02008R0767 — MT — 11.06.2019 — 004.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 767/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Lulju 2008

dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)

(ĠU L 218 13.8.2008, p. 60)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009

  L 243

1

15.9.2009

►M2

REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013

  L 182

1

29.6.2013

►M3

REGOLAMENT (UE) 2017/2226 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Novembru 2017

  L 327

20

9.12.2017

►M4

REGOLAMENT (UE) 2019/817 TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-20 ta' Mejju 2019

  L 135

27

22.5.2019


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 117, 3.5.2019, p.  13 (2017/2226)




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 767/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Lulju 2008

dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-għan, il-funzjonalitajiet ta' u r-responsabbiltajiet għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), kif stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/512/KE. Huwa jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet għal viżi ta' perjodu qasir u dwar deċiżjonijiet li jittieħdu dwar dan, inkluż id-deċiżjoni dwar jekk tkunx annullata, revokata jew estiża l-viża, sabiex tiġi ffaċilitata l-eżaminazzjoni ta' tali applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati.

▼M4

Billi taħżen data tal-identità, data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data bijometrika fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), il-VIS tikkontribwixxi għall-iffaċilitar u għall-assistenza fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fil-VIS bil-kundizzjonijiet u għall-finijiet tal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 2

Għan

Il-VIS għandu jkollha l-iskop li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-viża, l-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex:

(a) 

tiffaċilita l-proċedura ta' l-applikazzjoni għal viża;

(b) 

jiġi evitat in-nuqqas ta' osservazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni ta' l-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjoni;

(ċ) 

tiġi faċilitata l-ġlieda kontra l-frodi;

(d) 

jiġu faċilitati l-kontrolli mal-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fi ħdan it-territorju ta' l-Istati Membri;

(e) 

tgħin fl-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna li jista' jkun ma tissodisfax, jew ma' tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju ta' l-Istati Membri;

(f) 

tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003;

(g) 

tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull Stat Membru.

Artikolu 3

Disponibilità tad-data għall-prevenzjoni, il-qbid u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati oħra serji

1.  L-awtoritajiet maħtura ta' l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet speċifiċi u wara talba bil-miktub jew elettronika motivata, ikollhom aċċess għad-data miġbura fil-VIS imsemmija fl-Artikoli 9 sa 14 jekk ikun hemm raġunijiet raġjonevoli li jwasslu biex il-konsultazzjoni tad-data tal-VIS tkun meqjusa li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-qbid u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati serji oħra. Il-Europol jista' jaċċessa l-VIS fil-limiti tal-mandat tiegħu u meta meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

2.  Il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq permezz ta' kuntatt(i) ta' aċċess ċentrali li għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw konformità stretta mal-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-aċċess għall-konsultazzjoni tal-VIS mill-awtoritajiet maħtura ta' l-Istati Membri u mill-Europol għal skopijiet ta' prevenzjoni, identifikazzjoni u investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji ( 2 ). L-Istati Membri jistgħu jaħtru aktar minn kuntatt wieħed ta' aċċess ċentrali sabiex jirriflettu l-istruttura organizzattiva u amministrattiva tagħhom fit-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali u legali tagħhom. F'każ eċċezzjonali ta' urġenza, il-kuntatt(i) ta' aċċess ċentrali jistgħu jirċievu talbiet bil-miktub, elettroniċi jew orali u jivverifikaw biss ex-post jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess ikunux sodisfatti, inkluż il-fatt jekk kienx jeżisti każ eċċezzjonali ta' urġenza. Il-verifika ex-post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba.

3.  Id-data miksuba mill-VIS skond id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tkun trasferita jew issir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali. Madanakollu, f'każ eċċezzjonali ta' urġenza, data bħal din tista' tiġi ttrasferita jew issir disponibbli għal pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali esklussivament għall-għanijiet ta' prevenzjoni, ta' qbid ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra stipulati f'din id-Deċiżjoni. Bi qbil mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dettalji ta' dawn it-trasferimenti jinżammu u għandhom jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data fuq talba. It-trasferiment tad-data mill-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS għandu jkun suġġett għal-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

4.  Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe obbligi li jaqgħu taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli għall-komunikazzoni ta' informazzjoni dwar kwalunkwe attività kriminali, identifikata mill-awtoritajiet kif msemmi fl-Artikolu 6 waqt it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom lill-awtoritajiet responsabbli għal skopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' reati kriminali relatati.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:

1. 

“viża” tfisser:

▼M1

(a) 

“viża uniformi” kif imfissra fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) ( 3 );

▼M1 —————

▼M1

(c) 

“viża għal tranżitu fl-ajruport” kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

(d) 

“viża b’validità territorjali limitata” kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

▼M1 —————

▼B

2. 

“tikketta tal-viża” tfisser il-format uniformi tal-viżi kif imfisser bir-Regolament (KE) Nru 1683/95;

3. 

“l-awtoritajiet tal-viża” tfisser l-awtoritajiet li f'kull Stat Membru huma responsabbli għall-eżaminazzjoniu għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża jew għal deċiżjoniet dwar jekk jiġux annullati, revokati jew estiżi viżi, inklużi l-awtoritajiet ċentrali tal-viża u l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta' viżi fil-fruntiera skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 415/2003 tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-kwistjoni tal-viżi fuq il-fruntieri, inkluż il-ħruġ ta' dawn il-viżi lill-baħrin li jkunu fi transitu ( 4 );

4. 

“formola ta' l-applikazzjoni” tfisser il-formola uniformi ta' applikazzjoni għal viżi fl-Anness 16 għall-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari;

5. 

“applikant” tfisser kwalunkwe persuna suġġetta għall-ħtieġa tal-viża skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża meta jaqsmu fruntiera esterna u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ( 5 ), li ppreżentat applikazzjoni għal viża;

6. 

“membri tal-grupp” tfisser applikanti li huma obbligati għal raġunijiet legali biex jidħlu jew iħallu t-territorju ta' l-Istati Membri flimkien;

7. 

“dokument ta' l-ivvjaġġar” tfisser passaport jew dokument ieħor ekwivalenti li jintitola lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista' tiżdied viża;

8. 

“Stat Membru responsabbli” tfisser l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS;

9. 

“verifika” tfisser il-proċess ta' tqabbil ta' settijiet ta' data biex tiġi stabbilita l-validità ta' l-identità mitluba (one-to-one check);

10. 

“identifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi ddeterminata l-identità ta' persuna permezz ta' tfittxija fil-bażi tad-data ma' settijiet multipli ta' data (kontroll “one-to-many”);

11. 

“data alfanumerika” tfisser data rrappreżentata minn ittri, numri, karattri speċjali, spazji u marki tal-punteġġjatura;

▼M4

12. 

“data tal-VIS” tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-VIS u fis-CIR f'konformità mal-Artikoli 9 sa 14;

13. 

“data tal-identità” tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (aa);

14. 

“data dwar il-marki tas-swaba” tfisser id-data relattiva għall-ħames marki tas-swaba' tas-saba' l-werrej, tas-saba' tan-nofs, tas-saba' taċ-ċurkett, tas-saba' ż-żgħir u tas-saba' l-kbir mill-id tal-lemin u meta preżenti mill-id tax-xellug.

▼B

Artikolu 5

Kategoriji ta' data

1.  Il-kategoriji li ġejjin biss għandhom jiġu rrekordjati fil-VIS:

(a) 

data alfanumerika dwar l-applikant u dwar viżi mitluba, maħruġa, irrifjutati, annullati, revokati jew estiżi msemmija fl-Artikoli 9(1) u (4) u fl-Artikoli 10 sa 14;

(b) 

ritratti msemmija fl-Artikolu 9(5);

(ċ) 

data ta' marki tas-swaba' msemmija fl-Artikolu 9(6);

(d) 

links għal applikazzjonijiet oħra msemmija fl-Artikoli 8(3) u (4).

▼M4

1a.  Is-CIR għandu jkun fih id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) sa (c), (5) u (6), u d-data li jifdal tal-VIS għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-VIS.

▼B

2.  Il-messaġġi trażmessi bl-infrastruttura tal-VIS, msemmija fl-Artikolu 16, l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2), m'għandhomx jiġu rrekordjati fil-VIS, bla ħsara għar-rekordjar ta' l-operazzjonijiet għall-ipproċessar tad-data skond l-Artikolu 34.

Artikolu 6

Aċċess għad-dħul, l-emendar, it-tħassir u l-konsultazzjoni ta' data

1.  Aċċess għall-VIS għad-dħul, emendar jew tħassir tad-data msemmija fl-Artikolu 5(1) skond dan ir-Regolament għandha tiġi riżervata esklussivament għall-impjegati awtorizzati kif xieraq mill-awtoritajiet tal-viża.

▼M4

2.  L-aċċess għall-VIS għall-iskopijiet ta' konsultazzjoni tad-data għandu jiġi rriżervat b'mod esklużiv għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru li hu kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 15 sa 22, u għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru u tal-aġenziji tal-Unjoni li hu kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2019/817. Tali aċċess għandu jkun limitat skont sa fejn id-data tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom għal dawk il-finijiet, u b'mod proporzjonat għall-għanijiet segwiti.

▼B

3.  Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti, li tagħhom l-impjegati debitament awtorizzati għandu jkolhom aċċess li jidħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data fil-VIS. Kull Stat Membru għandu jgħaddi bla dewmien lill-Kummissjoni lista ta' dawn l-awtoritajiet, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 41(4), u kull emendi għal din il-lista. Din il-lista għandha tispeċifika l-għanijiet li għalihom kull awtorità tista' tipproċessa data fil-VIS.

Fi żmien tliet xhur minn meta l-VIS tibda tiffunzjona skond l-Artikolu 48(1), il-Kummissjoni għandha tippubblika lista konsolidata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm emendi, il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fl-istess sena lista konsolidata aġġornata.

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali

1.  Kull awtorità kompetenti awtorizzata biex taċċessa l-VIS skond dan ir-Regolament għandha tiżgura li l-użu tal-VIS huwa neċessarju, xieraq u proporzjonat mat-twettiq tal-kompiti ta' l-awtoritajiet kompetenti.

2.  Kull awtorita' kompetenti għandha tiżgura li meta tuża l-VIS ma tiddiskriminax kontra applikanti u detenturi tal-viża fuq bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali u li tirrispetta bis-sħiħ id-dinjità umana u l-integrità ta' l-applikant jew tad-detentur tal-viża.



KAPITOLU II

DĦUL U UŻU TA' DATA MILL-AWTORITAJIET TAL-VIŻA

Artikolu 8

Proċeduri għad-dħul ta' data ma' l-applikazzjoni

1.   ►M1  Meta l-applikazzjoni hija ammissibbli skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 ◄ , l-awtorità tal-viża għandha toħloq mingħajr dewmien il-fajl ta' l-applikazzjoni, billi ddaħħal id-data msemmija fl-Artikolu 9 fil-VIS, safejn dik id-data hija meħtieġa li tkun ipprovduta mill-applikant.

2.  Meta jkun qed jinħoloq il-fajl ta' l-applikazzjoni, l-awtorità tal-viża għandha tiċċekkja fil-VIS, skond l-Artikolu 15, jekk kinitx ġiet reġistrata fil-VIS applikazzjoni preċedenti ta' l- applikant minn kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

3.  Jekk applikazzjoni preċedenti ġiet reġistrata, l-awtorità tal-viża għandha torbot kull fajl ġdid ta' applikazzjoni mal-fajl ta' applikazzjoni ta' qabel dwar dak l-applikant.

4.  Jekk l-applikant qed jivvjaġġa fi grupp jew mal-mara jew ir-raġel u/jew it-tfal, l-awtorità tal-viża għandha toħloq fajl ta' applikazzjoni għal kull applikant u torbot il-fajls ta' applikazzjoni tal-persuni li qed jivvjaġġaw flimkien.

5.  Fejn il-forniment ta' data partikulari mhux meħtieġ għal raġunijiet legali jew fil-fatt ma tistax tkun ipprovduta, l-ispazji speċifiċi provduti għad-data (data fields) għandhom ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”. Fil-każ tal-marki tas-swaba', is-sistema għandha tippermetti, għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 17, li ssir distinzjoni bejn il-każi fejn m'hemmx l-obbligu li l-marki tas-swaba' jkunu pprovduti għal raġunijiet legali u każi fejn fil-fatt ma jistgħux ikunu pprovduti; wara perjodu ta' erba' snin din il-funzjonalità għandha tiskadi sakemm ma tiġix konfermata minn deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(4).

Artikolu 9

▼M1

Data li għandha tiddaħħal mal-applikazzjoni

▼B

L-awtorità tal-viża għandha ddaħħal id-data li ġejja fil-fajl ta' applikazzjoni:

1. 

in-numru ta' l-applikazzjoni;

2. 

informazzjoni dwar l-istatus, li tindika li intalbet viża;

3. 

l-awtorità fejn l-applikazzjoni ġiet depożitata, inkluż il-post fejn tinsab, u jekk l-applikazzjoni ġietx depożitata għand dik l-awtorità li tirrappreżenta Stat Membru ieħor;

4. 

id-data li ġejja li għandha tittieħed mill-formola ta' l-applikazzjoni:

▼M4

(a) 

il-kunjom; l-isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; is-sess;

(aa) 

il-kunjom tat-twelid (kunjom/kunjomijiet ta' qabel); il-post u l-pajjiż tat-twelid; in-nazzjonalità kurrenti u n-nazzjonalità mat-twelid;

(b) 

it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar;

(c) 

id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar;

(ca) 

l-awtorità li ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data tal-ħruġ tiegħu;

▼B

(d) 

post u data ta' l-applikazzjoni;

▼M1 —————

▼B

(f) 

dettalji tal-persuna li qed toħroġ stedina u/jew hija responsabbli li tħallas l-ispejjeż tal-ħajja ta' l-applikant matul iż-żjara, li huma:

(i) 

fil-każ ta' persuna fiżika, il-kunjom u l-isem u l-indirizz tal-persuna;

(ii) 

fil-każ ta' kumpanija, jew organizzazzjoni oħra, l-isem u l-indirizz tal-kumpanija/organizzazzjoni oħra, u l-kunjom u l-isem tal-persuna ta' kuntatt ta' dik il-kumpanija/organizzazzjoni;

▼M1

(g) 

Stat(i) Membru(i) destinatarji u tul tas-soġġorn previst jew tat-tranżitu;

(h) 

għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;

(i) 

id-data prevista għall-wasla fiż-żona ta’ Schengen u d-data prevista għat-tluq miż-żona ta’ Schengen;

(j) 

Stat Membru tal-ewwel dħul;

(k) 

l-indirizz tal-applikant;

▼B

(l) 

l-impjieg attwali u min iħaddem; għall-istudenti: l-isem ►M1  tal-istabbiliment edukattiv; ◄

(m) 

fil-każ ta' minorenni, kunjom u isem (ismijiet) ►M1  tas-setgħa tal-ġenituri jew tal-kustodja legali ◄ ta' l-applikant;

5. 

ritratt ta' l-applikant, skond ir-Regolament (KE) Nru 1683/95;

6. 

marki tas-swaba' ta' l-applikant skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni.

Artikolu 10

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża li nħarġet

1.  Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tinħareġ viża, l-awtorità kompetenti tal-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl ta' l-applikazzjoni:

(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża nħarġet;

(b) 

l-awtorità li ħarġet il-viża, inkluż il-post fejn tinsab, u jekk dik l-awtorità ħarġithiex f'isem Stat Membru ieħor;

(ċ) 

il-post u d-data tad-deċiżjoni li tinħareġ il-viża;

(d) 

it-tip ta' viża;

▼M3

(da) 

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-viża nħarġet b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

▼B

(e) 

in-numru tat-tikketta tal-viża;

(f) 

it-territorju fejn id-detentur tal-viża huwa intitolat jivvjaġġa, skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari;

(g) 

id-dati tal-bidu u ta' l-iskadenza tal-perjodu ta' validità tal-viża;

(h) 

in-numru ta' dħul awtorizzati bil-viża fit-territorju fejn il-viża hija valida;

(i) 

il-perjodu tal-waqfa kif awtorizzata mill-viża;

(j) 

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-viża nħarġet fuq paġna separata skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jfasslu l-formula ( 6 );

▼M1

(k) 

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-isticker tal-viża tkun imtliet manwalment;

▼M3

(l) 

jekk ikun applikabbli, l-istatus tal-persuna li jindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra.

▼B

2.  Jekk applikazzjoni tiġi rtirata mill-applikant jew jekk l-applikant ikun waqaf ifittex li jiksibha qabel tittieħed deċiżjoni jekk tinħariġx viża, l-awtorità tal-viża fejn ġiet depożitata l-applikazzjoni għandha tindika li l-applikazzjoni ngħalqet għal dawn ir-raġunijiet u d-data meta l-applikazzjoni ngħalqet.

Artikolu 11

Data li għandha tiġi miżjuda fil-każ li l-eżami ta' l-applikazzjoni ma jitkompliex

▼M1

Fejn l-awtorità tal-viża li tirrappreżenta Stat Membru ieħor ma tkomplix l-eżami tal-applikazzjoni, hi għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:

▼B

1. 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-eżami ta' l-applikazzjoni ma tkompliex;

2. 

l-awtorità li ma komplietx l-eżami ta' l-applikazzjoni, inkluż il-post fejn tinsab;

3. 

il-post u d-data tad-deċiżjoni li l-eżami ma jitkompliex;

4. 

l-Istat Membru kompetenti biex jeżamina l-applikazzjoni.

Artikolu 12

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża li ġiet irrifjutata

1.  Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tiġi rrifjutata viża, l-awtorità tal-viża li rrifjutat il-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl ta' l-applikazzjoni:

▼M1

(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li viża ġiet irrifjutata u jekk dik l-awtorità ċaħdet f’isem Stat Membru ieħor;

▼B

(b) 

l-awtorità li rrifjutat il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

(ċ) 

post u data tad-deċiżjoni li tkun irrifjutata l-viża.

▼M1

2.  Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(jiet) li għalihom inċaħdet il-viża, li għandha tkun waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-applikant:

(i) 

jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li hu falz jew iffalsifikat;

(ii) 

ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst;

(iii) 

ma jipprovdix prova ta’ mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew mhuwiex f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;

▼M2

(iv) 

ikun diġà qagħad għal 90 jum waqt il-perijodu attwali ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;

▼M1

(v) 

hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;

(vi) 

huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika kif hemm definit fl-Artikolu 2 il-punt 2 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru, u partikolarment fejn tkun inħarġet twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;

(vii) 

ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;

(b) 

l-informazzjoni sottomessa rigward il-ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet għas-soġġorn previst ma kinitx affidabbli;

(c) 

ma setgħatx tiġi aċċertata l-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża;

(d) 

ma ġietx ipprovduta biżżejjed evidenza li l-applikant ma kienx f’pożizzjoni li japplika minn qabel għal viża, li tiġġustifika l-applikazzjoni għal viża mal-fruntiera.

Artikolu 13

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża ġiet annullata jew irrevokata

1.  Fejn ittieħdet deċiżjoni li tiġi annullata jew irrevokata viża, jew li jitqassar il-perjodu ta’ validità tal-viża, l-awtorità tal-viża li ħadet din id-deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:

(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża ġiet annullata jew irrevokata;

(b) 

l-awtorità li annullat jew irrevokat il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

(c) 

post u data tad-deċiżjoni.

2.  Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(raġunijiet) għall-annullament jew ir-revoka, li għandhom ikunu:

(a) 

waħda jew aktar mir-raġuni(raġunijiet) elenkati fl-Artikolu 12(2);

(b) 

applikazzjoni tad-detentur tal-viża li jirrevoka l-viża.

▼M3

3.  Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tiġi annullata jew revokata viża, l-awtorità tal-viża li tkun ħadet id-deċiżjoni għandha tikseb u tesporta immedjatament mill-VIS lejn is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) (EES) id-data elenkata fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 14

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża li ġiet estiża

▼M1

1.  Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tiġi estiża viża, l-awtorità tal-viża li estendiet il-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:

▼B

(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża ġiet estiża;

(b) 

l-awtorità li estendiet il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

(ċ) 

post u data tad-deċiżjoni;

▼M1

(d) 

in-numru tal-isticker tal-viża tal-viża estiża;

▼B

(e) 

id-data tal-bidu u d-data ta' l-iskadenza tal-perjodu estiż;

(f) 

il-perjodu ta' l-estensjoni tal-perjodu tal-waqfa awtorizzat;

▼M1

(g) 

it-territorju li fih id-detentur tal-viża hu intitolat li jivvjaġġa, jekk il-validità territorjali tal-viża estiża hija differenti minn dik tal-viża oriġinali;

▼B

(h) 

it-tip tal-viża estiża.

2.  Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġunijiet għall-estensjoni tal-viża, li għandhom ikunu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

force majeure;

(b) 

raġunijiet umanitarji;

▼M1 —————

▼B

(d) 

raġunijiet personali serji.

▼M3

3.  L-awtorità tal-viża li tkun ħadet deċiżjoni li testendi l-perijodu ta’ validità, it-tul tas-soġġorn ta’ viża maħruġa, jew it-tnejn, għandha tikseb u tesporta immedjatament mill-VIS lejn l-EES id-data elenkata fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226.

▼B

Artikolu 15

Użu tal-VIS biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet

1.  L-awtorità kompetenti tal-viża għandha tikkonsulta l-VIS għall-għanijiet ta' l-eżami ta' l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma' dawk l-applikazzjonijiet, inkluża d-deċiżjoni jekk għandhiex tkun annullata, irrevokata, ►M1  jew tiġi estiża l-viża ◄ skond id-dispożizzjonijiet relevanti.

2.  Għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-viża għandha tingħata l-aċċess biex tfittex b'wieħed jew aktar mit-tipi ta' data li ġejjin:

(a) 

in-numru ta' l-applikazzjoni;

▼M3

(b) 

il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; is-sess;

(c) 

it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

▼B

(d) 

il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika jew l-isem u l-indirizz tal-kumpanija/l-organizzazzjoni l-oħra, msemmija fl-Artikolu 9(4)(f);

(e) 

marki tas-swaba';

(f) 

in-numru tat-tikketta tal-viża u d-data tal-ħruġ ta' kwalunkwe viża preċedenti li nħarġet.

3.  Jekk it-tfittxija b'waħda jew aktar mit-tipi ta' data elenkati fil-paragrafu 2 tindika li data dwar l-applikant hija rrekordjata fil-VIS, l-awtorità kompetenti tal-viża għandha tingħata l-aċċess għall-fajl(s) ta' l-applikant u għall-fajl(s) ta' l-applikazzjoni relatati, skond l-Artikolu 8(3) u (4), unikament għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

▼M3

4.  Għall-finijiet ta’ konsultazzjoni tal-EES biex teżamina u tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tfittex fl-EES direttament mill-VIS b’data waħda jew aktar imsemmija f’dak l-Artikolu.

5.  Fejn it-tfittxija bid-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mhijiex reġistrata fil-VIS jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-viża għandu jkollha aċċess għad-data li tippermetti l-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 20.

▼B

Artikolu 16

Użu tal-VIS għall-konsultazzjoni u għat-talbiet għal dokumenti

1.  Għall-finijiet ta' konsultazzjoni bejn awtoritajiet ċentrali tal-viża dwar applikazzjonijiet skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen, it-talba għall-konsultazzjoni u r-risposti għaliha għandhom ikunu trasmessi skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  L-Istat Membru li huwa responsabbli għall-eżami ta' l-applikazzjoni għandu jittrasmetti t-talba ta' konsultazzjoni flimkien man-numru ta' l-applikazzjoni lill-VIS, b' indikazzjoni ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri li jridu jiġu kkonsultati.

Il-VIS għandha tittrasmetti t-talba lill-Istat Membru jew l-Istati Membri indikati.

L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonsultati għandhom jittrasmettu t-tweġiba tagħhom lill-VIS, li għandha tittrasmetti dik it-tweġiba lill-Istat Membru li beda t-talba.

3.  Il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 tista' tapplika wkoll għat-trasmissjoni tad-data dwar il-ħruġ ta' viżi b'validità territorjali limitata u messaġġi oħra marbuta mal-kooperazzjoni konsulari kif ukoll għat-trasmissjoni ta' talbiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-viża sabiex jgħaddu kopji ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar u dokumenti oħra li jappoġġjaw l-applikazzjoni u għat-trasmissjoni ta' kopji elettroniċi ta' dawn id-dokumenti. L-awtoritajiet kompetenti tal-viża għandhom jirrispondu għat-talba mingħajr dewmien.

4.  Id-data personali trasmessa skond dan l-Artikolu għandha tintuża unikament għall-konsultazzjoni ta' l-awtoritajiet ċentrali tal-viża u għall-kooperazzjoni konsulari.

Artikolu 17

L-użu tad-data għar-rappurtar u l-istatistika

L-awtoritajiet kompetenti tal-viża għandhom ikollhom l-aċċess li jikkonsultaw id-data li ġejja, unikament għall-għanijiet ta' rrappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta' l-applikanti individwali:

1. 

informazzjoni dwar l-istatus;

2. 

l-awtorità kompetenti tal-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

3. 

iċ-ċittadinanza attwali ta' l-applikant;

▼M1

4. 

Stat Membru tal-ewwel dħul;

▼B

5. 

data u post ta' l-applikazzjoni jew tad-deċiżjoni dwar il-viża;

▼M1

6. 

it-tip ta’ viża maħruġa;

▼B

7. 

it-tip ta' dokument ta' vvjaġġar;

8. 

ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni dwar il-viża jew l-applikazzjoni għall-viża;

9. 

l-awtorità kompetenti tal-viża, inkluż il-post fejn tinsab, li rrifjutat l-applikazzjoni għall-viża u d-data tar-rifjut;

10. 

il-każijiet fejn l-istess applikant applika għal viża mingħand aktar minn awtorità tal-viża waħda, b'indikazzjoni ta' dawn l-awtoritajiet tal-viża, il-post fejn jinsabu u d-dati tar-rifjut;

▼M1

11. 

Għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;

▼B

12. 

il-każijiet li fihom id-data msemmija fl-Artikolu 9(6) tista', mill-punt ta' vista ta' fatt, ma tkunx ipprovduta f'konformità mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(5);

13. 

il-każijiet li fihom id-data msemmija fl-Artikolu 9(6) ma kinitx mitluba li tiġi pprovduta għal raġunijiet legali f'konformità mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(5);

14. 

il-każijiet li fihom persuna, li mill-punt ta' vista ta' fatt tista' ma tipprovdix id-data msemmija fl-Artikolu 9(6), ġiet irrifjutata viża f'konformità mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(5).



KAPITOLU III

AĊĊESS GĦAD-DATA MINN AWTORITAJIET OĦRA

▼M3

Artikolu 17a

Interoperabbiltà mal-EES

1.  Malli tibda titħaddem l-EES, kif previst fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226, għandha tiġi stabbilita interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS sabiex tiġi żgurata aktar effiċjenza u ħeffa tal-verifika fuq il-fruntiera. Għal dak l-għan, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali tal-EES u l-VIS ċentrali. Konsultazzjoni diretta bejn l-EES u l-VIS għandha tkun possibbli biss jekk kemm dan ir-Regolament kif ukoll ir-Regolament 2017/2226 jipprevedu għal dan. Il–ksib mill-VIS ta’ data relatata mal-viża, l-esportazzjoni tagħha fl-EES u l-aġġornament ta’ data mill-VIS lejn l-EES għandhom ikunu proċess awtomatizzat ladarba l-operazzjoni inkwistjoni tinbeda mill-awtorità kkonċernata.

2.  L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-viża li jkunu qed jużaw il-VIS biex jikkonsultaw l-EES mill-VIS:

(a) 

meta jkunu qed jeżaminaw u jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet għal viżi kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

sabiex jiksbu u jesportaw id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS lejn l-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikoli 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament.

3.  L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-fruntiera li jkunu qed jużaw l-EES biex jikkonsultaw il-VIS mill-EES sabiex:

(a) 

jiksbu id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS u jimportawhom fl-EES sabiex ikun jista’ jinħoloq jew jiġi aġġornat fl-EES rekord ta’ dħul/ħruġ jew ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża f’konformità mal-Artikoli 14, 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 18a ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

jiksbu id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS u jimportawha fl-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikoli 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

jivverifikaw l-awtentiċità u l-validità tal-viża, jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), jew it-tnejn, kif imsemmi fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża li ma jkollhomx fajl individwali reġistrat fl-EES kinux ġew irreġistrati qabel fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 19a ta’ dan ir-Regolament;

(e) 

jivverifikaw, fejn l-identità ta’ detentur ta’ viża hija vverifikata bl-użu tal-marki tas-swaba’, l-identità ta’ detentur ta’ viża permezz tal-marki tas-swaba’ fil-VIS f’konformità mal-Artikoli 23(2) u 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament.

4.  Għat-tħaddim tas-servizz web tal-EES imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-VIS għandha taġġorna kuljum il-bażi tad-data separata li tista’ tinqara iżda mhux tiġi modifikata imsemmija fl-Artikolu 13(5) ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ estrazzjoni f’direzzjoni waħda tas-sottogrupp minimu neċessarju ta’ data tal-VIS.

5.  F’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji għall-istabbiliment u għad-disinn ta’ livell għoli tal-interoperabbiltà. Sabiex tiġi stabbilita interoperabbiltà mal-EES, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżviluppa l-evoluzzjonijiet u l-adattamenti meħtieġa tal-VIS ċentrali, tal-interfaċċa nazzjonali f’kull Stat Membru, u tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS ċentrali u l-interfaċċi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jadattaw u jiżviluppaw l-infrastrutturi nazzjonali.

▼M3

Artikolu 18

Aċċess għad-data għall-verifika fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES

1.  Unikament għall-fini li tiġi vverifikata l-identità tad-detenturi ta’ viża, l-awtentiċità, il-validità temporali u territorjali u l-istatus tal-viża jew jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399, jew it-tnejn, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollhom aċċess għall-VIS għat-tfittxija billi jużaw id-data li ġejja:

(a) 

il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess; it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; jew

(b) 

in-numru tal-istiker tal-viża.

2.  Unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn titnieda tfittxija fl-EES skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għandha tniedi tfittxija fil-VIS direttament mill-EES billi tuża d-data msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.  B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta titnieda tfittxija fl-EES skont l-Artikolu 23(2) jew (4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti tal-fruntiera tista’ tfittex il-VIS mingħajr ma tagħmel użu mill-interoperabbiltà mal-EES, fejn iċ-ċirkostanzi speċifiċi jitolbu hekk, b’mod partikolari fejn ikun aktar xieraq, minħabba fis-sitwazzjoni speċifika ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li ssir tfittxija bl-użu tad-data msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew fejn ikun teknikament impossibbili, fuq bażi temporanja, li tiġi kkonsultata d-data tal-EES jew fil-każ li l-EES tieqaf taħdem.

4.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data hija maħżuna fil-VIS dwar viża waħda jew aktar maħruġin jew estiżi li jkunu għadhom fil-perijodu ta’ validità tagħhom skont il-validità territorjali tagħhom għall-qsim tal-fruntiera, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl ta’ applikazzjoni kkonċernat kif ukoll fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni relatati skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, ►C1  imsemmija fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 9; ◄

(b) 

ritratti;

(c) 

id-data msemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14 u mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata(i) jew revokata(i) jew rigward il-viża jew viżi li l-validità tagħha jew tagħhom tiġi estiża.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ dawk id-detenturi ta’ viża li għal raġunijiet legali ma jeħtieġx li tiġi pprovduta data partikolari jew li fattwalment ma tistax tiġi pprovduta, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tirċievi notifika relatata mal-qasam jew oqsma speċifiċi tad-data kkonċernati li għandhom jiġu mmarkati bħala “mhux applikabbli”.

5.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS iżda li ma tkun reġistrata ebda viża valida, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni kif ukoll f’fajl jew fajls ta’ applikazzjoni relatati skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, ►C1  imsemmija fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 9; ◄

(b) 

ritratti;

(c) 

id-data msemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14 u mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata(i) jew revokata(i) jew tal-viża jew viżi li l-validità tagħha jew tagħhom tiġi estiża.

6.  Minbarra l-konsultazzjoni li ssir skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tivverifika l-identità tal-persuna mal-VIS jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS u tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-identità tal-persuna ma tkunx tista’ tiġi vverifikata mal-EES f’konformità mal-Artikolu 23(2) u tar-Regolament (UE) 2017/2226 peress illi:

(i) 

id-detentur ta’ viża ma jkunx għadu ġie rreġistrat fl-EES;

(ii) 

l-identità tiġi vverifikata, fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera kkonċernat, bl-użu ta’ marki tas-swaba’ skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226;

(iii) 

ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta’ viża;

(iv) 

ikun hemm xi raġuni oħra;

(b) 

l-identità tal-persuna tista’ tiġi vverifikata mal-EES iżda japplika l-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) 2017/2226

L-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandhom jivverifikaw il-marki tas-swaba’ tad-detentur ta’ viża mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-VIS. Għal detenturi ta’ viża li l-marki tas-swaba’ tagħhom ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir biss bid-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 1.

7.  Għall-fini ta’ verifika tal-marki tas-swaba’ mal-VIS kif previst fil-paragrafu 6, l-awtorità kompetenti tista’ tniedi tfittxija mill-EES għall-VIS.

8.  Fejn il-verifika tad-detentur ta’ viża jew il-verifika tal-viża ma tirnexxix jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta’ viża jew l-awtentiċità tal-viża jew ta’ dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri li fihom titħaddem l-EES għandu jkollu aċċess għal data f’konformità mal-Artikolu 20(1) u (2).

▼M3

Artikolu 18a

Data tal-VIS miksuba biex jinħoloq jew jiġi aġġornat rekord ta’ dħul/ħruġ jew rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża fl-EES

Unikament għall-fini tal-ħolqien jew l-aġġornament ta’ rekord ta’ dħul/ħruġ jew tar-rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża fl-EES skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikseb mill-VIS u timporta fl-EES id-data maħżuna fil-VIS u elenkata fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 19

Aċċess għad-data għall-verifika fit-territorju ta' l-Istati Membri

1.  Għall-uniku fini li tiġi vverifikata l-identità tal-pussessur tal-viża u/jew l-awtentiċità tal-viża u/jew jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul fi, il-waqfa jew ir-residenza fit-territorju ta' l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' verifiki fit-territorji ta' l-Istati Membri rigward jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul fi, il-waqfa jew ir-residenza fit-territorji ta' l-Istati Membri, għandu jkollhom aċċess sabiex ifittxu bin-numru tat-tikketta tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba' tal-pussessur tal-viża, jew in-numru tat-tikketta tal-viża.

Għal pussessuri tal-viża li l-marki tas-swaba' tagħhom ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija għandha ssir biss bin-numru tat-tikketta tal-viża.

2.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar il-pussessur tal-viża hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni kif ukoll ta' fajl(s) ta' l-applikazzjoni relatati skond l-Artikolu 8(4), unikament għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

l-informazzjoni dwar status u d-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(2) u (4);

(b) 

ritratti;

(ċ) 

id-data mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża ►M1  ————— ◄ imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14.

3.  F'ċirkostanzi fejn il-verifika tal-pussessur tal-viża jew il-verifika tal-viża tfalli jew fejn hemm dubji dwar l-identità tal-pussessur tal-viża, l-awtentiċità tal-viża u/jew tad-dokument ta' l-ivvjaġġar, l-istaff debitament awtorizzat ta' l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollu aċċess għal data skond l-Artikolu 20(1) u (2).

▼M3

Artikolu 19a

Użu tal-VIS qabel jinħolqu fl-EES il-fajls individwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

1.  Għall-fini tal-verifika dwar jekk persuna tkunx ġiet irreġistrata qabel fil-VIS, l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 għandhom jikkonsultaw il-VIS qabel ma joħolqu fl-EES il-fajl individwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament 2017/2226.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn japplika l-Artikolu 23(4) tar-Regolament 2017/2226 u t-tfittxija msemmija fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament tindika li d-data dwar ċittadin ta’ pajjiż terz ma tkunx reġistrata fl-EES, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollha aċċess biex tfittex fil-VIS billi tuża d-data li ġejja: il-kunjom (isem il-familja); l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalijiet; is-sess; it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar.

3.  Unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara tfittxija mnedija fl-EES skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti biex twettaq verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES tista’ tniedi tfittxija fil-VIS direttament mill-EES billi tuża d-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.  Barra minn hekk, jekk it-tfittxija bid-data msemmija fil-paragrafu 2 tindika li d-data li tirrigwarda ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tivverifika l-marki tas-swaba’ taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mal-marki tas-swaba’ reġistrati fil-VIS. Dik l-awtorità tista’ tniedi l-verifika bħal din mill-EES. Għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-marki tas-swaba’ tagħhom ma jkunux jistgħu jintużaw, it-tfittxija għandha ssir biss bid-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 2.

5.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-verifika mwettqa skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jindikaw li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl ta’ applikazzjoni kkonċernat kif ukoll fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni relatati skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, ►C1  imsemmija fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 9; ◄

(b) 

ritratti;

(c) 

id-data msemmija fl-Artikolu 10, 13 u 14 u mdaħħla fir-rigward tal-viża jew viżi maħruġa, annullati jew revokati jew tal-viża jew viżi li l-validità tagħhom tiġi estiża.

6.  Fejn il-verifika prevista fil-paragrafi 4 jew 5 ta’ dan l-Artikolu ma tirnexxix jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tal-persuna jew l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tal-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollu aċċess għad-data f’konformità mal-Artikolu 20(1) u (2). L-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES tista’ tniedi mill-EES l-identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20.

▼B

Artikolu 20

Aċċess għal data għall-identifikazzjoni

▼M3

1.  Unikament għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna li setgħet ġiet reġistrata qabel fil-VIS jew li jista’ jkun li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet għad-dħul, jew is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri, jew ma għadhiex tissodisfahom, l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES jew fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk il-kondizzjonijiet għad-dħul, jew is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri jkunux sodisfatti, għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija fil-VIS bil-marki tas-swaba’ ta’ dik il-persuna.

▼B

Fejn il-marki tas-swaba' ta' dik il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' tfalli, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (ċ). It-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(b).

2.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar l-applikant hija rrekordjata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni u l-fajl(s) ta' l-applikazzjoni relatata(i), skond l-Artikolu 8(3) u (4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

in-numru ta' l-applikazzjoni, l-informazzjoni dwar l-istatus u l-awtorità li quddiemha tressqet l-applikazzjoni;

(b) 

id-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(4);

(ċ) 

ritratti;

(d) 

id-data imdaħħla rigward kwalunkwe viża maħruġa, rrifjutata, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża, ►M1  ————— ◄ jew rigward applikazzjonijiet fejn l-eżami tagħhom twaqqaf, imsemmija fl-Artikoli 10 sa 14.

3.  Fejn il-persuna għandha viża, l-awtoritajiet kompetenti għandhom l-ewwel jidħlu fil-VIS skond l-Artikoli 18 jew 19.

Artikolu 21

Aċċess għal data sabiex tiġi stabbilita r-responsabilità għall-applikazzjonijiet għall-ażil

1.  Għall-uniku fini li jiġi stabbilit liema Stat Membru huwa responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-ażil skond l-Artikoli 9 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bil-marki tas-swaba' tal-persuna li qed titlob l-ażil.

Fejn il-marki tas-swaba' ta' din il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' tfalli, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (ċ). Din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)b.

2.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li viża maħruġa b'data ta' skadenza ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-ażil, u/jew viża estiża sa data ta' skadenza ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-ażil, hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti dwar l-ażil għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni, u fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (g) tal-mara jew tar-raġel u tat-tfal ta' min ikun qed japplika, skond l-Artikolu 8(4), għall-unika fini msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

in-numru ta' l-applikazzjoni u l-awtorità li ħarġet jew estendiet il-viża, u jekk l-awtorità ħarġithiex f'isem Stat Membru ieħor;

(b) 

id-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (b);

(ċ) 

it-tip ta' viża;

(d) 

il-perjodu ta' validità tal-viża;

(e) 

it-tul maħsub tal-waqfa fil-pajjiż;

(f) 

ritratti;

(g) 

id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (b) tal-fajl(s) ta' applikazzjoni dwar il-mara jew ir-raġel u t-tfal ta' min ikun qed japplika.

3.  Il-konsultazzjoni tal-VIS skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha ssir biss mill-awtoritajiet nazzjonali nominati msemmija fl-Artikou 21(6) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003.

Artikolu 22

Aċċess għal data għall-eżami ta' l-applikazzjoni għall-ażil

1.  Għall-uniku fini li tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom l-aċċess, skond l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 biex jagħmlu tfittxija permezz tal-marki tas-swaba' tal-persuna li qed titlob l-ażil.

Fejn il-marki tas-swaba' ta' din il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' tfalli, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (ċ). Din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)b.

2.  Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-punt 1 tindika li viża maħruġa hija rrekordjata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandha jkollha l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni u l-fajl(s) ta' applikazzjoni konnessi ta' l-applikant skond l-Artikolu 8(3), u, fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (e), tal-mara jew tar-raġel u t-tfal ta' min ikun qed japplika skond l-Artikolu 8(4), għall-unika fini msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

in-numru ta' l-applikazzjoni;

(b) 

id-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(4) (a), (b) u (c);

(ċ) 

ritratti;

(d) 

id-data mdaħħla fir-rigward ta' kwalunkwe viża maħruġa, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża ►M1  ————— ◄ imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14;

(e) 

id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (b) tal-fajl(s) ta' applikazzjoni konnessi dwar il-mara jew ir-raġel u t-tfal ta' min qed japplika.

3.  Il-konsultazzjoni tal-VIS skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha ssir biss mill-awtoritajiet nazzjonali nominati msemmija fl-Artikolu 21(6) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003.



KAPITOLU IV

ŻAMMA U EMENDAR TAD-DATA

Artikolu 23

Perjodu ta' żamma għall-ħżin tad-data

1.  Kull fajl ta' applikazzjoni għandu jinħażen fil-VIS għal massimu ta' ħames snin, mingħajr ħsara għat-tħassir imsemmi fl-Artikoli 24 u 25 u għaż-żamma ta' rekords imsemmija fl-Artikolu 34.

Dak il-perjodu għandu jibda:

(a) 

ma' l-iskadenza tal-viża, jekk ġiet maħruġa viża;

(b) 

ma' l-iskadenza l-ġdida tal-viża, jekk viża ġiet estiża;

(ċ) 

fid-data tal-ħolqien tal-fajl ta' applikazzjoni fil-VIS, jekk l-applikazzjoni ġiet irtirata, ġiet magħluqa jew ma tkomplietx;

(d) 

fid-data tad-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-viża jekk viża ġiet irrifjutata, ġiet annullata, ►M1  ————— ◄ jew irrevokata.

2.  Ma l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-VIS għandu awtomatikament iħassar il-fajl ta' l-applikazzjoni u r-rabtiet għal dan il-fajl kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u (4).

Artikolu 24

Emendar tad-data

1.  L-Istat Membru li huwa responsabbli biss għandu jkollu d-dritt li jemenda d-data li huwa ttrasmetta lill-VIS, billi jikkorreġi jew iħassar it-tali data.

2.  Jekk Stat Membru għandu evidenza li tissuġġerixxi li data pproċessata fil-VIS mhix preċiża jew li dik id-data kienet ipproċessata fil-VIS f'mod li jmur kontra dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru responsabbli immedjatament. Tali messaġġ jista' jiġi trasmess mill-infrastruttura tal-VIS.

3.  L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk meħtieġ, jikkoreġiha jew iħassarha immedjatament.

Artikolu 25

Tħassir tad-data bil-quddiem

1.  Fejn, qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 23(1), applikant ikun ħa ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru, il-fajls ta' l-applikazzjoni u l-konnessjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(3) u (4) li huma relatati miegħu jew magħha għandhom jiġu mħassra mingħajr dewmien mill-VIS mill-Istat Membru li ħoloq il-fajls ta' l-applikazzjoni u l-konnessjonijiet rispettivi.

2.  Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istat(i) Membru(i) responsabbli mingħajr dewmien jekk applikant ikun ħa ċ-ċittadinanza tiegħu. Tali messaġġ jista' jiġi trasmess mill-infrastruttura tal-VIS.

3.  Jekk ir-rifjut ta' viża ġie annullat minn qorti jew bord ta' l-appell, l-Istat Membru li rrifjuta l-viża għandu jħassar id-data msemmija fl-Artikolu 12 mingħajr dewmien malli d-deċiżjoni li jiġi annullat ir-rifjut tal-viża ssir waħda finali.



KAPITOLU V

OPERAZZJONI U RESPONSABILITAJIET

Artikolu 26

It-tmexxija operattiva

1.  Wara perjodu tranżizzjonali, Awtorità tal-Ġestjoni (l-“Awtorità ta' l-Immaniġġar”), iffinanzjata mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-VIS Ċentrali u ta' l-“Interfaces” Nazzjonali. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, li f'kull ħin, għall-VIS Ċentrali u l-“Interfaces Nazzjonali” tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, suġġett għal analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji.

2.  L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li se jissemmew hawn taħt relatati ma' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-“Interfaces” Nazzjonali:

(a) 

superviżjoni;

(b) 

sigurtà;

(ċ) 

il-koordinazzjoni ta' relazzjonijiet bejn l-Istati Membru u l-fornitur.

3.  Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħra kollha relatati ma' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-“Interfaces” Nazzjonali, b'mod partikulari:

(a) 

kompiti relatati ma' l-implimentazzjoni tal-baġit;

(b) 

akkwist u tiġdid;

(ċ) 

kwistjonijiet kuntrattwali.

▼M3

3a.  Mit-30 ta’ Ġunju 2018, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 3.

▼B

4.  Matul perjodu tranżizzjonali qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tieħu r-responsabilitajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operazzjonali tal-VIS. Il-Kummissjoni tista' tiddelega dak il-kompitu u kompiti relatati ma' l-implimentazzjoni tal-baġit, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 10 ), lill-korpi nazzjonali tas-settur pubbliku, f'żewġ Stati Membri differenti.

5.  Kull korp nazzjonali tas-settur pubbliku msemmi fil-paragrafu 4, għandu jissodisfa l-kriterji ta' għażla li ġejjin:

(a) 

għandu juri li għandu esperjenza estensiva fit-tħaddim ta' sistema ta' informazzjoni ta' skala kbira;

(b) 

għandu jkollu kompetenza konsiderevoli fil-ħtiġijiet ta' servizzi u sigurtà ta' sistema ta' informazzjoni ta' skala kbira;

(ċ) 

għandu jkollu staff biżżejjed u bl-esperjenza fil-kompetenza professjonali u bil-ħiliet lingwistiċi xierqa biex jaħdmu f'ambjent ta' koperazzjoni internazzjonali bħal dak meħtieġ mill-VIS;

(d) 

għandu jkollu infrastruttura ta' faċilità sikura u mibnija apposta, li b'mod partikulari tkun kapaċi tappoġġja u tiggarantixxi l-funzjonament kontinwu ta' sistemi ta' l-IT ta' skala kbira; kif ukoll

(e) 

l-ambjent amministrattiv tiegħu għandu jippermettilu li jimplimenta l-kompiti tiegħu tajjeb u li jevita kull konflitt ta' interess.

6.  Qabel ma ssir xi delega kif imsemmi fil-paragrafu 4 u f'intervalli regolari wara dan, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-delega, il-kamp ta' applikazzjoni preċiż tad-delega, u l-korpi li lilhom jiġu ddelegati l-kompiti.

7.  Fejn il-Kummissjoni tiddelega r-responsabilità tagħha waqt il-perjodu tranżizzjonali skond il-paragrafu 4, hija għandha tiżgura li d-delega tirrispetta bis-sħiħ il-limiti stabbiliti mis-sistema istituzzjonali stipulata fit-Trattat. Hija għandha tiżgura, b'mod partikulari, li d-delega ma taffettwax ħażin xi mekkaniżmu ta' kontroll effettiv taħt il-liġi Komunitarja, sew jekk hu mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti ta' l-Awdituri jew jekk hu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

8.  L-immaniġġjar operazzjonali tal-VIS għandu jikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa biex il-VIS tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa skond dan ir-Regolament, b'mod partikulari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi meħtieġa biex ikun żgurat li s-sistema tiffunzjona fuq livell sodisfaċenti ta' kwalità operazzjonali, b'mod partikulari ż-żmien meħtieġ għall-interrogazzjoni tal-bażi tad-data mill-uffiċċji konsulari, liema żmien għandu jkun qasir kemm jista' jkun.

9.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 11 ), l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tapplika regoli xierqa ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità lill-istaff kollu tagħha li hu meħtieġ li jaħdem b'data tal-VIS. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawn il-membri ta' l-istaff iħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara t-tmiem ta' l-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 27

Il-post tas-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża

Il-VIS Ċentrali prinċipali, li twettaq funzjonijiet ta' superviżjoni u amministrazzjoni teknika, għandha tkun ippustjata fi Strasburgu (Franza) u l-VIS Ċentrali ta' riżerva (backup), kapaċi li tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tal-VIS Ċentrali prinċipali f'każ ta' ħsara fis-sistema, għandha tkun ippustjata f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija).

Artikolu 28

Konnessjoni mas-Sistemi Nazzjonali

1.  Il-VIS għandha tkun imqabbda mas-Sistema Nazzjonali ta' kull Stat Membru permezz ta' l-“Interface” Nazzjonali fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  Kull Stat Membru jrid jaħtar awtorità nazzjonali, li għandha tipprovdi l-aċċess ta' l-awtoritajiet kompetenti imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) għall-VIS, u tqabbad lill-awtorità nazzjonali ma' l-“Interface” Nazzjonali.

3.  Kull Stat Membru għandu josserva proċeduri awtomatizzati għall-ipproċessar tad-data.

4.  Kull Stat Membru huwa responsabbli għal:

(a) 

l-iżvilupp tas-Sistema Nazzjonali u/jew l-adattament tagħha għall-VIS skond l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 2004/512/KE;

(b) 

l-organizzazzjoni, it-tmexxija, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-Sistema Nazzjonali tiegħu;

(ċ) 

it-tmexxija u l-arranġamenti għall-aċċess ta' l-impjegati debitament awtorizzati ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-VIS skond dan ir-Regolament u li jistabbilixxi u jaġġorna regolarment lista ta' dawn il-membri ta' l-istaff u tal-profili tagħhom;

(d) 

biex jassorbi l-ispejjeż li jiffaċċjaw is-Sistemi Nazzjonali u l-ispejjeż għall-konnessjoni tagħhom ma' l-“Interface” Nazzjonali, inkluż l-ispejjeż ta' l-investiment u dawk operattivi għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn l-“Interface” Nazzjonali u s-Sistema Nazzjonali.

5.  Qabel ma jkun awtorizzat jipproċessa data maħżuna fil-VIS, l-istaff ta' l-awtoritajiet li jkollu d-dritt ta' aċċess għall-VIS għandu jirċievi taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data u r-regoli tal-protezzjoni tad-data u għandu jiġi mgħarraf dwar kull reat kriminali u penali relevanti.

Artikolu 29

Responsabilità għall-użu tad-data

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data hija pproċessata b'mod legali, u b'mod partikulari jiżgura li staff debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għal data pproċessata fil-VIS għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skond dan ir-Regolament. L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura b'mod partikulari li:

(a) 

id-data hija miġbura b'mod legali;

(b) 

id-data hija trasmessa b'mod legali lill-VIS;

(ċ) 

id-data hija preċiża u aġġornata meta hija trasmessa lill-VIS.

2.  L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura li l-VIS hija mħaddma skond dan ir-Regolament u r-regoli tagħha ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2). B'mod partikulari, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha:

(a) 

tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura s-sigurtà tal-VIS Ċentrali u ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-il-VIS Ċentrali u l-“Interfaces” Nazzjonali, mingħajr ħsara għar-responsabilitajiet ta' kull Stat Membru;

(b) 

tiżgura li impjegati debitament awtorizzati biss ikollhom aċċess għal data pproċessata fil-VIS għat-twettiq tal-kompiti ta' l-Awtorità tal-Ġestjoni skond dan ir-Regolament.

3.  L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li hija tieħu skond il-paragrafu 2.

Artikolu 30

Iż-Żamma tad-data tal-VIS fil-fajls nazzjonali

1.  Data miksuba mill-VIS għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali biss meta dan huwa meħtieġ f'każ individwali, skond il-għan tal-VIS u f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti inklużi dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data, u għal mhux iktar minn kemm huwa neċessarju f'dak il-każ individwali.

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu data li dak l-Istat Membru daħħal fil-VIS.

3.  Kwalunkwe użu ta' data li ma jkunx konformi mal-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi kkunsidrat użu ħażin skond il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru.

Artikolu 31

Il-Komunikazzjoni ta' data lil pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  Id-data pproċessata fil-VIS skond dan ir-Regolament m'għandhiex tkun trasferita jew issir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m) tista' tiġi trasferita jew tista' ssir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali elenkati fl-Anness jekk dan ikun neċessarju f'każijiet individwali bl-iskop li tkun pruvata l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż għal skopijiet ta' ritorn, biss jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni xierqa tad-data personali f'dak il-pajjiż terz skond l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE, jew hemm fis-seħħ ftehima ta' ammissjoni mill-ġdid bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz, jew japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 26(1)(d) tad-Direttiva 95/46/KE;

(b) 

il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jaqblu li jużaw id-data biss għall-għan li għaliha ingħatat;

(ċ) 

li d-data tiġi trasferita jew tkun disponibbli skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, partikularment ftehimiet ta' ammissjoni mill-ġdid, u l-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn qed tiġi trasferita jew fejn qed tkun disponibbli, inklużi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti rigward is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data; kif ukoll

(d) 

l-Istat(i) Membru(i) li daħħal id-data fil-VIS ta l-kunsens tiegħu.

3.  Tali trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali m'għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tar-refuġjati u tal-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, partikularment f'dak li jirrigwarda “non-refoulement”.

Artikolu 32

Sigurtà tad-data

1.  L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura s-sigurtà tad-data qabel u waqt it-trażmissjoni lill-Interface Nazzjonali. Kull Stat Membru għandu jiżgura s-sigurtà tad-data li jirċievi mill-VIS.

2.  Kull Stat Membru għandu, b'rabta mas-Sistema Nazzjonali tiegħu, jadotta l-miżuri neċessarji, inkluż pjan ta' sigurtà, sabiex ikun jista':

(a) 

jipproteġi b'mod fiżiku d-data, anke billi joħloq pjanijiet ta' kontinġenza għall-ħarsien ta' infrastruttura kritika;

(b) 

iwaqqaf persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għal impjanti nazzjonali fejn l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet skond il-għanijiet tal-VIS (sorveljanza fid-dħul għall-impjant);

(ċ) 

iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' media tad-data (kontroll tad-data tal-media);

(d) 

iwaqqaf l-input mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali miżmuma (kontroll taż-żamma);

(e) 

iwaqqaf l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data fil-VIS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data pproċessata fil-VIS (kontroll ta' dħul tad-data);

(f) 

jiżgura li persuni awtorizzati biex ikollhom aċċess għall-VIS ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni ta' l-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet ta' l-utenti individwali u uniċi u permezz ta' modi għal aċċess kunfidenzjali biss (kontroll ta' aċċess għad-data);

(g) 

jiżgura li l-awtoritajiet kollha bid-dritt ta' l-aċċess għall-VIS joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għad-data u li jidħlu, jaġġornaw, iħassru u jagħmlu tfittix fid-data u jippermettu li dawn il-profili tagħhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal);

(h) 

jiżgura li huwa possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil-liema korpi tista' tiġi trażmessa data personali permezz ta' l-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(i) 

jiżgura li huwa possibbli li jkun verifikat u stabbilit liema data ġiet ipproċessata fil-VIS, meta, minn min u għal liema għan (kontroll ta' rekordjar tad-data);

(j) 

iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali matul it-trażmissjoni ta' data personali lejn jew mill-VIS jew matul it-trasport ta' media tad-data, b'mod partikulari permezz ta' tekniki xierqa ta' qlib tal-kodiċi (encryption) (kontroll tat-trasport);

(k) 

jissorvelja l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mas-sorveljanza interna sabiex jiżgura konformità ma' dan ir-Regolament (awtoverifika).

3.  L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikseb l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2 f'dak li jirrigwarda l-operazzjoni tal-VIS, inkluża l-adozzjoni ta' pjan ta' siġurtà.

Artikolu 33

Responsabbiltà

1.  Kull persuna jew Stat Membru li, sofra danni kkawżati minn operat ta' ipproċessar illegali jew kull att li mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament tkun/ikun intitolat jirċievi kumpens mill-Istat Membru li huwa responsabbli għad-danni li seħħew. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, kollha kemm hi jew in parti, jekk juri li mhux responsabbli għall-ġrajja li tat lok li jseħħu d-danni.

2.  Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta' Stat Membru li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawżaw danni lill-VIS, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali ħsara, sakemm u sa fejn l-Awtorità tal-Ġestjoni jew Stat Membru ieħor naqqsu milli jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħu d-danni jew li jnaqqsu l-impatt tagħhom.

3.  Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tal-ligi nazzjonali ta' l-Istat Membru konvenut.

Artikolu 34

Żamma ta' rekords

▼M3

1.  Kull Stat Membru u l-Awtorità tal-Ġestjoni għandhom iżommu rekords tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar ta’ data fil-VIS. Dawk ir-rekords għandhom jindikaw:

(a) 

l-finijiet tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikoli 15 sa 22;

(b) 

id-data u l-ħin;

(c) 

it-tip ta’ data mibgħuta kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14;

(d) 

it-tip ta’ data użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2), l-Artikolu 17 u l-Artikoli 18(1) u (6), 19(1), 19a(2) u (4), 20(1), 21(1) u 22(1); u

(e) 

l-isem tal-awtorità li tkun qed iddaħħal jew jikseb id-data.

Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm rekords tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jikseb id-data.

▼M3

1a.  Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 17a, għandu jinżamm rekord ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data li ssir fil-VIS u fl-EES f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226.

▼B

2.  Tali rekords jistgħu jintużaw biss għas-sorveljanza tal-ħarsien tad-data, ta' l-ammissibilità ta' l-ipproċessar tad-data, kif ukoll sabiex jiżguraw is-sigurtà tad-data. Ir-rekords għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u mħassra wara perjodu ta' sena wara li jkun skada l-perjodu ta' żamma imsemmi fl-Artikolu 23(1), jekk mhumiex meħtieġa għal proċeduri ta' sorveljanza li jkunu diġà nbdew.

Artikolu 35

Awto-monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta' data tal-VIS għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tikkopera, fejn meħtieġ, ma' l-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni.

Artikolu 36

Sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data mdaħħla fil-VIS ikun ikkastigat permezz ta' sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, skond il-liġi nazzjonali, li huma effettivi, proporzjonati u disważivi.



KAPITOLU VI

DRITTIJIET U SORVELJANZA TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 37

Dritt ta' informazzjoni

1.  L-applikanti u l-persuni msemmija fl-Artikolu 9(4)(f) għandhom ikunu infurmati mill-Istat Membru responsabbli dwar dan li ġej:

(a) 

l-identità tal-kontrollur imsemmi fl-Artikolu 41(4), inklużi d-dettalji ta' kuntatt tiegħu;

(b) 

il-fini li għalihom id-data ser tkun ipproċessata fil-VIS;

(ċ) 

il-kategoriji ta' min ser jirċievi d-data, inklużi l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 3;

(d) 

il-perjodu taż-żamma tad-data;

(e) 

il-ġbir tad-data huwa mandatorju għall-eżami ta' l-applikazzjoni;

(f) 

l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess għal data relatata magħhom, u d-dritt li jintalab li data mhux eżatta relatata magħhom tkun korretta jew li titħassar data marbuta magħhom proċessata illegalment, inkluż id-dritt li tinkiseb informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u d-dettalji għall-kuntatt ta' l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Sorveljanza msemmijin fl-Artikolu 41(1), li għandhom jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni ta' data personali.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata bil-miktub lill-applikant meta tittieħed id-data mill-formola ta' applikazzjoni, ir-ritratt u l-marka tas-swaba' kif ipprovdut fl-Artikolu 9(4), (5) u (6).

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tingħata lill-persuni msemmija fl-Artikolu 9(4)(f) fil-formoli li jridu jiġu ffirmati minn dawk il-persuni li jagħtu evidenza ta' stedina, sponsorship u akkomodazzjoni.

Fejn m'hemmx tali formola ffirmata minn dawk il-persuni, din l-informazzjoni għandha tiġi provduta skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 38

Dritt ta' aċċess, korrezzjoni u tħassir

1.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jipprovdu aktar informazzjoni b'konformità ma' l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE, kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tikseb komunikazzjoni tad-data relatat magħha rreġistrata fil-VIS u ta' l-Istat Membru li ttrażmetta l-informazzjoni lill-VIS. Aċċess bħal dan għad-data jista' jingħata biss minn Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jirreġistra kull talba għal aċċess bħal dan.

2.  Kwalunkwe persuna tista' titlob li data dwarha li mhix preċiża tiġi kkorreġuta u li data rrekordjata b'mod illegali titħassar. Il-korrezzjoni u t-tħassir għandhom jitwettqu minnufih mill-Istat Membru responsabbli, skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tiegħu.

3.  Jekk it-talba kif previst fil-paragrafu 2 issir lil Stat Membru, li mhux l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li għandu saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' 14-il ġurnata. L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità ta' l-ipproċessar tagħha fil-VIS f'limitu ta' żmien ta' xahar.

4.  Jekk jinstab li d-data rrekordjata fil-VIS mhix preċiża jew ġiet irrekordjata b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli għandu jikkoreġi jew iħassar id-data skond l-Artikolu 24(3). L-Istat Membru responsabbli għandu jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata minnufih li ħa l-azzjoni sabiex jikkoreġi jew iħassar id-data dwarha.

5.  Jekk l-Istat Membru responsabbli ma jaqbilx li d-data rrekordjata fil-VIS mhix preċiża jew li ġiet irrekordjata b'mod illegali, huwa jrid jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata minnufih ir-raġuni għaliex mhux lest li jikkoreġi jew iħassar id-data dwarha.

6.  L-Istat Membru responsabbli għandu jagħti wkoll lill-persuna kkonċernata l-informazzjoni bi spjegazzjoni tal-passi li jista' jieħu jekk ma jaċċettax l-ispjegazzjoni mogħtija. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif jiġu ppreżentati azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati ta' dak l-Istat Membru u dwar kwalunkwe għajnuna finanzjarja, inkluża dik mill-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni msemmijin fl-Artikolu 41(1), li hija disponibbli skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 39

Kooperazzjoni sabiex tiżgura d-drittijiet fuq ħarsien tad-data

1.  L-Istati Membri għandhom jikkoperaw b'mod attiv sabiex jinfurzaw id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 38(2), (3) u (4).

2.  F'kull Stat Membru, l-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni għandha, fuq talba, tassisti, u tagħti parir lill-persuna kkonċernata fl-eżerċiżżju tad-drittijiet tagħha sabiex tiġi kkoreġuta jew imħassra data dwarha skond l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46/KE.

3.  L-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni ta' l-Istat Membru responsabbli li ttrażmettiet id-data u l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni ta' l-Istati Membri li lilhom saret it-talba għandhom jikkoperaw għal dan il-għan.

Artikolu 40

Rimedji

1.  F'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tressaq kawża jew ilment quddiem l-awtoritajiet jew il-qrati kompetenti ta' dak l-Istat Membru li ċaħad id-dritt ta' aċċess għal jew id-dritt ta' korrezzjoni jew tħassir ta' data relatata magħha, kif provdut fl-Artikolu 38(1) u (2).

2.  L-assistenza ta' l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni msemmijin fl-Artikolu 39(2) għandha tibqa' disponibbli matul il-proċedimenti.

Artikolu 41

Superviżjoni mill-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni

1.  L-awtorità jew awtoritajiet maħtura f'kull Stat Membru u li għandhom is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE (l-“Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni”) għandhom jissorveljaw indipendentement il-legalità ta' l-ipproċessar ta' data personali, imsemmija fl-Artikolu 5(1), mill-Istat Membru kkonċernat, inkluż it-trażmissjoni tagħha lejn u mill-VIS.

2.  L-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni għandha tiżgura li l-verifika ta' l-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar ta' data fis-Sistema Nazzjonali titwettaq skond l-istandards ta' verifika internazzjonali relevanti mill-inqas kull erba' snin.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni tagħhom jkollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-ħidmiet mogħtija lilha taħt dan ir-Regolament.

4.  Fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali fil-VIS, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li trid tiġi kkunsidrata bħala kontrollur skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE u li għandu jkollha responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta' data minn dan l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jikkomunika din l-awtorità lill-Kummissjoni.

5.  Kull Stat Membru għandu jforni kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u għandu, b'mod partikulari, jipprovdilhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa skond l-Artikoli 28 u 29(1), jagħtihom aċċess għal-listi msemmija fl-Artikolu 28(4) (c) u għar-rekords tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 34 u għandu jippermetti li jkollhom aċċess f'kull ħin għall-postijiet tagħhom.

Artikolu 42

Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jivverifika li l-attivitajiet ta' proċessar ta' data personali ta' l-Awtorità tal-Ġestjoni jitwettqu skond dan ir-Regolament. Għaldaqstant, għandhom jiġu applikati d-dmirijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li titwettaq verifika ta' l-attivitajiet ta' proċessar ta' data personali ta' l-Awtorità tal-Ġestjoni skond l-istandards ta' verifika internazzjonali relevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' verifika bħal din għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Awtorità tal-Ġestjoni, lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tingħata opportunità li tagħmel kummenti qabel ma jiġi adottat ir-rapport.

3.  L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tforni l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ittih/ittiha aċċess għad-dokumenti kollha u għar-rekords tagħha msemmija fl-Artikolu 34(1) u tippermettilu/tippermettilha aċċess għall-postijiet tagħha kollha, f'kull ħin.

Artikolu 43

Koperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  L-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li jaġixxu fi ħdan il-kamp ta' ħidma tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkoperaw b'mod attiv fi ħdan il-qafas tar-responsabblitajiet tagħhom u għandhom jiżguraw superviżjoni koordinata tal-VIS u tas-Sistemi Nazzjonali.

2.  Filwaqt li jaġixxu fil-kamp ta' ħidma tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, huma għandhom iwettqu skambju ta' l-informazzjoni relevanti, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-verifiki u ta' l-ispezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw il-problemi bl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew bl-eżerċizzju tad-drittijiet tal-persuna li d-data tirreferi għaliha, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu kuxjenza tad-drittijiet tal-protezzjoni ta' data, skond il-bżonn.

3.  L-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak l-iskop mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u ż-żamma ta' dawn il-laqgħat għandhom joħorġu mill-kont tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Metodi ta' ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b'mod konġunt skond il-bżonn.

4.  Rapport konġunt ta' l-attivitajiet għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Ġestjoni kull sentejn. Dan ir-rapport għandu jinkludi kapitolu ta' kull Stat Membru mħejji mill-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 44

Protezzjoni ta' data waqt il-perjodu tranżitorju

Fejn il-Kummissjoni tiddelega r-responsabilitajiet tagħha waqt il-perjodu tranżitorju lil entità jew entitajiet oħra, skond l-Artikolu 26(4) ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiżgura li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkollu d-dritt u jkun kapaċi jeżerċita bis-sħiħ id-dmirijiet tiegħu, inkluż it-twettiq ta' verifiki fuq il-post, u jeżerċita kwalunkwe setgħa oħra mogħtija lilu permezz ta' l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 45

Implimentazzjoni mill-Kummissjoni

1.  Il-VIS Ċentrali, l-Interface Nazzjonali f'kull Stat Membru u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-Interfaces Nazzjonali għandhom jiġu implimentati mill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, inklużi l-funzjonalitajiet għall-ipproċessar tad-data bijometrika msemmija fl-Artikolu 5(1)(c).

2.  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni teknika tal-VIS Ċentrali, l-Interfaces Nazzjonali u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-Interfaces Nazzjonali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2), b'mod partikulari:

(a) 

għad-dħul tad-data u għall-konnessjoni ta' l-applikazzjonijiet b'konformità ma' l-Artikolu 8;

(b) 

biex id-data tiġi aċċessata b'konformità ma' l-Artikolu 15 u ma' l-Artikoli 17 sa 22;

(ċ) 

għall-emendar, tħassir u tħassir bil-quddiem ta' data b'konformità ma' l-Artikoli 23 sa 25;

(d) 

biex jinżammu u jkun hemm aċċess għar-rekords b'konformità ma' l-Artikolu 34;

(e) 

għall-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni u għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 16.

Artikolu 46

L-integrazzjoni tal-funzjonalitajiet tekniċi tan-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen

Il-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 16 għandu jissostitwixxi n-Netwerk ta' Konsultazzjoni ta' Schengen mid-data stipulata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3) fejn dawk l-Istati Membri kollha li jużaw in-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament innotifikaw l-arranġamenti legali u tekniċi għall-użu tal-VIS bil-għan li jkun hemm konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża dwar l-applikazzjonijiet tal-viża skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

Artikolu 47

Bidu ta' trażmissjoni

Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa għamel l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jittrażmetti d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS Ċentrali permezz ta' l-Interface Nazzjonali.

Artikolu 48

Bidu ta' l-operati

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data meta l-VIS għanda tibda topera, meta:

(a) 

il-miżuri msemmija fl-Artikolu 45(2) ġew adottati;

(b) 

il-Kummissjoni ħabbret it-tlestija b'suċċess ta' eżami komprensiv tal-VIS, li għandu jsir mill-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri;

(ċ) 

wara l-validazzjoni ta' l-arranġamenti tekniċi, l-Istati Membri avżaw lill-Kummissjoni li għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali kollha meħtieġa sabiex jiġbru u jitrażmettu d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha fl-ewwel reġjun iddeterminati skond il-paragrafu 4, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir u/jew it-trażmissjoni tad-data f'isem Stat Membru ieħor.

2.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultati ta' l-eżami mwettaq b'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1.

3.  F'kull reġjun ieħor, il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta t-trażmissjoni tad-data fl-Artikolu 5(1) issir obbligatorja meta l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali kollha meħtieġa sabiex jiġbru u jitrażmettu d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha fir-reġjun ikkonċernat, inkluż l-arranġamenti għall-ġbir u/jew trażmissjoni tad-data f'isem Stat Membru ieħor. Qabel dik id-data, kull Stat Membru jista' jibda l-ħidmiet fi kwalunkwe minn dawn ir-reġjuni, malli jkun innotifika lill-Kummissjoni li għamel l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa sabiex jiġbor u jitrażmetti għall-inqas id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) lill-VIS.

4.  Ir-reġjuni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu deċiżi bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3). Il-kriterji għall-iffissar ta' dawn ir-reġjuni se jkun ir-riskju ta' l-immigrazzjoni illegali, it-theddid lis-sigurtà interna ta' l-Istati Membri u l-probabbilità li jinġabru elementi bijometriċi mill-postijiet kollha f'dan ir-reġjun.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dati tal-bidu tal-ħidmiet f'kull reġjun fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

6.  L-ebda Stat Membru ma għandu jikkonsulta d-data trażmessa minn Stati Membri oħra lill-VIS qabel ma hu jew xi Stat Membru ieħor li jirrappreżenta dan l-Istat Membru jibda' jdaħħal id-data bi qbil mal-paragrafi 1 u 3.

Artikolu 49

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006, dwar it-twaqqif, il-ħidma u l-użu ta' Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) ( 12 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ikun ta' xahrejn.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ikun ta' xahrejn.

Artikolu 50

Sorveljanza u evalwazzjoni

1.  L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura li hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw il-funzjonament tal-VIS ma miri relatati ma' rendiment, benefiċċju meta mqabbel ma spejjeż, sigurtà u kwalità tas-servizz.

2.  Għall-finijiet ta' manteniment tekniku, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-ħidmiet ta' l-ipproċessar imwettqa fil-VIS.

3.  Sentejn wara li l-VIS tkun bdiet topera u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, l-Awtorità tal-Ġestjoni trid tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-iffunzjonar tekniku tal-VIS u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, inkluż is-sigurtà tagħha.

4.  Tliet snin wara li l-VIS tibda topera u kull erba' snin minn hemm ‘il quddiem, il-Kummissjoni trid tipprepara evalwazzjoni ġenerali tal-VIS. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba fit-twettiq tal-miri u evalwazzjoni tal-validità kontinwa tal-ħsibijiet fundamentali, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-VIS, is-sigurtà tal-VIS, l-użu magħmul mid-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 31 u kwalunkwe implikazzoni ta' operati futuri. Il-Kummissjoni għandha tressaq l-evalwazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

5.  Qabel it-tmiem tal-perjodi msemmija fl-Artikolu 18(2) il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar il-progress tekniku rigward l-użu tas-sinjali tas-swaba fil-fruntieri esterni u l-implikazzjonijiet tiegħu matul it-tfittxijiet bl-użu tan-numru tal-viża kkombinat mal-verifika tas-sinjali tas-swaba tad-detentur tal-viża, inkluz jekk it-tul ta' żmien ta' tali tfittxija tikkawżax ħin ta' stennija eċċessiv fil-fruntieri. Il-Kummissjoni għandha tressaq l-evalwazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Fuq il-bazi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi, jekk meħtieġ, emendi xierqa għal dan ir-Regolament.

6.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità tal-Ġestjoni u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tħejji r-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5.

7.  L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 4.

8.  Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tibda' twettaq ir-responsabilitajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-produzzjoni u l-preżentazzjoni tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 51

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.  Huwa japplika mid-data msemmija fl-Artikolu 48(1).

3.  L-Artikoli 26, 27, 32, 45, 48(1), (2) u (4), u l-Artikolu 49 għandhom japplikaw mit-2 ta' Settembru 2008.

4.  Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4), referenzi għall-Awtorità tal-Ġestjoni f'dan ir-Regolament għandhom jinftehmu bħala referenza għall-Kummissjoni.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.




ANNESS

Lista ta' organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 31(2)

1. Organizzazzjonijiet tan-NU (bħall-UNHCR);

2. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM);

3. Il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar.



( 1 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226,(UE) 2018/1240,(UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

( 2 ) Ara paġna 129, ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 3 ) ĠU L 243, 15.4.2009, p. 1

( 4 ) ĠU L 64, 7.3.2003, p. 1.

( 5 ) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1932/2006 (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23).

( 6 ) ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4.

( 7 ) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE.” (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

( 8 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017. p. 20).

( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

( 10 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

( 11 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).

( 12 ) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.