoli tal-fond jew tal-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment.
Artikolu 87
Unità ta’ UCITS ma għandhiex tinħareġ sakemm l-ekwivalenti tal-prezz nett ta’ ħruġ ma jkunx imħallas lill-assi tal-UCITS fil-limiti taż-żmien tas-soltu. Dan ma għandhux jipprekludi d-distribuzzjoni ta’ unitajiet ta’ bonus.
Artikolu 88
Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikoli 50 u 51, dawn li ġejjin ma għandhomx jagħtu self jew jaġixxu bħala garanti f’isem partijiet terzi:
kumpanija ta’ investiment;
kumpanija tal-maniġment jew depożitarju li jaġixxu f’isem fond komuni.
Artikolu 89
Dawn li ġejjin ma jistgħux jwettqu bejgħ skopert ta’ titoli trasferibbli, strumenti tas-suq tal-flus jew strumenti finanzjarji oħra msemmija fil-punti (e), (g) u (h) tal-Artikolu 50(1):
kumpanija ta’ investiment;
kumpanija tal-maniġment jew depożitarju li jaġixxu f’isem fond komuni.
Artikolu 90
Il-liġi tal-UCITS tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew ir-regoli tal-fond għandhom jippreskrivu r-remunerazzjoni u l-infiq li kumpanija tal-maniġment tkun awtorizzata titlob minn fond komuni u l-metodu tal-kalkolu ta’ din ir-remunerazzjoni.
Il-liġi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ kumpanija ta’ investiment għandhom jippreskrivu n-natura tal-ispejjeż li għandhom jiġġarrbu mill-kumpanija.
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI APPLIKABBLI GĦAL UCITS LI JIKKUMMERĊJALIZZAW L-UNITAJIET TAGĦHOM FI STATI MEMBRI BARRA MINN DAWK LI FIHOM IKUNU STABBILITI
Artikolu 91
▼M6 —————
Artikolu 92
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li UCITS tagħmel disponibbli, f'kull Stat Membru fejn ikun biħsiebha tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha, faċilitajiet li jwettqu l-kompiti li ġejjin:
jipproċessaw l-ordnijiet ta' sottoskrizzjoni, ta' riakkwist u ta' tifdija u jagħmlu pagamenti oħra lit-titolari ta' unitajiet relatati mal-unitajiet tal-UCITS, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumenti meħtieġa skont il-Kapitolu IX;
jipprovdu lill-investituri b'informazzjoni dwar kif l-ordnijiet imsemmija fil-punt (a) jistgħu jsiru u kif jitħallas ir-rikavat mir-riakkwist u mit-tifdija;
jiffaċilitaw it-trattament ta' informazzjoni u l-aċċess għall-proċeduri u l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 15 marbuta mal-eżerċizzju min-naħa tal-investituri tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-investiment tagħhom fil-UCITS fl-Istat Membru fejn il-UCITS hi kkummerċjalizzata;
jagħmlu l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa skont il-Kapitolu IX disponibbli għall-investituri skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94, għall-finijiet tal-ispezzjoni u l-kisba tal-kopji tagħhom;
jipprovdu lill-investituri informazzjoni rilevanti għall-kompiti li jwettqu l-faċilitajiet f'mezz durabbli; u
jaġixxu bħala punt ta' kuntatt għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.
Il-UCITS għandha tiżgura li l-faċilitajiet biex jitwettqu l-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż elettronikament, ikunu pprovduti:
bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-UCITS tkun ikkummerċjalizzata jew b'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru;
mill-UCITS stess, minn parti terza li hija soġġetta għal regolament u superviżjoni li jirregolaw il-kompiti li għandhom jitwettqu, jew mit-tnejn.
Għall-finijiet tal-punt (b), meta l-kompiti għandhom jitwettqu minn parti terza, il-ħatra ta' dik il-parti terza għandha tkun evidenzjata minn kuntratt bil-miktub, li jispeċifika liema mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jitwettqu mill-UCITS u li l-parti terza ser tirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha mingħand il-UCITS.
Artikolu 93
Jekk UCITS tipproponi li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fi Stat Membru differenti mill-Istat ta’ domiċilju tagħha, għandha l-ewwel tibgħat ittra ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.
L-ittra ta’ notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet tal-UCITS fl-Istat Membru ospitanti, inkluż, fejn relevanti, fir-rigward tal-klassijiet tal-ishma. Fil-kuntest tal-Artikolu 16(1), għandha tinkludi indikazzjoni li l- -UCITS hija kummerċjalizzata mill-kumanija tal-maniġment li tiġġestixxi l-UCITS.
L-ittra ta' notifika għandha tinkludi wkoll id-dettalji neċessarji, inkluż l-indirizz, għall-fatturazzjoni jew għall-komunikazzjoni ta' kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u informazzjoni dwar il-faċilitajiet għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 92(1).
L-UCITS għandha tinkludi mal-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 1 l-aħħar verżjoni ta’ dawn li ġejjin:
ir-regoli dwar il-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tagħha, il-prospetti tagħha u, fejn xieraq, ir-rapport annwali tagħha l-iktar riċenti u kull rapport ta’ kull sitt xhur sussegwenti tradott skont id-dispożizzjonijiet tal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 94(1); u
it-tagħrif ewlieni tiegħu għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78, tradott skont il-punti (b) u (d) l-Artikolu 94(1).
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni mressqa mill-UCITS skont il-paragrafi 1 u 2 hijiex kompluta.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jibagħtu d-dokumentazzjoni kompluta msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-UCITS tipproponi li tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha, sa mhux aktar tard minn 10 ġranet tax-xogħol mid-data tal-wasla tal-ittra ta’ notifika akkumpanjata mid-dokumentazzjoni kompluta stipulata fil-paragrafu 2. Għandhom jinkludu flimkien mad-dokumentazzjoni attestazzjoni li l-UCITS tissodisfa il-kundizzjonijiet stipulati b’din id-Direttiva.
Kif jibagħtu d-dokumentazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw minnufih lill-UCITS dwar dan. Il-UCITS tista’ tidħol fis-suq tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS mid-data ta’ dik in-notifika.
Meta, skont tibdil kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-UCITS ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinformaw lill-UCITS fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu li hi ma għandhiex timplimenta dak it-tibdil. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS kif xieraq.
Meta tibdil imsemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi implimentat wara li tkun ġiet trasmessa informazzjonif'konformità mat-tieni subparagrafu u skont dan it-tibdil il-UCITS ma tibqax konformi ma' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha f'konformità mal-Artikolu 98, li jinkludu, fejn meħtieġ, il-projbizzjoni espliċita tal-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS u għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS mingħajr dewmien żejjed tal-miżuri meħuda.
Artikolu 93a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li UCITS tkun tista' tiddenotifika l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward ta' unitajiet, inkluż, fejn relevanti, fir-rigward ta' klassijiet ta' ishma, fi Stat Membru li fir-rigward tiegħu tkun għamlet notifika skont l-Artikolu 93, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
issir offerta ġenerali għar-riakkwist jew għat-tifdija, mingħajr ebda imposta jew tnaqqisa, tal-unitajiet kollha bħal dawn miżmuma minn investituri f'dak l-Istat Membru, li tkun pubblikament disponibbli għal mill-inqas 30 jum ta' xogħol, u tiġi indirizzata, direttament jew permezz ta' intermedjarji finanzjarji, individwalment lill-investituri kollha f'dak l-Istat Membru ospitanti li l-identità tagħhom tkun magħrufa;
l-intenzjoni li jtemmu l-arranġamenti magħmula għall-kummerċjalizzazzjoni ta' tali unitajiet f'dak l-Istat Membru tiġi ppubblikata permezz ta' mezz disponibbli pubblikament, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, li tipikament jintuża għall-kummerċjalizzazzjoni tal-UCITS u li huwa xieraq għal investitur tipiku tal-UCITS;
kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali ma' intermedjarji finanzjarji jew delegati huma modifikati jew itterminati b'effett mid-data ta' denotifika sabiex jipprevjenu kwalunkwe offerta ġdida jew ulterjuri, diretta jew indiretta, tal-unitajiet identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 2.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiddeskrivi b'mod ċar il-konsegwenzi għall-investituri jekk ma jaċċettawx l-offerta ta' tifdija jew tar-riakkwist tal-unitajiet tagħhom.
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi pprovduta bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fir-rigward tiegħu l-UCITS tkun għamlet notifika skont l-Artikolu 93 jew b'lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. Sa mid-data msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-UCITS għandha twaqqaf kwalunkwe offerta jew tpoġġija ta' unitajiet ġodda jew ulterjuri, diretti jew indiretti li kienu s-soġġett ta' denotifika f'dak l-Istat Membru.
Hekk kif tiġi trażmessa n-notifika skont l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-UCITS għandhom jinnotifikaw minnufih lill-UCITS dwar din it-trażmissjoni.
Artikolu 94
Fejn UCITS tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fi Stat Membru ospitanti ta’ UCITS, għandha tipprovdi lill-investituri fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru bl-istess informazzjoni u dokumenti li hija obbligata tipprovdi lill-investituri fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha skont il-Kapitolu IX.
Tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu pprovduti lill-investituri skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
mingħajr ħsara għall-Kapitolu IX, tali informazzjoni u/jew dokumenti għandhom jiġu pprovduti lill-investituri hekk kif inhu stipulati bil-liġijiet, ir-regolamenti u/jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS;
it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tiegħu;
l-informazzjoni jew id-dokumenti minbarra t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 għandhom jinqalbu, skont l-għażla tal-UCITS, għail-lingwa uffiċjali, jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, jew f’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali; u
it-traduzzjonijiet tal-informazzjoni u/jew tad-dokumenti skont il-punti (b) u (c) għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-UCITS, u għandhom jirriflettu fedelment il-kontenut tal-informazzjoni oriġinali.
Artikolu 95
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati ►M4 skont l-Artikolu 112a ◄ , tadotta miżuri li jispeċifikaw:
▼M6 —————
l-iffaċilitar tal-aċċess, tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-UCITS, għall-informazzjoni u/jew għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 93(1), (2) u (3), skont l-Artikolu 93(7).
Sabiex tiżgura l-uniformità fil-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 93, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu speċifikati:
il-forma u l-kontenut ta’ mudell standard għall-ittra ta’ notifika, għall-finijiet tan-notifika mingħand UCITS, skont l-Artikolu 93(1), inkluża indikazzjoni għal liema dokumenti jirreferu t-traduzzjonijiet;
il-forma u l-kontenut ta’ mudell standard għall-attestazzjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 93(3);
il-proċedura għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika fost l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tan-notifikar skont l-Artikolu 93.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 96
Għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet tagħha, UCITS tista’ tuża l-istess referenza għall-forma legali tagħha (bħal kumpanija ta’ investiment jew fond komuni) fid-denominazzjoni tagħha fi Stat Membru ospitanti ta’ UCITS bħal ma tuża fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.
KAPITOLU XII
DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-AWTORITAJIET RESPONSABBLI GĦAL AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIŻJONI
Artikolu 97
Artikolu 98
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat kollha tas-superviżjoni u tal-investigazzjoni li jkunu meħtieġa għall-eżeċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati:
direttament;
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;
taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti b’delega lil entitajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati d-dmirijiet; jew
billi japplikaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
Taħt il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa, għall-anqas li:
ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe għamla u li jirċievu kopja tiegħu;
jitolbu kwalunkwe persuna tagħtihom informazzjoni u, jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil persuna bil-ħsieb li jiksbu informazzjoni;
iwettqu spezzjonijiet fuq il-post;
jesiġu:
sa fejn huwa permess mil-liġi nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni, fejn hemm suspett raġonevoli ta’ ksur u fejn tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għal investigazzjoni fuq il-ksur ta’ din id-Direttiva;
ir-reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konversazzjonijiet telefoniċi jew l-komunikazzjonijiet elettroniċi jew rekords oħra tat-traffiku tad-data miżmuma mill-UCITS, il-kumpaniji tal-maniġment, il-kumpaniji tal-investiment, id-depożitarji jew entitajiet oħra regolati b’din id-Direttiva;
jitolbu l-waqfien ta’ kull prattika li tkun kontra d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;
jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta’ assi;
jitolbu l-projbizzjoni temporanja ta’ attivitajiet professjonali;
jeħtieġu lill-kumpaniji ta’ investiment, lill-kumpaniji tal-maniġment jew lid-depożitarji awtorizzati li jipprovdu informazzjoni;
jadottaw kull tip ta’ miżuri sabiex jiżguraw illi l-kumpaniji ta’ investment, il-kumpaniji tal-maniġment jew id-depożitarji jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;
jitolbu s-sospensjoni tal-ħruġ, tax-xiri mill-ġdid jew tal-fidwa ta’ unitajiet fl-interess tat-titolari tal-unitajiet jew tal-pubbliku;
jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil UCITS, kumpanija tal-maniġment jew depożitarju;
jirriferu kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali; u
jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet.
Artikolu 99
Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali, huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.
Is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Sat-18 ta’ Marzu 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni u lill-ESMA. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-irkupru ta’ sanzjonijiet pekunjarji.
Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew talba għall-kooperazzjoni f’investigazzjoni fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin biss, jiġifieri fejn:
komunikazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti tista’ taffettwa b’mod negattiv is-sigurtà tal-Istat Membru indirizzat, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħrajn;
il-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa b’mod negattiv l-investigazzjoni, attivitajiet ta’ infurzar jew, fejn applikabbli, investigazzjoni kriminali tagħha stess;
ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat; jew
tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.
F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn li jistgħu jiġu applikati tal-inqas jinkludu dan li ġej:
dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur;
ordni li jitlob lill-persuna responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;
fil-każ ta’ UCITS jew ta’ kumpanija tal-maniġment, is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-UCITS jew tal-kumpanija tal-maniġment;
projbizzjoni temporanja jew, għal ksur serju ripetut, projbizzjoni permanenti kontra membru tal-korp tal-maniġment tal-kumpanija tal-maniġment jew tal-kumpanija tal-investiment jew kontra kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet tal-maniġment f’dawk il-kumpaniji jew f’kumpaniji oħra bħal dawn;
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Settembru 2014 jew 10 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; meta l-persuna ġuridika tkun impriża ewlenija jew sussidjarja ta’ impriża ewlenija li jkollha tipprepara kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ), il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul skont il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabilità rilevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment tal-aħħar impriża ewlenija;
fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-inqas ta’ EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Settembru 2014;
bħala alternattiva għall-punti (e) u (f), sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi tal-inqas sad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju meħud mill-ksur fejn dak il-benefiċċju jista’ jiġi determinat, anke jekk jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (e) u (f).
Artikolu 99a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom li jittrasponu din id-Direttiva jipprovdu għal sanzjonijiet, b’mod partikolari meta:
jitwettqu attivitajiet ta’ UCITS mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni, bi ksur tal-Artikolu 5;
ikun eżerċitat negozju ta’ kumpanija tal-maniġment mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel, bi ksur tal-Artikolu 6;
ikun eżerċitat negozju ta’ kumpanija tal-investiment mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel, bi ksur tal-Artikolu 27;
tinkiseb holding kwalifikattiva f’kumpanija tal-maniġment, direttament jew indirettament, jew tali holding kwalifikattiva f’kumpanija tal-maniġment tiżdied aktar sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew sabiex il-kumpanija tal-maniġment issir sussidjarja tagħha (“l-akkwist propost”), mingħajr ma l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati bil-miktub dwar il-kumpanija tal-maniġment li fiha l-akkwirent ikun beħsiebu jakkwista jew iżid holding kwalifikattiva, bi ksur tal-Artikolu 11(1);
holding kwalifikattiva f’kumpanija tal-maniġment tiġi ttrasferita, direttament jew indirettament, jew titnaqqas sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew sabiex il-kumpanija tal-maniġment ma tibqax sussidjarja, mingħajr ma l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati bil-miktub, bi ksur tal-Artikolu 11(1);
kumpanija tal-maniġment tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor, bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 7(5);
kumpanija tal-investiment tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor, bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 29(4);
kumpanija tal-maniġment, malli ssir taf bi kwalunkwe akkwist jew trasferiment ta’ holdings fil-kapital tagħhom li jikkawżaw lill-holdings biex jaqbżu jew jaqgħu f’livell aktar baxx minn wieħed mil-limiti msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tonqos milli tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti dwar dawn l-akkwisti jew it-trasferimenti, bi ksur tal-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva;
kumpanija tal-maniġment tonqos milli tgħarraf lill-awtorità kompetenti, tal-inqas darba fis-sena, rigward l-ismijiet tal-azzjonisti u tal-membri li għandhom holding kwalifikattiva u rigward id-daqsijiet ta’ dawn il-holdings, bi ksur tal-Artikolu 11(1);
kumpanija tal-maniġment tonqos milli tosserva l-proċeduri u l-arranġamenti imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (a) tal-Artikolu 12(1);
kumpanija tal-maniġment tonqos milli tosserva r-rekwiżiti strutturali u organizzazzjonali imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (b) tal-Artikolu 12(1);
kumpanija tal-investiment tonqos milli tosserva l-proċeduri u l-arranġamenti imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 31;
kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment tonqos milli tosserva r-rekwiżiti relatati mad-delega tal-funzjonijiet tagħha lil partijiet terzi imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13 u 30;
kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment tonqos milli tosserva r-regoli ta’ kondotta imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 14 u 30;
depożitarju jonqos milli jwettaq il-kompiti tiegħu skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 22(3) sa (7);
kumpanija tal-investiment jew, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġa, kumpanija tal-maniġment tonqos ripetutament milli tosserva l-obbligi li jikkonċernaw il-politiki dwar l-investiment ta’ UCITS stipulati fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu il-Kapitolu VII;
kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment tonqos milli tadotta proċess tal-ġestjoni tar-riskju jew proċess għal valutazzjoni preċiża u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi OTC kif fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 51(1);
kumpanija tal-investiment jew, għal kull fond komuni li timmaniġġa, kumpanija tal-maniġment, tonqos ripetutament milli tosserva l-obbligi li jikkonċernaw l-informazzjoni li għandha tingħata lill-investituri imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 68 sa 82;
kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment li tkun qed tikkumerċjalizza unitajiet ta’ UCITS li timmaniġġa fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS tonqos milli tosserva r-rekwiżit ta’ notifika stipulati fl-Artikolu 93(1).
Artikolu 99b
Madankollu, fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew tad-data personali tal-persuni fiżiċi titqies bħala sproporzjonata mill-awtorità kompetenti wara li ssir valutazzjoni ta’ kull każ individwali dwar il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ din id-data, jew fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu wieħed minn dawn li ġejjin:
jipposponu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni jew il-miżura sa meta r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni ma jibqgħux jeżistu;
jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi l-piena jew il-miżura fuq bażi anonima b’mod li jkun konformi mal-liġi nazzjonali, jekk tali pubblikazzjoni anonima tkun tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; jew
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura fil-każ li l-għażliet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu bħala insuffiċjenti biex jiżguraw:
li ma tiġix mhedda l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri titqies bħala ta’ natura minuri.
Fil-każ ta’ deċiżjoni biex tiġi ppubblikata piena jew miżura fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta għal perijodu ta’ żmien raġonevoli jekk ikun mistenni li f’dak il-perijodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jkunux ser jibqgħu jeżistu.
Artikolu 99c
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu determinati t-tip ta’ penali jew miżuri amministrattivi u l-livell ta’ penali pekunjarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li dawn ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn ikun il-każ:
il-gravità tal-ksur u kemm dam sejjer;
il-livell ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat, pereżempju, mill-fatturat totali tagħha fil-każ ta’ persuna ġuridika jew id-dħul annwali fil-każ ta’ persuna fiżika;
l-importanza tal-profitti miksuba jew telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, il-ħsara kkawżata lil persuni oħra u, fejn applikabbli, il-ħsara għall-funzjonament tas-swieq jew għall-ekonomija inġenerali, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti;
ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;
il-miżuri li ttieħdu wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex jiġi evitat li jiġi ripetut.
Artikolu 99d
Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu tal-inqas:
proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta’ rapporti dwar ksur u għas-segwitu tagħhom;
protezzjoni adatta għall-impjegati ta’ kumpaniji tal-investiment, kumpaniji tal-maniġment u depożitarji li jirrapportaw ksur li jseħħ fi ħdan dawk l-entitajiet, għall-inqas kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni u tipi oħrajn ta’ trattament inġust;
protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatement tkun responsabbli għall-ksur, f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 );
regoli ċari li jiżguraw li l-kunfidenzjalità tiġi ggarantita fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta ksur, sakemm l-iżvelar ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet ulterjuri jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.
Artikolu 99e
L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Settembru 2015.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 100
Artikolu 101
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin kull meta meħtieġ bil-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva jew li jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva jew il-liġi nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-setgħat tagħhom għall-finijiet tal-kooperazzjoni, saħansitra fil-każijiet fejn il-kondotta taħt investigazzjoni ma tikkostitwixxi l-ksur tal-ebda regolament fis-seħħ fl-Istat Membru tagħhom.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-AETS bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jistgħu jitolbu l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor f’attività superviżorja, għal verifika fuq il-post, jew f’investigazzjoni fuq it-territorju ta’ dan tal-aħħar, fil-qafas tas-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva. Fejn awtorità kompetenti tirċievi talba rigward verifika fuq il-post jew investigazzjoni, għandha:
twettaq hija nnifisha l-verifika jew l-investigazzjoni;
tippermetti lill-awtorità li tkun għamlet it-talba li twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni; jew
tippermetti lill-awdituri jew lill-esperti li jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.
Jekk il-verifika jew l-investigazzjoni jsiru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti tal-istess Stat Membru, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun talab għall-koperazzjoni, tista’ titlob li uffiċjali tagħha nnifisha jakkumpanjaw lill-uffiċjali li jkunu qed iwettqu il-verifika jew l-investigazzjoni. Madankollu, il-verifika jew l-investigazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll globali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu.
Jekk il-verifika jew l-investigazzjoni jsiru fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni tista’ titlob li l-uffiċjali tagħha nnifisha jakkumpanjaw lill-uffiċjali li jkunu qed iwettaq il-verifika jew l-investigazzjoni.
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qegħdin jitwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni jistgħu jirrifjutaw li jiskambjaw informazzjoni kif previst fil-paragrafu 2 jew li jaġixxu fuq talba għall-kooperazzjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni jew verifika, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, biss fejn:
tali investigazzjoni, verifika fuq il-post jew skambju ta’ informazzjoni jistgħu jolqtu ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew il-politika pubblika ta’dak l-Istat Membru;
ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji rigward l-istess persuni u l-istess azzjonijiet quddiem l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru;
tkun diġà nħarġet is-sentenza finali rigward l-istess persuni u l-istess azzjonijiet f’ dak l-Istat Membru.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill- AETS sitwazzjonijiet fejn talba:
għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 109 tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli;
għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 110 tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli; jew
għall-awtorizzazzjoni biex l-uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tkun ġiet irrifjutata jew ma’ tkunx ittieħdet azzjoni fir-rigward tagħha fi żmien raġonevoli.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonażment tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet ta’ rifjut ta’ att fuq rikjesta għal informazzjoni jew għal investigazzjoni prevista fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-abbilità tal-AETS li taġixxi skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament f’dawn il-każijiet.
Sabiex tiżgura kondizzjonjiiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu stabbiliti proċeduri komuni għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkooperaw f’verifiki u investigazzjonijiet fil-post kif imsemmi fil-paragrafi 4 u 5.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
Artikolu 102
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, huma marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Dan l-obbligu jimplika li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali li dawk il peruni jirċievu waqt it-twettiq ta’ dmirijiethom ma tista’ tkun żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità, ħlief f’għamla sommarja jew aggregata b’mod li UCITS u kumpaniji tal-maniġment u depożitarji (impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tal-UCITS) ma jkunux jistgħu jiġu identifikati individwalment, mingħajr ħsara għal każi koperti bil-liġi kriminali.
Madankollu, meta UCITS jew impriża li tikkontribwixxi lejn l-attività tan-negozju tagħha tkun giet iddikjarata bħala falluta jew li tkun ġiet xolta ta’ bilfors, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna partijiet terzi involuti fi sforzi ta’ salvament tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.
Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri milli jiskambjaw informazzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva jew leġislazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-UCITS jew għal impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom jew milli jittrasmettuha lill-AETS f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jew lill-BERS. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafu 1.
L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw it-tagħrif ma’ awtoritajiet kompetenti oħra skont din id-Direttiva jistgħu jindikaw mal-waqt tal-komunikazzjoni li dan it-tagħrif ma jridx jiġi żvelat mingħajr il-kunsens espress tagħhom, f’liema każ dan it-tagħrif jista jiġi skambjat biss għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ koperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ awtoritajiet jew korpi ta’ pajjiżi terzi kif definiti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 103(1) biss jekk l-informazzjoni li tkun żvelata tkun suġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri ta’ superviżjoni minn dawk l-awtoritajiet jew korpi.
Fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
L-awtoritajiet kompententi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont il-paragrafi 1 jew 2 jistgħu jużaw l-informazzjoni biss fit-twettiq ta’ dmirijiethom għall-finijiet ta’:
verifika li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu ta’ negozju ta’ UCITS jew ta’ impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom ikunu milħuqa, u biex jiffaċcilitaw il-monitoraġġ tat-twettiq ta’ dak in-negozju, tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern;
impożizzjoni ta’ penali;
appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti; kif ukoll
proċeduri legali fi qrati mibdija skont l-Artikolu 107(2).
Il-paragrafi 1 u 4 ma għandhomx ifixklu l-iskambju ta’ informazzjoni fi Stat Membru wieħed jew bejn Stati Membri, fejn dak l-iskambju għandu jsir bejn awtorita’ kompetenti, u:
awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment, l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew l-organizzazzjonijiet finanzjarji l-oħra jew l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ UCITS jew impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom jew entitajiet involuti f’ proċeduri simili;
persuni responsabbli għat-twettiq ta’ awditjar statutorju tal-kontijiet tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra;
l-AETS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 ), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 ) u l-BERS.
B’mod partikulari, il-paragrafi 1 u 4 ma għandhom ifixklu t-twettiq mill-awtoritajiet kompetenti elenkati aktar ‘il fuq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, jew fl-iżvelar lejn il-korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ kumpens dwar l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom.
L-informazzjoni skambjata skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1.
Artikolu 103
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 102(1) sa (4), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtorita’ kompetenti u:
l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw l-entitajiet involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ UCITS jew impriżi li jikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħhom jew entitajiet involuti f’ proċeduri simili;
l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar statutorju tal-kontijiet tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti ta’ investimenti u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.
L-Istati Membri li jkollhom rikors għad-deroga pprovduta fil-paragrafu 1 għandhom jeħtieġu li tintlaħaq talanqas waħda kundizzjonijiet li ġejjin:
l-informazzjoni għandha tintuża għall-finijiet li jitwettaq id-dmir ta’ superviżjoni msemmi fil-paragrafu 1;
l-informazzjoni rċevuta hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fl-Artikolu 102(1); u
fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
L-Istati Membri li jkollhom rikors għad-deroga pprovduta fil-paragrafu 4 għandhom jeħtieġu li tintlaħaq talanqas waħda kundizzjonijiet li ġejjin:
l-informazzjoni għandha tintuża għall-finijiet li jitwettaq id-dmir imsemmi fil-paragrafu 4;
l-informazzjoni rċevuta hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali previsti fl-Artikolu 102(1); u
fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni bl-ismijiet u bir-responsabbiltajiet preċiżi tal-persuni lil lilhom tkun intbagħtet.
Artikolu 104
L-Artikoli 102 u 103 ma għandhomx ifixklu lill-awtoritajiet kompetenti milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 102(1) sa (4) lil stabbiliment ta’ rilaxx (clearing house) jew korp simili rikonoxxut mil-liġi nazzjonali biex jipprovdi servizzi ta’ kklerjar (clearing) jew ta’ sald (settlement) għal wieħed mis-swieq tal-Istati Membri tagħhom jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jiżguraw il-funzjonar xieraq ta’ dawk il-korpi b’relazzjoni man-nuqqasijiet reali jew potenzjali mill-parteċipanti fis-suq.
L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fl-Artikolu 102(1).
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 102(2) ma tiġix żvelata fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 102(1) sa (4), l-Istati Membri jistgħu, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra tal-amministrazzjonijiet ċentrali tal-gvernijiet tagħhom li jkunu responsabbli għall-leġiżlazzjoni dwar is-superviżjoni ta’ UCITS u l-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozji tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi ta’ investiment u l-impriżi tal-assigurazzjoni u ta’ spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.
Żvelar bħal dan jista’ jsir, madanakollu, meta meħtieġ biss u għal raġunijiet ta’ kontroll prudenzjali.
L-Istati Membri għandhom, madankollu, jipprovdu li l-informazzjoni li tkun waslitilhom skont l-Artikolu 102(2) u (5) ma tiġi qatt żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom.
Artikolu 104a
Artikolu 105
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-iskambju ta’ informazzjoni, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-mudelli u l-formati għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 106
L-Istati Membri għandhom jipprovdu mill-anqas li kull persuna approvata skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE, li twettaq f’UCITS jew f’impriża li tikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħha l-awditjar statutorju msemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, l-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, jew l-Artikolu 73 ta’ din id-Direttiva jew xi dover statutorju ieħor, għandu jkollha d-dover li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kull fatt jew deċiżjoni li tikkonċerna dik l-impriża, li dwarhom tkun saret konxja waqt it-twettiq ta’ dak id-dover, u li aktarx iwasslu għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ UCITS jew ta’ impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom;
it-tfixkil tal-funzjonament kontinwu tal-UCITS jew ta’ impriża li tikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħha; jew
ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew l-espressjoni ta’ riservi.
Dik il-persuna msemmija fil-punt (a) għandu jkollha d-dover li tirrapporta kull fatt jew deċiżjoni li dwarhom issir konxja matul it-twettiq ta’ dover kif deskritt fil-punt (a) f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-UCITS jew ma’ impriża li tikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħha, li fiha tkun qiegħda twettaq dak id-dover.
Artikolu 107
L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi korp wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit bil-liġijiet nazzjonali, jistgħu, fl-interess tal-konsumaturi u skont il-liġijiet nazzjonali, jieħdu azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw illi jiġu applikati d-dispożizzjoijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva:
korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;
organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi;
organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-membri tagħhom.
Artikolu 108
L-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ UCITS biss għandu jkollhom is-setgħa li jieħdu azzjoni kontra dik il-UCITS jekk tikser xi liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva jew xi regolament stabbilit fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija ta’ investiment.
Madanakollu, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS għandhom jieħdu azzjoni kontra dik il-UCITS jekk tikser il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet ammistrattivi fis-seħħ f’ dak l-Istat Membru li jaqgħu barra mill-kamp t applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92 u 94.
Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jew minħabba li tali miżuri juru li m’humiex adegwati, jew minħabba li l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jonqos milli jieħu azzjoni fi żmien raġonevoli, l-UCITS tkompli taġixxi b’mod li huwa ċarament ta’ ħsara għall-interessi tal-investituri tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS jistgħu bħala konsegwenza jieħdu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu lill-investituri, inkluża l-possibbiltà li jżommu l-UCITS ikkonċernata milli tkompli tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fit-territorji tal-Istat Membru tal-UCITS; jew
jekk ikun meħtieġ, il-kwistjoni tiġi riferuta lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 1095/2010.
Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu infurmati mingħajr ebda dewmien dwar kwalunkwe miżura meħuda skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.
Artikolu 109
Fejn, permezz tal-provvista ta’ servizzi jew bl-istabbiliment ta’ fergħat, kumpanija tal-maniġment topera fi Stat Membru ospitanti wieħed jew iktar tal-kumpanija tal-maniġment, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib.
Għandhom ifornu lil xulxin fuq talba bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-maniġment u s-sjieda ta’ dawn il-kumpaniji tal-maniġment li x’aktarx tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u kull informazzjoni li x’ aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ dawn il-kumpaniji. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti tal- kumpanija tal-maniġment jiġbru d-dettalji msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 110
KAPITOLU XIII
ATTI DDELEGATI U SETGĦAT TA’ EŻEKUZZJONI
Artikolu 111
Il-Kummissjoni tista’ tadotta emendi teknici għal din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:
il-kjarifika tad-definizzjonijiet sabiex jiġu żgurati armonizzazzjoni konsistenti u applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni kollha; jew
l-allinjament ta’ terminoloġija u l-inkwadratura ta’ definizzjonijiet skont l-atti sussegwenti dwar UCITS u materji relatati.
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ddelegati ►M4 skont l-Artikolu 112a ◄ .
Artikolu 112
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tat-Titoli Ewropej stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE ( 30 ).
Artikolu 112a
Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 26b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mis-17 ta’ Settembru 2014.
Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 50a hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-21 ta’ Lulju 2011.
Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 51 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-20 ta’ Ġunju 2013.
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħa delegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem ta’ perijodi ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
▼M4 —————
KAPITOLU XIV
DEROGI U DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
TAQSIMA 1
Derogi
Artikolu 113
Artikolu 114
TAQSIMA 2
Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali
Artikolu 115
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 116
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat-30 ta’ Ġunju 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli li ġejjin: l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 1(2), Artikolu 1(3)(b), punti (e), (m), (p) u (q) tal Artikolu 2(1), Artikolu 2(5), Artikolu 4, Artikolu 5 (1) sa (4), (6) u (7), 6(1), 12(1), il-frażi introduttorja ta’ 13(1), 13(1)(a), 13(1)(i), 15, it-tieni subparagrafu ta’ 16(1), Artikolu 16(3), Artikolu 17(1), Artikolu 17(2) (b), l-ewwel u t-tielet subparagrafi ta’ Artikolu 17(3), Artikolu 17(4) sa 17(7), it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 17(9), il-parti introduttorja ta’ Artikolu 18(1), Artikolu 18(1)(b), it-tielet sar-raba’ subparagrafu ta’ Artikolu 18(2), Artikolu 18(3) u (4), Artikoli 19 u 20, Artikolu 21(2) sa (8), u (9), Artikolu 22(1), Artikolu 22(3)(a), Artikolu 22(3)(d), Artikolu 22(3)(e), Artikolu 23(1), (2), (4) u (5), it-tielet subparagrafu ta’ Artikolu 27, Artikolu 29(2), Artikolu 33(2), (4), (5), Artikoli 37 sa 42, Artikolu 43(1) sa (5), Artikoli 44 sa 49 il-frażi introduttorja ta’ Artikolu 50(1) u (3), it-tielet subparagrafu ta’ 51(1), 54(3), 56(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 56(2), Artikolu 58 u 59, Artikolu 60(1) sa (5), Artikolu 61(1) u (2), Artikolu 62(1), (2) u (3), Artikolu 63, Artikolu 64(1), (2) u (3), Artikoli 65, 66 u 67, Artikolu 68(1) frażi ntroduttorja u punt (a), Artikolu 69(1) sa (2), Artikolu 70(2) u 70(3), Artikoli 71, 72, 74, 75(1), (2) u (3), Artikoli 77 sa 82, Artikolu 83(1)(b), it-tieni inċiż ta’ Artikolu 83(2)(a), Artikolu 86, Artikolu 88(1)(b), Artikolu 89(b), Artikolu 90 u Artikoli 91 sa 94, Artikoli 96 sa 100, Artikolu 101 (1) sa (8), it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 102(2), Artikolu 102(5), Artikolu 107 u 108, Artikolu 109(2), (2) u (4), Artikolu 110, u l-Anness I. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Lulju 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet eżistenti għad-Direttiva 85/611/KEE mħassra b’din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.
Artikolu 117
Id-Direttiva 85/611/KEE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness III, Parti A, hi b’dan mħassra b’seħħ mill-1 ta’ Lulju 2011, mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, il-Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Referenzi għall-prospett simplifikat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78.
Artikolu 118
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 1(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2), Artikolu 1(3)(a), Artikolu 1(4) sa (7), Artikolu 2(1)(a) sa (d), Artikolu 2(1)(f) sa (l), Artikolu 2(1)(n) u (o), Artikolu 2(2), (2) u (4), Artikolu 2(6) u (7), Artikolu 3, Artikolu 5(4), Artikolu 6(2), (2) u (4), Artikolu 7 sa 11, Artikolu 12(2), Artikolu 13(1)(b) sa (h), Artikolu 13(2), Artikolu 14(1), Artikolu 16(2), Artikolu 17(2)(c) u (d), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3), Artikolu 17(8) u l-ewwel subparagrafu ta’ 17(9), Artikolu 18(1) minbarra il-frażi introduttorja u punt (a), l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 18(2), Artikolu 21(1) u (7), Artikolu 22(2), Artikolu 22(3)(b) u (c), Artikolu 23(3), Artikolu 24, Artikoli 25 u 26, l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 27, Artikolu 28, Artikolu 29(1), (3) u (4), Artikoli 30, 31 u 32, Artikolu 33(1), (3), Artikoli 34, 35 u 36, Artikolu 50(1)(a) sa (h), Artikolu 50(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 51(1), Artikolu 51(2) u (3), Artikolu 52, Artikolu 53, Artikolu 54(1) u (2), Artikolu 55, l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 56(2), it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 56(2), Artikolu 56(3), Artikolu 57, Artikolu 68(2), Artikolu 69(3) u (4), Artikolu 70(1) u (4), Artikoli 73 u 76, Artikolu 83(1) minbarra 83(1)(b), Artikolu 83(2)(a) minbarra t-tieni inċiż, Artikolu 84, Artikoli 85 u 87, Artikolu 88(1) minbarra 88(1)(b), 88(2), Artikolu 89 minbarra l-punt (b), Artikolu 102(1), l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 102(2), Artikolu 102(3), (4), Artikoli 103 sa 106, Artikolu 109(1), Artikoli 111, 112, 113 u 117 u l-Annessi II, III u IV għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2011.
Artikolu 119
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
SKEDA A
|
1. Informazzjoni li tikkonċerna l-fond komuni. |
1. Informazzjoni li tikkonċerna l-kumpanija tal-maniġment, inkluża indikazzjoni dwar jekk il-kumpanija tal-maniġment hijiex stabbilita fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS. |
1. Informazzjoni li tikkonċerna l-kumpanija ta’ investiment. |
|
1.1. Isem |
1.1. L-isem u l-istil, il-forma fil-liġi, l-uffiċċju rreġistrat u l-uffiċċju ewlieni jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat. |
1.1. L-isem u l-istil, il-forma fil-liġi, l-uffiċċju rreġistrat u l-uffiċċju ewlieni jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat. |
|
1.2. Data ta’ stabbiliment tal-fond komuni. Indikazzjoni tat-tul, jekk limitat. |
1.2. Data ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija. Indikazzjoni tat-tul, jekk limitat. |
1.2. Data ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija. Indikazzjoni tat-tul, jekk limitat. |
|
|
1.3. Jekk il-kumpanija timmaniġġja fondi komuni oħrajn, indikazzjoni ta’ dawk il-fondi. |
1.3. Fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment li jkollhom kompartimenti differenti ta’ investiment, l-indikazzjoni tal-kompartimenti. |
|
1.4. Dikjarazzjoni tal-post fejn jistgħu jinkisbu r-regoli tal-fond, jekk ma jkunux annessi, u r-rapporti perijodiċi. |
|
1.4. Dikjarazzjoni tal-post fejn jistgħu jinkisbu l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jekk mhumiex annessi, u r-rapporti perijodiċi. |
|
1.5. Indikazzjonijiet qosra rilevanti għal titolari ta’ unitajiet tas-sistema tat-taxxa applikabbli għall- fond komuni. Dettalji ta’ jekk it-tnaqqis ikunx sar mill-fonti mill-introjtu u l-qligħ kapitali mħallas mill-fond komuni lil titolari ta’ unitajiet. |
|
1.5. Indikazzjonijiet qosra relevanti għal titolari ta’ unitajiet tas-sistema tat-taxxa applikabbli għall-kumpanija. Dettalji ta’ jekk it-tnaqqis ikunx sar mill-fonti mill-introjtu u l-qligħ kapitali mħallsa mill-kumpanija lil titolari ta’ unitajiet. |
|
1.6. Dati ta’ kontabbiltà u distribuzzjoni. |
|
1.6. Dati ta’ kontabbiltà u distribuzzjoni. |
|
1.7. Ismijiet tal-persuni responsabbli biex jivverifikaw l-informazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 73. |
|
1.7. Ismijiet tal-persuni responsabbli biex jivverifikaw l-informazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 73. |
|
|
1.8. Ismijiet u pożizzjonijiet fil-kumpanija tal-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment u ta’ superviżjoni. Dettalji tal-attivitajiet ewlenija tagħhom barra l-kumpanija meta dawn ikunu sinifikattivi fir-rigward ta’ dik il-kumpanija. |
1.8. Ismijiet u pożizzjonijiet fil-kumpanija tal-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment u ta’ superviżjoni. Dettalji tal-attivitajiet ewlenija tagħhom barra l-kumpanija meta dawn ikunu sinifikattivi fir-rigward ta’ dik il-kumpanija. |
|
|
1.9. L-ammont tal-kapital sottoskritt b’indikazzjoni tal-kapital imħallas. |
1.9. Il-kapital. |
|
1.10. Dettalji tat-tipi u l-karatteristiċi ewlenija tal-unitajiet, u b’mod partikolari: — in-natura tad-dritt (reali, personali jew ieħor) irrappreżentat mill-unità, — titoli jew ċertifikati oriġinali li jipprovdu prova ta’ titolu; dħul f’reġistru jew f’kont, — karatteristiċi tal-unitajiet: irreġistrati jew bearer. Indikazzjoni ta’ xi denominazzjonijiet li jista’ jkun hemm dispożizzjoni għalihom, — indikazzjoni tad-drittijiet tal-vot jekk dawn jeżistu ta’ titolari tal-unitajiet, — ċirkostanzi li fihom l-għeluq ta’ fond komuni jista’ jiġi deċiż u dwar il-proċedura tal-għeluq, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’ titolari ta’ unitajiet. |
|
1.10. Dettalji tat-tipi u l-karatteristiċi ewlenija tal-unitajiet, u b’mod partikolari: — titoli jew ċertifikati oriġinali li jipprovdu prova ta’ titolu; dħul f’reġistru jew f’kont, — karatteristiċi tal-unitajiet: irreġistrati jew bearer. Indikazzjoni ta’ xi denominazzjonijiet li jista’ jkun hemm dispożizzjoni għalihom, — indikazzjoni tad-drittijiet tal-vot tat-titolari tal-unitajiet, — ċirkostanzi li fihom l-għeluq tal-kumpanija ta’ investiment jista’ jiġi deċiż u dwar il-proċedura tal-għeluq, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’ titolari tal-unitajiet. |
|
1.11. Fejn applikabbli, indikazzjoni ta’ Boroż jew swieq fejn l-unitajiet ikunu elenkati jew ittrattati. |
|
1.11. Fejn applikabbli, indikazzjoni ta’ Boroż jew swieq fejn l-unitajiet ikunu elenkati jew ittrattati. |
|
1.12. Proċeduri u kundizzjonijiet tal-ħruġ u tal-bejgħ ta’ unitajiet. |
|
1.12. Proċeduri u kundizzjonijiet tal-ħruġ u tal-bejgħ ta’ unitajiet. |
|
1.13. Proċeduri u kundizzjonijiet għax- xiri mill-ġdid jew għat-tifdija ta’ unitajiet, u ċ-ċirkostanzi li fihom ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija jistgħu jiġu sospiżi. |
|
1.13. Proċeduri u kundizzjonijiet għax- xiri mill-ġdid jew għat-tifdija ta’ unitajiet, u ċ-ċirkostanzi li fihom ix-xiri mill-ġdid jew it-tifdija jistgħu jiġu sospiżi. Fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment li jkollhom kompartimenti differenti ta’ investiment, informazzjoni dwar kif it-titolari tal-unità jista’ jgħaddi minn kompartiment għal ieħor u l-piżijiet applikabbli f’dawn il-każijiet. |
|
1.14. Deskrizzjoni tar-regoli għad-determinazzjoni u l-applikazzjoni tal-introjtu. |
|
1.14. Deskrizzjoni tar-regoli għad-determinazzjoni u l-applikazzjoni tal-introjtu. |
|
1.15. Deskrizzjoni tal-objettivi tal-investiment tal-fond komuni, inklużi l-objettivi finanzjarji (eż. kobor tal-kapital jew introjtu), politika ta’ investiment (eż. speċjalizzazzjoni f’setturi ġeografiċi jew industrijali), xi limitazzjonijiet fuq dik il-politika ta’ investiment u indikazzjoni ta’ xi metodi tekniċi u strumenti jew poteri ta’ self li jistgħu jintużaw fil-maniġment tal- fond komuni. |
|
1.15. Deskrizzjoni tal-objettivi tal-investiment tal-kumpanija, inklużi l-objettivi finanzjarji (eż. kobor tal-kapital jew introjtu), politika ta’ investiment (eż. speċjalizzazzjoni f’setturi ġeografiċi jew industrijali), xi limitazzjonijiet fuq dik il-politika ta’ investiment u indikazzjoni ta’ xi metodi tekniċi u strumenti jew poteri ta’ self li jistgħu jintużaw fil-maniġment tal-kumpanija. |
|
1.16. Regoli għall-valutazzjoni ta’ assi. |
|
1.16. Regoli għall-valutazzjoni ta’ assi. |
|
1.17. Determinazzjoni tal-prezz tal-bejgħ jew tal-ħruġ u l-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet, b’mod partikolari: — il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu ta’ dawk il-prezzijiet, — informazzjoni li tikkonċerna l-piżijiet li jirrigwardaw il-bejgħ jew il-ħruġ u x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ unitajiet, — il-mezzi, il-postijiet u l-frekwenza tal-pubblikazzjoni ta’ dawk il-prezzijiet. |
|
1.17. Determinazzjoni tal-prezz tal-bejgħ jew tal-ħruġ u l-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet, b’mod partikolari: — il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu ta’ dawk il-prezzijiet, — informazzjoni li tikkonċerna l-piżijiet li jirrigwardaw il-bejgħ jew il-ħruġ u x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ unitajiet, — il-mezzi, il-postijiet u l-frekwenza tal-pubblikazzjoni ta’ dawk il-prezzijiet (1). |
|
1.18. Informazzjoni li tikkonċerna l-mod, l-ammont u l-kalkolu ta’ remunerazzjoni pagabbli mill- fond komuni lill-kumpanija tal-maniġment, id-depożitarju jew il-partijiet terzi, u r-rimbors tal-ispejjeż mill- fond komuni lill-kumpanija tal-maniġment, lid-depożitarju jew lill-partijiet terzi. |
|
1.18. Informazzjoni li tikkonċerna l-mod, l-ammont u l-kalkolu ta’ remunerazzjoni pagabbli mill-kumpanija lid-diretturi tagħha, u lill-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment u ta’ superviżjoni, lid-depożitarju jew lill-partijiet terzi, u r-rimbors tal-ispejjeż mill-kumpanija lid-diretturi tagħha, lid-depożitarju jew lill-partijiet terzi. |
|
(1)
Kumpanniji ta’ investiment fis-sens tal-Artikolu 32(5) ta’ din id-Direttiva għandhom ukoll jindikaw: — il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet, — il-mezzi, il-post u l-frekwenza tal-pubblikazzjoni ta’ dak il-valur, — il-Borża fil-pajjiż tal-kummerċjalizzazzjoni li l-prezz li fuqu jiddetermina l-prezz tal-operazzjonijiet effetwati barra l-Boroż f’dak il-pajjiż. |
||
|
2. |
Informazzjoni dwar id-depożitarju:
|
|
3. |
Informazzjoni li tikkonċerna d-ditti konsultattivi jew konsulenti esterni ta’ investimenti li jagħtu parir skont il-kuntratt li jkun imħallas mill-assi tal-UCITS:
|
|
4. |
Informazzjoni li tikkonċerna l-arranġamenti biex isiru pagamenti lil titolari tal-unitajiet, xiri mill-ġdid, jew it-tifdija ta’ unitajiet u biex issir disponibbli l-informazzjoni li tikkonċerna l-UCITS. Din l-informazzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tingħata fl-Istat Membru li fih l-UCITS tkun stabbilita. Barra minn dan, fejn l-unitajiet ikunu mqiegħda fis-suq fi Stat Membru ieħor, din l-informazzjoni għandha tingħata fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru, fil-prospett ippubblikat hemm. |
|
5. |
Informazzjoni oħra dwar l-investiment:
|
|
6. |
Informazzjoni ekonomika:
|
SKEDA B
Informazzjoni li għandha tkun inkluża fir-rapporti perijodiċi
I. Dikjarazzjoni ta’ assi u responsabbiltajiet
|
II. |
In-numru ta’ unitajiet fiċ-ċirkolazzjoni |
|
III. |
Il-valur nett tal-assi għal kull unità |
|
IV. |
Il-portafoll, b’distinzjoni bejn:
(a)
titoli trasferibbli ammessi fl-elenkar uffiċjali tal-Borża;
(b)
titoli trasferibbli trattati f’suq irregolat ieħor;
(c)
titoli trasferibbli maħruġa riċentement tat-tip imsemmi fl-Artikolu 50(1)(d);
(d)
titoli trasferibbli oħrajn tat-tip imsemmi fl-Artikolu 50(2)(a); u analizzati skont l-aktar kriterji approprjati fid-dawl tal-politika ta’ investiment tal-UCITS (eż. skont il-kriterji ekonomiċi, ġeografiċi jew tal-munita) bħala perċentwal tal-assi netti; għal kull wieħed mill-investimenti ta’ hawn fuq, il-proporzjon li jirrappreżenta tat-total tal-assi tal-UCITS. Dikjarazzjoni ta’ bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll matul il-perijodu ta’ referenza. |
|
V. |
Dikjarazzjoni tal-iżviluppi li jikkonċernaw l-assi ta l-UCITS matul il-perijodu ta’ referenza inklużi li ġejjin:
—
introjru minn investimenti,
—
introjtu ieħor,
—
tariffi ta’ maniġment,
—
tariffi tad-depożitarju,
—
tariffi u taxxi oħrajn,
—
introjtu nett,
—
distribuzzjoni u introjtu rinvestit,
—
bidliet fil-kont kapitali,
—
apprezzament u diprezzament tal-investimenti,
—
kull bidla oħra li taffetwa l-assi u r-responsabbiltajiet ta l-UCITS,
—
l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, li huma l-ispejjeż ta’ UCITS relatati ma’ tranżazzjonijiet fil-portafoll tagħha.
|
|
VI. |
Tabella komparattiva li tkopri l-aħħar tliet snin finanzjarji u tinkludi, għal kull sena finanzjarja, fit-tmiem tas-sena finanzjarja:
—
il-valur total nett tal-assi,
—
il-valur nett tal-assi għal kull unità.
|
|
VII. |
Dettalji, skont il-kategorija ta’ operazzjoni fis-sens tal-Artikolu 51, imwettqa mill-UCITS matul il-perijodu ta’ referenza, tal-ammont riżultanti tal-impenji. |
ANNESS II
Funzjonijiet inklużi fl-attività tal-maniġment kollettiv tal-portafoll:
servizzi ta’ kontabbiltà legali u ta’ maniġment ta’ fond;
mistoqsijiet tal-klijenti;
valutazzjoni u pprezzar (inklużi l-formoli tat-taxxa);
monitoraġġ regolatorju ta’ konformità;
żamma tar-reġistru tat-titolari ta’ unitajiet;
distribuzzjoni tad-dħul;
ħruġ u fidwa ta’ unitajiet;
riżoluzzjonijiet ta’ kuntratti (inkluża l-kunsinna taċ-ċertifikat);
iż-żamma ta’ rekords.
ANNESS III
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha
(kif imsemmi fl-Artikolu 117)
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3) |
|
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/220/KEE (ĠU L 100, 19.4.1988, p. 31) |
|
|
Id-Direttiva 95/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 168, 18.7.1995, p. 7) |
L-Artikolu 1, ir-raba’ inċiż, l-Artikolu 4(7), u l-Artikolu 5, il-ħames inċiż biss |
|
Id-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 17.11.2000, p. 27) |
L-Artikolu 1 biss |
|
Id-Direttiva 2001/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 20) |
|
|
Id-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 35) |
|
|
Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1) |
L-Artikolu 66 biss |
|
Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9) |
L-Artikolu 9 biss |
|
Id-Direttiva 2008/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ĠU L 76, 19.3.2008, p. 42. |
|
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(kif imsemmi fl-Artikolu 117)
|
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
|
85/611/KEE |
fl-1 ta’ Ottubru 1989. |
— |
|
88/220/KEE |
fl-1 ta’ Ottubru 1989. |
— |
|
95/26/KE |
fit-18 ta’ Lulju 1996. |
— |
|
2000/64/KE |
Is-17 ta’ Novembru 2002 |
— |
|
2001/107/KE |
It-13 ta’ Awwissu 2003 |
It-13 ta’ Frar 2004 |
|
2001/108/KE |
It-13 ta’ Awwissu 2003 |
It-13 ta’ Frar 2004 |
|
2004/39/KE |
— |
It-30 ta’ April 2006 |
|
2005/1/KE |
It-13 ta’ Mejju 2005 |
— |
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Id-Direttiva 85/611/KEE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(2), frażi introduttiva |
Artikolu 1(2), frażi introduttiva |
|
Artikolu 1(2), l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 1(2)(a) u (b) |
|
— |
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 1(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 1(3), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
|
— |
Artikolu 1(3), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
|
Artikolu 1(4) sa (7) |
Artikolu 1(4) sa (7) |
|
Artikolu 1(8), frażi introduttiva |
Artikolu 2(1)(n), frażi introduttiva |
|
Artikolu 1(8), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 2(1)(n), il-punti (i), (ii) u (iii) |
|
Artikolu 1(8), l-aħħar frażi |
Artikolu 2(7) |
|
Artikolu 1(9) |
Artikolu 2(1)(o) |
|
Artikolu 1a, frażi introduttiva |
Artikolu 2(1), frażi introduttiva |
|
Artikolu 1a, il-punt (1) |
Artikolu 2(1)(a) |
|
Artikolu 1a, il-punt (2), l-ewwel part of the phrase |
Artikolu 2(1)(b) |
|
Artikolu 1a, il-punt (2), it-tieni part of the phrase |
Artikolu 2(2) |
|
Artikolu 1a, il-punti (3) sa (5) |
Artikolu 2(1)(c) sa (e) |
|
Artikolu 1a, il-punt (6) |
Artikolu 2(1)(f) |
|
Artikolu 1a, il-punt (7), l-ewwel part of the phrase |
Artikolu 2(1)(g) |
|
Artikolu 1a, il-punt (7), it-tieni part of the phrase |
Artikolu 2(3) |
|
Artikolu 1a, il-punti (8) sa (9) |
Artikolu 2(1)(h) sa (i) |
|
Artikolu 1a, il-punt (10), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1)(j) |
|
Artikolu 1a, il-punt (10), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2(5) |
|
Artikolu 1a, il-punt (11) |
— |
|
Artikolu 1a, il-punti (12) u (13) l-ewwel phrase |
Artikolu 2(1)(i)(ii) |
|
Artikolu 1a, il-punt (13) it-tieni phrase |
Artikolu 2(4)(a) |
|
Artikolu 1a, il-punti (14) u (15), l-ewwel phrase |
Artikolu 2(1)(k) u (l) |
|
Artikolu 1a, il-punt (15), it-tieni phrase |
Artikolu 2(6) |
|
— |
Artikolu 2(1)(m) |
|
Artikolu 2(1), frażi introduttiva |
Artikolu 3, frażi introduttiva |
|
Artikolu 2(1), l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi |
Artikolu 3(a), (b), (c) u (d) |
|
Artikolu 2(2) |
— |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 4(1) - (2) |
Artikolu 5(1) - (2) |
|
— |
Artikolu 5(3) |
|
Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) |
|
— |
Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 5(4), ir-raba’ subparagrafu |
|
Artikolu 4(3a) |
Artikolu 5(5) |
|
Artikolu 4(4) |
Artikolu 5(6) |
|
— |
Artikolu 5(7) |
|
Artikolu 5(1) u (2) |
Artikolu 6(1) u (2) |
|
Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) |
|
Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), frażi introduttiva |
Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), frażi introduttiva |
|
Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(i) u (ii) |
|
Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 5(4) |
Artikolu 6(4) |
|
Artikolu 5a(1), frażi introduttiva |
Artikolu 7(1), frażi introduttiva |
|
Artikolu 5a(1)(a), frażi introduttiva |
Artikolu 7(1)(a), frażi introduttiva |
|
Artikolu 5a(1)(a), l-ewwel inċiż |
Artikolu 7(1)(a)(i) |
|
Artikolu 5a(1)(a), it-tieni inċiż, frażi introduttiva |
Artikolu 7(1)(a)(ii), frażi introduttiva |
|
Artikolu 5a(1)(a), it-tieni inċiż, il-punti (i), (ii) u (iii) |
Artikolu 7(1)(a)(ii), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
|
Artikolu 5a(1)(a), it-tielet u r-raba’ inċiżi |
Artikolu 7(1)(a)(iii) |
|
Artikolu 5a(1)(a), il-ħames inċiż |
— |
|
Artikolu 5a(1)(b) sa (d) |
Artikolu 7(1)(b) sa (d) |
|
Artikolu 5a(2) sa (5) |
Artikolu 7(2) sa (5) |
|
Artikolu 5b |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 5c |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 5d |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 5e |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 5f(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 5f(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) |
Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) |
|
Artikolu 5f(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) l-ewwel sentenza |
Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b) |
|
Artikolu 5f(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b), l-ewwel sentenza |
— |
|
Artikolu 5f(2), frażi introduttiva |
Artikolu 12(2), frażi introduttiva |
|
Artikolu 5f(2), l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 12(2)(a) u (b) |
|
— |
Artikolu 12(3) |
|
Artikolu 5 g |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 5h |
Artikolu 14(1) |
|
— |
Artikolu 14(2) |
|
— |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 6(2) |
Artikolu 16(2) |
|
— |
Artikolu 16(3) |
|
Artikolu 6a(1) |
Artikolu 17(1) |
|
Artikolu 6a(2) |
Artikolu 17(2) |
|
Artikolu 6a(3) |
Artikolu 17(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
|
— |
Artikolu 17(3), it-tielet subparagrafu |
|
— |
Artikolu 17(4) sa (5) |
|
Artikolu 6a(4) sa (6) |
Artikolu 17(6) sa 8 |
|
Artikolu 6a (7) |
Artikolu 17(9), l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 17(9), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 6b(1) |
Artikolu 18(1) |
|
Artikolu 6b(2) |
Artikolu 18(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
|
— |
Artikolu 18(2), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 6b(3), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 18(2), ir-raba’ subparagrafu |
|
Artikolu 6b(3), it-tieni subparagrafu |
— |
|
— |
Artikolu 18(3) |
|
Artikolu 6b(4) |
Artikolu 18(4) |
|
Artikolu 6b(5) |
— |
|
— |
Artikolu 19 sa 20 |
|
Artikolu 6c (1) |
Artikolu 21(1) |
|
Artikolu 6c(2), l-ewwel subparagrafu |
— |
|
Artikolu 6c(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 21(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
|
— |
Artikolu 21(2), it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 6c(3) sa (5) |
Artikolu 21(3) sa (5) |
|
Artikolu 6c(6) |
— |
|
Artikolu 6c(7) sa 10 |
Artikolu 21(6) sa (9) |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 23(1) sa (3) |
|
— |
Artikolu 23 (4) sa (6) |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 26 |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 27, l-ewwel u t-tieni subparagrafi |
|
— |
Artikolu 27, it-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 13a(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 29(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 13a(1), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 29(1), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 13a(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u it-tielet inċiżi |
Artikolu 29(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) |
|
Artikolu 13a(1), it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
Artikolu 29(1), it-tielet u r-raba’ subparagrafi |
|
Artikolu 13a(2), (3) u (4) |
Artikolu 29(2), (3) u (4) |
|
Artikolu 13b |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 13c |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 33(1) sa (3) |
|
— |
Artikolu 33(4) sa (6) |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 35 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 36 |
|
— |
Artikolu 37 sa 49 |
|
Artikolu 19(1), frażi introduttiva |
Artikolu 50(1), frażi introduttiva |
|
Artikolu 19(1)(a) sa (c) |
Artikolu 50(1)(a) sa (c) |
|
Artikolu 19(1)(d), frażi introduttiva |
Artikolu 50(1)(d), frażi introduttiva |
|
Artikolu 19(1)(d), l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 50(1)(d)(i) u (ii) |
|
Artikolu 19(1)(e), frażi introduttiva |
Artikolu 50(1)(e), frażi introduttiva |
|
Artikolu 19(1)(e), l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi |
Artikolu 50(1)(e)(i), (ii), (iii) u (iv) |
|
Artikolu 19(1)(f) |
Artikolu 50(1)(f) |
|
Artikolu 19(1)(g), frażi introduttiva |
Artikolu 50(1)(g), frażi introduttiva |
|
Artikolu 19(1)(g), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 50(1)(g)(i), (ii) u (iii) |
|
Artikolu 19(1)(h), frażi introduttiva |
Artikolu 50(1)(h), frażi introduttiva |
|
Artikolu 19(1)(h), l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi |
Artikolu 50(1)(h)(i), (ii), (iii) u (iv) |
|
Artikolu 19(2), kelma introduttiva |
Artikolu 50(2), frażi introduttiva |
|
Artikolu 19(2)(a) |
Artikolu 50(2)(a) |
|
Artikolu 19(2)(c) |
Artikolu 50(2)(b) |
|
Artikolu 19(2)(d) |
Artikolu 50(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 19(4) |
Artikolu 50(3) |
|
Artikolu 21(1) sa (3) |
Artikolu 51(1) sa (3) |
|
Artikolu 21(4) |
— |
|
— |
Artikolu 51(4) |
|
Artikolu 22(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 52(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 52(1), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 52(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b) |
|
Artikolu 22(2), l-ewwel subparagrafu, |
Artikolu 52(2), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 52(2), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 52(2), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) |
|
Artikolu 22(3) sa (5) |
Artikolu 52 (3) sa (5) |
|
Artikolu 22a(1), frażi introduttiva |
Artikolu 53(1), frażi introduttiva |
|
Artikolu 22a(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 53(1)(a), (b) u (c) |
|
Artikolu 22a(2) |
Artikolu 53(2) |
|
Artikolu 23 |
Artikolu 54 |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 55 |
|
Artikolu 24a |
Artikolu 70 |
|
Artikolu 25(1) |
Artikolu 56(1) |
|
Artikolu 25(2), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 56(2), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 25(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi |
Artikolu 56(2) l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (c) u (d) |
|
Artikolu 25(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 56(2), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 25(3) |
Artikolu 56(3) |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 57 |
|
— |
Artikolu 58 sa 67 |
|
Artikolu 27(1), frażi introduttiva |
Artikolu 68(1), frażi introduttiva |
|
Artikolu 27(1), l-ewwel inċiż |
— |
|
Artikolu 27(1), it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi |
Artikolu 68(1)(a), (b), (c) |
|
Artikolu 27(2), frażi introduttiva |
Artikolu 68(2), frażi introduttiva |
|
Artikolu 27(2), l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 68(2)(a) u (b) |
|
Artikolu 28(1) u (2) |
Artikolu 69(1) u 2 |
|
Artikolu 28(3) u (4) |
— |
|
Artikolu 28(5) u (6) |
Artikolu 69(3) u (4) |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 71 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 72 |
|
Artikolu 31 |
Artikolu 73 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 74 |
|
Artikolu 33 (1) l-ewwel subparagrafu |
— |
|
Artikolu 33 (1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 75(1) |
|
Artikolu 33(2) |
Artikolu 75(1) |
|
Artikolu 33(3) |
Artikolu 75(3) |
|
— |
Artikolu 75(4) |
|
Artikolu 34 |
Artikolu 76 |
|
Artikolu 35 |
Artikolu 77 |
|
— |
Artikolu 78-82 |
|
Artikolu 36(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 83(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 36(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 83(1) l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) |
|
Artikolu 36(1), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar frażi |
Artikolu 83(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 36(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 83(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 36(2) |
Artikolu 83(2) |
|
Artikolu 37 |
Artikolu 84 |
|
Artikolu 38 |
Artikolu 85 |
|
Artikolu 39 |
Artikolu 86 |
|
Artikolu 40 |
Artikolu 87 |
|
Artikolu 41(1), frażi introduttiva |
Artikolu 88(1), frażi introduttiva |
|
Artikolu 41(1), l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 88(1)(a) u (b) |
|
Artikolu 41(1), l-aħħar frażi |
Artikolu 88(1), frażi introduttiva |
|
Artikolu 41(2) |
Artikolu 88(2) |
|
Artikolu 42, frażi introduttiva |
Artikolu 89, frażi introduttiva |
|
Artikolu 42, l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 89, il-punti (a) u (b) |
|
Artikolu 42, l-aħħar frażi |
Artikolu 89, frażi introduttiva |
|
Artikolu 43 |
Artikolu 90 |
|
Artikolu 44(1) sa (3) |
— |
|
— |
Artikolu 91(1) – (4) |
|
Artikolu 45 |
Artikolu 92 |
|
Artikolu 46, l-ewwel paragrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 93(1), l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 93(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 46, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż |
— |
|
Artikolu 46, l-ewwel paragrafu it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi, |
Artikolu 93(2)(a) |
|
Artikolu 46, l-ewwel paragrafu, il-ħames inċiż |
— |
|
Artikolu 46, it-tieni paragrafu |
— |
|
— |
Artikolu 93(2)(b) |
|
— |
Artikolu 93(3) sa (8) |
|
Artikolu 47 |
Artikolu 94 |
|
— |
Artikolu 95 |
|
Artikolu 48 |
Artikolu 96 |
|
Artikolu 49(1) sa (3) |
Artikolu 97(1) sa (3) |
|
Artikolu 49(4) |
— |
|
— |
Artikolu 98-100 |
|
Artikolu 50(1) |
Artikolu 101(1) |
|
— |
Artikolu 101(2) sa (9) |
|
Artikolu 50(2) sa (4) |
Artikolu 102(1) sa (3) |
|
Artikolu 50(5), frażi introduttiva |
Artikolu 102(4), frażi introduttiva |
|
Artikolu 50(5), l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ inċiżi |
Artikolu 102(4)(a), (b), (c) u (d) |
|
Artikolu 50(6) frażi introduttiva u (a) u (b), |
Artikolu 102(5), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 50(6)(b), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 102(5), l-ewwel subparagrafu il-punti (a), (b) u (c) |
|
Artikolu 50(6)(b), l-aħħar frażi |
Artikolu 102(5), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
|
Artikolu 50(7), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 103(1) frażi introduttiva |
|
Artikolu 50(7), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 103(1) (a) u (b) |
|
Artikolu 50(7), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 103(2), frażi introduttiva |
|
Artikolu 50(7), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 103(2)(a), (b) u (c) |
|
Artikolu 50(7), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 103(3) |
|
Artikolu 50(8), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 103(4) |
|
Artikolu 50(8), it-tieni subparagrafu, frażi introduttiva |
Artikolu 103(5), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 50(8), it-tieni subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 103(5)(a), (b) u (c) |
|
Artikolu 50(8), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 103(6) |
|
Artikolu 50(8), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 103(5), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 50(8), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 103(7) |
|
Artikolu 50(8) is-sitt subparagrafu |
— |
|
Artikolu 50(9) sa (11) |
Artikolu 104(1) sa (3) |
|
— |
Artikolu 105 |
|
Artikolu 50a(1), frażi introduttiva |
Artikolu 106(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 50a(1)(a), frażi introduttiva |
Artikolu 106(1), l-ewwel subparagrafu, frażi introduttiva |
|
Artikolu 50a(1)(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 106(1), l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c) |
|
Artikolu 50a(1)(b) |
Artikolu 106(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 50a(2) |
Artikolu 106(2) |
|
Artikolu 51(1) u (2) |
Artikolu 107(1) u (2) |
|
— |
Artikolu 107(3) |
|
Artikolu 52(1) |
Artikolu 108(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 52(2) |
Artikolu 108(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 52(3) |
Artikolu 108(2) |
|
— |
Artikolu 108(3) sa (6) |
|
Artikolu 52a |
Artikolu 109(1) u (2) |
|
— |
Artikolu 109 (3) u (4) |
|
Artikolu 52b(1) |
Artikolu 110(1) |
|
Artikolu 52b(2) |
— |
|
Artikolu 52b(3) |
Artikolu 110(2) |
|
Artikolu 53a |
Artikolu 111 |
|
Artikolu 53b(1) |
Artikolu 112(1) |
|
Artikolu 53b(2) |
Artikolu 112(2) |
|
— |
Artikolu 112(3) |
|
Artikolu 54 |
Artikolu 113(1) |
|
Artikolu 55 |
Artikolu 113(2) |
|
Artikolu 56(1) |
Artikolu 113(3) |
|
Artikolu 56(2) |
— |
|
Artikolu 57 |
— |
|
— |
Artikolu 114 |
|
Artikolu 58 |
Artikolu 116(2) |
|
— |
Artikolu 115 |
|
— |
Artikolu 116(1) |
|
— |
Artikolu 117-118 |
|
Artikolu 59 |
Artikolu 119 |
|
Anness I, skeda A u B |
Anness I, skeda A u B |
|
Anness I, skeda C |
— |
|
Anness II |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
— |
Anness IV |
( 1 ) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
( 2 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
( 4 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
( 5 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta ’Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament (UE)2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1).
( 8 ) ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.
( 9 ) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).
( 10 ) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
( 11 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 12 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
( 13 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE tal-10 ta’ Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26).
( 14 ) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
( 15 ) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 16 ) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
( 17 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
( 18 ) Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35).
( 19 ) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
( 20 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1
( 21 ) Id-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L328, 18.12.2019, p. 1).
( 22 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
( 23 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).
( 24 ) Ir-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 55).
( 25 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
( 26 ) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar ilmoviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
( 27 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
( 28 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
( 29 ) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
( 30 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45)