02008R1275 — MT — 01.03.2021 — 006.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M4  ‘IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1275/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju fil-modalitajiet standby u mitfi u fil-modalità standby man-netwerk ◄

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 339 18.12.2008, p. 45)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta’ April 2009

  L 93

3

7.4.2009

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 642/2009 tat-22 ta' Lulju 2009

  L 191

42

23.7.2009

 M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013

  L 175

13

27.6.2013

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 801/2013 tat-22 ta’ Awwissu 2013

  L 225

1

23.8.2013

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

  L 346

51

20.12.2016

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019

  L 315

241

5.12.2019

►M7

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2022 tal-1 ta’ Ottubru 2019

  L 315

267

5.12.2019

►M8

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019

  L 315

285

5.12.2019


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 048, 11.2.2021, p.  7 (801/2013)

►C2

Rettifika, ĠU L 048, 11.2.2021, p.  6 (2016/2282)




▼B

▼M4

‘IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1275/2008

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju fil-modalitajiet standby u mitfi u fil-modalità ►C1  standby man-netwerk ◄

▼B

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



▼M4

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn relatati mal-konsum tal-elettriku fil-modalitajiet standby u mitfi, u f’modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ , għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju.

Dan ir-Regolament mhux applikabbli għal tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju li jitqiegħed fis-suq bi provvisti tal-enerġija esterni b’vultaġġ baxx biex jaħdem kif suppost.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2005/32/KE. Għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju” (minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalih bħala “tagħmir”), ifisser kwalunkwe prodott li jaħdem bl-elettriku li

(a) 

huwa disponibbli kummerċjalment bħala unità funzjonali unika u huwa maħsub għall-utent aħħari;

(b) 

jaqa’ taħt il-lista ta’ prodotti li jaħdmu bl-elettriku li tidher fl-Anness I;

(c) 

huwa dipendenti fuq il-konsum tal-enerġija mill-mejn biex jaħdem kif suppost; u

(d) 

huwa ddisinjat għall-użu b’rata ta’ vultaġġ nominali ta’ 250 V jew inqas,

ukoll meta mqiegħed fis-suq għal użu mhux fid-dar jew fl-uffiċċju;

(2) 

“modalità/modalitajiet standby” tfisser kundizzjoni li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn u biex jaħdem kif suppost ikun dipendenti fuq il-konsum tal-enerġija mill-mejn, u jkun jipprovdi biss dawn il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit:

— 
funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni biss ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni operattiva, u/jew
— 
indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat;
(3) 

“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra nkluża l-modalità attiva, permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, inklużi l-kontroll bir-rimowt, senser intern, l-issettjar tal-ħin (timer) għal kundizzjoni li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, inkluża l-funzjoni ewlenija;

(4) 

“indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat” tfisser funzjoni kontinwa li turi fuq indikatur jew fuq wiċċ ta’ arloġġ tagħrif jew indikazzjoni tal-istatus li jkun jinsab fih it-tagħmir;

(5) 

“modalità/modalitajiet attiva/i)” tfisser kundizzjoni li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn u mill-inqas waħda mill-funzjonijiet ewlenin li tipprovdi s-servizz maħsub tat-tagħmir tkun attivata;

(6) 

“modalità mitfija” tfisser kundizzjoni li fiha t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni; dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin huma wkoll meqjusa bħala modalità mitfija:

(a) 

kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ modalità mitfija,

(b) 

kundizzjonijiet li jipprovdu biss funzjonalitajiet maħsuba biex jiżguraw kompatibbiltà elettromanjetika skond id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(7) 

“tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni” tfisser tagħmir li l-funzjoni primarja tiegħu hija jew id-dħul, il-ħżin, il-wiri, l-irkupru it-trasmissjoni, l-ipproċessar, l-iswiċċjar jew il-kontroll tad-dejta u ta’ messaġġi tat-telekomunikazzjoni, jew kombinazzjoni ta’ dawn il-funzjonijiet u jkun mgħammar b’port terminali wieħed jew aktar li tipikament jitħaddem jew jitħaddmu għat-trasferiment tal-informazzjoni;

(8) 

“ambjent domestiku” tfisser ambjent fejn jista’ jkun mistenni użu ta’ riċevituri ta’ xandir bir-radju jew bit-televiżjoni fil-limiti ta’ distanza ta’ 10 m mill-apparat ikkonċernat;

▼M1

(9) 

“provvista tal-elettriku esterna b’vultaġġ baxx” tfisser provvista tal-elettriku esterna b’vultaġġ output nameplate ta’ inqas minn 6 Volts u b’kurrent output nameplate ta’ 550 milliamperes jew aktar;

▼M4

(10) 

“netwerk” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);

(11) 

►C1  standby man-netwerk ◄ ” tfisser il-kundizzjoni li fiha t-tagħmir ikun jista’ jerġa’ jħaddem funzjoni permezz ta’ kmand mill-bogħod li jingħata minn konnessjoni ta’ netwerk;

(12) 

“kmand mogħti mill-bogħod” tfisser sinjal li jiġi minn barra t-tagħmir, permezz ta’ netwerk;

(13) 

“port tan-netwerk” tfisser interfaċċja fiżika, bil-fili jew bla fili, tal-konnessjoni tan-netwerk li tkun fit-tagħmir u li permezz tagħha, it-tagħmir ikun jista’ jiġi attivat mill-bogħod;

(14) 

“port tan-netwerk loġiku” tfisser it-teknoloġija ta’ netwerk li tiffunzjona fuq port tan-netwerk fiżiku;

(15) 

“port tan-netwerk fiżiku” tfisser mezz fiżiku (ħardwer) ta’ port tan-netwerk. Port tan-netwerk fiżiku jista’ jieħu żewġ teknoloġiji ta’ netwerk jew aktar;

(16) 

“disponibbiltà tan-netwerk” tfisser il-kapaċità tat-tagħmir li jerġa’ jħaddem funzjonijiet wara li kmand mogħti mill-bogħod jiġi rikonoxxut minn port tan-netwerk;

(17) 

“tagħmir imqabbad ma’ netwerk” tfisser kwalunkwe tagħmir li jista’ jiġi kkonnettjat ma’ netwerk u li jkollu port tan-netwerk wieħed jew aktar;

(18) 

“tagħmir imqabbad ma’ netwerk b’disponibbiltà ta’ netwerk għolja” (tagħmir HiNA) tfisser tagħmir b’waħda jew aktar minn dawn il-funzjonalitajiet, iżda mhux b’aktar, bħala l-funzjonalità/funzjonalitajiet ewlenija/ewlenin: router, swiċċ ta’ netwerk, punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili, hub, modem, telefown VoIP, vidjofown;

(19) 

“tagħmir imqabbad ma’ netwerk b’funzjonalità ta’ disponibbiltà ta’ netwerk għolja” (tagħmir b’funzjonalità HiNA) tfisser tagħmir bil-funzjonalità ta’ router, swiċċ ta’ netwerk, punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili jew kombinazzjoni tagħhom inkluża, iżda li ma jkunx tagħmir HiNA;

(20) 

router” tfisser apparat tan-netwerk li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jiddetermina liema tkun l-aħjar mogħdija li minnha għandu jgħaddi t-traffiku tan-netwerk. Ir-routers jibagħtu pakketti minn netwerk għall-ieħor, abbażi tal-informazzjoni dwar il-livell tan-netwerk (L3);

(21) 

“swiċċ ta’ netwerk” tfisser apparat tan-netwerk li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jiffiltra, jibgħat u jqassam frames abbażi tal-indirizz ta’ destinazzjoni ta’ kull frame. L-iswiċċis kollha jiffunzjonaw, mill-anqas, fil-livell tal-konnessjoni tad-dejta (L2);

(22) 

“punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili” tfisser apparat li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jipprovdi konnettività IEEE 802.11 (Wi-Fi) lil diversi klijenti;

(23) 

hub” tfisser apparat tan-netwerk li jkollu diversi portijiet u li jintuża għall-konnessjoni ta’ segmenti ta’ Netwerk ta’ Żona Lokali (LAN – Local Area Network);

(24) 

“modem” tfisser apparat li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jittrażmetti u jirċievi sinjali analogi modulati diġitalment fuq netwerk bil-fili;

(25) 

“tagħmir li jipprintja” tfisser tagħmir li jagħti output fuq il-karta minn input elettroniku. It-tagħmir li jipprintja jista’ jkollu funzjonijiet addizzjonali u jista’ jiġi kkummerċjalizzat bħala apparat jew prodott multifunzjonali;

(26) 

“tagħmir li jipprintja b’format kbir” tfisser tagħmir li jipprintja ddisinjat biex jipprintja fuq materjal ta’ format A2 jew akbar, inkluż tagħmir iddisinjat biex jieħu materjal kontinwu wiesa’ mill-anqas 406 mm;

(27) 

“sistema ta’ telepreżenza” tfisser sistema dedikata li tintuża għal vidjokonferenzi u kollaborazzjonijiet b’definizzjoni għolja li tinkludi interfaċċja tal-utent, kamera b’definizzjoni għolja, unità tal-wiri, sistema tal-awdjo u kapaċitajiet tal-ipproċessar għall-kodifikazzjoni (encoding) u d-dekodifikazzjoni (decoding) tal-vidjo u tal-awdjo;

(28) 

“magna tal-kafè tad-dar” tfisser tagħmir mhux għall-użu kummerċjali li jagħmel il-kafè;

(29) 

“magna tal-kafè tad-dar bi drip-filter” tfisser magna tal-kafè tad-dar li tipperkola l-kafè;

(30) 

“element tat-tisħin” tfisser komponent tal-magna tal-kafè li juża l-enerġija elettrika biex isaħħan l-ilma;

(31) 

“tisħin minn qabel tat-tazza” tfisser funzjoni li ssaħħan minn qabel it-tazez, li wara, jinħażnu fuq il-magna tal-kafè;

(32) 

“ċiklu tat-tisjir” tfisser il-proċess li jrid jitwettaq biex jiġi prodott il-kafè;

(33) 

“tindif awtomatiku” tfisser proċess li l-magna tal-kafè twettaq biex tnaddaf il-parti ta’ ġewwa tagħha. Dan il-proċess jista’ jkun tlaħliħa ħafifa jew proċess ta’ ħasil bl-użu ta’ addittivi speċifiċi;

(34) 

“tneħħija tal-ġebla” tfisser proċess li l-magna tal-kafè twettaq biex tneħħi għalkollox, jew parzjalment, il-formazzjoni ta’ ġebla fuq il-parti ta’ ġewwa tagħha;

(35) 

“klijent desktop ħafif” tfisser kompjuter li jiddependi minn konnessjoni ma’ riżorsi informatiċi mill-bogħod (eż., server informatiku, workstation mill-bogħod) biex jikseb funzjonalità primarja u ma jkollux mezz ta’ ħżin ta’ memorja rotazzjonali integrat fil-prodott. L-unità ewlenija ta’ klijent desktop ħafif għandha tkun maħsuba għall-użu f’post fiss (eż., fuq desk) u mhux li tkun tista’ tinġarr. Il-klijenti desktop ħfief jistgħu jibagħtu l-informazzjoni kemm lil unità tal-wiri esterna kif ukoll, fejn din tkun inkluża fil-prodott, lil unità interna.

(36) 

“workstation” tfisser kompjuter bi prestazzjoni għolja li jintuża minn utent wieħed, għal xogħol ta’ grafika, CAD (Kompjuter Aided Design), żvilupp ta’ softwer, applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi, fost kompiti oħra ta’ kalkolu intensiv, u li jkollu dawn il-karatteristiċi:

(a) 

ikollu żmien medju ta’ bejn il-ħsarat (MTBF - mean time between failures) ta’ mill-anqas 15 000 siegħa;

(b) 

ikollu kodiċi tal-korrezzjoni ta’ żbalji (ECC - error-correcting code) u/jew memorja bbaferjata;

(c) 

jissodisfa tlieta minn dawn il-ħames karatteristiċi:

(1) 

ikollu appoġġ tal-enerġija supplimentari għal grafiki tal-ogħla livell (jiġifieri, alimentazzjoni ta’ enerġija supplimentari ta’ 12 V, 6-pin, PCI-E);

(2) 

is-sistema tiegħu jkollha fili għal × 4 PCI-E, jew għal aħjar, fuq il-motherboard apparti s-slot(s) tal-grafiki u/jew l-appoġġ għal PCI-X;

(3) 

ma jappoġġax grafiki b’aċċess uniformi għall-memorja (UMA - uniform memory access);

(4) 

jinkludi ħames slottijiet PCI, PCI-E jew PCI-X, jew aktar;

(5) 

huwa kapaċi li jagħti appoġġ ta’ proċessuri multipli għal żewġ CPUs jew aktar (irid ikun kapaċi jappoġġja pakketti/sokits tas-CPU li jkunu fiżikament separati, jiġifieri kapaċità li mhijiex issodisfata minn CPU uniku b’nuklei multipli);

(37) 

workstation mobbli” tfisser kompjuter bi prestazzjoni għolja li jintuża minn utent wieħed, l-aktar għal xogħol ta’ grafika, CAD, żvilupp ta’ softwer, applikazzjonijiet finanzjarji u xjentifiċi, fost kompiti oħra ta’ kalkolu intensiv, għajr għal-logħob, u li jkun iddisinjat speċifikament biex ikun jista’ jinġarr u jitħaddem għal perjodi ta’ ħin twal kemm jekk imqabbad ma’ provvista ta’ enerġija AC kif ukoll jekk le. Il-workstations mobbli jużaw unità ta’ wiri integrata u jistgħu jitħaddmu b’batterija integrata jew bi provvista tal-enerġija portabbli oħra. Il-biċċa l-kbira tal-workstations mobbli jużaw provvista tal-enerġija esterna u ħafna minnhom ikollhom tastiera u mezz għall-ippuntar integrati.

Workstation mobbli jkollu dawn il-karatteristiċi:

(a) 

ikollu żmien medju ta’ bejn il-ħsarat (MTBF - mean time between failures) ta’ mill-anqas 13 000 siegħa;

(b) 

ikollu kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tissodisfa l-klassifikazzjoni ta’ G3 (b’Wisa’ tad-Dejta FB > 128-bit), G4, G5, G6 jew G7;

(c) 

jappoġġja l-inklużjoni ta’ tliet mezzi interni ta’ ħżin jew aktar;

(d) 

jappoġġja mill-inqas 32 GB ta’ memorja tas-sistema;

(38) 

“server żgħir” tfisser tip ta’ kompjuter li s-soltu juża komponenti ta’ kompjuter desktop fl-għamla ta’ kompjuter desktop iżda li primarjament ikun iddisinjat biex jaħżen id-dejta ta’ kompjuters oħrajn u jwettaq funzjonijiet bħall-għoti ta’ servizzi ta’ infrastruttura tan-netwerk u l-ilqugħ ta’ dejta/midja, u li jkollu l-karatteristiki li ġejjin:

(a) 

ikun iddisinjat f’għamla ta’ pedestall, torri, jew għamla oħra simili għal dik tal-kompjuter desktop b’tali mod li l-ipproċessar kollu tad-dejta, il-ħżin, u l-interfaċċja tan-netwerk ikunu miġbura f’kaxxa waħda;

(b) 

ikun iddisinjat biex jaħdem 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa;

(c) 

ikun primarjament iddisinjat biex jopera f’ambjent b’utenti multipli simultanjament filwaqt li jservi diversi utenti permezz ta’ unitajiet ta’ klijenti f’netwerk

(d) 

fejn imqiegħed fis-suq b’sistema operatorja, is-sistema operatorja tkun mfassla għal server tad-dar jew applikazzjonijiet ta’ server ta’ livell baxx;

(e) 

ma jitqiegħedx fis-suq b’kard tal-grafika diskreta (dGfx) li tissodisfa kwalunkwe klassifikazzjoni oħra ħlief dik tal-G1;

(39) 

“server informatiku” tfisser prodott ta’ kompjuterizzazzjoni li jipprovdi servizzi u jimmaniġġja riżorsi imqabbda b’netwerk ma’ apparati klijenti, bħal kompjuters desktop, kompjuters notebook, terminals ħfief desktop, telefowns tal-protokoll tal-Internet (IP), jew servers informatiċi oħrajn. Server informatiku tipikament jitqiegħed fis-suq għall-użu f’ċentri tad-dejta u f’ambjenti ta’ uffiċċji/korporattivi. Server informatiku primarjament isir aċċess għalih permezz ta’ konnessjonijiet tan-netwerk, u mhux permezz ta’ apparati ta’ input dirett mill-utent, bħat-tastiera jew il-maws;

Server informatiku jkollu dawn il-karatteristiċi:

(a) 

ikun iddisinjat biex jappoġġja sistemi operatorji (OS) tas-servers informatiċi u/jew ipervisuri, u jkun mmirat biex iħaddem applikazzjonijiet għall-intrapriżi installati mill-utent;

(b) 

jappoġġja l-kodiċi tal-korrezzjoni tal-iżbalji (ECC) u/jew il-memorja bbaferjata (li tinkludi kemm moduli ta’ memorja bbaferjata dual in-line (DIMMs – dual in-line memory modules) kif ukoll konfigurazzjonijiet baferjati on board (BOB- buffered on board));

(c) 

jitqiegħed fis-suq bi provvista/i tal-enerġija AC-DC wieħed jew aktar;

(d) 

il-proċessuri kollha jkollhom aċċess għal sistema kondiviża tal-memorja u huma indipendentement viżibbli għal OS waħda jew ipervisur wieħed.

▼M4

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn relatati mal-konsum tal-elettriku fil-modalitajiet standby u mitfi, u fil-modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ , huma stabbiliti fl-Anness II.

▼B

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV tad-Direttiva 2005/32/KE u s-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V tad-Direttiva 2005/32/KE.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifikazzjoni għal skopijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Il-kontroll tas-sorveljanza għandu jitwettaq skond il-proċedura ta’ verifikazzjoni stabbilita fl-Anness III.

Artikolu 6

Termini ta’ riferiment

It-termini ta’ riferiment indikattivi għall-prodotti u t-teknoloġija tal-aħjar prestazzjoni li huma attwalment disponibbli fis-suq huma identifikati fl-Anness IV.

▼M4

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament, fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jseħħ, u tippreżenta r-riżultati tar-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Jannar 2016. B’mod partikolari, din ir-reviżjoni għandha tindirizza l-ambitu u r-rekwiżiti għall-modalità standby/mitfi u l-adegwatezza u l-livell tar-rekwiżiti għall-modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ fir-rigward tat-tielet stadju tal-implimentazzjoni (2019).

Ir-reviżjoni tista’ tindirizza, inter alia, tagħmir u prodotti professjonali li jkunu mgħammra b’muturi elettriċi mħaddma bi kmand mill-bogħod.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Punt 1 tal-Anness II għandu japplika mis-7 ta’ Jannar 2010.

Il-Punt 2 tal-Anness II għandu japplika mis-7 ta’ Jannar 2013.

Il-Punt 3 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Il-Punt 4 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2017.

Il-Punt 5 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

Il-Punt 6 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Il-Punt 7 tal-Anness II għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼B




ANNESS I

Lista ta’ prodotti li jaħdmu bl-elettriku koperti b’dan ir-Regolament

1. 

Apparat domestiku

▼M8 —————

▼B

Magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ

▼M7 —————

▼B

Tisjir:

Fran tal-elettriku

Hot plates tal-elettriku

Fran li jaħdmu bil-microwaves (Microwaves)

Towsters

Twaġen għall-qali tal-ikel

Magni tat-tħin, magni tal-kafé u tagħmir għall-ftuħ u l-issiġillar tal-kontenituri jew l-imballaġġ

Skieken tal-elettriku

▼M8

Apparat ieħor għat-tisjir u għal ipproċessar ieħor tal-ikel, tindif u manutenzjoni tal-ħwejjeġ, bl-eċċezzjoni ta’ magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi

▼B

Apparat għall-qtugħ tax-xagħar, għat-tnixxif tax-xagħar, għall-għarik tas-snien, għat-tqaxxir tal-leħja, għall-massaġġi u apparat ieħor tal-kura tal-ġisem

Mwieżen

▼M6

2. 

It-tagħmir tat-teknoloġija tal-informazzjoni maħsub primarjament għal użu f’ambjent domestiku, iżda eskluż il-kompjuters desktop, il-kompjuters desktop integrati u l-kompjuters notebook kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 kif ukoll l-unitajiet tal-wiri elettroniċi koperti mir-Regolament (UE) 2019/2021 ( 2 )

▼B

3. 

Tagħmir ta’ konsum

▼M2

Settijiet tar-radju

Vidjo kameras

Vidjo rikorders

Rikorders Hi-fi

Amplifikaturi tal-awdjo

Sistemi tat-tip “home theatre”

Strumenti mużikali

▼M6

U tagħmir ieħor biex jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss jew l-immaġnijiet, inkluż sinjali jew teknoloġiji oħra għad-distribuzzjoni tal-ħoss u tal-immaġni għajr bit-telekomunikazzjoni, iżda eskluż l-unitajiet tal-wiri elettroniċi koperti mir-Regolament (UE) 2019/2021

▼B

4. 

Ġugarelli, tagħmir sportiv u ta’ rikreazzjoni

Ferroviji tal-elettriku jew settijiet tat-tlielaq tal-karozzi

Konsowls tal-logħob bil-kompjuter li jinżammu fl-idejn

Tagħmir sportiv b’komponenti tal-elettriku jew elettroniċi

Ġugarelli, tagħmir tad-divertiment u sportiv oħrajn




ANNESS II

Rekwiżiti ta’ ekodisinn

1. Sena wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament:

(a) 

Konsum tal-elettriku fil-“Modalità mitfija”:

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni “Modalità mitfija” ma għandux jaqbeż 1.00 W.

(b) 

Konsum tal-elettriku fil-“Modalità (modalitajiet) Standby”:

Il-konsum tal-elettriku fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċi indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni operattiva, ma għandux jaqbeż 1.00 W.

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat, jew li tipprovdi biss kombinazzjoni tal-funzjoni ta’ riattivazzjoni u tal-indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat, ma għandux jaqbeż 2.00 W.

(c) 

Disponibbiltà tal-modalità Mitfija u/jew il-modalità Standby

It-tagħmir għandu jipprovdi, għajr fejn dan ma jkunx jixraq għall-użu maħsub, il-modalità Mitfija u/jew il-modalità Standby, u/jew xi kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u l-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn.

2. Erba’ snin wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ:

(a) 

Il-konsum tal-elettriku fil-“modalità Mitfija”:

Il-konsum tal-elettriku tat-tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni b’modalità mitfija ma għandux jaqbeż 0.50 W.

(b) 

Konsum tal-elettriku fil-“Modalità (modalitajiet) Standby”:

Il-konsum tal-elettriku fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew li tipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċi indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni operattiva, ma għandux jaqbeż 0.50 W.

Il-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li tipprovdi biss indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat, jew li tipprovdi biss kombinazzjoni tal-funzjoni ta’ riattivazzjoni u tal-indikatur informattiv jew tal-istatus tal-apparat, ma għandux jaqbeż 1.00 W.

(c) 

Disponibbiltà tal-modalità Mitfija u/jew il-modalità Standby

It-tagħmir għandu jipprovdi, għajr fejn dan ma jkunx jixraq għall-użu maħsub, il-modalità Mitfija u/jew il-modalità Standby, u/jew xi kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti ta’ konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfija u l-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn.

▼M4

(d) 

Ġestjoni tal-enerġija għat-tagħmir kollu li mhux tagħmir imqabbad ma’ netwerk

It-tagħmir għandu, sakemm ikun xieraq skont l-użu maħsub, joffri funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija jew funzjoni simili. Meta tagħmir ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni ewlenija tiegħu, u meta prodott(i) ieħor/oħra li jużaw l-enerġija ma jkunux jiddependu mill-funzjonijiet tiegħu, il-funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tiswiċċja awtomatikament it-tagħmir wara l-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli xieraq għall-użu maħsub tat-tagħmir, għal:

— 
modalità standby, jew
— 
modalità mitfi, jew
— 
kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija applikabbli għall-modalità mitfi u/jew il-modalità standby meta t-tagħmir ikun imqabbad mal-mejn.

Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija għandha tiġi attivata.

▼M4

3. Mill-1 ta’ Jannar 2015:

(a) 

Il-possibbiltà ta’ diżattivazzjoni ta’ konnessjoni(jiet) ta’ netwerk bla fili

Kwalunkwe tagħmir imqabbad ma’ netwerk li jista’ jiġi kkonnettjat ma’ netwerk bla fili għandu joffri lill-utent il-possibbiltà li jiddiżattiva l-konnessjoni(jiet) man-netwerk bla fili. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal prodotti li għall-użu maħsub tagħhom jiddependu fuq konnessjoni waħda ma’ netwerk bla fili u li ma jkollhomx konnessjoni ma’ netwerk bil-fili.

(b) 

Il-ġestjoni tal-enerġija għal tagħmir imqabbad ma’ netwerk

It-tagħmir għandu, sakemm ikun xieraq skont l-użu maħsub, joffri funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija jew funzjoni simili. ►C1  Meta tagħmir ma jkunx qed jipprovdi l-funzjoni ewlenija tiegħu, u meta prodott(i) ieħor/oħra li jużaw l-enerġija ma jkunux jiddependu mill-funzjonijiet tiegħu, il-funzjoni ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tiswiċċja awtomatikament it-tagħmir wara l-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli xieraq għall-użu maħsub tat-tagħmir, għal kundizzjoni ta’ modalità standby man-netwerk ◄ .

F’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ , il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija tista’ tiswiċċja t-tagħmir f’modalità standby/mitfi awtomatikament jew f’kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti applikabbli tal-konsum tal-enerġija għall-modalità standby u/jew mitfi.

Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, għandha tkun disponibbli għall-portijiet tan-netwerk kollha tat-tagħmir imqabbad ma’ netwerk.

Il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, għandha tkun attivata, sakemm ma jkunux diżattivati l-portijiet tan-netwerk kollha. F’dak il-każ, il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, għandha tiġi attivata jekk xi wieħed mill-portijiet tan-netwerk ikun attivat.

Il-perjodu ta’ żmien predefinit li jgħaddi minn meta l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-tagħmir awtomatikament f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ ma għandux ikun itwal minn 20 minuta.

(c) 

It-tagħmir imqabbad ma’ netwerk li jkollu modalità standby waħda jew aktar għandu jissodisfa r-rekwiżiti għal dawn il-modalità/jiet standby meta l-portijiet tan-netwerk ikunu kollha diżattivati.

(d) 

It-tagħmir imqabbad ma’ netwerk li ma jkunx tagħmir HiNA għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt 2(d) meta l-portijiet tan-netwerk jkunu kollha diżattivati.

(e) 

Il-konsum tal-enerġija f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ :

Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir HiNA jew ta’ tagħmir b’funzjonalità HiNA f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 12,00 W.

Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir ieħor imqabbad ma’ netwerk f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 6,00 W.

Il-limiti tal-konsum tal-enerġija stipulati fil-punt (e) ma għandhomx ikunu applikabbli għal:

i. 

tagħmir li jipprintja bi provvista tal-elettriku ta’ potenza nominali ogħla minn 750 W;

ii. 

tagħmir li jipprintja b’format kbir;

iii. 

sistemi ta’ telepreżenza;

iv. 

klijenti desktop ħfief;

v. 

workstations;

vi. 

workstations mobbli;

vii. 

servers żgħar;

viii. 

servers tal-kompjuters.

4. Mill-1 ta’ Jannar 2017:

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3(a) u 3(b), għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet:

(a) 

It-tagħmir imqabbad ma’ netwerk li jkollu modalità standby waħda jew aktar għandu jissodisfa r-rekwiżiti għal dawk il-modalitajiet standby meta l-portijiet tan-netwerk bil-fili jkunu kollha skonnettjati u meta l-portijiet tan-netwerk bla fili jkunu kollha diżattivati.

(b) 

It-tagħmir imqabbad ma’ netwerk li ma jkunx tagħmir HiNA għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punt 2(d) meta l-portijiet tan-netwerk bil-fili jkunu kollha skonnettjati u meta l-portijiet tan-netwerk bla fili jkunu kollha diżattivati.

(c) 

Il-konsum tal-enerġija f’kundizzjoni li tipprovdi modalità “ ►C1  standby man-netwerk ◄ ”:

Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir HiNA jew ta’ tagħmir b’funzjonalità HiNA f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 8,00 W.
Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir ieħor imqabbad ma’ netwerk f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 3,00 W.
Il-limiti tal-konsum tal-enerġija stipulati fil-punt (c) ma għandhomx ikunu applikabbli għal:
i. 

tagħmir li jipprintja b’format kbir;

ii. 

klijenti desktop ħfief;

iii. 

workstations;

iv. 

workstations mobbli;

v. 

servers żgħar;

vi. 

servers tal-kompjuters.

5. Mill-1 ta’ Jannar 2019:

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3(a), 3(b), 4(a), 4(b) u 4(c), id-dispożizzjoni li ġejja għandha tkun applikabbli għal tagħmir imqabbad ma’ netwerk li ma jkunx tagħmir HiNA jew li ma jkunx tagħmir b’funzjonalità HiNA:

Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir imqabbad ma’ netwerk li ma jkunx tagħmir HiNA jew tagħmir li ma jkunx tagħmir b’funzjonalità HiNA, f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, ma għandux ikun ogħla minn 2,00 W.

6. Mill-1 ta’ Jannar 2015:

Għall-magni tal-kafè, il-ħin predefinit tad-dewmien, li warajh, il-prodott jiġi swiċċjat awtomatikament għall-modalitajiet u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness II, punt 2, paragrafu d) għandu jkun kif ġej:

— 
għal magni tal-kafè tad-dar bi drip-filter li jżommu l-kafè f’buqar iżolat, massimu ta’ ħames minuti minn tmiem l-aħħar ċiklu tat-tisjir, jew massimu ta’ 30 minuta minn tmiem il-proċess ta’ tneħħija tal-ġebla jew ta’ tindif awtomatiku tal-magna;
— 
għal magni tal-kafè tad-dar bi drip-filter li jżommu l-kafè f’buqar mhux iżolat, massimu ta’ 40 minuta minn tmiem l-aħħar ċiklu tat-tisjir, jew massimu ta’ 30 minuta minn tmiem il-proċess ta’ tneħħija tal-ġebla jew ta’ tindif awtomatiku tal-magna;
— 
għal magni tal-kafè tad-dar li mhumiex tat-tip bi drip-filter, massimu ta’ 30 minuta minn tmiem l-aħħar ċiklu tat-tisjir, jew massimu ta’ 30 minuta minn meta jiġi attivat l-element tat-tisħin, jew massimu ta’ 60 minuta minn meta tiġi attivata l-funzjoni “tisħin minn qabel tat-tazza”, jew massimu ta’ 30 minuta minn tmiem il-proċess ta’ tneħħija tal-ġebla jew ta’ tindif awtomatiku tal-magna, sakemm ma jfaqqax xi allarm li jeħtieġ l-intervent tal-utent biex ma ssirx xi ħsara jew xi aċċident.

Sad-data indikata hawn fuq, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II.2.d mhumiex applikabbli.

7. Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott

Mill-1 ta’ Jannar 2015, din l-informazzjoni li tikkonċerna t-tagħmir imqabbad ma’ netwerk għandha tintwera fuq il-websajts aċċessibbli għall-pubbliku tal-manifatturi:

(a) 

għal kull tagħmir fil-modalità standby u/jew mitfi u fil-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li t-tagħmir jiġi swiċċjat fiha permezz tal-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija jew ta’ funzjoni simili:

— 
id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts, imqarrba sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali,
— 
►C1  il-perjodu ta’ żmien li jgħaddi minn meta l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-tagħmir awtomatikament fil-modalità standby u/jew mitfi u/jew f’kundizzjoni li tipprovdi modalità standby man-netwerk ◄ ;
(b) 

►C1  il-konsum tal-enerġija tal-prodott f’modalità standby man-netwerk jekk il-portijiet tan-netwerk bil-fili jkunu kollha kkonnettjati u l-portijiet tan-netwerk bla fili jkunu kollha diżattivati; ◄

(c) 

struzzjonijiet dwar kif issir id-diżattivazzjoni ta’ portijiet tan-netwerk bla fili.

Il-konsum tal-enerġija tal-prodott f’modalità ta’ ►C1  standby man-netwerk ◄ kif imsemmi fil-punt (b) u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) għandhom ikunu inklużi wkoll fil-manwal tal-utent.

▼M4

8. Il-kejl

Il-konsum tal-elettriku msemmi fil-punti 1(a), 1(b), 2(a), 2(b), 3(e), 4(c) u 5 u l-ħinijiet tad-dewmien imsemmija fil-punt 6 għandhom jiġu ffissati bi proċedura ta’ kejl affidabbli, preċiża u riproduċibbli, li tqis il-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati rikonoxxuti b’mod ġenerali.

9. Informazzjoni li trid tingħata mill-manifatturi

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 4, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dawn l-elementi:

(a) 

għal kull modalità standby u/jew mitfi:

— 
id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts, imqarrba sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali,
— 
il-metodu tal-kejl użat,
— 
deskrizzjoni ta’ kif intgħażlet jew ġiet ipprogrammata l-modalità tal-apparat,
— 
is-sekwenza tal-istadji li jwasslu għall-kundizzjoni fejn l-apparat jibdel għal modalitajiet oħra awtomatikament,
— 
kwalunkwe noti dwar kif jaħdem it-tagħmir, eż., informazzjoni dwar kif l-utent għandu jiswiċċja t-tagħmir għal kundizzjoni ta’ ►C1  standby man-netwerk ◄ ,
— 
jekk ikun applikabbli, il-ħin predefinit tad-dewmien li warajh, il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tkun swiċċjat it-tagħmir fil-modalità jew kundizzjoni ta’ konsum baxx applikabbli;
(b) 

għal tagħmir imqabbad ma’ netwerk:

— 
l-għadd u t-tip ta’ portijiet tan-netwerk u, għajr għall-portijiet tan-netwerk bla fili, il-post fejn dawn il-portijiet ikunu fuq it-tagħmir; b’mod partikolari għandu jiġi ddikjarat jekk l-istess port fiżiku tan-netwerk jiħux żewġ, jew aktar, tipi ta’ portijiet tan-netwerk;
— 
jekk il-portijiet tan-netwerk jiġux diżattivati kollha qabel il-konsenja,
— 
jekk it-tagħmir jikkwalifikax bħala tagħmir HiNA jew tagħmir b’funzjonalità HiNA; dan ma għandux jitqies li jkun il-każ, meta ma tingħata ebda informazzjoni;

u għal kull tip ta’ port tan-netwerk:

— 
il-ħin predefinit tad-dewmien, li warajh, il-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-tagħmir f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ ,
— 
il-kmand li jintuża għar-riattivazzjoni tat-tagħmir,
— 
l-ispeċifikazzjonijiet (massimi) tal-prestazzjoni,
— 
il-konsum (massimu) tal-enerġija tat-tagħmir f’kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C1  standby man-netwerk ◄ li l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew funzjoni simili, tiswiċċja t-tagħmir fiha, f’każ li dan il-port biss jintuża għall-attivazzjoni mill-bogħod,
— 
il-protokoll ta’ komunikazzjoni użat mit-tagħmir;

Jekk ma tingħata ebda informazzjoni, it-tagħmir ma jitqiesx li jkun tagħmir imqabbad ma’ netwerk sakemm ma jipprovdix il-funzjonalitajiet ta’ router, swiċċ ta’ netwerk, punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili (li ma jkunx terminal), hub, modem, telefown VoIP, vidjofown.

(c) 

il-parametri tal-ittestjar għall-kejl:

— 
temperatura ambjentali,
— 
vultaġġ tal-ittestjar f’V u frekwenza f’Hz,
— 
distorsjoni armonika totali mis-sistema ta’ provvista tal-elettriku,
— 
informazzjoni u dokumentazzjoni dwar l-istrumentazzjoni, l-immuntar u ċ-ċirkwiti użati għall-ittestjar tal-elettriku;
(d) 

il-karatteristiċi tat-tagħmir rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c), jew ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2(c) u/jew 2(d) u/jew 3(b), kif applikabbli, inkluż il-ħin li jittieħed biex tintlaħaq awtomatikament il-modalità standby, jew il-modalità mitfi, jew kundizzjoni oħra li ma taqbiżx ir-rekwiżiti tal-konsum tal-elettriku applikabbli għall-modalità mitfi u/jew modalità standby.

B’mod partikolari, jekk applikabbi, għandha tingħata ġustifikazzjoni teknika għaliex ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c), jew ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2(c) u/jew 2(d) u/jew 3(b), ma jixirqux għall-użu maħsub tat-tagħmir. Il-ħtieġa li tinżamm konnessjoni waħda jew aktar man-netwerk jew li t-tagħmir jistenna għal kmand mogħti mill-bogħod, mhix mejqusa bħala ġustifikazzjoni teknika għall-eżenzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(d), fil-każ ta’ tagħmir li mhux definit bħala tagħmir imqabbad ma’ netwerk mill-manifattur.

▼M5




ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

1.   IL-PROĊEDURA TAL-VERIFIKA

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1) 

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a) 

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b) 

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c) 

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-tabella ta' hawn taħt.

(3) 

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4) 

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.

(6) 

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7) 

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fil-punt 8 tal-Anness II u fil-Parti 2 ta' dan l-Anness. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



It-tolleranzi tal-verifika

It-tip tar-rekwiżit

Il-kategorija

It-tolleranza

L-Anness II, il-punti 1(a) u (b), jew il-punti 2(a) u (b)

Għar-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija ogħla minn 1,00 W

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

Għar-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija ta' 1,00 W jew inqas

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

L-Anness II, il-punti 3(c) u 4(a)

mhux applikabbli

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

2.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST GĦAL TAGĦMIR IMQABBAD MA' NETWERK

Sabiex jittestjaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3(c) u 4(a) tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura stabbilita fil-parti 1 ta' dan l-Anness, wara li jkunu diżattivaw u/jew skonnettjaw, kif applikabbli, il-portijiet tan-netwerk kollha tal-unità.

Sabiex jittestjaw il-konformità mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda biss kif ġej:

Jekk kif turi d-dokumentazzjoni teknika, it-tagħmir ikollu tip wieħed ta' port tan-netwerk filwaqt jkunu disponibbli żewġ portijiet jew aktar ta' dak it-tip, għandu jintgħażel wieħed minn dawn il-ports b'mod aleatorju u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk it-tajjeb li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. Jekk ikun hemm bosta ports tan-netwerk mingħajr fili li jkollhom l-istess tip, il-ports l-oħra mingħajr fili għandhom jiġu diżattivati jekk dan ikun possibbli. Jekk għall-verifika tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, il-punt 3 ikun hemm bosta ports tan-netwerk bil-fili li jkollhom l-istess tip, il-ports tan-netwerk l-oħra għandhom jiġu diżattivati. Jekk ikun hemm biss port tan-netwerk wieħed, dak il-port għandu jiġi kkonnettjat man-netwerk it-tajjeb li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port.

Tinxtegħel l-unità. Malli l-unità mixgħula tkun qed taħdem sew, din tkun tista' taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C2  standby man-netwerk ◄ u jiġi mkejjel il-konsum tal-enerġija. Imbagħad it-tagħmir jingħata l-istruzzjoni meħtieġa permezz tal-port tan-netwerk, u jiġi vverifikat jekk it-tagħmir ikunx ġie riattivat.

Jekk kif turi d-dokumentazzjoni teknika, it-tagħmir ikollu aktar minn tip wieħed ta' port tan-netwerk, għal kull tip ta' port tan-netwerk għandha tittenna din il-proċedura li ġejja. Jekk ikun hemm żewġ tipi ta' ports tan-netwerk jew aktar, għandu jintgħażel port wieħed b'mod aleatorju għal kull tip ta' port tan-netwerk, u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk it-tajjeb li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port.

Jekk għal xi tip ta' port tan-netwerk ikun hemm port wieħed biss, dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk it-tajjeb li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. Jekk possibbli, il-ports mingħajr fili li ma jkunux qed jintużaw għandhom jiġu diżattivati. Għall-verifika tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, jekk ikun possibbli, il-ports tan-netwerk bil-fili li ma jkunux qed jintużaw għandhom jiġu diżattivati.

L-unità tinxtegħel. Malli l-unità mixgħula tkun qed taħdem sew, din tkun tista' taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità ►C2  standby man-netwerk ◄ u jiġi mkejjel il-konsum tal-enerġija. Imbagħad it-tagħmir jingħata l-istruzzjoni meħtieġa permezz tal-port tan-netwerk, u jiġi vverifikat jekk it-tagħmir ikunx ġie riattivat. Jekk xi port tan-netwerk fiżiku wieħed ikun qed jintuża minn żewġ tipi ta' ports tan-netwerk (loġiċi) jew aktar, fl-istess ħin, din il-proċedura għandha tittenna għal kull tip ta' port tan-netwerk loġiku, filwaqt li jiġu diżattivati l-portijiet tan-netwerk loġiċi l-oħra.

▼B




ANNESS IV

Termini ta’ Riferiment

It-termini ta’ riferiment li ġejjin qegħdin jiġu identifikati għall-iskop tal-Anness I, parti 3, il-punt 2, tad-Direttiva 2005/32/KE:

Modalità mitfija : 0 W-0.3 W bl-iswiċċ għad-diżattivazzjoni (hard-off switch) fuq in-naħa prinċipali, u dan jiddependi, inter alia, mill-karatteristiċi marbuta mal-kompatibbiltà elettromanjetika skond id-Direttiva 2004/108/KE.

Modalità standby – funzjoni ta’ riattivazzjoni : 0,1 W

Modalità standby – indikatur : indikaturi sempliċi u LEDs ta’ qawwa baxxa ta’ 0,1 W, indikaturi akbar (eż. għall-arloġġi) jeħtieġu qawwa akbar.

▼M4

►C1  Standby man-netwerk ◄ : 3 W għal tagħmir HiNA; 1 W jew inqas għal tagħmir li mhux tagħmir HiNA.



( 1 ) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.

( 2 ) Ir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 241).