02008R1005 — MT — 09.03.2011 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 (ĠU L 286 29.10.2008, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1010/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 |
L 280 |
5 |
27.10.2009 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 86/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 |
L 26 |
1 |
30.1.2010 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 202/2011 tal-1 ta’ Marzu 2011 |
L 57 |
10 |
2.3.2011 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1005/2008
tad-29 ta' Settembru 2008
li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
“sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat” jew “sajd IUU” tfisser attivitajiet ta' sajd li huma illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati:
“sajd illegali” tfisser attivitajiet ta' sajd:
imwettqa minn bastimenti tas-sajd nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat, mingħajr il-permess ta' dak l-Istat, jew bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;
imwettqa minn bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stati li huma partijiet kontraenti għal organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd, imma li joperaw bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom dawk l-Istati huma marbutin, jew tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt internazzjonali applikabbli; jew
imwettqa minn bastimenti tas-sajd bi ksur tal-liġijiet nazzjonali jew l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk assunti minn Stati li jikkooperaw ma' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd.
“sajd mhux irrapportat” tfisser attivitajiet ta' sajd:
li ma jkunux ġew irrapportati, jew ikunu ġew irrapportati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; jew
li jkunu ġew imwettqa fiż-żona ta' kompetenza ta' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd u li ma jkunux ġew irrapportati, jew ikunu ġew irrapportati ħażin, bi ksur tal-proċeduri ta' rapportar ta' dik l-organizzazzjoni;
“sajd mhux irregolat” tfisser attivitajiet ta' sajd:
mwettqa fiż-żona ta' l-applikazzjoni ta' organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd minn bastimenti tas-sajd mingħajr nazzjonalità, minn bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stat mhux parti ta' dik l-organizzazzjoni, jew minn kwalunkwe entità tas-sajd oħra, b'mod inkonsistenti jew li jikser il-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni ta' dik l-organizzazzjoni; jew
mwettqa f'żoni jew għal stokkijiet ta' ħut li fir-rigward tagħhom ma hemm ebda miżura applikabbli għall-konservazzjoni jew il-ġestjoni minn bastimenti tas-sajd b'mod mhux konsistenti mar-responsabbiltajiet ta' l-Istat għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar skond id-dritt internazzjonali.
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment ta' kull daqs użat jew maħsub għall-użu għall-finijiet ta' sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, inklużi vapuri ta' sostenn, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut, bastimenti involuti fit-trasbord u bastimenti ta' ġarr mgħammrin għat-trasportazzjoni ta' prodotti tas-sajd, ħlief għal bastimenti tal-kontejners;
“bastiment tas-sajd Komunitarju” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fil-Komunità;
“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser dritt għat-twettiq ta' attivitajiet ta' sajd matul perijodu speċifiku, f'żona partikolari jew għal sajd partikolari;
“prodotti tas-sajd” tfisser kull prodott li jaqa' taħt il-Kapitolu 3 u l-Intestaturi tat-tariffi 1604 u 1605 tan-Nomenklatura Magħquda stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( 11 ), bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;
“miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni” tfisser miżuri għall-konservazzjoni u ġestjoni ta' speċi waħda jew aktar ta' riżorsi ħajjin tal-baħar u li jkunu adottati u fis-seħħ skond ir-regoli rilevanti tal-liġi internazzjonali u/jew Komunitarja;
“trasbord” tfisser il-ħatt tal-ħut kollu jew kwalunkwe prodott tas-sajd abbord bastiment tas-sajd għal bastiment tas-sajd ieħor;
“importazzjoni” tfisser l-introduzzjoni ta' prodotti tas-sajd fit-territorju tal-Komunità Ewropea, inkluż għal finijiet ta' trasbord f'portijiet fit-territorju tagħha;
“importazzjoni indiretta” tfisser l-importazzjoni mit-territorju ta' pajjiż terz li m'huwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd responsabbli mill-qabda;
“esportazzjoni” tfisser kull moviment lejn pajjiż terz ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera ta' Stat Membru, sew jekk mit-territorju tal-Komunità, u sew jekk minn pajjiżi terzi jew minn żoni tas-sajd;
“riesportazzjoni” tfisser kull moviment mit-territorju tal-Komunità, ta' prodotti tas-sajd li qabel kienu ġew importati fit-territorju tal-Komunità;
“organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd” tfisser organizzazzjoni sub-reġjonali, reġjonali jew organizzazzjoni simili b'kompetenza, kif rikonoxxut mid-dritt internazzjonali, sabiex tistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni għal riżorsi ħajjin tal-baħar li jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħha bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim bis-saħħa ta' liema tkun ġiet ikkostitwita;
“parti kontraenti” tfisser parti kontraenti tal-konvenzjoni jew ftehim internazzjonali li jistabbilixxi organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-swajd, kif ukoll Stati, entitajiet tas-sajd jew entitajiet oħra li jikkooperaw ma' tali organizzazzjoni u li ngħataw status ta' parti mhux kontraenti f'koperazzjoni fir-rigward ta' tali organizzazzjoni;
“lemħ” tfisser kull osservazzjoni minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru responsabbli mill-ispezzjonar ta' fuq il-baħar, jew mill-kaptan ta' bastiment tas-sajd Komunitarju jew ta' pajjiż terz ta' bastiment tas-sajd li tista' taqa' taħt wieħed jew diversi mill-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(1);
“operazzjoni konġunta tas-sajd” tfisser kull operazzjoni bejn żewġ bastimenti tas-sajd jew aktar fejn il-qabda tiġi ttrasferita mit-tagħmir tas-sajd ta' bastiment tas-sajd minnhom għal ieħor jew fejn it-teknika użata minn dawk il-bastimenti tas-sajd teħtieġ tagħmir tas-sajd komuni wieħed;
“persuna ġuridika” tfisser kull entità legali li jkollha dan l-istatus skond il-liġi nazzjonali applikabbli, bl-eċċezzjoni ta' stati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju ta' awtorità statali u organizzazzjonijiet pubbliċi;
“riskju” tfisser il-probabbiltà ta' avveniment li jista' jseħħ, fir-rigward ta' prodotti tas-sajd importati fi jew esprotati mit-territorju tal-Komunità, li tipprevjeni l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament jew tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni;
“ġestjoni tar-riskju” tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskju u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa sabiex titnaqqas l-espożizzjoni għar-riskju. Din tinkludi attivitajiet bħall-ġbir ta' data u ta' informazzjoni, l-analiżi u l-valutazzjoni tar-riskju, il-preskrizzjoni u t-teħid ta' azzjoni, u l-monitoraġġ u r-reviżjoni regolari tal-proċess u r-riżultati tiegħu, abbażi ta' sorsi u strateġiji internazzjonali, Komunitarji jew nazzjonali;
“ibħra internazzjonali” tfisser il-parti kollha tal-baħar kif definita fl-Artikolu 86 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (“UNCLOS”);
“kunsinna” tfisser prodotti li jintbagħtu simultanjament minn esportatur wieħed għal destinatarju wieħed jew li huma koperti minn dokument tat-trasport uniku li jkun ikopri l-vjaġġ tagħhom mill-esportatur għad-destinatarju.
Artikolu 3
Bastimenti tas-sajd involuti f'sajd IUU
Bastiment tas-sajd għandu jiġi preżunt li hu involut f'sajd IUU jekk jintwera li, kuntrarju għall-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli fiż-żona kkonċernata, ikun:
stad mingħajr liċenzja, awtorizzazzjoni jew permess validi maħruġin mill-istat tal-bandiera jew l-istat kostali rilevanti, jew
ma ssodisfax l-obbligi tiegħu li jirrekordja u jirrapporta data dwar il-qabda jew relatata mal-qabda, inkluża data li trid tiġi trażmessa permezz tas-sistema ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita, jew notifiki minn qabel skond l-Artikolu 6, jew
stad f'żona magħluqa, matul staġun magħluq, mingħajr jew wara l-ksib ta' kwota, jew lil hinn minn fond magħluq, jew
kien involut f'sajd imrieġi għal stokk li jkun soġġett għal moratorju jew li s-sajd tiegħu jkun ipprojbit, jew;
uża tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi, jew
iffalsifika jew ħeba l-marki, l-identità jew ir-reġistrazzjoni tiegħu, jew
ħeba, bagħbas jew elimina prova relatata ma' xi investigazzjoni, jew
ostakola l-ħidma ta' l-uffiċjali fil-qadi ta' dmirijiethom waqt spezzjonar għall-osservanza tal-miżuri applikabbli ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni, jew il-ħidma ta' l-osservaturi fil-qadi ta' dmirijiethom li josservaw il-konformità mar-regoli Komunitarji applikabbli, jew
għabba abbord, ittrasborda jew żbarka ħut taħt id-daqs bi ksur tal-leġislazzjoni fis-seħħ, jew
ittrasborda jew ipparteċipa f'operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti tas-sajd oħra, appoġġahom jew irrifornihom, li jkunu ġew identifikati li kienu involuti f'sajd IUU taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità jew fil-lista ta' bastimenti IUU ta' xi organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd; jew
wettaq xi attivitajiet ta' sajd fiż-żona ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd b'mod inkonsistenti mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni ta' dik l-organizzazzjoni jew bi ksur tagħhom u jkun ta' bandiera ta' Stat mhux parti għal dik l-organizzazzjoni, jew li ma jikkooperax ma' dik l-organizzazzjoni kif stabbilit minn dik l-organizzazzjoni, jew
ta' ebda nazzjonalità u għaldaqstant ikun bastiment mingħajr nazzjonalità, skond id-dritt internazzjonali.
KAPITOLU II
SPEZZJONIJIET TA' BASTIMENTI TAS-SAJD TA' PAJJIŻI TERZI FIL-PORTIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
TAQSIMA I
il-kundizzjonijiet ta' l-aċċess għal port minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi
Artikolu 4
Skemi ta' spezzjoni fil-port
Artikolu 5
Portijiet speċifikati
Artikolu 6
Notifika minn qabel
Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta' żbark speċifikati li jkunu jridu jużaw mill-anqas 3 ijiem ta' xogħol qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:
l-identifikazzjoni tal-bastiment;
l-isem tal-port speċifikat tad-destinazzjoni u l-finijiet tad-dħul, żbark, trasbord jew aċċess għal servizzi;
awtorizzazzjoni għas-sajd jew, fejn meħtieġ, awtorizzazzjoni għall-appoġġ ta' operazzjonijiet tas-sajd jew għat-trasbord ta' prodotti tas-sajd;
dati tal-vjaġġ tas-sajd;
id-data u l-ħin mistennijin tal-wasla fil-port;
il-kwantitajiet ta' kull speċi miżmumin abbord jew, fejn meħtieġ, rapport negattiv;
iż-żona jew iż-żoni fejn tkun saret il-qabda jew fejn seħħ it-trasbord kemm jekk f'ilmijiet Komunitarji, f'żoni taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità ta' pajjiż terz jew f'ibħra internazzjonali;
il-kwantitajiet għal kull speċi għall-iżbark jew it-trasbord.
Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu eżentati milli jinnotifikaw informazzjoni li hemm fil-punti (a), (c), (d), (g) u (h), meta ċertifikat tal-qabda jkun ġie ikkonvalidat skond il-Kapitolu III għall-qabda kollha għall-iżbark jew it-trasbord fit-territorju tal-Komunità.
Artikolu 7
Awtorizzazzjoni
Artikolu 8
Irrekordjar ta' operazzjonijiet ta' żbark jew trasbord
TAQSIMA 2
Spezzjonijiet fil-port
Artikolu 9
Prinċipji ġenerali
Il-bastimenti tas-sajd li ġejjin għandhom jiġu spezzjonati f'kull każ:
il-bastimenti tas-sajd li jintlemħu skond l-Artikolu 48;
il-bastimenti tas-sajd irrapportati fil-qafas tan-notifika magħmula taħt is-Sistema Komunitarja ta' Allert skond il-Kapitolu IV;
il-bastimenti tas-sajd identifikati mill-Kummissjoni bħala preżunti li kienu involuti f'sajd IUU skond l-Artikolu 25;
il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru f'lista ta' bastimenti IUU adottata minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u nnotifikata lill-Istati Membri skond l-Artikolu 30.
Artikolu 10
Proċedura ta' spezzjoni
Artikolu 11
Proċedura fl-eventwalità ta' ksur
Jekk l-informazzjoni miġbura matul l-ispezzjoni tipprovdi evidenza li ġġiegħellill-uffiċjal jemmen li bastiment tas-sajd kien involut f'sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, l-uffiċjal għandu:
jirreġistra l-ksur suspettat fir-rapport ta' l-ispezzjoni;
jieħu kull azzjoni meħtieġa sabiex jiżgura t-tutela tal-prova li tikkonċerna dan il-ksur suspettat;
jibgħat immedjatament ir-rapport ta' l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti.
KAPITOLU III
SKEMA TA' ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QABDA GĦALL-IMPORTAZZJONI U L-ESPORTAZZJONI TA' PRODOTTI TAS-SAJD
Artikolu 12
Ċertifikati tal-qabda
Artikolu 13
Skemi tad-dokumentazzjoni tal-qabda maqbula u fis-seħħ fil-qafas ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd
Artikolu 14
Importazzjoni indiretta ta' prodotti tas-sajd
Sabiex ikun jista' jimporta prodotti tas-sajd li jikkostitwixxu kunsinna waħda, ittrasportati fl-istess forma lill-Komunità minn pajjiż terz għajr l-Istat tal-bandiera, l-importatur għandu jippreżenta lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri ta' importazzjoni:
iċ-ċertifikati(i) tal-qabda vvalidat(i) mill-Istat tal-bandiera, u
prova dokumentata li l-prodotti tas-sajd ma għaddew minn ebda operazzjoni għajr żbark, tagħbija mill-ġdid jew kwalunkwe operazzzjoni bil-għan li tippreżervahom f'kondizzjoni tajba u ġenwina, u baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet kompetenti f'dak il-pajjiż terz.
Prova dokumentata għandha tingħata permezz ta':
fejn xieraq, id-dokument uniku tat-trasport maħruġ sabiex ikopri l-passaġġ mit-territorju ta' l-Istat tal-bandiera minn ġo dak il-pajjiż terz; jew
dokument maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz:
Fejn l-ispeċi kkonċernati huma soġġetti għal skema tad-dokumentazzjoni ta' l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, li ġiet rikonoxxuta skond l-Artikolu 13, id-dokumenti msemmija hawn fuq jistgħu jiġu sostitwiti biċ-ċertifikat ta' riesportazzjoni ta' din l-iskema tad-dokumentazzjoni, dment li l-pajjiż terz ikun issodisfa ir-rekwiżiti ta' notifika tiegħu kif meħtieġ.
Sabiex ikun jista' jimporta prodotti tas-sajd li jikkostitwixxu kunsinna waħda u li ġew ipproċessati f'pajjiż terz għajr l-Istat tal-bandiera, l-importatur għandu jippreżenta lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ta' importazzjoni, dikjarazzjoni stabbilita mill-impjant ta' ipproċessar f'dak il-pajjiż terz u endorsjat mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu skond il-formola fl-Anness IV:
li jkun jagħti deskrizzjoni eżatta tal-prodotti mhux ipproċessati u l-prodotti pproċessati u l-kwantitajiet rispettivi tagħhom;
li jindika li l-prodotti pproċessati ġew ipproċessati f'dak il-pajjiż terz minn qabdiet akkumpanjati minn ċertifikat(i) tal-qabda vvalidati mill-Istat tal-bandiera; u
jkun akkumpanjat minn:
iċ-ċertifikat(i) oriġinali tal-qabda fejn it-totalità tal-qabdiet ikkonċernati ntużat għall-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd esportati f'kunsinna waħda, jew
kopja taċ-ċertifikat(i) oriġinali tal-qabda, fejn parti mill-qabdiet ikkonċernati ġiet użata parzjalment għall-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd esportati f'kunsinna waħda.
Fejn l-ispeċi kkonċernati huma soġġetti għal skema tad-dokumentazzjoni ta' l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, li ġiet rikonoxxuta skond l-Artikolu 13, id-dikjarazzjoni tista' tiġi sostitwita biċ-ċertifikat ta' riesportazzjoni ta' dik l-iskema tad-dokumentazzjoni, dment li l-pajjiż terz ta' l-ipproċessar ikun issodisfa ir-rekwiżiti ta' notifika tiegħu rispettivament.
Artikolu 15
Esportazzjoni ta' qabdiet li jkunu saru minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru
Artikolu 16
Preżentazzjoni u iċċekkjar ta' ċertifikati tal-qabda
Il-kriterji għall-għoti ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku approvat għal importatur mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jinkludu:
l-istabbiliment ta' l-importatur fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;
numru u volum suffiċjenti ta' operazzjonijiet ta' importazzjoni li jiġġustifikaw l-implimentazzjoni tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2;
rekord xieraq ta' konformità mar-rekwiżiti ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni;
sistema sodisfaċenti ta' rekords ta' ġestjoni kummerċjali, u fejn meħtieġ, ta' rekords ta' trasport u pproċessar, li tippermetti li jsir l-iċċekkjar u l-verifiki adatti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;
l-eżistenza ta' faċilitajiet fir-rigward tat-twettiq ta' dak l-iċċekkjar u l-verifiki;
fejn xieraq, standards prattiċi ta' kompetenza jew kwalifiki professjonali relatati direttament ma' l-attivitajiet imwettqin; u
fejn xieraq, prova ta' solvenza finanzjarja.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz ta' l-operaturi ekonomiċi approvati malajr kemm jista' jkun wara li jkunu taw dan l-istatus. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri permezz ta' mezzi elettroniċi.
Ir-regoli dwar l-istatus ta' operatur ekonomiku approvat jistgħu jiġu ddeterminati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 54(2).
Artikolu 17
Verifiki
Il-verifiki għandhom jitwettqu, fi kwalunkwe każ, fejn:
l-awtorità ta' verifika ta' l-Istat Membru jkollha raġun tiddubita l-awtentiċità taċ-ċertifikat tal-qabda nnifsu, tas-siġill tal-validazzjoni jew tal-firma ta' l-awtorità rilevanti ta' l-Istat tal-bandiera, jew
l-awtorità ta' verifika ta' l-Istat Membru tkun fil-pussess ta' informazzjoni li titfa' dubju dwar l-osservanza mill-bastiment tas-sajd tal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli, jew l-issodisfar ta' rekwiżiti oħrajn ta' dan ir-Regolament, jew
bastimenti tas-sajd, kumpanniji tas-sajd jew kull operatur ieħor ikunu ġew irrapportat b'konnessjoni ma' sajd preżunti bħala IUU, inklużi dawk il-bastimenti tas-sajd li jkunu ġew irrapportati lil organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd skond it-termini ta' strument adottat minn dik l-organizzazzjoni sabiex jiġu stabbiliti listi ta' bastimenti preżunti li jkunu wettqu sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, jew
l-Istati tal-bandiera jew pajjiżi tar-riesportazzjoni ikunu ġew irrapportati lil organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd skond it-termini ta' strument adottat minn dik l-organizzazzjoni sabiex jiġu implimentati miżuri kummerċjali fir-rigward ta' l-Istati tal-bandiera, jew
ikun ġie ppubblikat avviż ta' allert skond l-Artikolu 23(1).
Għall-fini ta' verifika, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jitolbu l-assistenza ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera jew tal-pajjiż terz li minbarra l-Istat tal-bandiera imsemmi fl-Artikolu 14, f'liema każ:
it-talba għall-assistenza għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru in kwistjoni għandhom dubji ben fondati dwar il-validità taċ-ċertifikat, tad-dikjarazzjonijiet li jkun fih u/jew tal-konformità tal-prodotti mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni. Kopja taċ-ċertifikat tal-qabda u kull informazzjoni jew dokumenti li jissuġġerixxu li l-informazzjoni fuq iċ-ċertifikat hija ineżatta għandhom jitressqu b'appoġġ tat-talba għall-assistenza. It-talba għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera jew ta' pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14;
il-proċedura tal-verifika għandha tiġi kompluta fi żmien 15-il jum mid-data tat-talba għall-verifika. Fl-eventwalità li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera ma jkunux jistgħu jirrispettaw l-iskadenza, l-awtoritajiet ta' verifika fl-Istat Membru jistgħu, fuq talba ta' l-Istat tal-bandiera jew tal-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14 jikkonċedu estensjoni ta' l-iskadenza għat-tweġiba, li ma jkunx jeċċedi 15-il jum ieħor.
Artikolu 18
Rifjut ta' importazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jirrifjutaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-sajd mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbu prova addizzjonali jew jibagħtu talba għall-assistenza lill-Istat tal-bandiera fejn dawn isiru konxji li:
l-importatur ma jkunx seta' jibgħat ċertifikat tal-qabda għall-prodotti kkonċernati jew jissodisfa l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 16(1) jew (2);
il-prodotti intenzjonati għall-importazzjoni ma jkunux l-istess bħal dawk imsemmijin fiċ-ċertifikat tal-qabda;
iċ-ċertifikat tal-qabda ma jkunx ivvalidat mill-awtorità pubblika ta' l-Istat tal-bandiera msemmija fl-Artikolu 12(3);
iċ-ċertifikat tal-qabda ma jkunx jindika l-informazzjoni kollha meħtieġa;
l-importatur ma jkunx f'pożizzjoni li jipprova li l-prodotti tas-sajd huma konformi mal-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 14(1) jew (2);
il-bastiment tas-sajd li jkun jidher fuq iċ-ċertifikat tal-qabda bħala l-bastiment ta' l-oriġini tal-qabdiet ikun inkluż fil-lista Komunitarja ta' bastimenti IUU jew fil-listi ta' bastimenti IUU msemmija fl-Artikolu 30;
iċ-ċertifikat tal-qabda jkun ġie vvalidat mill-awtoritajiet ta' l-Istat tal-bandiera identifikat bħala Stat li ma jikkooperax skond l-Artikolu 31.
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jirrifjutaw l-importazzjoni ta' kwalunkwe prodott tas-sajd fil-Komunità, wara talba għall-assistenza skond l-Artikolu 17(6), fejn:
ikunu rċevew tweġiba skond liema l-esportatur ma jkunx intitolat li jitlob il-validazzjoni taċ-ċertifikat tal-qabda; jew,
ikunu rċevew tweġiba skond liema l-prodotti ma jkunux konformi mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni, jew ma jkunx sodisfatti kundizzjonijiet oħrajn skond dan il-Kapitolu; jew,
ma jkunux irċevew tweġiba sa l-iskadenza stipulata; jew,
ikunu rċevew risposta li ma tipprovdix tweġibiet pertinenti għall-mistoqsijiet imressqin fit-talba.
Artikolu 19
Transitu u trasbord
Artikolu 20
Notifiki ta' l-Istat tal-bandiera u koperazzjoni ma' pajjiżi terzi
L-aċċettazzjoni ta' ċertifikati tal-qabda vvalidati minn Stat tal-bandiera partikolari għall-fini ta' dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika mill-Istat tal-bandiera kkonċernat li tiċċertifika li:
huwa għandu stabbilit arranġamenti nazzjonali għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, r-regolamenti u l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni li magħhom iridu jikkonformaw il-bastimenti tas-sajd tiegħu;
l-awtoritajiet pubbliċi tiegħu għandhom is-setgħa li jaffermaw il-veraċità ta' l-informazzjoni li hemm fiċ-ċertifikati tal-qabda u li jesegwixxu verifiki ta' dawn iċ-ċertifikati fuq it-talba ta' l-Istati Membri. In-notifika għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati dawk l-awtoritajiet.
Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tikkoopera b'mod amministrattiv ma' pajjiżi terzi f'oqsma li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-qabda ta' dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' mezzi elettroniċi sabiex jiġu stabbiliti, ivvalidati jew ippreżentati ċ-ċertifikati tal-qabda u fejn xieraq, id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u 14(2).
Din il-koperazzjoni għandha jkollha l-għan li:
jiġi żgurat li l-prodotti tas-sajd importati fil-Komunità joriġinaw minn qabdiet magħmulin f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli;
jiġi ffaċilitat it-twettiq mill-Istati tal-bandiera tal-formalitajiet marbutin ma' l-aċċess għall-portijiet tal-bastimenti tas-sajd, l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd u r-rekwiżiti ta' verifika taċ-ċertifikati tal-qabda stabbiliti fil-Kapitolu II u dan il-Kapitolu;
jiġi previst t-twettiq ta' verifiki fuq il-post mill-Kummissjoni jew korp maħtur minnha sabiex jivverifika l-implimentazzjoni effettiva ta' l-arranġament ta' koperazzjoni;
jiġi previst l-istabbiliment ta' qafas għall-iskambju ta' informazzjoni bejn iż-żewġ naħat b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' l-arranġament ta' koperazzjoni.
Artikolu 21
Riesportazzjoni
Artikolu 22
Żamma ta' rekords u disseminazzjoni
Il-Kummissjoni għandha żżomm rekord ta' l-Istati u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom innotifikati skond dan il-Kapitolu li jkunu jinkludu:
L-Istati Membri li jkunu nnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jivvalidaw, jiċċekkjaw u jivverifikaw iċ-ċertifikati tal-qabda u r-riesportazzjoni skond l-Artikoli 15, 16, 17 u 21 rispettivament;
l-Istati tal-bandiera li jkunu waslu n-notifiki dwarhom skond l-Artikolu 20(1), li jindikaw lil dawk li magħhom tkun ġie stabbilita koperazzjoni ma' pajjiżi terzi skond l-Artikolu 20(4).
KAPITOLU IV
IS-SISTEMA KOMUNITARJA TA' ALLARM
Artikolu 23
Ħruġ ta' Allerti
Artikolu 24
Azzjoni wara l-ħruġ ta' allerti
Hekk kif tasal l-informazzjoni kkomunikata skond l-Artikolu 23(2), l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, u skond il-ġestjoni tar-riskju:
jidentifikaw il-kunsinni li għaddejjin tal-prodotti tas-sajd li għandhom jiġu importati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-avviż ta' allert u jesegwixxu verifika taċ-ċertifikat tal-qabda u, fejn xieraq, tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17;
jieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li l-kunsinni futuri ta' prodotti tas-sajd intenzjonati għall-importazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-avviż ta' allert jiġu ppreżentati għall-verifika taċ-ċertifikat tal-qabda, u, fejn xieraq, tad-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 14, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17;
jidentifikaw il-kunsinni preċedenti ta' prodotti tas-sajd li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-avviż ta' allert u jesegwixxu l-verifiki adatti, inkluża l-verifika taċ-ċertifikati tal-qabda ppreżentati preċedentement;
jissottomettu lill-bastimenti tas-sajd li jkunu jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-avviż ta' allert, skond ir-regoli tad-dritt internazzjonali, għall-istħarriġ, l-investigazzjonijiet jew l-ispezzjonijiet meħtieġa fuq il-baħar, fil-portijiet jew f'kull post ieħor ta' l-iżbark.
Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-verifiki mwettqa skond il-paragrafu 1, m'għadx jibqa' jeżisti dubju ben fondat li mmotiva l-avviż ta' allert, hija għandha, mingħajr dewmien:
tippubblika avviż f'dak ir-rigward fuq is-sit web tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fejn tannulla l-avviż ta' allert ta' qabel;
tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun xieraq, lill-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14 bl-annullament; u
tavża lill-Istati Membri permezz ta' kanali xierqa.
Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-verifiki mwettqa skond il-paragrafu 1, jibqa' jeżisti d-dubju ben fondat li jkun ħeġġeġ l-avviż ta' allert, hija għandha, mingħajr dewmien:
taġġorna l-avviż ta' allert permezz ta' pubblikazzjoni ġdida fuq is-sit web tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea;
tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun xieraq, lill-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14;
tavża lill-Istati Membri, permezz ta' kanali xierqa; u
fejn ikun xieraq, tirreferi l-kwistjoni lill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tagħha setgħu ma ġewx rispettati.
Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-verifiki mwettqa skond il-paragrafu 1, ikun hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex tikkonsidra li l-fatti stabbiliti jistgħu jikkostitwixxu każ ta' nuqqas ta' konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli, din għandha, mingħajr dewmien:
tippubblika avviż ta' allert ġdid għal dak l-għan fuq is-sit web tagħha u f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;
tavża lill-Istat tal-bandiera u tibda l-proċedimenti u l-proċeduri politiċi xierqa skond il-Kapitoli V u VI;
fejn xieraq, tavża lill-pajjiż terz minbarra l-Istat tal-bandiera kif imsemmi fl-Artikolu 14;
tavża lill-Istati Membri, permezz ta' kanali xierqa; u
fejn ikun xieraq, tirreferi l-kwistjoni lill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tagħha setgħu ma ġewx rispettati.
KAPITOLU V
L-IDENTIFIKAZZJONI TA' BASTIMENTI TAS-SAJD INVOLUTI F'SAJD IUU
Artikolu 25
Sajd allegat bħala IUU
Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza:
l-informazzjoni kollha dwar sajd IUU miksuba skond il-Kapitoli II, III, IV, VIII, X u XI, u/jew
kull informazzjoni rilevanti oħra, kif adatt, bħal:
id-data dwar il-qabda;
l-informazzjoni dwar il-kummerċ miksuba minn statistika nazzjonali u sorsi affidabbli oħrajn;
ir-reġistri u d-databases tal-bastimenti;
il-programmi ta' dokumenti ta' qabda tal-ħut jew dokumenti ta' statistika ta' l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;
ir-rapporti dwar lemħ jew attivitajiet oħrajn ta' bastimenti tas-sajd preżunti bħala involuti f'sajd IUU kif imsemmi fl-Artikolu 3 u l-listi ta' bastimenti IUU rrapportati jew adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd;
ir-rapporti skond it-termini tar-Regolament (KEE) Nru. 2847/93 dwar il-bastimenti tas-sajd preżunti bħala involuti f'sajd IUU kif imsemmi fl-Artikolu 3;
kull informazzjoni rilevanti oħra miksuba fost oħrajn fil-portijiet u fiż-żoni tas-sajd.
Artikolu 26
Sajd preżunt bħala IUU
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati tal-bandiera li l-bastimenti tas-sajd tagħhom jiġu identifikati skond il-paragrafu 1 b'talba uffiċjali għal inkjesta fuq is-sajd allegat bħala IUU tal-bastimenti kkonċernati li jtajjru l-bandiera tagħhom. In-notifika għandha:
tipprovdi l-informazzjoni kollha miġbura mill-Kummissjoni dwar is-sajd allegat bħala IUU;
toħroġ talba uffiċjali lill-Istat tal-bandiera sabiex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jinvestiga s-sajd allegat bħala IUU u jikkondividi r-riżultati ta' din l-investigazzjoni mal-Kummissjoni fil-ħin;
toħroġ talba uffiċjali lill-Istat tal-bandiera sabiex jieħu azzjoni ta' infurzar immedjata kemm-il darba l-allegazzjoni magħmula kontra l-bastiment tas-sajd ikkonċernat tiġi ppruvata li hi fondata, u sabiex jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu;
titlob lill-Istat tal-bandiera sabiex tinnotifika lis-sid jew, fejn xieraq, lill-operatur tal-bastimenti tas-sajd bid-dikjarazzjoni dettaljata bir-raġunijiet għall-elenkar intenzjonat u bil-konsegwenzi li jirriżultaw kemm-il darba l-bastiment tas-sajd jiddaħħal fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, kif stabbilit fl-Artikolu 37. L-Istati tal-bandiera għandhom ikunu mitluba wkoll jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni rigward is-sidien tal-bastiment tas-sajd u, fejn xieraq, l-operaturi sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni jkunu jistgħu jinstemgħu, skond l-Artikolu 27(2);
tagħti pariri lill-Istat tal-bandiera dwar id-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli VI u VII.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Istati Membri tal-bandiera li l-bastimenti tas-sajd tagħhom jiġu identifikati skond il-paragrafu 1 b'talba uffiċjali għal inkjesta fuq is-sajd allegat bħala IUU tal-bastimenti kkonċernati li jtajjru l-bandiera tagħhom. In-notifika għandha:
tipprovdi l-informazzjoni kollha miġbura mill-Kummissjoni dwar sajd allegat bħala IUU;
tinkludi talba uffiċjali lill-Istat Membru tal-bandiera sabiex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 sabiex jinvestiga s-sajd allegat bħala IUU jew, fejn xieraq, jirrapporta dwar il-miżuri kollha diġà meħudin sabiex jiġi investigat u jikkondividi ir-riżultati ta' din l-investigazzjoni mal-Kummissjoni fil-ħin;
toħroġ talba uffiċjali lill-Istat Membru tal-bandiera sabiex jieħu azzjoni ta' infurzar fil-ħin kemm-il darba l-allegazzjoni magħmula kontra l-bastiment tas-sajd ikkonċernat tiġi ppruvata li hi fondata, u sabiex jinforma lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu;
titlob lill-Istat Membru tal-bandiera sabiex jinnotifika lis-sid u, fejn xieraq, lill-operatur tal-bastiment tas-sajd kkonċernat bid-dikjarazzjoni dettaljata bir-raġunijiet għall-elenkar intenzjonat u bil-konsegwenzi li jirriżultaw kemm-il darba l-bastiment jiddaħħal fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, kif stabbilit fl-Artikolu 37. L-Istati Membri tal-bandiera għandhom ikunu mitluba wkoll jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni rigward is-sidien tal-bastiment tas-sajd u, fejn xieraq, l-operaturi sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni jkunu jistgħu jinstemgħu, skond l-Artikolu 27(2).
Artikolu 27
L-istabbiliment ta' lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità
Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati tal-bandiera b'bastimenti tas-sajd fuq il-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità sabiex:
jinnotifikaw lil sid il-bastiment tas-sajd bl-inklużjoni tiegħu fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw din l-inklużjoni u bil-konsegwenzi riżultanti minnha, kif stabbilit fl-Artikolu 36; u
jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jeliminaw is-sajd IUU, inkluż, jekk ikun meħtieġ, l-irtirar tar-reġistrazzjoni jew tal-liċenzji tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati, u sabiex jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li jittieħdu.
Artikolu 28
Tneħħija ta' bastimenti tas-sajd mil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità
Il-Kummissjoni għandha tneħħi bastiment tas-sajd mil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2), jekk l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd juri li:
il-bastiment ma kien involut f'ebda attività ta' sajd IUU li għaliha jkun tqiegħed fuq il-lista, jew
ġew applikati sanzjonijiet proporzjonali, dissważivi u effettivi bi tweġiba għall-attivitajiet ta' sajd IUU in kwistjoni, speċjalment għall-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stat Membru skond ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93.
Is-sid jew, fejn xieraq, l-operatur ta' bastiment tas-sajd li jkun tqiegħed fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità jista' jibgħat talba lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-istatus ta' dak il-bastiment f'każ ta' ebda azzjoni mill-Istat tal-bandiera skond il-paragrafu 1.
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra biss it-tneħħija tal-bastiment tas-sajd mil-lista jekk:
is-sid jew l-operatur jipprovdi provi li juru li l-bastiment tas-sajd m'għadux involut f'sajd IUU jew;
il-bastiment tas-sajd elenkat għereq jew sar ruttam.
Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Kummissjoni għandha tikkunsidra biss it-tneħħija tal-bastiment tas-sajd mil-lista jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
ikunu għaddew mill-anqas sentejn mill-elenkar tal-bastiment tas-sajd li matulhom ma jkun wasal ebda rapport ieħor lill-Kummissjoni ta' sajd allegat bħala IUU mill-bastiment skond l-Artikolu 25; jew
is-sid irid jippreżenta informazzjoni relatata ma' l-operazzjoni kurrenti tal-bastiment tas-sajd li turi li dan qiegħed jopera b'konformità sħiħa mal-liġijiet, ir-regolamenti u/jew il-miżuri għall-konservazzjoni u ġestjoni li japplikaw għal kwalunkwe sajd li jkun qed jipparteċipa fih; jew
il-bastiment tas-sajd ikkonċernat, is-sid jew l-operatur tiegħu, ma jkun baqgħalhom ebda rabta operattiva jew finanzjarja, sew jekk diretta u sew jekk indiretta, ma' xi bastiment, sid jew operatur ieħor preżunt jew ikkonfermat li hu involut f'sajd IUU.
Artikolu 29
Kontenut, pubbliċità u żamma tal-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità
Il-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin għal kull wieħed mill-bastimenti tas-sajd:
l-isem u l-ismijiet preċedenti, jekk ikun hemm;
il-bandiera u l-bnadar preċedenti, jekk ikun hemm;
is-sid u fejn rilevanti, is-sidien preċedenti, inklużi sidien benefiċjarji, jekk ikun hemm;
l-operatur u fejn rilevanti, l-operaturi preċedenti, jekk ikun hemm;
is-sinjal tas-sejħa jew il-sinjali tas-sejħa preċedenti, jekk ikun hemm;
in-numru ta' Lloyds/IMO, fejn dan ikun disponibbli;
ir-ritratti, fejn ikunu disponibbli;
id-data ta' l-ewwel inklużjoni fiha;
ġabra fil-qosor ta' l-attivitajiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni tal-bastiment fiha, flimkien ma' referenzi għad-dokumenti rilevanti kollha li jagħtu informazzjoni u provi dwar dawk l-attivitajiet.
Artikolu 30
Listi ta' bastimenti IUU adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd
KAPITOLU VI
PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX
Artikolu 31
Identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx
Għall-għanijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha primarjament toqgħod fuq l-eżami tal-miżuri meħuda mill-pajjiż terz ikkonċernat fir-rigward ta':
sajd IUU rikorrenti li jkun dokumentat b'mod idoneu bħala li jkun twettaq jew ġie appoġġat minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħha jew miċ-ċittadini tagħha, jew minn bastimenti tas-sajd li jkunu qegħdin joperaw fl-ilmijiet marittimi tagħha jew ikunu qegħdin jużaw il-portijiet tagħha, jew
aċċess għas-suq tagħha minn prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn sajd IUU.
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:
jekk il-pajjiż terz ikkonċernat jikkooperax b'mod effettiv mal-Komunità, billi jwieġeb għat-talbiet li tagħmel il-Kummissjoni sabiex jinvestiga, jipprovdi informazzjoni lura dwar jew segwitu għal sajd IUU u attivitajiet relatati;
jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ikunx ħa miżuri ta' infurzar effettivi fir-rigward ta' l-operaturi responsabbli minn sajd IUU, u b'mod partikolari jekk ġewx applikati sanzjonijiet ta' severità suffiċjenti li jċaħħdu t-trasgressuri mill-benefiċċji li jirrendi s-sajd IUU;
l-istorja, in-natura, iċ-ċirkostanzi, id-dimensjoni u l-gravità tal-manifestazzjonijiet tas-sajd IUU li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat;
għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-kapaċità eżistenti ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra ukoll l-elementi li ġejjin:
ir-ratifika tal-pajjiżi terzi kkonċernati ta' l-istrumenti internazzjonali tas-sajd jew l-adeżjoni magħhom, u b'mod partikolari l-UNCLOS, il-Ftehim tan-NU 1995 dwar l-Istokkijiet tal-Ħut u l-Ftehim tal-FAO dwar l-Osservanza;
l-istatus tal-pajjiż terz ikkonċernat bħala parti kontraenti għal organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, jew il-qbil tiegħu li japplika l-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni addottati minnhom;
kull att jew ommissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat li seta' naqqas l-effikaċja tal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli.
Artikolu 32
Proċeduri politiċi fir-rigward ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-pajjiżi kkonċernati bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 31. Għandha tinkludi f'din in-notifika, l-informazzjoni li ġejja:
ir-raġuni jew ir-raġunijiet għall-identifikazzjoni b'kull prova ta' konferma disponibbli;
l-opportunità ta' tweġiba bil-miktub lill-Kummissjoni fir-rigward tad-deċiżjoni ta' l-identifikazzjoni u informazzjoni rilevanti oħra, per eżempju, provi li jirribattu l-identifikazzjoni jew, fejn xieraq, pjan ta' azzjoni għal titjib u l-miżuri li ttieħdu sabiex tiġi rrettifikata s-sitwazzjoni;
id-dritt li tintalab, jew li tiġi pprovduta, informazzjoni addizzjonali;
il-konsegwenzi ta' l-identifikazzjoni tagħhom bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, kif previst fl-Artikolu 38.
Artikolu 33
Stabbiliment ta' lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx
Artikolu 34
Tneħħija mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx
Artikolu 35
Pubbliċità tal-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandha tieħu kull miżura meħtieġa sabiex tiżgura l-pubbliċità ta' din il-lista, inkluż billi tqegħedha fuq is-sit web tagħha. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista regolarment għandha tipprovdi sistema li awtomatikament tgħarraf l-aġġornamenti lill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista' jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx lill-FAO u lill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd bl-iskop li titkattar il-koperazzjoni bejn il-Komunità u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.
Artikolu 36
Miżuri ta' emerġenza
Il-miżuri ta' emerġenza imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu, fost oħrajn, li:
bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu u li jtajru l-bandiera tal-pajjiż terz ikkonċernat m'għandhomx jingħataw aċċess għall-portijiet ta' l-Istati Membri, ħlief f'każ ta' forza maġġuri jew diffikultà kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) għal servizzi strettament neċessarji sabiex jiġu rimedjati dawk is-sitwazzjonijiet;
bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhomx jitħallew jkunu involuti f'operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-pajjiż terz ikkonċernat;
bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhomx jiġu awtorizzati jistadu f'ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim bilaterali dwar is-sajd;
il-provvista ta' ħut ħaj għall-akkwakultura fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat m'għandux ikun awtorizzat;
il-ħut ħaj maqbud minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-pajjiż terz ikkonċernat m'għandhomx ikunu aċċettati għall-iskop ta' l-akkwakultura fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.
KAPITOLU VII
MIŻURI FIR-RIGWARD TA' BASTIMENTI TAS-SAJD U STATI INVOLUTI F'SAJD IUU
Artikolu 37
Azzjoni fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità
Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għall-bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità (“bastimenti tas-sajd IUU”):
l-Istati Membri tal-bandiera m'għandhomx jippreżentaw talbiet lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjonijiet għal sajd fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd IUU;
l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd kurrenti jew il-permessi speċjali għas-sajd maħruġin mill-Istati Membri tal-bandiera fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd IUU għandhom jiġu rtirati;
bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz m'għandhomx ikunu awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet Komunitarji u għandhom ikunu pprojbiti li jinkrew;
bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhom bl-ebda mod jassistu, ikunu involutui f'operazzjonijiet ta' pproċessar ta' ħut jew jipparteċipaw f'xi trasbord jew operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti tas-sajd IUU;
bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom ikunu awtorizzati biss li jidħlu fil-portijiet fejn ikunu stazzjonati u f'ebda port Komunitarju ieħor, ħlief f'każ ta' xi forza maġġuri jew diffikultà. Bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz ma jkunux awtorizzati jidħlu f'port ta' Stat Membru, ħlief f'każ ta' xi forza maġġuri jew diffikultà. Alternattivament, Stat Membru jista' jawtorizza d-dħul fil-portijiet tiegħu ta' bastiment tas-sajd IUU bil-kundizzjoni li l-qabdiet tal-ħut abbord u, fejn xieraq, it-tagħmir tas-sajd ipprojbit f'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-Ssajd, jiġu kkonfiskati. L-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw ukoll qabdiet ta' ħut u, fejn xieraq, it-tagħmir tas-sajd ipprojbit skond dawk il-miżuri, abbord bastimenti tas-sajd IUU li jkunu ġew awtorizzati jidħlu fil-portijiet tagħhom għal raġuni ta' xi forza maġġuri jew diffikultà;
bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz m'għandhomx jiġu fornuti bi provvisti, fjuwil jew servizzi oħrajn fil-portijiet, ħlief f'każ ta' xi forza maġġuri jew diffikultà;
bastimenti tas-sajd IUU li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz m'għandhomx ikunu awtorizzati li jibdlu l-ekwipaġġ, ħlief jekk dan ikun neċessarju f'każ ta' xi forza maġġuri jew diffikultà;
l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-bandiera tagħhom lil bastimenti tas-sajd IUU;
l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn tali bastimenti tas-sajd IUU għandha tkun ipprojbita, u minħabba f'hekk iċ-ċertifikati tal-qabda li jakkumpanjaw dawn il-prodotti m'għandhomx jiġu aċċettati jew validati;
l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni ta' prodotti tas-sajd minn bastimenti tas-sajd IUU għall-ipproċessar għandhom ikunu pprojbiti;
bastimenti tas-sajd IUU li m'għandhomx ħut jew persunal abbord għandhom ikunu awtorizzati li jidħlu l-port sabiex isiru ruttam, iżda mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe prosekuzzjoni jew sanzjoni imposta kontra dak il-bastiment u kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata.
Artikolu 38
Azzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx
Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għall-pajjiżi terzi li ma jikkooperawx:
l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' tali pajjiżi għandha tkun projbita, u għaldaqstant iċ-ċertifikati dwar il-qabdiet li jakkumpanjaw tali prodotti m'għandhomx jiġu aċċettati. Fl-eventwalità li l-identifikazzjoni ta' pajjiż terz li ma jikkooperax konformament ma' l-Artikolu 31 tkun iġġustifikata min-nuqqas ta' miżuri xierqa adottati minn dan il-pajjiż terz fir-rigward ta' sajd IUU li jaffettwaw stokk jew speċi partikolari, il-projbizzjoni ta' l-importazzjoni tista' tiġi applikata biss fir-rigward ta' dan l-istokk jew speċi;
ix-xiri minn operaturi Komunitarji ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' dawn il-pajjiżi għandu jkun ipprojbit;
l-għoti ta' bandiera ġdida lil bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li tali pajjiżi għandu jkun ipprojbit;
l-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw il-konklużjoni ta' ftehim ta' kiri ta' bastimenti ma' dawn il-pajjiżi għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom;
l-esportazzjoni ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji lil dawn il-pajjiżi għandha tkun ipprojbita;
ftehim kummerċjali privati bejn ċittadini ta' Stat Membru u dawn il-pajjiżi sabiex bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' dak l-Istat Membru jagħmel użu mill-possibbiltajiet ta' sajd ta' dawn il-pajjiżi għandu jkun ipprojbit;
operazzjonijiet konġunti ta' sajd li jinvolvu bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ma' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' dawn il-pajjiżi għandhom ikunu pprojbiti;
il-Kummissjoni għandha tipproponi d-denunzja ta' kull ftehim ta' sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta' sħubija ta' sajd ma' tali pajjiżi li jipprevedi t-terminazzjoni tal-ftehim fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-impenji magħmula minnhom fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU;
il-Kummissjoni m'għandhiex tidħol f'negozjati sabiex tikkonkludi xi ftehim bilaterali ta' sajd jew ftehim ta' sħubija ta' sajd ma' dawn il-pajjiżi.
KAPITOLU VIII
ĊITTADINI
Artikolu 39
Ċittadini li jappoġġaw jew huma involuti f'sajd IUU
Artikolu 40
Prevenzjoni u sanzjonijiet
KAPITOLU IX
MIŻURI IMMEDJATI TA' INFURZAR, SANZJONIJIET U SANZJONIJIET KOMPLEMENTARI
Artikolu 41
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Kapitolu għandu japplika fir-rigward ta':
ksur serju mwettaq fit-territorju ta' Stat Membru li għalih japplika t-Trattat, jew fl-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni ta' ilmijiet adjaċenti mat-territorji u l-pajjiżi msemmijin fl-Anness II tat-Trattat;
ksur serju mwettaq, minn bastimenti tas-sajd Komunitarji jew ċittadini ta' l-Istati Membri;
ksur serju osservat fit-territorju jew fl-ilmijiet kif imsemmija fil-punt 1 ta' dan l-Artikolu iżda li ġie kommess fl-ibħra internazzjonali jew fil-ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz u li qed jiġi sanzjonat skond l-Artikolu 11(4).
Artikolu 42
Ksur serju
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ksur serju tfisser:
l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3;
it-twettiq ta' negozju konness direttament ma' sajd IUU, inkluż il-kummerċ fi jew l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd;
l-iffalsifikar ta' dokumenti msemmija f'dan ir-Regolament jew l-użu ta' tali dokumenti foloz jew invalidi;
Artikolu 43
Miżuri immedjati ta' infurzar
Fejn persuna fiżika tkun issuspettata li tkun kkommettiet jew tinqabad waqt il-fatt meta tkun qed tikkommetti xi ksur serju jew persuna ġuridika tkun issusspettata li tkun qiegħda tiżamm responsabbli għal tali ksur, l-Istati Membri għandhom jagħtu bidu għal investigazzjoni sħiħa tal-ksur u, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom u skond il-gravità tal-ksur, jieħdu miżuri immedjati ta' infurzar bħalma huma b'mod partikolari:
il-waqfien immedjat ta' l-attivitajiet ta' sajd;
ir-rotta lura lejn il-port tal-bastiment tas-sajd;
ir-rotta lejn post ieħor ta' l-inġenju tat-trasport għal spezzjoni;
l-ordni għal garanzija;
il-konfiska tat-tagħmir tas-sajd, qabdiet ta' ħut jew prodotti ta' ħut;
l-immobilizzazzjoni temporanja tal-bastiment tas-sajd jew ta' l-inġenju tat-trasport ikkonċernat;
is-sospensjoni ta' l-awtorizzazzjoni għas-sajd.
Artikolu 44
Sanzjonijiet għal ksur serju
L-Istati Membri għandhom jimponu sanzjoni massima ta' mill-inqas ħames darbiet il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba bit-twettiq tal-ksur serju.
F'każ ta' ksur serju ripetut, matul perijodu ta' 5 snin, l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjoni massima ta' mill-inqas tmien darbiet il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba bit-twettiq tal-ksur serju.
Fl-applikazzjoni ta' dawn is-sanzjonijiet l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ukoll tal-valur tal-preġudizzju għar-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar ikkonċernati.
Artikolu 45
Sanzjonijiet komplementari
Is-sanzjonijiet previsti f'dan il-Kapitolu jistgħu jkunu kkomplementati b'sanzjonijiet u miżuri oħrajn, b'mod partikolari:
is-sekwestru tal-bastiment tas-sajd involut fil-ksur;
l-immobilizzazzjoni temporanja tal-bastiment tas-sajd;
il-konfiska tat-tagħmir tas-sajd, il-qabdiet ta' ħut, il-prodotti tas-sajd pprojbiti;
is-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni għas-sajd;
it-tnaqqis fid-drittijiet tas-sajd jew l-irtirar tagħhom;
l-esklużjoni temporanja jew permanenti mid-dritt għall-ksib ta' drittijiet tas-sajd ġodda;
it-twaqqif temporanju jew permanenti ta' l-aċċess għal assistenza pubblika jew sussidji pubbliċi.
is-sospensjoni jew l-irtirar ta' l-istatus ta' operatur ekonomiku approvat mogħti skond l-Artikolu 16(3).
Artikolu 46
Livell ġenerali ta' sanzjonijiet u sanzjonijiet komplementari
Il-livell ġenerali ta' sanzjonijiet u sanzjonijiet komplementari għandu jiġi kkalkulat b'tali mod li tkun aċċertata ċ-ċaħda b'mod effettiv lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-ksur serju tagħhom mingħajr preġudizzju għad-dritt leġittimu li wieħed jeżerċita professjoni. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu wkoll il-miżuri ta' infurzar immedjati li jkunu ttieħdu skond l-Artikolu 43.
Artikolu 47
Responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi
Il-persuni ġuridiċi għandhom jinżammu responsabbli għal ksur serju fejn dan il-ksur ikun twettaq għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna fiżika, li tkun aġixxiet waħeda jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, u li kellha pożizzjoni determinanti fi ħdan il-persuna ġuridika, abażi ta':
setgħa ta' rappreżentanza tal-persuna ġuridika, jew
awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika, jew
awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
KAPITOLU X
IMPLIMENTAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET ADOTTATI F'ĊERTI ORGANIZZAZZJONIJIET REĠJONALI TAL-ĠESTJONI TAS-SAJD LI JIKKONĊERNAW LEMĦ TA' BASTIMENTI TAS-SAJD
Artikolu 48
Lemħ fuq il-baħar
Fl-eventwalità li l-kaptan ta' bastiment tas-sajd Komunitarju jew ta' pajjiż terz jilmaħ bastiment tas-sajd involut fl-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-kaptan jista' jiddokumenta l-informazzjoni kollha possibbli dwar dan il-lemħ, per eżempju:
l-isem u d-deskrizzjoni tal-bastiment tas-sajd;
is-sinjal tas-sejħa tal-bastiment tas-sajd;
in-numru ta' reġistrazzjoni u, skond il-każ, in-numru ta' Lloyds IMO tal-bastiment tas-sajd;
l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd;
il-pożizzjoni (latitudni, lonġitudni) fil-ħin li jkun ġie identifikat l-ewwel darba;
id-data/il-ħin UTC meta jkun ġie identifikat l-ewwel darba;
ritratt jew ritratti tal-bastiment tas-sajd bħala prova tal-lemħ;
kull informazzjoni rilevanti oħra rigward l-attivitajiet osservati tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat.
Artikolu 49
Preżentazzjoni ta' informazzjoni rigward bastimenti tas-sajd milmuħa
Artikolu 50
Investigazzjoni ta' bastimenti tas-sajd milmuħa
KAPITOLU XI
ASSISTENZA REĊIPROKA
Artikolu 51
Assistenza Reċiproka
KAPITOLU XII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 52
Implimentazzjoni
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54(2).
Artikolu 53
Appoġġ finanzjarju
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-operaturi kkonċernati jikkontribwixxu għall-ispejjeż marbutin ma' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 54
Proċedura tal-Kumitat
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
Artikolu 55
Obbligi ta' rapportar
Artikolu 56
Tħassir
L-Artikoli 28b(2), 28e, 28f, 28 g u l-Artikolu 31(2)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, ir-Regolament (KE) Nru 1093/1994, ir-Regolament (KE) Nru 1447/1999, l-Artikoli 8, 19a, 19b, 19c, 21, 21b, 21c tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 u l-Artikoli 26a, 28, 29, 30 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 601/2004 għandhom jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.
Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 57
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta' prodotti esklużi mid-definizzjoni ta' “prodotti tas-sajd” stipulati fil-punt 8 tal-Artikolu 2
ex Kapitolu 3 ex 16 04 ex 16 05 |
Prodotti tal-akkwakultura miksubin minn ħut żgħir jew larvi |
ex Kapitolu 3 ex 16 04 |
Fwied, bajd, ilsna, ħaddejn, irjus u ġwienaħ |
0301 10 (1) |
Ħut ornamentali, ħaj |
ex 0301 91 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0301 92 00 |
Sallur (Anguilla spp.), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
0301 93 00 |
Karpjun, ħaj |
ex 0301 99 11 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
0301 99 19 |
Ħut tal-ilma ħelu ieħor, ħaj |
ex 0302 11 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0302 12 00 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0302 19 00 |
Salmonidae ieħor, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0302 66 00 |
Sallur (Anguilla spp.), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
0302 69 11 |
Karpjuni, friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
0302 69 15 |
Tilapia (Oreochromis spp.), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
0302 69 18 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
ex 0303 11 00 |
Sockeye salmon (salamun aħmar) (Oncorhynchus nerka), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0303 19 00 |
Salamun ieħor tal-Paċifiku (Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0303 21 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0303 22 00 |
Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), minbarra fwied u bajd, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0303 29 00 |
Salmonidae oħra, minbarra fwied u bajd, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0303 76 00 |
Sallur (Anguilla spp.), iffriżat minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 , maqbud fl-ilma ħelu |
0303 79 11 |
Karpjuni, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
0303 79 19 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut taħt l-intestatura 0304 |
0304 19 01 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tan-Nile perch (Lates niloticus) |
0304 19 03 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tal-pangasius (Pangasius spp.) |
ex 0304 19 13 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0304 19 15 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tal-ispeċi Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0304 19 17 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, tat-troti tal-ispeċi Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu |
0304 19 18 |
Fletti tal-ħut, friski jew imkessħin, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu |
0304 19 91 |
Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), frisk jew imkessaħ, ta' ħut tal-ilma ħelu |
0304 29 01 |
Fletti ffriżati tan-Nile perch (Lates niloticus) |
0304 29 03 |
Fletti ffriżati tal-pangasius (Pangasius spp.) |
0304 29 05 |
Fletti ffriżati tat-Tilapia (Oreochromis spp.) |
ex 0304 29 13 |
Fletti ffriżati tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0304 29 15 |
Fletti ffriżat tal-Oncorhynchus mykiss li jiżnu aktar minn 400 g l-wieħed, maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0304 29 17 |
Fletti ffriżati tat-troti tal-ispeċijiet Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss (piż ta' 400 g jew inqas), Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita u Oncorhynchus gilae, maqbudin fl-ilma ħelu |
0304 29 18 |
Fletti ffriżati ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu |
0304 99 21 |
Laħam ieħor tal-ħut (ikkapuljat jew le), iffriżat, ta' ħut tal-ilma ħelu |
0305 10 00 |
Dqiq, tħin u pellets tal-ħut, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
ex 0305 30 30 |
Fletti tal-ħut, immellħa jew fis-salmura, tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 30 90 |
Fletti tal-ħut, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura imma mhux affumikati, ta' ħut ieħor tal-ilma ħelu |
ex 0305 41 00 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 49 45 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), affumikati, inklużi fletti, maqbudin fl-ilma ħelu |
ex 0305 49 50 |
Sallur (Anguilla spp.), affumikat, inklużi fletti, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 49 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, affumikat, inklużi fletti |
ex 0305 59 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, imnixxef, immellaħ jew mhux, imma mhux affumikat |
ex 0305 69 50 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat, maqbud fl-ilma ħelu |
ex 0305 69 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat |
0306 19 10 |
Awwist tal-ilma ħelu, iffriżat |
ex 0306 19 90 |
Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
ex 0306 21 00 |
Rock lobster u awwist ieħor tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ornamentali |
ex 0306 22 10 |
Awwist (Homarus spp.), ornamentali, ħaj |
ex 0306 23 10 |
Gambli u gambli kbar mill-familja Pandalidae, ornamentali, ħajjin |
ex 0306 23 31 |
Gambli tal-ġeneru Crangon, ornamentali, ħajjin |
ex 0306 23 90 |
Gambli u gambli kbar oħrajn, ornamentali, ħajjin |
ex 0306 24 |
Granċi, ornamentali, ħajjin |
0306 29 10 |
Awwist tal-ilma ħelu, ħaj, frisk, imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, fil-qoxra, imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija fl-ilma, kemm jekk imkessaħ, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, inkella le |
ex 0306 29 30 |
Ksampi (Nephrops norvegicus), ornamentali, ħajjin |
ex 0306 29 90 |
Krustaċji oħra ornamentali, ħajjin |
ex 0306 29 90 |
Dqiq, tħin u pellets ta' krustaċji, mhux iffriżati, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
0307 10 |
Gajdri, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura |
0307 21 00 |
Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 29 |
Arzell, inklużi mriewaħ (queen scallops) tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, li ma jkunux ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 31 |
Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), ħajjin, friski jew imkessħin |
0307 39 |
Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), li mhumiex ħajjin, friski jew imkessħin |
ex 0307 41 |
Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma, Sepiola spp.) u klamari (Ommastrephes spp., Loligo spp., Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.), ornamentali |
ex 0307 51 |
Qarnit (Octopus spp.), ornamentali |
0307 60 00 |
Bebbux, minbarra bebbux tal-baħar, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura |
ex 0307 91 00 |
Invertebrati akkwatiċi oħrajn, minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 , minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, ħaj (minbarra dak ornamentali), frisk jew imkessaħ |
0307 99 13 |
Gandoffli tal-faxxi (striped venus) u speċijiet oħra tal-familja Veneridae, iffriżati |
0307 99 15 |
Bram (Rhopilema spp.), iffriżat |
ex 0307 99 18 |
Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 u 0307 99 11 sa 0307 99 15 , minbarra siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, iffriżati |
ex 0307 99 90 |
Invertebrati akkwatiċi oħra minbarra krustaċji u dawk il-molluski speċifikati jew inklużi taħt is-sottointestaturi 0307 10 10 sa 0307 60 00 minbarra Illex spp., siċċ tal-ispeċi Sepia pharaonis u bebbux tal-baħar tal-ispeċi Strombus, inklużi dqiq, tħin u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċji, tajbin għall-konsum mill-bniedem, imnixxfa, immellħa jew fis-salmura |
ex 1604 11 00 |
Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat |
ex 1604 19 10 |
Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat |
ex 1604 20 10 |
Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat) |
ex 1604 20 30 |
Salmonidae, minbarra salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat) |
ex 1604 19 91 |
Fletti ta' ħut tal-ilma ħelu, nejjin, miksija ħafif bil-panura jew bil-frak tal-ħobż, moqlija fiż-żejt minn qabel jew mhumiex, iffriżati |
1604 30 90 |
Sostituti tal-kavjar |
ex 1605 40 00 |
Awwist tal-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat |
1605 90 |
Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, ippreparati jew ippreservati |
(1)
Il-kodiċijiet NM jikkorrispondu għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009 (ĠU L 287, 31.10.2009). |
ANNESS II
Ċertifikat tal-Qabda u Ċertifikat ta' Riesportazzjoni tal-Komunità Ewropea