02008R0429 — MT — 27.03.2021 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta' April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' addittivi fl-għalf (ĠU L 133 22.5.2008, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1773 tas-26 ta’ Novembru 2020 |
L 398 |
19 |
27.11.2020 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 429/2008
tal-25 ta' April 2008
dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' addittivi fl-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-fini ta' dan ir-Regolament:
“annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel” tfisser annimali li jappartjenu għall-ispeċi li normalment jiġu mitmugħa, mgħammra jew miżmuma, iżda mhux ikkonsmati min-nies, minbarra ż-żwiemel;
“speċi minuri” tfisser annimali li jipproduċu l-ikel barra l-bovini (annimali tal-ħalib u tal-laħam, inkluż l-għoġġiela), in-ngħaġ (annimali għal-laħam), ħnieżer, tiġieġ (inkluż tiġieġ tal-bajd), dundjani u ħut li jappartjenu għas-Salmonidae.
Artikolu 2
L-applikazzjoni
Kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' xi addittiv ta' l-għalf, kif hemm provdut fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għandha tiġi sottomessa permezz tal-formola mogħtija fl-Anness I.
Għandu jkollha magħha dossier kif hemm provdut fl-Artikolu 3 (minn issa ‘l quddiem “id-dossier”), bid-dettalji u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
Artikolu 3
Id-dossier
Ir-rekwiżiti ġenerali għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tad-dossier għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness II.
Ir-rekwiżiti speċifiċi li jridu jiġu sodisfatti mid-dossier, fil-każ ikkonċernat, għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness III.
It-tul taż-żmien minimu għall-istudji fit-tul għandu jkun kif stipulat fl-Anness IV.
Artikolu 4
Miżuri tranżizzjonali
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
IL-FORMOLA TA' L-APPLIKAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1) U D-DATA AMMINISTRATTIVA
1. FORMOLA TA' L-APPLIKAZZJONI
KUMMISSJONI EWROPEA
IL-ĦARSIEN TAS-SAĦĦA U TAL-KONSUMATUR
DIRETTORAT ĠENERALI
(Indirizz)
Data: …
Suġġett |
: |
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' xi addittiv ta' l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
Awtorizzazzjoni ta' addittiv ta' l-ikel jew użu ġdid ta' addittiv ta' l-ikel (Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003)
Awtorizzazzjoni ta' prodott eżistenti (Artikolu 10(2) jew 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003)
Modifikazzjoni ta' awtorizzazzjoni eżistenti (Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003)
Tiġdid ta' awtorizzazzjoni għal addittiv ta' l-għalf (Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003)
Awtorizzazzjoni urġenti (Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003)
(Jekk jogħġbok indika billi timmarka waħda mill-kaxxi)
L-Applikant(i) u/jew ir-Rappreżentant(i) tiegħu/tagħha fil-Komunità (Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003), skond il-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 7(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 (isem, indirizz…)
…
…
qed jissottometti(/u) l-applikazzjoni preżenti sabiex jikseb awtorizzazzjoni għall-prodott li ġej bħala addittiv fl-għalf:
1.1. Identifikazzjoni u karatterizzazzjoni ta' l-addittiv
Isem l-addittiv (karatterizzazzjoni tas-sustanza(/i) attiva jew l-aġent(i) kif imfissra fis-subsezzjonijiet 2.2.1.1 u 2.2.1.2 ta' l-Anness II):
…
…
Isem kummerċjali (jekk jixraq għall-awtorizzazzjonijiet marbuta mad-detentur):
…
…
fil-kategorija/i u grupp/i funzjonali ta' l-addittivi ( 2 ) (lista):
…
…
speċi mmirata:
…
…
…
Isem id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni: (Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003)
…
…
Dan l-addittiv diġà ġie awtorizzat fil-leġiżlazzjoni dwar l-għalf bid-Direttiva .……/…/(E)KE jew Regolament (KE) Nru …/… bin-numru …… bħala (kategorija addittiva)
…
Dan l-addittiv diġà ġie awtorizzat fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel bid-Direttiva …/…/(E)KE jew ir-Regolament (KE) Nru …/… bin-numru … bħala
…
biex jintuża’ fi
…
Jekk il-prodott hu magħmul minn, fih jew ġie prodott minn Organiżmu li hu Modifikat Ġenetikament (GMO), jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja:
identifikatur uniku (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 ( 3 ) (fejn jixraq):
…
jew id-dettalji ta' xi awtorizzazzjoni mogħtija skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1829/2003 ( 4 ):
…
jew id-dettalji ta' kull applikazzjoni pendenti għal awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003:
…
1.2. Kondizzjonijiet dwar l-użu
1.2.1. Użu f'oġġetti ta' l-ikel kompluti
Speċi jew kategorija ta' annimali:
…
…
Età jew piż massimu:
…
…
Doża minima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività ( 5 ) jew unitajiet li jiffurmaw kolonji (CFU) jew ml/kg ta' oġġetti ta' l-ikel kompluti b'kontenut umdu ta' 12 %
…
…
Doża massima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU jew ml/kg ta' oġġetti ta' l-ikel kompluti b'kontenut umdu ta' 12 %
…
…
Għall-għalf likwidu d-dożi minimi u massimi jistgħu jiġu mfissra għal kull litru.
1.2.2. Użu fl-ilma
Id-doża minima (jekk tixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU jew ml/l ta' ilma
…
…
Doża massima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU jew ml/l ta' ilma
…
…
1.2.3. Kondizzjonijiet speċjali dwar l-użu (jekk jixraq)
Speċi jew kategorija ta' annimali:
…
…
Età massima:
…
…
Doża minima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU/kg ta' oġġetti ta' l-ikel kumplimentari b'kontenut umdu ta' 12 %
…
…
Doża massima (jekk jixraq): mg jew Unitajiet ta' attività jew CFU/kg ta' oġġetti ta' l-ikel kumplimentari b'kontenut umdu ta' 12 %
…
…
Għall-għalf likwidu d-dożi minimi u massimi jistgħu jiġu mfissra għal kull litru.
Kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-użu (jekk jixraq):
…
…
…
Kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqandil (jekk jixraq):
…
…
…
…
Limitu massimu ta' residwi (jekk jixraq):
speċi jew kategorija ta' annimali:
…
…
markatur tar-residwi:
…
…
tessuti jew prodotti mmirati:
…
…
…
Residwi massimi fit-tessuti jew fil-prodotti (μg/kg):
…
…
…
Perjodu ta' rtirar:
…
1.3. Kampjuni ta' Referenza
Laboratorju ta' Referenza fil-Komunità (CRL) numru tal-kampjun (jekk japplika):
…
Numru tal-lott/kodiċi tal-kunsinna:
…
Id-data tal-fabbrikazzjoni:
…
Id-data ta' l-iskadenza:
…
Konċentrazzjoni:
…
Piż:
…
Deskrizzjoni fiżika:
…
Deskrizzjoni tal-kontenitur:
…
Rekwiżiti dwar il-ħżin:
…
1.4. Modifikazzjoni mitluba (fejn jixraq)
…
…
…
…
Kopja ta' din l-applikazzjoni ntbagħtet direttament lill-Awtorità flimkien mad-dossier u lis-CRL flimkien mal-kampjuni ta' referenza.
Firma …
1.5. Dokument mehmuż
dossier komplut;
sommarju tad-dossier skont l-Artikolu 7(3)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003;
sommarju xjentifiku tad-dossier;
l-informazzjoni kollha dwar in-notifika tal-istudji skont l-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;
talba ta’ kunfidenzjalità skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003;
kopja tad-data amministrattiva tal-applikant(i);
tliet kampjuni tal-addittiv tal-għalf lis-CRL skont l-Artikolu 7(3)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003;
lis-CRL: skeda tad-data dwar is-sikurezza tal-materjal;
lis-CRL: ċertifikat ta’ identifikazzjoni u analiżi; kif ukoll
konferma li sar il-ħlas lis-CRL (l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 ( 6 ).
Imla l-partijiet tal-formola fejn jixraq, u ħassar dawk li mhumiex rilevanti. Il-formola ta' l-applikazzjoni oriġinali (flimkien mat-tehmiż kollu mitlub) għandha tintbagħat direttament lill-Kummissjoni Ewropea.
2. DATA AMMINISTRATTIVA TA' L-APPLIKANT(I)
Dettalji ta' kuntatt għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' addittiv fl-għalf skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003
(1) Kumpanija jew persuna applikanti
Isem l-applikant jew il-kumpanija
Indirizz (triq, numru, kodiċi postali, belt, pajjiż)
Nru. tat-telefon
Nru. tal-faks
E-mail (jekk jeżisti)
(2) Persuna ta' kuntatt (għall-korrispondenza kollha mal-Kummissjoni, l-Awtorità u s-CRL)
Isem il-persuna ta' kuntatt
Pożizzjoni
Indirizz (triq, numru, kodiċi postali, belt, u pajjiż)
Nru. tat-telefon
Nru. tal-faks
E-mail (jekk jeżisti)
ANNESS II
REKWIŻITI ĠENERALI LI JRIDU JINTLAĦQU MID-DOSSIER LI HEMM PROVDUT DWARHOM FL-ARTIKOLU 3
ASPETTI ĠENERALI
Dan l-Anness jistipula r-rekwiżiti biex jiġu stabbiliti l-lista u l-karatteristiċi ta’ studji u informazzjoni dwar sustanzi, mikroorganiżmi u preparazzjonijiet li jridu jiġu sottomessi flimkien mad-dossiers skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għal:
Id-dossiers iridu jagħtu lok għal evalwazzjoni ta’ l-addittivi abbażi ta' l-istat preżenti ta' tagħrif u jħallu li tiġi vverifikata l-konformità ta' dawn l-addittivi mal-prinċipji fundamentali għall-awtorizzazzjoni, li huma stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
L-istudji li jridu jiġu sottomessi u d-daqs tagħhom jiddependu min-natura ta’ l-addittiv, il-kategorija u l-grupp funzjonali, it-tip ta’ awtorizzazzjoni (mhux detentur speċifiku vs. detentur speċifiku), is-sustanza nnifisha, l-annimali mmirati u l-kondizzjonijiet dwar l-użu. L-applikant għandu jirreferi għal dan l-Anness u għall-Anness III sabiex jevalwa liema studji u informazzjoni għandhom jiġu sottomessi ma’ l-applikazzjoni.
L-applikant għandu jagħti b’mod ċar ir-raġunijiet għaliex tħalliet barra xi data jew kien hemm devjazzjoni mid-dossier ta’ kull data preskritta f’dan l-Anness, l-Anness III u l-Anness IV.
Id-dossier għandu jinkludi rapporti dettaljati ta’ l-istudji kollha li saru, ippreżentati skond is-sistema ta’ għadd proposta f’dan l-Anness. Id-dossier għandu jinkludi referenzi u kopji tad-data kollha xjentifika ppubblikata msemmija u l-kopji ta’ kull opinjoni oħra rilevanti li diġà ngħatat minn kull korp xjentifiku rikonoxxut. Fejn dawn l-istudji diġa ġew evalwati minn korp xjentifiku Ewropew skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Komunità, għandha tkun biżżejjed referenza għar-riżultat ta’ l-evalwazzjoni. Id-data mill-istudji li saru u ġew ippubblikati qabel jew li ġejja minn reviżjoni mill-kollegi għandha tirreferi sew għall-istess addittiv bħala s-suġġett uniku għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.
L-istudji, inkluż dawk li saru u ġew ippubblikati qabel jew li ġejjin minn reviżjoni mill-kollegi, għandhom isiru u jiġu dokumentati skond l-istandards ta' kwalità adattati (eż. Prattika Tajba fil-Laboratorju (GLP)) skond id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta ma' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba fil-laboratorju u l-verifikazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet tagħhom għal testijiet fuq sustanzi kimiċi ( 7 ) jew l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. (ISO).
Meta jsiru studji in vivo jew in vitro barra l-Komunità, l-applikant għandu juri li l-faċilitajiet konċernati jikkonformaw mal-prinċipji ta' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) dwar il-Prattika Tajba fil-Laboratorju jew l-istandards ISO.
L-għarfien tal-karatteristiċi fiżiko-kimiċi, tossikoloġiċi u eko-tossikoloġiċi jrid isir skond il-metodi stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi ( 8 ), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE ( 9 ), jew b'metodi aġġornati rikonuxxuti minn korpi xjentifiċi internazzjonali. L-użu ta' metodi oħra barra dawn irid jiġi ġustifikat.
L-użu ta' metodi in vitro jew metodi li jirraffinaw jew jissostitwixxu t-testijiet normali bl-użu ta' annimali fil-laboratorju jew li jnaqqsu n-numru ta’ annimali użati f’dawn it-testijiet għandhom ikunu mħajra. Dawk il-metodi għandhom ikunu ta' l-istess kwalità u jipprovdu l-istess livell ta' assigurazzjoni bħall-metodu li jimmiraw li jissostitwixxu.
Id-deskrizzjoni tal-metodi ta’ analiżi fl-għalf jew fl-ilma għandha tkun konformi mar-regoli tal-GLP kif stipulati fid-Direttiva 2004/10/KE u/jew EN ISO/IEC 17025. Dawn il-metodi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali magħmula biex jassiguraw il-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, ir-regoli dwar saħħet l-annimali u l-benessri ta' l-annimali ( 10 ).
Kull dossier għandu jkun fih sommarju, u sommarju xjentifiku biex l-addittiv konċernat ikun jista’ jiġi identifikat u karatterizzat.
Kull dossier għandu jkun fih proposta ta’ monitoraġġ wara li jidħol fis-suq meta din tintalab mill-Artikolu 7(3)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u proposta dwar it-tikkettjar kif imsemmija fl-Artikolu 7(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
Valutazzjoni tas-sigurtà
Din hi bbażata fuq studji maħsuba biex juru s-sigurtà dwar l-użu ta' l-addittiv b'rabta ma':
l-ispeċi mmirata fl-ogħla livelli proposti ta’ inkorporazzjoni fl-għalf jew fl-ilma u fuq multiplu ta’ dak il-livell biex ikun stabbilit livell ta’ sigurtà;
konsumaturi li jinġerixxu l-prodotti ta’ l-ikel miksuba mill-annimali li ħadu l-addittiv, ir-residwi jew il-metaboliti tiegħu. F’dak il-każ, is-sigurtà trid tkun żgurata billi jiġu stabbiliti l-limiti ta’ residwi massimi (MRLs) u l-perjodi ta’ irtirar ibbażati fuq Konsum Aċċettabbli għal Kuljum (ADI) jew Livell ta’ Konsum Ogħla Tollerabbli (UL);
in-nies li x’aktarx ikunu esposti għall-addittiv, b’kuntatt respiratorju, mix-xamm, mill-għajnejn jew mal-ġilda waqt li jmissu l-addittiv jew ikunu qed idaħħluh f'taħlitiet bil-quddiem jew għalf lest jew ilma lest jew ikunu qed jużaw għalf jew ilma li fih l-addittiv ikkonċernat;
l-annimali u n-nies fir-rigward ta’ l-għażla u l-firxa ta’ ġeni ta’ reżistenza antimikrobiċi; u
l-ambjent, riżultat ta’ l-addittiv innifsu jew prodotti miksuba mill-addittiv, jew direttament u/jew li jipporgawhom l-annimali.
Meta addittiv ikollu diversi komponenti, kull waħda tista’ tiġi evalwata separatament għas-sigurtà tal-konsumatur u mbagħad għandu jiġi kkunsidrat l-effett kumulattiv (fejn jista' jintwera li mhemmx interazzjonijiet bejn il-komponenti). Inkella, it-taħlita sħiħa għandha tiġi evalwata.
Valutazzjoni ta’ l-effikaċja
Din hi bbażata fuq studji intiżi li juru l-effikaċja ta' xi addittiv fir-rigward ta' l-għanijiet ta' l-użu intiż tiegħu kif imfisser fl-Artikolu 6 (1) u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
1. TAQSIMA I: SOMMARJU TAD-DOSSIER
1.1. Sommarju skont l-Artikolu 7(3)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003
L-applikant għandu jissottometti sommarju li jindika l-karatteristiċi ewlenin ta’ l-addittiv ikkonċernat. Is-sommarju ma għandu jkun fih l-ebda informazzjoni kunfidenzjali u għandu jkun strutturat kif ġej:
1.1.1. Kontenut
isem l-applikant(i);
identifikazzjoni ta’ l-addittiv;
metodu ta’ produzzjoni u metodu ta’ analiżi;
studji dwar is-sikurezza l-effikaċja tal-addittiv, flimkien mal-informazzjoni kollha dwar in-notifika tal-istudji skont l-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;
kondizzjonijiet proposti dwar l-użu; u
proposta għal monitoraġġ wara li jidħol fis-suq.
1.1.2. Deskrizzjoni
isem u indirizz l-applikant(i)
Din l-informazzjoni għandha tingħata fil-każijiet kollha, indipendentement mit-tip ta’ awtorizzazzjoni għall-addittiv fl-għalf (speċifika għad-detentur jew mhux speċifika għad-detentur). Meta jiġi sottomess dossier minn grupp ta’ applikanti, għandu jkun indikat isem kull wieħed minnhom.
l-identifikazzjoni ta’ l-addittiv
L-identifikazzjoni ta’ l-addittiv għandu jkun fiha sommarju ta’ l-informazzjoni meħtieġa skond l-Anness II jew III, skond it-tip ta’ awtorizzazzjoni għall-addittiv fl-għalf. B’mod partikolari: l-isem ta’ l-addittiv, il-klassifikazzjoni proposta skond il-kategorija u l-grupp funzjonali, l-ispeċi mmirati/il-kategoriji ta' annimali u d-dożi.
il-metodu ta’ produzzjoni u l-metodu ta’ analiżi
Il-proċess ta’ fabbrikazzjoni għandu jkun deskritt.
Il-proċeduri ġenerali tal-metodi analitiċi li jridu jintużaw għall-analiżi għall-kontrolli uffiċjali ta’ l-addittiv kif inhu, f'taħlitiet minn qabel, u f'oġġetti ta' l-ikel, kif mitlub f'dan l-Anness u fl-Anness III għandhom ikunu deskritti. Jekk jixraq, abbażi ta’ l-informazzjoni mogħtija f’dan l-Anness u l-Anness III, il-proċedura tal-metodu(/i) li jrid jintuża’ għall-analiżi għall-kontrolli uffiċjali ta’ l-addittivi jew il-metaboliti tiegħu fl-ikel li ġej mill-annimali għandha tkun inkluża.
studji dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ l-addittiv
Għandha tingħata l-konklużjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ l-addittiv ibbażata fuq studji differenti magħmula. Ir-riżultati ta’ l-istudji jistgħu jiġu mdaħħla f’forma ta’ tabella biex jappoġġjaw il-konklużjoni ta’ l-applikant(i). Għandhom jiġu indikati fis-sommarju dawk l-istudji meħtieġa biss skond l-Anness III.
kondizzjonijiet proposti dwar l-użu
Il-proposta għall-kondizzjonijiet dwar l-użu għandha tingħata mill-applikant(i). B’mod partikolari l-applikant għandu jiddeskrivi l-livell ta’ użu fl-ilma jew fl-għalf, flimkien mal-kondizzjonijiet dettaljati dwar l-użu f’oġġetti ta’ l-ikel kumplimentari. L-informazzjoni hi meħtieġa wkoll meta jintużaw metodi oħra ta' amministrazzjoni jew inkorporazzjoni fl-għalf jew fl-ilma. Kull kondizzjoni speċifika dwar l-użu (eż. inkompatibbiltajiet), rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettjar u speċi ta’ l-annimali li għalihom hu intiż l-addittiv għandhom jiġu deskritti.
proposta għal monitoraġġ wara d-dħul fis-suq
Din il-parti għandha tkun marbuta biss ma’ addittivi, li skond il-punt (g) ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jappartjenux għall-kategoriji indikati bħala (a) jew (b) fl-Artikolu 6(1) ta' l-istess Regolament u l-addittivi li jaqgħu fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni Komunitarja marbuta mal-bejgħ ta' prodotti magħmula minn, li fihom jew ġew prodotti minn GMOs.
1.2. Sommarju xjentifiku tad-dossier
Għandu jiġi sottomess sommarju xjentifiku bid-dettalji ta’ kull parti tad-dokumenti sottomessi biex jappoġġjaw l-applikazzjoni, skond dan l-Anness u l-Anness III. Dan is-sommarju għandu jinkludi l-konklużjonijiet magħmula mill-applikant(i).
Is-sommarju jrid isegwi l-ordni ta’ dan l-Anness u jindirizza l-partijiet kollha differenti b’referenza għall-paġni rilevanti tad-dossier.
1.3. Lista ta’ dokumenti u dettalji oħra
L-applikant irid jidentifika n-numru u t-titoli ta’ volumi ta’ dokumentazzjoni sottomessi biex jappoġġjaw l-applikazzjoni. Għandu jiġi miżjud indiċi dettaljat b’referenza għall-volumi u l-paġni.
1.4. Lista ta’ partijiet tad-dossier mitluba biex ma jiġux żvelati, fejn hemm bżonn
Il-lista għandha tirreferi għall-volumi u l-paġni rilevanti tad-dossier.
2. TAQSIMA II: IDENTITA', KARATTERIZZAZZJONI U KONDIZZJONIJIET DWAR L-UŻU TA’ L-ADDITTIV; METODI TA’ ANALIŻI
L-addittiv irid jiġi identifikat u karatterizzat għal kollox.
2.1. L-identità ta’ l-addittiv
2.1.1. Isem l-addittiv
Jekk jixraq, għandha ssir proposta għall-isem kummerċjali għall-addittivi marbuta ma’ xi detentur ta’ awtorizzazzjoni.
2.1.2. Proposta għall-klassifikazzjoni
Għandha ssir proposta għall-klassifikazzjoni ta’ addittiv għal waħda jew aktar mill-kategoriji u gruppi funzjonali skond il-funzjonijiet ewlenin tiegħu taħt l-Artikolu 6 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
Kull data minn użu ieħor magħruf tas-sustanzi jew aġenti attivi identiċi (eż. l-użu fl-ikel, fil-mediċina umana jew veterinarja, fl-agrikoltura u l-industrija) trid tingħata. Kull awtorizzazzjoni oħra bħala addittiv fl-għalf jew fl-ikel, drogi veterinarji jew tipi oħra ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sustanza attiva jridu jiġu speċifikati.
2.1.3. Kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva (sustanza attiva/aġent attiv, komponenti oħra, impuritajiet, varjazzjoni minn kunsinna għall-oħra)
Is-sustanza(/i) attiva(/i)/l-aġent(i) attiv(i) u l-komponenti l-oħra kollha ta’ l-addittiv għandhom jiġu mniżżla, billi jagħtu l-proporzjon bl-użin tal-prodott finali. Il-varjazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva minn kunsinna għall-oħra tas-sustanza(/i) attiva(/i)/aġent(i) attiv(i) għandha tiġi determinata.
Għall-mikroorganiżmi: in-numru ta’ ċelloli vijabbli jew żgħar riproduttivi mfissra bħala CFU għal kull gramma għandhom jiġu determinati.
Għall-enżimi: kull attività (ewlenija) dikjarata għandha tiġi deskritta u għandu jingħata n-numru ta’ unitajiet ta’ kull attività fil-prodott finali. L-attivitajiet rilevanti sekondarji għandhom jissemmew ukoll. L-unitajiet ta’ attività għandhom jiġu mfissra u preferibbilment bħala μmoles ta’ prodott rilaxxati kull minuta mis-sottostrata, billi jiġu indikati wkoll il-pH u t-temperatura.
Jekk il-komponent attiv ta’ l-addittiv ikun taħlita tas-sustanzi jew l-aġenti attivi, li kull wieħed minnhom jista' jiġi definit sew (b'mod kwalitattiv u kwantitattiv), il-komponenti tas-sustanza(/i) attivi/l-aġent(i) attivi jridu jiġu deskritti separatament u jridu jingħataw il-proporzjonijiet fit-taħlita.
Taħlitiet oħra li fihom il-kostitwenti ma jistgħux jiġu deskritti b'formula kimika waħda u/jew fejn mhux kollha jistgħu jiġu identifikati għandhom jiġu karatterizzati bil-kostitwent(i) li jikkontribwixxu għall-attività tiegħu u/jew il-kostitwent(i) tipiċi maġġuri.
Mingħajr preġudizzju għal kull talba għal informazzjoni supplimentari magħmula mill-Awtorità skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, l-applikant jista’ jħalli barra d-deskrizzjoni ta’ komponenti oħra li ma għandhomx tħassib dwar is-sigurtà barra s-sustanzi attivi jew l-aġenti attivi għall-addittivi li mhumiex fil-kategoriji ta’ addittivi żootekniċi, coocidiostats u histomonostats, u li mhumiex fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Minkejja dan, l-istudji kollha rappurtati fid-dossier iridu jkunu bbażati fuq l-addittiv proprja mitlub għall-awtorizzazzjoni u jistgħu jagħtu informazzjoni dwar preparazzjonijiet oħra differenti possibbli li jistgħu jsiru. Jista’ jitħalla identifikatur minn ġewwa, li jkun infilsat f’dokumenti ta’ partijiet terzi, u tkun meħtieġa stqarrija biex telenka l-identifikaturi u biex tikkonferma li l-identifikatur(i) jirreferi(/u) għall-formulazzjoni(jiet) li għaliha/għalihom issir ir-rikjesta.
2.1.4. Purità
L-applikant għandu jidentifika u jikkwantifika l-impurtajiet kimiċi u mikrobiċi, sustanzi b’karatteristiċi tossiċi jew oħrajn mhux mixtieqa li huma miżjuda intenzjonalment u li ma jikkontribwixxux għall-attività ta’ l-addittiv. Barra minn dan, għal prodotti ta’ fermentazzjoni, l-applikant għandu jikkonferma n-nuqqas ta’ organiżmi ta’ produzzjoni fl-addittiv. Il-protokoll użat għall-iscreening ta’ rutina ta’ kunsinni tal-produzzjoni għal kontaminanti u l-impuritajiet għandu jiġi deskritt.
Id-data kollha mogħtija għandha tappoġġja l-proposta għal speċifikazzjoni ta’ l-addittiv.
Rekwiżiti speċifiċi li jiddependu fuq il-proċess ta’ produzzjoni, li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti, huma mniżżla hawn taħt.
2.1.4.1. L-addittivi li l-awtorizzazzjoni tagħhom hi marbuta ma’ detentur ta’ awtorizzazzjoni.
Għal dawk l-addittivi li l-awtorizzazzjoni tagħhom hi marbuta ma’ detentur ta’ awtorizzazzjoni, għandha tingħata, l-informazzjoni kollha marbuta mal-proċess speċifiku użat mill-fabbrikant, abbażi ta' standards eżistenti użati għall-finijiet oħra relatati. Il-Kumitat Konġunt ta’ Esperti tal-FAO/WHO dwar l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-Addittivi fl-Ikel (JECFA) jew l-ispeċifikazzjonijiet mill-awtorizzazzjonijiet ta' l-addittivi fl-ikel tal-Komunità Ewropea jista' jintuża.
2.1.4.2. Addittivi li l-awtorizzazzjoni tagħhom mhix marbuta ma’ detentur ta’ awtorizzazzjoni
Għall-addittivi fl-ikel li l-awtorizzazzjoni tagħhom mhix marbuta ma’ detentur ta' awtorizzazzjoni, jistgħu jintużaw l-istandards eżistenti użati għal finijiet oħra, jew li għandhom speċifikazzjoni għall-addittivi fl-ikel kif awtorizzati fil-Komunità Ewropea jew mill-JECFA. Meta dawk l-istandards ma jeżistux, jew meta jkunu rilevanti għall-proċess ta’ fabbrikazzjoni, għandhom jiġu deskritti d-dettalji li ġejjin u l-konċentrazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu determinati:
L-għażla ta’ mikotossini għall-analiżi għandha ssir skond il-matrices differenti, fejn jixraq.
2.1.5. Stat fiżiku ta’ kull forma tal-prodott
Għall-preparazzjonijiet solidi għandha tingħata data dwar id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli, dwar id-densità tal-partikuli, dwar id-densità tal-kobor tagħhom, il-potenzjal li jsiru trab u l-użu ta' proċessi li jaffettwaw il-karatteristiċi fiżiċi tagħhom. Għall-preparazzjonijiet likwidi, għandha tingħata data dwar il-viskożità u t-tensjoni tal-wiċċ. Meta addittiv hu intiż li jintuża’ fl-ilma, għandha tintwera s-solubbiltà tiegħu jew safejn jista' jinfirex.
2.2. Karatterizzazzjoni tas-sustanza(/i) attiva/attivi/aġent(i) attiv(i)
2.2.1. Deskrizzjoni
Għandha tingħata deskrizzjoni kwalitattiva tas-sustanza attiva jew ta’ l-aġent attiv. Din għandha tinkludi purità u l-oriġini tas-sustanza jew ta’ l-aġent, flimkien ma’ kull karatteristika oħra rilevanti.
2.2.1.1. Sustanzi kimiċi
Sustanzi kimiċi definiti sew għandhom jiġu deskritti bl-isem ġeneriku, l-isem kimiku skond in-nomenklatura ta’ l-IUPAC (Unjoni Internazzjonali ta’ Kimika Pura u Applikata), ismijiet u abbrevjazzjonijiet oħra ġeneriċi internazzjonali u/jew in-Numru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS). Il-formula strutturali u molekulari flimkien mal-piż molekulari jridu jiġu inklużi.
Għal komposti definiti b’mod kimiku użati bħala ħwawar, in-numru tal-FLAVIS marbut mal-grupp kimiku rilevanti għandu jkun inkluż. Għall-estratti tal-pjanti jridu jiġu inklużi l-markaturi fitokimiċi.
It-taħliet li l-kostitwenti ta’ ġo fihom ma jistgħux jiġu deskritti b’formula kimika waħda u/jew mhux kollha jistgħu jiġu identifikati għandhom jiġu karatterizzati mill-kostitwent(i) li jikkontribwixxu għall-attività tagħha u/jew il-kostitwent(i) tipiċi maġġuri. Il-kompost tal-markatur għandu jiġi identifikat biex tkun tista’ tiġi evalwata l-istabbilità u biex jiġi provdut mezz ta’ traċċar.
Għall-enżimi u l-preparazzjonijiet ta' l-enżimi, in-numru u n-numru sistematiku propost mill-Unjoni Internazzjonali tal-Bijokimika (IUB) fl-iktar edizzjoni riċenti tan-“Nomenklatura ta' l-Enżimi” għandhom jingħataw għal kull attività ddikjarata. Għall-attivitajiet li għadhom mhumiex inklużi, għandu jintuża’ isem sistematiku konsistenti mar-regoli ta’ l-IUB tan-nomenklatura. Ismijiet trivjali huma aċċettabbli dejjem jekk mhumiex ambigwi u jintużaw b’mod konsistenti fid-dossier kollu, u jistgħu jiġu marbuta b’mod ċar ma’ l-isem sistematiku u n-numru ta’ l-IUB tagħhom hekk kif jissemmew l-ewwel. Trid tingħata l-oriġini bijoloġika ta' kull attività ta' l-enżimi.
Għandha tiġi deskritta wkoll l-oriġini mikrobika tas-sustanzi kimiċi magħmula mill-fermentazzjoni (ara 2.2.1.2 Mikroorganiżmi).
2.2.1.2. Mikroorganiżmi
Għall-mikroorganiżmi, sew jekk użati bħala prodott jew bħala razza tal-produzzjoni, għandha tingħata l-oriġini.
Għall-mikroorganiżmi użati bħala prodott jew bħala razza tal-produzzjoni, kull storja tal-modifikazzjoni għandha tiġi indikata. Għandhom jingħataw l-isem u l-klassifikazzjoni tassonimika ta’ kull mikro-organiżmu, skond l-aħħar informazzjoni ppubblikata fil-Kodiċijiet tan-Nomenklatura Internazzjonali (ICN). Ir-razez mikrobijali għandhom jiġu depożitati f'kollezzjoni tal-kultura rikonoxxuta b'mod internazzjonali (preferibbilment fl-Unjoni Ewropea) u miżmuma mill-kollezzjoni tal-kultura għall-ħajja awtorizzata ta' l-addittiv. Għandu jingħata ċertifikat tad-depożitu mill-kollezzjoni, li għandu jispeċifika n-numru ta’ aċċess li taħtu hi miżmuma r-razza. Barra minn hekk, il-karatteristiċi kollha rilevanti morfoloġiċi, fiżjoloġiċi u molekulari li jagħtu l-identifikazzjoni unika tar-razza u l-mezzi biex jikkonfermaw l-istabbilità ġenetika tagħha għandhom jiġu deskritti. Għall-GMOs għandha tingħata d-deskrizzjoni tal-modifikazzjonijiet ġenetiċi. L-identifikatur uniku għal kull GMO, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 ta’ l-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-għoti ta’ identifikaturi uniċi għall-organiżmi modifikati ġenetikament, għandu jkun inkluż.
2.2.2. Karatteristiċi rilevanti
2.2.2.1. Sustanzi kimiċi
Għandha tingħata deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi. Il-kostanti tad-dissoċjazzjoni, il-pKa, il-karatteristiċi elettrostatiċi, it-temperatura ta’ meta jinħall, it-temperatura ta’ meta jagħli, id-densità, il-pressjoni tal-fwar, is-solubbiltà fl-ilma u fis-solventi organiċi, Kow u Kd/Koc, l-ispettometrija globali u l-ispettra ta’ l-assorbiment, id-data dwar l-NMR, iżomeri possibbli u kull karatteristika oħra fiżika adattata għandha tingħata, fejn jixraq.
Is-sustanza prodotta permezz tal-fermentazzjoni ma għandux ikun fiha attivitajiet mikrobiċi rilevanti għall-użu ta’ antibijotiċi fin-nies jew fl-annimali.
2.2.2.2. Mikroorganiżmi
2.3. Proċess ta’ fabbrikazzjoni, inkluż kull proċedura speċifika ta’ l-ipproċessar
Biex jiġu definiti l-punti kritiċi tal-proċess li jista' jkollhom influwenza fuq il-purità tas-sustanza attiva/aġent(i) attiv(i) jew l-addittiv għandha tingħata deskrizzjoni tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni. Għandha tingħata karta bid-data dwar is-sigurtà tal-materjal tal-kimiċi użati fil-proċess ta' produzzjoni.
2.3.1. Sustanza(/i)/aġent(i) attivi
Għandha tiġi sottomessa deskrizzjoni tal-proċess ta’ produzzjoni (eż. sintesi kimika, fermentazzjoni, kultivazzjoni, estrazzjoni minn materjal organiku jew distillazzjoni) użata fit-tħejjija tas-sustana(/i)/aġent(i) attivi ta’ l-addittiv, jekk jixraq permezz ta’ flowchart. Il-kompożizzjoni tal-mezz ta’ fermentazzjoni/kultivazzjoni għandha tingħata. Għandhom jiġu deskritti sew il-metodi ta’ purifikazzjoni.
Għall-Mikroorganiżmi Modifikati Ġenetikament (GMMs), użati bħala sors ta’ addittivi u mkabbra f’kondizzjonijiet kontrollati, tapplika d-Direttiva 90/219/KE ( 11 ). Għandha tiġi inkluża deskrizzjoni tal-proċessi ta’ fermentazzjoni (mezz ta’ kultura, kondizzjoni tal-fermentazzjoni u l-ipproċessar ‘l bogħod mis-sors tal-prodotti ta’ fermentazzjoni).
2.3.2. Addittiv
Għandha tiġi sottomessa deskrizzjoni dettaljata tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni ta’ l-addittiv. L-istadji prinċipali fil-preparazzjoni ta’ l-addittiv inkluż il-punt(i) ta’ introduzzjoni tas-sustanza(/i)/aġent(i) attivi u ta’ komponenti oħra, u kull pass ta’ l-ipproċessar sussegwenti li jaffettwa l-preparazzjoni ta’ l-addittiv għandhom jingħataw, jekk jixraq permezz ta’ flowchart.
2.4. Karatteristiċi fiżikokimiċi u teknoloġiċi ta’ l-addittiv
2.4.1. Stabbilità
L-istabbilità hi ġeneralment imkejla billi tiġi segwita b'mod analitiku s-sustanza(/i)/aġent(i) attivi jew l-attività/vijabbiltà tagħhom. Għall-enżimi, l-istabbilità tista’ tiġi mfissra f’termini ta’ telf ta’ attività katalitika; għall-mikroorganiżmi f’termini ta’ telf ta’ vijabbiltà; għas-sustanzi tal-ħwawar f’termini tat-telf tat-togħma. Għal taħlitiet/estratti kimiċi oħra l-istabbilità tista’ tiġi evalwata billi tiġi sorveljata l-konċentrazzjoni ta’ wieħed jew aktar mis-sustanzi markaturi adattati.
L-istabbilità ta’ l-addittiv
L-istabbilità ta’ kull formulazzjoni ta’ l-addittiv, meta jiġi espost għal kondizzjonijiet ambjentali differenti (dawl, temperatura, pH, umdità, ossiġnu u materjal ta’ l-ippakkjar) għandha tiġi studjata. Kemm hu mistenni li jservi fuq l-ixkafef l-addittiv kif jinbiegħ għandha tkun ibbażata fuq talanqas żewġ sitwazzjonijiet mudell li jkopru l-firxa ta' kondizzjonijiet dwar l-użu li x'aktarx ikun hemm (eż., 25 oC, 60 % umdità relattiva ta’ l-arja (HR) u 40 oC, 75 % HR)
L-istabbilità ta’ l-addittiv użat f’taħlitiet minn qabel u f’oġġetti ta’ l-ikel.
Għall-addittivi użati f'taħlitiet minn qabel u f'oġġetti ta' l-ikel, minbarra l-komposti tal-ħwawar, l-istabbilità ta' kull formulazzjoni ta' l-addittiv għandha tiġi studjata taħt kondizzjonijiet komuni ta’ fabbrikazzjoni u ħżin tat-taħlitiet minn qabel u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. Studji dwar l-istabbilità f’taħlitiet minn qabel għandhom ikunu twal talanqas sitt xhur. L-istabbilità għandha tiġi ttestjata preferibbilment bit-taħlitiet minn qabel li fihom elementi traċċa; inkella l-addittiv għandu jiġi ttikkettjat bħala “li ma għandux jitħallat ma’ elementi traċċa”.
L-istudji dwar l-istabbilità fl-oġġetti ta’ l-ikel normalment għandhom jestendu għal talanqas tliet xhur. L-istabbilità ġenerali għandha tiġi ċċekkjata fl-għalf maxx u f’forma ta’ pellets (inkluż l-influwenza tal-pelleting jew forom oħra ta’ trattament) għall-ispeċi ta’ l-annimali ewlenin tat-talba.
Għall-addittivi intiżi li jintużaw fl-ilma, l-istabbilità ta' kull formulazzjoni ta' l-addittiv li trid tiġi studjata fl-ilma taħt kondizzjonijiet li jissimulaw l-użu prattiku.
Fejn ikun hemm telf fl-istabbilità, u fejn jixraq, għandha tiġi karatterizzata d-degradazzjoni potenzjali jew il-prodotti ta’ dekompożizzjoni.
Għandha tingħata data mill-analiżi li tinkludi talanqas osservazzjoni waħda fil-bidu u waħda fl-aħħar tal-perjodu tal-ħżin.
Fejn jixraq, l-istudji għandu jkun fihom il-kompożizzjoni dettaljata kwantittativa u kwalitattiva tat-taħlitiet minn qabel jew ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel użati għall-provi.
2.4.2. Omoġenità
Trid tintwera l-kapaċità tad-distribuzzjoni omoġena ta’ l-addittiv ta’ l-għalf (minbarra komposti tal-ħwawar) f’taħlitiet minn qabel, oġġetti ta’ l-ikel jew l-ilma.
2.4.3. Karatteristiċi oħra
Karatteristiċi oħra, bħall-potenzjal li jsiru trab, il-karatteristiċi elettrostatiċi jew it-tferrix fil-likwidi jridu jiġu deskritti.
2.4.4. Inkompatibbiltajiet jew interazzjonijiet fiżiko-kimiċi
L-inkompatibbiltajiet jew l-interazzjonijiet fiżiko-kimiċi li jistgħu jkunu mistennija ma’ l-għalf, il-ġarriera, addittivi oħra approvati, jew prodotti mediċinali jridu jintwerew.
2.5. Kondizzjonijiet dwar l-użu ta’ l-addittiv
2.5.1. Mod ta’ użu propost fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali
L-ispeċi ta’ l-annimali jew il-kategoriji, il-grupp ta’ l-etajiet jew l-istadju ta’ produzzjoni ta’ l-annimali għandha tintwera skond il-kategoriji mniżżla fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jissemmew kontraindikazzjonijiet li jista’ jkun hemm. L-użu propost, fl-għalf jew fl-ilma għandu jkun definit.
Għandhom jingħataw id-dettalji tal-metodu ta’ amministrazzjoni propost u l-livell ta’ inklużjoni għal taħlitiet minn qabel, oġġetti ta' l-ikel jew ilma tax-xorb. Barra minn hekk, id-doża proposta fl-għalf komplut u t-tul taż-żmien propost biex tiġi amministrata u l-perjodu ta’ rtirar propost irid jingħata fejn jixraq. Hi meħtieġa ġustifikazzjoni fejn użu partikolari ta’ xi addittiv hu propost f’oġġetti ta’ l-ikel kumplimentari.
2.5.2. Informazzjoni marbuta mas-sigurtà ta’ l-utenti/tal-ħaddiema
2.5.2.1. Sustanzi kimiċi
Trid tingħata karta bid-data dwar is-sigurtà fformatjata skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE tal-5 ta’ Marzu 1991 li tiddefenixxi u tistipula l-arranġamenti dettaljati għal sistema ta’ informazzjoni speċifika marbuta ma’ preparazzjonijiet perikolużi fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 88/379/KEE ( 12 ). Jekk hemm bżonn, għandhom jiġu proposti miżuri għall-prevenzjoni ta' riskji tax-xogħol u mezzi ta' protezzjoni waqt il-fabbrikazzjoni, it-tqandil, l-użu u r-rimi.
2.5.2.2. Mikroorganiżmi
Għandha tiġi sottomessa klassifikazzjoni skond id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji marbuta ma’ l-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE ( 13 ). Fil-każ tal-mikroorganiżmi li mhumiex klassifikati fil-grupp 1 f'din id-Direttiva, għandha tingħata informazzjoni lill-klijenti biex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni rilevanti għall-ħaddiema tagħhom, kif imfissra fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva msemmija.
2.5.2.3. Rekwiżiti dwar it-tikkettjar
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar u l-ippakkjar stipulati fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kull rekwiżit speċifiku dwar it-tikkettjar u, fejn jixraq, kondizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu u t-tqandil (inkluż inkompatibbiltajiet u kontroindikazzjonijiet magħrufa) u struzzjonijiet dwar l-użu xieraq għandhom jiġu indikati.
2.6. Metodi ta’ analiżi u kampjuni ta’ referenza
Il-metodi ta’ analiżi għandhom jiġu sottomessi fil-format standard kif rakkomandat minn ISO (jiġifieri ISO 78-2).
Skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u r-Regolament (KE) Nru 378/2005, il-metodi ta' analiżi inklużi f'din it-taqsima għandhom jiġu evalwati mis-CRL. Is-CRL għandha tissottometti lill-Awtorità rapport ta’ evalwazzjoni li jindika jekk dawk il-metodi humiex adattati biex jintużaw f’kontrolli uffiċjali ta’ l-addittiv ta’ l-għalf li hu l-għan ta’ l-applikazzjoni. L-evalwazzjoni tas-CRL għandha tiffoka fuq il-metodi speċifikati fit-taqsimiet 2.6.1 u 2.6.2.
Jekk MRL ġie stabbilit għas-sustanza mmirata ta' l-applikazzjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għat-twaqqif ta' limiti ta' residwi massimi ta' prodotti veterinarji mediċinali fl-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin mill-annimali tas-26 ta' Ġunju 1990 ( 14 ), it-taqsima 2.6.2 ma tkunx soġġetta għal evalwazzjoni mis-CRL. L-applikant għandu jibni t-taqsima 2.6.2 billi jipprovdi l-istess metodu, l-istess informazzjoni u dettalji (inkluż aġġornamenti rilevanti) għal sottomissjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) skond l-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u skond “Avviż għall-Applikanti u Linji ta’ Gwida”, Volum 8 tas-serje “Regoli li jirregolaw il-prodotti mediċinali fl-Unjoni Ewropea”.
Jistgħu jiġu inklużi wkoll fl-evalwazzjoni l-metodi analitiċi deskritti f’2.6.3, jekk jitqies meħtieġ mis-CRL, mill-Awtorità jew mill-Kummissjoni.
Skond ir-Regolament (KE) Nru 378/2005, l-applikant għandu jipprovdi kampjuni ta’ referenza direttament lis-CRL qabel l-evalwazzjoni tad-dossier tekniku, u l-kampjuni ta’ sostituzzjoni qabel id-data ta’ l-iskadenza.
L-applikanti għandhom jirreferu għall-gwida dettaljata provduta mis-CRL skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 378/2005.
2.6.1. Metodi ta’ analiżi għas-sustanza attiva
Il-karatterizzazzjoni dettaljata tal-metodu(/i) analitiku/analitiċi kwalitattiv(i) u, fejn japplika, kwantitattiv(i) biex tiġi determinata l-konformità mal-livelli massimi jew minimi proposti tas-sustanza(/i) attivi/aġent(i) attivi fl-addittiv, fit-taħlitiet minn qabel, fl-oġġetti ta’ l-ikel u, fejn jixraq, fl-ilma, għandha tiġi provduta.
2.6.1.1. Dawn il-metodi għandhom jilħqu l-istess rekwiżit bħal dawk għall-metodi ta’ analiżi użati għall-fini ta’ kontrolli uffiċjali stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. B’mod partikolari għandhom jilħqu talanqas wieħed minn dawn li ġejjin rikjesti:
2.6.1.2. Il-karatterizzazzjoni dettaljata tal-metodu(/i) għandha tinkludi l-karatteristiċi xierqa stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
2.6.1.3. Il-karatteristiċi ta’ kif jaħdmu metodi validati internament għandhom jiġu verifikati billi jiġi ttestjat il-metodu f’laboratorju ieħor akkreditat, u indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet għandhom jingħataw flimkien ma’ kull informazzjoni oħra li tappoġġja t-trasferibbiltà tal-metodu għal laboratorju ta' kontroll uffiċjali. Għal raġunijiet ta’ indipendenza u involviment fl-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni provduta mill-applikant, fejn it-tieni laboratorju huwa laboratorju li qed jipparteċipa fil-konsorzju ta' Laboratorji ta' Referenza Nazzjonali (NRLs) li jgħinu s-CRL, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 378/2005, il-laboratorju għandu jibgħat dikjarazzjoni ta' interessi lis-CRL, hekk kif is-CRL jirċievi l-applikazzjoni, billi jiddeskrivi x-xogħol tal-laboratorju fl-applikazzjoni u ma għandux jipparteċipa fl-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni.
2.6.1.4. Is-CRL jista’ jagħżel karatteristiċi adattati kif imsemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 fir-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu lill-Awtorità.
2.6.1.5. Il-kriterji ta’ ħidma għall-metodi għal gruppi speċifiċi ta’ sustanzi (eż. enżimi) jistgħu jiġu stabbiliti fil-gwida dettaljata provduta mis-CRL skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 378/2005.
2.6.2. Metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tar-residwi ta’ l-addittiv jew tal-metaboliti tiegħu fl-ikel
Għandha tingħata karatterizzazzjoni dettaljata tal-metodu(/i) analitiku/analitiċi kwalitattiv(i) u kwantitattiv(i) biex jiġu determinati r-residwi tal-markatur u/jew il-metaboliti ta' l-addittiv fit-tessuti mmirati u l-prodotti ta' l-annimali.
2.6.2.1. Dawn il-metodi għandhom jilħqu l-istess rekwiżiti bħal dawk għall-metodi ta’ analiżi użati għall-finijiet ta’ kontroll uffiċjali kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. B’mod partikolari, il-metodi għandhom jilħqu talanqas waħda mir-rekwiżiti msemmija f’2.6.1.1.
2.6.2.2. Il-karatterizzazzjoni dettaljata tal-metodu(/i) għandha tinkludi l-karatteristiċi adattati kif stipulati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u għandha tqis ir-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE ( 16 ). L-istess kriterji ta’ ħidma stipulati fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistipulaw il-metodi analitiċi li għandhom jintużaw biex jinstabu ċerti sustanzi u residwi tagħhom fi prodotti ta' annimali ħajjin skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE għandhom jitqiesu fejn jixraq.
Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ) għal kull metodu ma għandux jaqbeż nofs l-MRL korrispondenti u jrid jiġi validat f’firxa ta’ mill-anqas nofs sa darbtejn l-MRL.
2.6.2.3. Il-karatteristiċi ta’ kif jaħdmu metodi validati internament għandhom jiġu verifikati billi jiġi ttestjat il-metodu f'laboratorju ieħor, akkreditat u indipendenti. Għandhom jingħataw ir-riżultati ta' dawk it-testjiet. Għal raġunijiet ta’ indipendenza u involviment fl-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant, fejn it-tieni laboratorju huwa laboratorju li qed jipparteċipa fil-konsorzju ta’ Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza (NRLs) li jgħinu lis-CRL, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 378/2005, il-laboratorju għandu jibgħat dikjarazzjoni ta' interessi għas-CRL, hekk kif is-CRL jirċievi l-applikazzjoni, billi jiddeskrivi x-xogħol tal-laboratorju fl-applikazzjoni u ma għandux jipparteċipa fl-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni.
2.6.2.4. Is-CRL jista’ jagħżel karatteristiċi adattati minn dawk imsemmija taħt il-punt 2.6.2.2 fir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Awtorità.
2.6.2.5. Il-kriterji ta’ kif jaħdmu metodi għal gruppi speċifiċi ta’ sustanzi (eż. enżimi) jistgħu jiġu stabbiliti fil-gwida dettaljata provduta mis-CRL skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 378/2005.
2.6.3. Metodi ta’ l-analiżi marbuta ma’ l-identità u l-karatterizzazzjoni ta’ l-addittiv
L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-metodi użati biex jiġu determinati l-karatteristiċi mniżżla taħt il-punti 2.1.3, 2.1.4, 2.1.5, 2.2.2, 2.4.1, 2.4.2, 2.4.3, u 2.4.4.
Skond l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 378/2005, il-metodi sottomessi taħt din it-taqsima jistgħu wkoll jiġu evalwati jekk jitqiesu rilevanti mill-Awtorità jew mill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni.
Hu rakkomandat li l-metodi deskritti taħt din it-taqsima jiġu rikonoxxuti internazzjonalment. Għal dawk il-metodi li mhumiex rikonoxxuti internazzjonalment, il-metodi jridu jiġu deskritti għal kollox. F'dawk il-każijiet, l-istudji għandhom isiru minn laboratorji akkreditati u indipendenti u għandhom jiġu dokumentati skond standards ta' kwalità adattati (eż. GLP skond id-Direttiva 2004/10/KE jew standards ISO).
Il-metodi għall-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni ta' l-addittiv għandhom jilħqu l-istess rekwiżiti bħal dawk għal metodi ta' analiżi użati għal finijiet ta' kontrolli uffiċjali kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, speċjalment fejn ir-rekwiżiti legali huma stabbiliti (eż. impuritajiet, sustanzi mhux mixtieqa).
3. TAQISMA III: STUDJI LI JIKKONĊERNAW IS-SIGURTA' TA’ L-ADDITTIV
L-istudji inklużi f’din it-taqsima u fl-Annessi speċifiċi huma intiżi biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni ta’:
3.1. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà fl-użu ta' l-addittiv għall-annimali mmirati
L-istudji mdaħħla f’din it-taqsima huma intiżi biex jevalwaw:
3.1.1. Studji ta’ tolleranza għall-ispeċi mmirati
L-għan tat-test tat-tolleranza huwa li jipprovdi evalwazzjoni limitata tat-tossiċità immedjata ta’ l-addittiv għall-annimali mmirati. Hi użata wkoll biex tistabbilixxi marġni tas-sigurtà, jekk l-addittiv jiġi kkonsmat f'dożi ogħla minn dawk rakkomandati. Dawn it-testjiet ta’ tolleranza jridu jsiru biex jipprovdu evidenza għas-sigurtà ta' kull wieħed mill-ispeċi mmirati/kategoriji ta' annimali li għalihom issir talba. F’xi każijiet hu aċċettabbli li jiddaħħlu xi elementi tat-test tat-tolleranza f’wieħed mill-provi ta’ effikaċja dejjem jekk ir-rekwiżiti mogħtija hawn taħt għal dawn it-testjiet jintlaħqu. L-istudji kollha rapportati f’din it-taqsima jridu jkunu bbażati fuq l-addittiv deskritt fit-Taqsima II.
3.1.1.1. Id-disinn ta’ test tat-tolleranza jinkludi minimu ta’ tliet gruppi:
Fil-grupp esperimentali l-addittiv għandu jingħata ġeneralment f’għaxar darbiet l-ogħla doża rakkomandata. L-annimali tat-test għandhom jiġu sorveljati ta’ spiss għal evidenza viżwali ta’ effetti kliniċi, karatteristiċi dwar il-ħidma tagħhom, kwalità tal-prodott fejn rilevanti, l-ematoloġija u l-kimika tad-demm ta' spiss u għal parametri oħra li x'aktarx ikunu marbuta mal-karatteristiċi bijoloġiċi ta' l-addittiv. Għandhom jitqiesu punti aħħarija kritiċi mill-istudji tossikoloġiċi fuq l-annimali tal-laboratorju. Kull effett ħażin misjub waqt il-provi ta' effikaċja għandu wkoll jiġi rappurtat f'din it-taqsima. Imwiet bla spjegazzjoni fit-test ta' tolleranza għandhom jiġu investigati minn nekropsi u, jekk jixraq, mill-istoloġija.
Jekk jista’ jintwera li 100 darba d-doża massima rakkomandata, l-ebda ematoloġija jew test tal-kimika rutina ma jkun meħtieġ. Jekk il-prodott huwa tollerat biss fuq livell ibaxx minn għaxar darbiet l-ogħla doża rakkomandata, l-istudju għandu jkun iddisinjat b’tali mod li l-livell ta’ sigurtà għall-addittiv jista’ jiġi kkalkulat u punti aħħarija oħra (permezz tan-nekropsi, l-istoloġija jekk rilevanti, u kriterji oħra adattati) għandhom jiġu deskritti.
Għal xi addittivi li jiddependu fuq it-tossikoloġija tagħhom u l-metaboliżmu jew l-użu, jista' ma jkunx hemm bżonn li jsiru testijiet ta’ tolleranza.
Id-disinn sperimentali użat irid jinkludi konsiderazzjoni ta’ saħħa statistika biżżejjed.
3.1.1.2. Tul ta’ żmien tal-provi ta’ tolleranza
Tabella 1
Tul ta’ żmien għall-provi ta’ tolleranza: Ħnieżer
Annimali mmirati |
Tul taż-żmien ta’ l-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
Ħnieżer żgħar |
14-il ġurnata |
Preferibbilment minn 14-il ġurnata sa meta jkunu frieħ |
Frieħ tal-ħnieżer |
42 ġurnata |
Għal 42 ġurnata wara li jkunu frieħ |
Ħnieżer għas-simna |
42 ġurnata |
Il-piż tagħhom fil-bidu ta’ l-istudju ≤ 35 kg |
Ħnieżer għar-riproduzzjoni |
1 ċiklu |
Mill-inseminazzjoni sa l-aħħar tal-perjodu meta jkunu frieħ |
Jekk ikun hemm applikazzjoni għal ħnieżer mhux miftumin u l-frieħ tal-ħnieżer, studju mħallat (14-il ġurnata l-ħnieżer mhux miftumin u 28 ġurnata l-frieħ tal-ħnieżer) għandu jkun biżżejjed. Jekk ingħatat it-tolleranza għall-frieħ tal-ħnieżer, ma jkun meħtieġ l-ebda studju separat għall-ħnieżer tas-simna.
Tabella 2
Tul taż-żmien tal-provi ta’ tolleranza: Tjur
Annimali mmirati |
Tul taż-żmien ta' l-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
Tiġieġ għas-simna/imkabbra għal bajd |
35 ġurnata |
Mindu jfaqqsu |
Tiġieġ tal-bajd |
56 ġurnata |
Preferibbilment matul l-ewwel terz taż-żmien tal-perjodu ta' meta jbidu |
Dundjani għas-simna |
42 ġurnata |
Mit-tfaqqis |
Id-data dwar it-tolleranza minn tiġieġ għas-simna jew dundjani għas-simna tista’ tintuża biex turi t-tolleranza għat-tiġieġ jew dundjani mkabbra biex ibidu/jiġu mgħammra rispettivament.
Tabella 2
Tul taż-żmien tal-provi ta’ tolleranza: Bovini
Annimali mmirati |
Tul taż-żmien ta’ l-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
Għoġġiela għas-simna |
28 ġurnata |
Piż tagħhom inizjali ≤ 70 kg |
Għoġġiela għat-tkabbir; baqar għas-simna jew għar-riproduzzjoni |
42 ġurnata |
|
Baqar tal-ħalib |
56 ġurnata |
|
Jekk saret applikazzjoni għall-għoġġiela għat-tkabbir u l-għoġġiela għas-simna, studju mħallat (28 ġurnata għal kull perjodu) jitqies biżżejjed.
Tabella 3
Tul taż-żmien għall-provi ta’ tolleranza: Ngħaġ
Annimali mmirati |
Tul taż-żmien għall-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
Ħrief għat-tkabbir u għas-simna |
28 ġurnata |
|
Tabella 4
Tul ta’ żmien għall-provi ta’ tolleranza: Salmonidae u ħut ieħor
Annimali mmirati |
Tul ta’ żmien għall-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
Salamun u trota |
90 ġurnata |
|
Bħala alternattiva għat-tul ta’ żmien ta’ 90 ġurnata, jista’ jsir studju fejn il-ħut iżid il-piż inizjali tiegħu fil-bidu tal-prova b’talanqas fattur ta’ tnejn.
Jekk l-addittiv hu intiż li jintuża għall-istokk tat-tfaqqis biss, it-testijiet ta’ tolleranza għandhom isiru qrib kemm jista’ jkun tal-perjodu tat-tfaqqis. It-testijiet ta’ tolleranza għandhom itulu 90 ġurnata u għandha tingħata attenzjoni għall-kwalità tal-bajd u għas-sopravivenza tiegħu.
Tabella 5
Tul ta’ żmien tal-provi ta’ tolleranza: Annimali domestiċi u annimali oħra li ma jipproduċux ikel
Annimali mmirati |
Tul ta’ żmien għall-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
Klieb u qtates |
28 ġurnata |
|
Tabella 6
Tul ta’ żmien għall-provi ta’ tolleranza: Fniek
Annimali mmirati |
Tul ta’ żmien ta’ l-istudji |
Karatteristika ta’ l-annimali mmirati |
Fniek għas-simna |
28 ġurnata |
|
Fniek għat-tgħammir |
1 ċiklu |
Mill-inseminazzjoni sa l-aħħar tal-perjodu ta’ meta jkunu frieħ |
Jekk issir applikazzjoni għat-trabi tal-fniek mhux miftumin u għall-frieħ, perjodu ta’ 49 ġurnata (li jibda ġimgħa wara t-twelid) għandu jkun biżżejjed u jrid jinkludi fenkiet sakemm isiru frieħ.
Jekk jiġi applikat addittiv għal perjodu speċifiku u iqsar minn dak mogħti mid-definizzjoni tal-kategorija ta' annimali, hu għandu jiġi amministrat skond il-kondizzjonijiet ta' użu proposti. Minkejja dan, il-perjodu ta’ osservazzjoni ma għandux ikun iqsar minn 28 ġurnata u għandu jinvolvi l-punt aħħari rilevanti (eż. għall-ħnieżer għar-riproduzzjoni n-numru ta’ frieħ ħnieżer li twieldu ħajjin meta jitqies il-perjodu ta’ ġestazzjoni, jew in-numru u l-piż ta’ ħnieżer żgħar frieħ meta jitqies il-perjodu ta’ treddigħ).
3.1.1.3. Kondizzjonijiet sperimentali
L-istudji għandhom jiġu rappurtati b’mod individwali, billi jagħtu d-dettalji tal-gruppi kollha esperimentali. Il-protokoll tal-prova għandu jiġi mfassal b'attenzjoni fir-rigward tad-data ġenerali deskrittiva. B’mod partikolari, għandu jiġi rekordjat dan li ġej:
qatgħa jew merħla: post u daqs; kondizzjonijiet ta’ l-għalf u trobbija, metodu ta’ għalf, għal speċi akwatiċi, daqs u numru ta’ tankijiet jew biċċiet ta’ art b’ilqugħ fir-razzett, kondizzjonijiet tad-dawl u kwalità ta’ l-ilma inkluż it-temperatura ta’ l-ilma u s-salinità;
annimali: speċi (għall-ispeċi akwatiċi intiżi li jiġi kkunsmati min-nies għandha ssir identifikazzjoni permezz ta’ l-isem popolari flimkien mal-binomju Latin fil-parentesi), razza, età (daqs għall-ispeċi akwatiċi), sess, proċedura ta’ identifikazzjoni, stadju fiżjoloġiku u saħħa ġenerali;
id-data u t-tul taż-żmien eżatt għall-ittestjar: id-data u n-natura ta’ l-eżamijiet li jsiru;
id-dieti: deskrizzjoni tal-fabbrikazzjoni u l-kompożizzjoni kwantitattiva tad-dieta(/i) fir-rigward ta’ l-ingredjenti użati, nutrijenti rilevanti (valuri analizzati) u enerġija. Rekords dwar il-konsum ta’ l-għalf;
konċentrazzjoni tas-sustanza(/i) attivi jew l-aġent(i) attivi (u, f’tali każ, is-sustanzi użati għal finijiet komparattivi) fl-oġġetti ta' l-ikel għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' analiżi tal-kontroll, bl-użu ta' metodi adattati rikonoxxuti: numru(/i) ta’ referenza tal-kunsinni;
numru tat-test u tal-gruppi ta’ kontroll, numru ta’ l-annimali f’kull grupp: in-numru ta’ annimali involuti fil-provi jrid jippermetti li ssir analiżi statistika. Il-metodi ta’ l-evalwazzjoni statistika użati għandhom jingħataw. Ir-rapport għandu jinkludi l-annimali kollha u/jew l-unitajiet sperimentali involuti fil-provi. Il-każijiet li ma jistgħux jiġu evalwati minħabba nuqqas jew telf ta’ data għandhom jiġu rappurtati, u d-distribuzzjoni tagħhom fil-gruppi ta’ annimali tiġi kklassfikata;
it-teħid tal-ħin u l-prevalenza ta’ xi konsegwenzi mhux mixtieqa ta’ trattament f’individwi jew gruppi jridu jiġu rappurtati (agħti d-dettalji tal-programm ta’ osservazzjoni użat fl-istudju); u
trattamenti terapewtiċi/preventivi, jekk hemm bżonn, ma għandhomx jitħalltu mal-mod ta' azzjoni propost ta' l-addittiv u għandhom jiġu rekordjati individwalment.
3.1.2. Studji mikrobiċi
Għandhom jiġu provduti studji biex jiddeterminaw l-abbiltà ta’ l-addittiv li jinduċi reżistenza trasversalment għall-antibijotiċi użati fin-nies jew fil-mediċina veterinarja, biex jiġu magħżula r-razez ta' batterji li jirreżistu f’kondizzjonijiet veri fl-ispeċi mmirati, biex jagħtu lok għal effetti fuq patoġeni opportunistiċi li jkun hemm fis-sistema diġestiva, biex jikkawżaw it-twaqqigħ jew it-tneħħija tal-ħmieġ ta' mikroorganiżmi żoonotiċi.
Jekk is-sustanza(/i) attivi fihom attività antimikrobika fil-livell ta’ konċentrazzjoni ta’ l-għalf, għandha tiġi determinata l-konċentrazzjoni inibitorja minima (MIC) għal speċi ta’ batterji rilevanti, skond proċeduri standardizzati. Meta tintwera l-attività antimikrobika rilevanti, l-abbiltà ta’ l-addittiv biex jagħżel razez tal-batterji reżistenti in vitro u fl-ispeċi mmirati, u biex jinduċi kontro-reżistenza għall-antibijotiċi rilevanti għandha tiġi stabbilita ( 17 ).
It-testijiet fil-livell ta’ użu rakkomandat għandhom jiġu provduti għall-addittivi mikrobiċi kollha, u għal dawk l-addittivi li fihom jista’ jiġi antiċipat l-effett fuq il-mikroflora interni. Dawn l-istudji għandhom juru li l-użu ta’ l-addittiv ma joħloqx kondizzjonijiet li jwasslu għal tkabbir żejjed u twaqqigħ ta' mikroorganiżmi potenzjalment patoġeniċi.
L-għażla ta’ mikroorganiżmi li jridu jiġu monitorjati se tiddependi fuq l-ispeċi mmirati, iżda għandha tinkludi l-ispeċi żoonotiċi rilevanti, minkejja jekk jipproduċux sintomi fl-annimali mmirati jew le.
3.2. Studji li jikkonċernaw l-użu b’mod sigur ta’ l-addittiv għall-konsumaturi
L-għan huwa li tiġi evalwata s-sigurtà ta’ l-addittiv għall-konsumatur u li jiġu stabbiliti r-residwi potenzjali ta’ l-addittiv jew tal-metaboliti tiegħu fl-ikel li ġej mill-annimali minħabba l-għalf jew l-ilma li fih jew ġie trattat bl-addittiv.
3.2.1. Studji metaboliċi u dwar ir-residwi
L-għarfien tad-destin metaboliku ta' l-addittiv fl-ispeċi mmirati huwa pass determinanti fl-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tar-residwi fit-tessuti li jittieklu jew fi prodotti mnissla mill-annimali minħabba l-għalf jew l-ilma li fih l-addittiv. Iridu jiġu sottomessi studji li jikkonċernaw l-assorbiment, it-tqassim, il-metaboliżmu u t-tneħħija tal-ħmieġ tas-sustanza (u l-metaboliti tagħha).
Iridu jsiru studji bl-użu ta’ metodi tat-test validati internazzjonalment u għandhom isiru skond il-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ jew il-Linji ta’ Gwida ta’ l-OECD dwar id-dettalji metodoloġiċi u skond il-prinċipji tal-GLP. L-istudju għandu jirrispetta r-regoli dwar il-benessere ta’ l-annimali stipulati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja Ewropea, u ma għandhomx jiġu mtennija bla bżonn.
Studji metaboliċi u dwar ir-residwi fuq l-annimal(i) mmirati għandhom isiru bis-sustanza attiva mdaħħla fl-għalf (mhux mogħtija mill-ħaxix ta’ l-għalf sakemm ma tkunx ġustifikata kif suppost).
L-identifikazzjoni strutturali tal-metaboliti li jirrappreżentaw aktar minn 10 % tar-residwi totali fit-tessuti u prodotti li jittieklu u aktar minn 20 % tar-residwi totali fil-ħmieġ għandhom jiġu stabbiliti. Jekk il-mogħdija metabolika tas-sustanza attiva tqajjem xi tħassib tossikoloġiku, il-metaboliti taħt il-limiti t’hawn fuq għandhom jiġu identifikati.
L-istudji kinetiċi tar-residwi se jiffurmaw il-bażi biex tiġi kkalkulata l-espożizzjoni tal-konsumatur u jiġi stabbilit il-perjodu ta’ irtirar u l-MRLs, jekk hemm bżonn. Għandha tiġi provduta proposta għal markatur tar-residwi.
Għal xi addittivi, skond in-natura jew l-użu tagħhom, ma jkunx dejjem meħtieġ li jsiru studji metaboliċi u dwar ir-residwi.
3.2.1.1. Studji metaboliċi
L-għan ta’ l-istudji metaboliċi huwa li jevalwa l-assorbiment, id-distribuzzjoni, il-bijotrasformazzjoni u t-tneħħija ta’ l-addittiv fl-ispeċi mmirati.
L-istudji meħtieġa huma:
bilanċ metaboliku wara li tingħata doża waħda tas-sustanza attiva fid-dożi ta’ l-użu proposti (ammont totali li jikkorrispondi għall-konsum ta’ kuljum) u jekk jista’ jkun doża multipla (jekk ġustifikata) biex tiġi evalwata r-rata approssimattiva u d-daqs ta’ l-assorbiment, id-distribuzzjoni (plażma/demm) u t-tneħħija tal-ħmieġ (urina, bila, ħara, ħalib jew bajd, arja skaduta, tneħħija tal-ħmieġ mill-garġi) fl-annimali maskili u femminili, fejn jixraq; u
profili metaboliċi, identifikazzjoni tal-metabolit(i) fil-ħmieġ u t-tessuti u d-distribuzzjoni fit-tessuti u l-prodotti għandhom jiġu stabbiliti wara li tiġi amministrata doża ripetuta tal-kompost ittikketjat fuq l-annimali għall-istat kostanti (ekwilibriju metaboliku) identifikat mil-livelli tal-plażma. Id-doża applikata għandha tikkorrispondi ma’ l-ogħla doża proposta għall-użu, u għandha tiddaħħal fl-għalf.
3.2.1.2. Studji dwar ir-residwi
Għandu jitqies l-ammont u n-natura tar-residwi li ma jistgħux jiġu estratti fit-tessuti jew prodotti li jittieklu.
L-istudji dwar ir-residwi huma meħtieġa għas-sustanzi kollha li għalihom huma meħtieġa studji metaboliċi.
Jekk is-sustanza hija kostitwent naturali ta’ fluwidi tal-ġisem jew tat-tessuti jew hija preżenti b’mod naturali f’ammonti sinifikanti fl-ikel jew fl-oġġetti ta’ l-ikel, ir-rekwiżit għal studji dwar ir-residwi huwa limitat għall-paragun tal-livelli tat-tessut/prodott fi grupp mhux ittrattat u fil-grupp supplimentat bl-ogħla doża mitluba.
Għal speċi maġġuri, l-istudji għandhom jevalwaw fl-istess ħin ir-residwi totali li għandhom sinifikat tossikoloġiku u jidentifikaw il-markatur tar-residwi tas-sustanza attiva fit-tessut li jittiekel (fwied, kliewi, muskoli, ġilda, ġilda + xaħam) u prodotti (ħalib, bajd u għasel). Il-markatur tar-residwi huwa r-residwu magħżul għall-analiżi li l-konċentrazzjoni tiegħu għandha relazzjoni magħrufa mar-residwu totali ta’ tħassib tossikoloġiku fit-tessuti. L-istudji għandhom juru wkoll il-permanenza tar-residwi fit-tessuti jew prodotti biex jiġi stabbilit perjodu xieraq ta’ irtirar.
Biex jiġi determinat perjodu ta’ rtirar, in-numru minimu suġġerit ta’ kampjuni ta' l-annimali u/jew prodotti f'kull punt tal-ħin huma dawn li ġejjin:
Għandha tiġi meqjusa d-distribuzzjoni adattata skond is-sessi.
Ir-residwi għandhom jiġu mkejla f’ħin ta’ rtirar ta’ żero (stat stabbli) u talanqas tliet punti oħra tal-ħin kampjunarju.
Għandu jkun hemm provdut proposta għal markatur tar-residwi.
L-istudji dwar l-assorbiment, distribuzzjoni u tneħħija tal-ħmieġ, inkluż l-identifikazzjoni tal-metaboliti prinċipali jridu jsiru fuq l-ispeċi ta’ l-annimali fil-laboratorju li fihom inkiseb l-ibaxx NOAEL, jew b'difolt fil-far (iż-żewġ sessi). Studji oħra dwar metaboliti partikolari jistgħu jkunu meħtieġa jekk dawn il-metaboliti huma magħmula minn speċi mmirati u mhumiex iffurmati sa livell sinifikanti fl-ispeċi tal-laboratorju.
3.2.1.3. Studji metaboliċi u dwar id-dispożizzjoni
Għandu jsir studju dwar il-metaboliżmu inkluż il-bilanċ metaboliku, il-profil metaboliku u l-identifikazzjoni tal-metaboliti prinċipali fl-urina u fil-ħara. Jekk speċi ieħor tal-laboratorju juri differenza sinifikanti fis-sensittività mill-far, tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali.
3.2.1.4. Il-bijodisponibbiltà tar-residwi
L-evalwazzjoni tar-riskji għall-konsumaturi marbuta ma’ residwi marbuta fi prodotti ta’ l-annimali tista’ tqis il-fattur tas-sigurtà addizzjonali dwar id-determinazzjoni tal-bijodisponibbiltà tagħhom permezz ta’ annimali tal-laboratorju adattati u metodi rikonoxxuti.
3.2.2. Studji tossikoloġiċi
Is-sigurtà ta’ l-addittiv hi evalwata abbażi ta' l-istudji tossikoloġiċi magħmula in vitro u in vivo fuq annimali tal-laboratorju. Ġeneralment jinkludu l-kejl ta’:
tossiċità akuta;
ġenotossiċità (mutaġeniċità, klastoġeniċità);
tossiċità orali sub-kronika;
tossiċità orali kronika/karċinoġeniċità;
tossiċità tar-riproduzzjoni inkluż teratoġeniċità; u
studji oħra.
Studji oħra li jipprovdu informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tas-sustanza attiva u tar-residwi tagħha għandhom isiru jekk ikun hemm lok għal tħassib.
Abbażi tar-riżultati ta’ dawn l-istudji jrid jiġi stabbilit NOAEL tossikoloġiku.
Jistgħu jkunu meħtieġa studji fuq metaboliti partikolari jekk dawn il-metaboliti jsiru minn speċi mmirati u mhumiex iffurmati sa ammont sinifikanti fl-ispeċi tat-test tal-laboratorju. Jekk jeżistu studji metaboliċi dwar in-nies, għandha titqies id-data meta tiġi deċiża n-natura ta' studji addizzjonali eventwali.
L-istudji tossikoloġiċi jridu jsiru bis-sustanza attiva. Jekk is-sustanza attiva tinsab fi prodott tal-fermentazzjoni, il-prodott tal-fermentazzjoni għandu jiġi ttestjat. Il-prodott tal-fermentazzjoni ttestjat irid ikun identiku għal dak li jrid jintuża fil-prodott kummerċjali.
L-istudji jridu jsiru bl-użu ta’ metodi tat-test validati internazzjonalment u għandhom isiru skond il-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ jew il-Linji ta’ Gwida ta’ l-OECD għal dettalji metodoloġiċi u skond il-prinċipji tal-GLP. L-istudji li jinvolvu annimali fil-laboratorju għandhom jirrispettaw ir-regoli dwar il-benessri ta’ l-annimali stipulati bil-leġiżlazzjoni Ewropea u ma għandhomx jiġu mtennija bla bżonn.
3.2.2.1. Tossiċità akuta
Studji dwar it-tossiċità akuta huma meħtieġa biex jikklassifikaw u jipprovdu karatterizzazzjoni limitata tat-tossiċità tal-kompost.
Studji dwar it-tossiċità akuta għandhom isiru f’talaqas żewġ speċi mammiferi. Speċi wieħed tal-laboratorju jista' jiġi sostitwit bi speċi mmirata, jekk jixraq.
Mhux se jkun hemm bżonn li jiġi determinat LD50 preċiż; huwa biżżejjed li ssir determinazzjoni approssimattiva tad-doża minima letali. Id-doża massima ma għandhiex taqbeż l-2 000 mg/kg tal-piż tal-ġisem.
Sabiex jitnaqqas in-numru u s-sofferenza ta’ l-annimali involuti, qed jiġu żviluppati kontinwament protokolli ġodda għall-ittestjar tad-doża tat-tossiċità akuta. L-istudji magħmula minn dawn il-proċeduri l-ġodda se jiġu aċċettati, meta jiġu validati sew.
Il-Linjigwida ta’ l-OECD 402 (tossiċità tal-ġilda akuta), 420 (Metodu bid-Doża Fissa), 423 (Metodu tal-Klassi Tossiku Akut) u 425 (Proċedura ‘l Fuq u ‘l Isfel) għandhom ikunu segwiti.
3.2.2.2. Studji dwar il-ġenotossiċità inkluż il-mutaġeniċità
Biex ikunu identifikati s-sustanzi attivi u, jekk jixraq, il-metaboliti tagħhom u l-prodotti ta’ degradazzjoni b’karatteristiċi mutaġeniċi u ġenotossiċi, trid issir taħlita magħżula ta' testijiet tal-ġenotossiċità differenti. Jekk jixraq it-testijiet għandhom isiru mingħajr u bl-attivazzjoni mammifera metabolika u l-kompatibbiltà tal-materjal tat-test bis-sistema tat-test għandha titqies.
Is-sett prinċipali fih it-testijiet li ġejjin:
induzzjoni tal-mutazzjonijiet tal-ġene fil-batterji u/jew fiċ-ċelloli mammiferi (preferibbilment l-analiżi tal-limfoma fil-ġrieden tk);
induzzjoni ta’ l-aberazzjonijiet kromożomali fiċ-ċelloli mammiferi; u
test in vivo fi speċi mammiferi.
Jistgħu jkunu meħtieġa testijiet addizzjonali li jiddependu fuq ir-riżultat tat-testijiet imsemmija hawn fuq u li jqisu l-profil tossiku kollu tas-sustanza, kif ukoll ta’ l-użu intiż tiegħu.
Il-protokolli għandhom ikunu konformi mal-Linjigwida ta’ l-OECD 471 (Salmonella typhimurimu Test tal-Mutatazzjoni b’Lura), 472 (Escherichia coli Test tal-Mutazzjoni b’Lura), 473 (in vitro Test ta’ l-Aberrazzjoni Kromożali tal-Mammiferi), 474 (Test Mikronukleu ta' l-Erythrocyte tal-Mammiferi), 475 (Test ta' l-Aberrazzjoni Kromożali tal-Mudullun ta' l-Għadam tal-Mammiferi) 476 (in vitro Test tal-Mutazzjoni tal-Ġene taċ-Ċelloli Mammiferi) jew 482 (Sinteżi Mhux Skedata tad-DNA fiċ-Ċelloli Mammiferi in vitro), kif ukoll Linji ta' Gwida ta' l-OECD oħra rilevanti għal analiżi in vitro u in vivo.
3.2.2.3. Studji dwar it-tossiċità orali b’doża sub-kronika ripetuta
Biex jiġi investigat il-potenzjal sub-kroniku tas-sustanza attiva, talanqas irid jiġi sottomess studju wieħed fuq speċi ta’ annimali gerriema li jtulu talanqas 90 ġurnata. Jekk jitqies meħtieġ, irid isir studju ieħor bl-ispeċi li mhumiex tat-tip gerriema. L-oġġett tat-test irid isir b’mod orali b’talanqas tliet livelli flimkien ma’ grupp ikkontrollat biex jinkiseb rispons għad-doża. Id-doża massima normalment għandha tkun mistennija li tagħti evidenza ta' effetti ħżiena. L-ibaxx livell tad-doża ma għandux ikun mistenni li jipproduċi xi evidenza ta’ tossiċità.
Il-protokolli għal dawn l-istudji għandhom ikunu konformi mal-Linjigwida ta’ l-OECD 408 (annimali gerriema) jew 409 (annimali mhux gerriema).
3.2.2.4. Studji dwar it-tossiċità kronika orali (inkluż studji dwar il-karċinoġeniċità)
Biex ikun investigat il-potenzjal tossiku kroniku u l-potenzjal karċinoġeniku, irid isir studju tat-tossiċità kronika orali f'talanqas speċi wieħed, u għandu jkun twil talanqas 12-il xahar. L-ispeċi magħżula jridu jkunu l-aktar adattati abbażi tad-data xjentifika kollha disponibbli, inkluż ir-riżultati ta’ l-istudju ta’ 90 ġurnata. L-ispeċi b’difolt huwa l-far. Jekk ikun meħtieġ studju ieħor, għandu jintuża annimal gerriemi jew speċi mammiferu li mhux gerriem. L-oġġett tat-test irid isir b’mod orali b’talanqas tliet livelli flimkien ma’ grupp ikkontrollat biex tinkiseb rispons għad-doża.
Jekk l-istudju dwar it-tossiċità kroniku jiġi mħallat ma’ eżami tal-karċinoġeniċità, imbagħad it-tul għandu jiġi estiż għal 18-il xahar għall-ġrieden u l-ħamsters, u għal 24 xahar għall-firien.
L-istudji dwar il-karċinoġeniċità jistgħu ma jkunux meħtieġa jekk is-sustanza attiva u l-metaboliti tagħha:
kontinwament jagħtu riżultati negattivi fit-testijiet dwar il-ġenotossiċità;
mhux relatati strutturalment ma' karċinoġeni magħrufa; u
ma jagħtu l-ebda effetti indikattivi tan-neoplażja potenzjali fl-analiżi tat-tossiċità kronika.
Il-protokolli għandhom ikunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 452 (studju dwar it-tossiċità kronika) jew 453 (studju mħallat dwar it-tossiċità kronika/l-karċinoġenità).
3.2.2.5. Studji dwar it-tossiċità riproduttiva (inkluż studji dwar it-tossiċità li tiżviluppa qabel it-twelid)
Biex tkun identifikata l-ħsara possibbli għas-saħħa tal-funzjoni riproduttiva ta’ l-irġiel jew in-nisa jew effetti dannużi fuq wild il-bniedem li jirriżultaw mill-għoti tas-sustanza attiva, iridu jsiru studji dwar il-funzjoni riproduttiva permezz ta':
studju dwar it-tossiċità riproduttiva fuq żewġ ġenerazzjonijiet; u
studju dwar it-tossiċità li tiżviluppa qabel it-twelid (studju dwar it-teratoġeniċità).
Għal provi ġodda jistgħu jintużaw metodi alternattivi validati li jnaqqsu l-użu ta’ annimali.
3.2.2.5.1. Studju dwar it-tossiċità riproduttiva fuq żewġ ġenerazzjonijiet
L-istudji dwar il-funzjoni riproduttiva jridu jsiru u jestendu fuq talanqas żewġ ġenerazzjonijiet ta’ tfal (F1, F2) f’talanqas speċi waħda, normalment xi annimal gerriemi, u jistgħu jiġu mħallta ma' studju dwar it-teratoġeniċità. Is-sustanza investigata għandha tingħata oralment lill-irġiel u lin-nisa fi żmien adattat qabel it-tgħammir. L-għoti għandu jibqa' sejjer sakemm isiru l-frieħ il-ġenerazzjoni F2.
Il-fertilità kollha rilevanti, il-ġestazzjoni, meta twelid, l-imġiba materna, it-treddigħ, it-tkabbir u l-iżvilupp tat-tarbija F1 mill-fertilizzazzjoni sal-maturità u l-iżvilupp tat-tarbija F2 sa meta ssir ferħ irid jiġi osservat sew u rappurtat. Il-protokolli għall-istudju dwar it-tossiċità riproduttiva għandhom ikunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 416.
3.2.2.5.2. Studju dwar it-tossiċità li tiżviluppa qabel it-twelid (studju tat-teratoġeniċità)
L-għan huwa li jinstab kull effett ħażin fuq in-nisa tqal u fuq l-iżvilupp ta' l-embrijun u l-fetu b’riżultat ta' espożizzjoni mill-impjantazzjoni tul il-perjodu kollu ta' ġestazzjoni. Dawk l-effetti jinkludu tossiċità miżjuda fin-nisa tqal, mewt ta' embrijun-fetu, tibdil fit-tkabbir tal-fetu u abnormalitajiet strutturali u anomaliji fil-fetu.
Il-far huwa normalment l-ispeċi magħżul għall-ewwel studju. Jekk ikun osservat riżultat negattiv jew ekwivoku għat-teratoġeniċità, għandu jsir studju ieħor dwar it-tossiċità li tiżviluppa fi speċi ieħor, preferibbilment fil-fenek. Jekk l-istudju dwar il-far huwa pożittiv għat-teratoġeniċità, mhux meħtieġ studju fuq speċi oħra ħlief fejn reviżjoni ta' l-istudji kollha ewlenin tindika li l-ADI jkun ibbażat fuq it-teratoġeniċità fil-far. F’dak il-każ studju fi speċi oħra jkun meħtieġ biex jiddetermina l-aktar speċi sensittiva għal dan il-punt aħħari. Il-protokolli għandhom ikunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 414.
3.2.2.6. Studji oħra speċifiċi tossikoloġiċi u farmakoloġiċi
Għandhom isiru aktar studji li jipprovdu informazzjoni addizzjonali utli għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tas-sustanza attiva u tar-residwi tagħha jekk ikun hemm lok għal tħassib. Dawn l-istudji jistgħu jinkludu eżaminazzjoni ta’ l-effetti farmakoloġiċi, l-effetti fl-annimali mhux adulti (prepubertà), immunotossiċità jew newrotossiċità.
3.2.2.7. Determinazzjoni tal-Livelli Bla Ebda Effett Ħażin Osservat (NOAEL)
L-NOAEL hu ġeneralment ibbażat fuq effetti tossikoloġiċi, iżda l-effetti farmakoloġici jistgħu xi kultant ikunu aktar adattati.
L-NOAEL l-aktar baxx għandu jkun magħżul. Is-sejbiet kollha mit-taqsimiet ta’ qabel flimkien mad-data l-oħra kollha rilevanti ppubblikati (inkluż kull informazzjoni rilevanti dwar l-effetti tas-sustanza attiva fuq in-nies) u informazzjoni, fejn jixraq, dwar il-kimiċi li jkollhom struttura kimika relatata mill-qrib għandhom jitqiesu meta jiġi identifikat il-NOAEL l-aktar baxx, imfisser bħala mg għal kull kg ta' piż tal-ġisem fil-ġurnata.
3.2.3. Evalwazzjoni tas-sigurtà tal-konsumatur
Is-sigurtà tal-konsumatur hi evalwata b’paragun ta’ l-ADI stabbilit (Konsum Aċċettabbli għal Kuljum) u l-konsum teoretiku kkalkulat ta’ l-addittiv jew tal-metaboliti tiegħu mill-ikel. Fil-każ ta’ vitamini u elementi traċċa, l-UL (Livell Ogħla ta’ Konsum Tollerabbli) jista’ jintuża’ minflok l-ADI.
3.2.3.1. Proposta tal-Konsum Aċċettabbli għal Kuljum (ADI) għas-sustanza(/i) attiva(/i)
Il-Konsum Aċċettabbli għal Kuljum (ADI) (imfisser bħala mg ta’ addittiv jew materjal marbut ma’ l-addittiv għal kull persuna fil-ġurnata) hu mnissel billi jiġi diviż l-NOAEL l-aktar baxx (mg kull kg ta' piż tal-ġisem) b'fattur tas-sigurtà adattat u jiġi multiplikat bil-piż tal-ġisem medju tal-bniedem ta' 60 kg.
Fejn jixraq, għandu jiġi propost, ADI. ADI jista' wkoll ma “jkunx speċifikat” minħabba t-tossiċità baxxa fit-testijiet ta’ l-annimali. ADI ma għandux jiġi propost jekk is-sustanza turi l-karatteristiċi ġenotossiċi jew karċinoġeniċi rilevanti għan-nies.
L-iffissar ta’ ADI normalment jirrikjedi li jkun simili d-destin metaboliku tas-sustanza attiva fl-annimali fil-mira u fl-annimali tal-laboratorju (ara 3.2.1.4 Bijodisponibbiltà tar-residwi) li tiżgura li l-konsumaturi huma esposti għall-istess residwi bħall-annimali tal-laboratorju użati fi studji tossikoloġiċi. Jekk le, l-istudji addizzjonali fi speċi oħra ta’ annimali fil-laboratorju jew mal-metaboliti speċifiċi għall-ispeċi fil-mira jistgħu xorta jagħtu lok li jiġi ffissat ADI.
Il-fattur tas-sigurtà użat biex ikun determinat l-ADI għal addittiv partikolari jrid iqis in-natura ta’ l-effetti bijoloġiċi u l-kwalità tad-data użata biex tidentifika l-NOAEL, ir-rilevanza ta' dawn l-effetti fuq il-bniedem u r-riversibbiltà tagħhom u kull għarfien ta' l-effett(i) diretti tar-residwi fin-nies.
Għandu jintuża’ fattur tas-sigurtà ta’ mill-anqas 100 meta jiġi kkalkulat l-ADI (jekk ġie provdut pakkett tossikoloġiku sħiħ). Jekk teżisti data dwar is-sustanza attiva għan-nies, jista' jkun aċċettat fattur tas-sigurtà ibaxx. Fatturi tas-sigurtà ogħla jistgħu jiġu applikati biex iqisu s-sorsi addizzjonali tan-nuqqas ta’ ċertezza tad-data jew fejn l-NOAEL hu ssettjat abbażi tal-punt aħħari kritiku partikolari, bħat-teratoġeniċità.
3.2.3.2. Livell Ogħla ta’ Konsum Tollerabbli (UL)
Għal xi addittivi jista’ jkun aktar adattat li l-evalwazzjoni tas-sigurtà tiġi bbażata fuq l-UL, li huwa l-livell massimu ta’ konsum kroniku totali ta’ kuljum ta’ nutrijent (mis-sorsi kollha) ġudikati (minn korpi xjentifiċi nazzjonali jew internazzjonali) li ma għandhomx tendenza li jkunu ta’ riskju ta’ effetti ħżiena fuq is-saħħa għall-konsumaturi jew għal gruppi speċifiċi ta’ konsumaturi.
Id-dossier għandu jkun fih data li turi li l-użu ta’ l-addittiv jista’ jwassal għal qagħda li fih l-UL jista’ jinqabeż meta wieħed iqis is-sors kollha possibbli tan-nutrijent.
Jekk il-livelli tar-residwi li jirriżultaw ta' l-addittiv nutrizzjonali jew tal-metabolit(i) tiegħu fi prodotti li ġejjin mill-annimali huma ogħla minn dak li hu meqjus normali jew mistenni għal dawn il-prodotti, dan għandu jkun indikat sew.
3.2.3.3. Espożizzjoni tal-konsumatur
Il-konsum totali ta’ l-addittiv u/jew tal-metaboliti tiegħu mis-sorsi kollha mill-konsumatur għandu jkun taħt l-ADI jew l-UL.
Il-kalkolu tal-konsum teoretiku mill-ikel li ġej mill-annimali għandu jsir billi titqies il-konċentrazzjoni (residwi totali bħala l-medja aritmetika u l-ogħla valur waħdu) mkejjel f’tessuti u prodotti meta l-addittiv ma jibqax jintuża’. Barra minn hekk, jekk ikun hemm bżonn, fil-ħinijiet differenti ta’ l-irtirar, il-valuri tal-konsum ta’ ikel min-nies għal kuljum għandhom jiġu determinati skond xenarju ta’ l-agħar każ.
Għall-addittivi intiżi għal diversi speċi, l-espożizzjoni mit-tessuti għandha tkun ikkalkulata indipendentement għall-mammiferi, l-għasafar u l-ħut u jittieħed l-ogħla valur. Fejn jixraq, l-espożizzjoni mill-ħalib u l-bajd għandha tiġi miżjuda ma’ din il-figura. Per eżempju, fejn addittiv jiġi applikat għall-mammiferi li jipproduċu l-ħalib u l-għasafar li jbidu, l-ogħla valuri rispettivi tat-tessut li jittieklu jiġu miżjuda ma’ dawk għall-konsum tal-ħalib u tal-bajd. Fejn l-addittiv jiġi applikat għall-ħut u l-għasafar li jbidu u l-mammiferi li jipproduċu l-ħalib, l-ogħla valuri rispettivi tat-tessut li jittiekel jiġu miżjuda ma’ dawk għall-konsum tal-bajd u l-ħalib. Taħlitiet oħra għandhom jiġu maħsuba bl-istess mod.
F’ċerti sitwazzjonijiet (eż. xi addittivi nutrizzjonali u tas-sensi jew addittivi intiżi għal speċi minuri) jista' jkun xieraq li tiġi raffinata sussegwentement l-evalwazzjoni ta' l-espożizzjoni umana bl-użu ta' figuri tal-konsum aktar realistiċi, iżda xorta jżommu l-aktar approċċ konservattiv. Fejn dan huwa possibbli dan għandu jkun ibbażat fuq data Komunitarja.
Tabella 1
Figuri dwar il-konsum uman teoretiku ta’ kuljum (g tessuti jew prodotti)
|
Mammiferi |
Għasafar |
Ħut |
Oħrajn |
Muskoli |
300 |
300 |
300 (*1) |
|
Fwied |
100 |
100 |
— |
|
Kliewi |
50 |
10 |
— |
|
Xaħam |
50 (*2) |
90 (*3) |
— |
|
+Ħalib |
1 500 |
— |
— |
|
+Bajd |
— |
100 |
— |
|
+Għasel |
|
|
|
20 |
(*1)
Muskoli u ġilda fi proporzjon naturali;
(*2)
Għal ħnieżer 50 g ta’ xaħam u ġilda f’proporzjon naturali;
(*3)
xaħam u ġilda fi proporzjon naturali; |
3.2.3.4. Proposta għal Limiti ta’ Residwi Massimi (MRLs)
Il-limitu massimu ta’ residwi jfisser il-konċentrazzjoni massima ta’ residwi (imfissra bħala μg markatur tar-residwi għal kull kg ta’ tessut jew prodott imxarrab li jittiekel) li jista’ jiġi aċċettat mill-Komunità li huwa legalment permess jew rikonoxxut bħala aċċettabbli fl-ikel. Huwa bbażat fuq it-tip u l-ammont ta’ residwi meqjusa li huma mingħajr kull periklu tossikoloġiku għal saħħet il-bniedem kif imfissra mill-ADI. MRL ma jistax jiġi ssettjat fin-nuqqas ta’ ADI.
Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-MRLs għall-addittivi fl-għalf, għandhom jitqiesu wkoll ir-residwi li ġejjin minn sorsi oħra (eż. ikel li ġej mill-pjanti). Barra minn hekk, l-MRL jista’ jiġi mnaqqas biex ikun konsistenti mal-kondizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-għalf u sa fejn il-metodi analitiċi prattiċi huma disponibbli.
Fejn jixraq, MRLs individwali (imfissra bħala mg markatur tar-residwi għal kull kg ta’ tessut jew prodott naturali li jittiekel) għandhom jiġu ffissati għat-tessuti jew prodotti differenti ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali fil-mira. L-MRLs individwali fit-tessuti jew prodotti differenti għandhom jirriflettu l-kinetika tat-tneħħija u l-varjabbiltà tal-livelli ta’ residwi fi ħdan dawk it-tessuti/prodotti fl-ispeċi ta’ l-annimali intiżi għall-użu. Il-varjabbiltà għandha normalment tiġi riflessa billi jintuża’ 95 % tal-limitu ta’ kunfidenza tal-medja. Jekk il-limitu ta’ kunfidenza ma jistax jiġi kkalkulat minħabba numru baxx ta’ kampjuni, il-varjabbiltà tiġi mfissra billi jitqies l-ogħla valur individwali minflok.
L-istudji li jikkonċernaw l-Limiti Massimi ta’ Residwi tal-coccidiostats u l-histomonostats iridu jsiru billi jsegwu r-regoli xierqa fis-seħħ għall-prodotti veterinarji mediċinali (Volum 8 “Ir-regoli li jirregolaw il-prodotti mediċinali fl-Unjoni Ewropea – Avviż għall-applikanti u linji gwida. Prodotti veterinarji mediċinali. It-twaqqif ta’ limiti massimi ta’ residwi (MRLs) għar-residwi ta’ prodotti veterinarji mediċinali fl-oġġetti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali”. Ottubru 2005).
L-istudji biex jistabbilixxu l-Limiti Massimi ta’ Residwi għall-kategoriji ta’ addittivi minbarra l-coccidiostats u l-histomonostats, fejn jixraq, għandhom jiġu provduti skond dan l-Anness.
Biex tkun determinata l-espożizzjoni tal-konsumatur għar-residwi totali (kif ikkalkulat taħt 3.2.3.3.), l-MRLs proposti għat-tessuti jew il-prodotti differenti għandhom iqisu l-proporzjon ta’ markatur tar-residwi mar-residwi totali (Tabella 2).
Tabella 2
Definizzjonijiet użati fit-tnissil ta’ MRL
i-j |
Tessuti/prodotti individwali (fwied, kliewi, muskoli, ġilda + xaħam, ħalib, bajd, għasel) f’ħinijiet differenti |
MRLi-j |
Limitu massimu ta’ residwi fit-tessuti/prodotti (mg sustanza markatur kg-1) |
Qti-j |
Konsum uman ta’ kuljum ta’ tessuti/prodotti individwali (kg) stabbilit bit-Tabella 1 jew oħra raffinata minnha |
TRCi-j |
Konċentrazzjoni totali ta’ residwi fit-tessuti/prodotti individwali (mg kg-1) |
MRCi-j |
Konċentrazzjoni tal-markatur residwi f’tessuti/prodotti individwali (mg kg-1) |
RMTRi-j |
Proporzjon MRCi-j għal TRCi-j għal tessuti/prodotti individwali |
DITRi-j |
Konsum tad-dieta għal tessuti/prodotti individwali kkalkulat mir-residwi totali (mg) DITRi-j = Qti-j x TRCi-j |
DITRMRLi-j |
Konsum tad-dieta kkalkulat mill-MRLs (mg) ta' tessuti/prodotti individwali DITRMRLi-j = Qti-j x MRLi-j x RMTRi-j -1 |
Il-valuri mkejla għal TRC u MRC għandhom jiddaħħlu kif jixraq fil-mudell indikat fit-Tabella 3, u l-valuri l-oħra jiġu kkalkulati. Meta ma jkunx jeżisti sett sħiħ ta’ data minħabba li l-valuri jaqgħu taħt il-limitu ta’ detezzjoni (LOD), tista’ tiġi aċċettata estrapolazzjoni ta’ RMTR.
It-tnissil ta’ MRL jista’ jsir biss jekk it-total tad-DITRs individwali huwa inqas mill-ADI. Jekk l-ADI jinqabeż, bħala alternattiva tista’ tintuża’ data minn ħin ta’ irtirar itwal jew minn dożi ibaxx. Proposta minn tal-bidu għall-MRL tista’ tinkiseb permezz tal-valur ta’ l-MRC bħala gwida u billi jitqies l-LOQ tal-metodu analitiku. It-total tad-DITRMRL miksub mill-MRLs proposti jrid ikun inqas mill-ADI u qrib it-total tad-DITRs individwali. Jekk l-ADI jinqabeż, imbagħad għandu jiġi propost MRL ibaxx u l-paragun jiġi mtenni.
Għal ċerti addittivi, ir-residwi jistgħu jinħolqu taħt il-valuri ta’ l-MRL fil-ħalib, fil-bajd jew fil-laħam li jistgħu minkejja kollox jinterferixxu mal-kwalità ta’ l-ikel b’mod partikolari l-proċeduri ta’ ipproċessar ta’ l-ikel. Għal dawk l-addittivi, jista’ jkun xieraq li jitqies ‘residwu massimu (prodott ta’ l-ikel) kompatibbli ta' l-ipproċessar’ (MPCR) minbarra li jiġu stabbiliti l-valuri ta' l-MRL.
Tabella 3
Mudell għat-tnissil ta’ proposta ta’ l-MRL
|
Fwied |
Kliewi |
Muskoli |
Ġilda + xaħam |
Ħalib |
Bajd |
Għasel |
Total |
TRC () (mg kg-1) |
|
|
|
|
|
|
|
— |
MRC () (mg kg-1) |
|
|
|
|
|
|
|
— |
RMTR () |
|
|
|
|
|
|
|
— |
DITR () (mg) |
|
|
|
|
|
|
|
|
MRL propost (mg kg-1) |
|
|
|
|
|
|
|
— |
DITRMRL(mg) |
|
|
|
|
|
|
|
|
(1)
Billi jitqies il-ħin ta’ rtirar propost
(2)
Idealment ikun stabbilit fl-istess ħin bħat-TRC
(3)
Ikkalkulat mill-valuri tat-TRC |
3.2.3.5. Proposta għal perjodu ta’ rtirar
Il-ħin ta’ l-irtirar hu magħmul mill-perjodu wara li tispiċċa l-amministrazzjoni ta’ l-addittiv li hu meħtieġ biex il-livelli tar-residwi jkunu jistgħu jaqgħu taħt l-MRLs.
3.3. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta’ l-użu ta’ l-addittiv għall-utenti/ħaddiema
Il-ħaddiema jistgħu jkunu esposti prinċipalment mix-xamm jew mill-espożizzjoni topika waqt li jkunu qed jiffabbrikaw jew iqandlu jew jużaw l-addittiv. Per eżempju, ħaddiema tal-farm huma esposti potenzjalment meta jqandlu jew iħawdu l-addittiv. Għandha tingħata aktar informazzjoni dwar kif is-sustanzi għandhom jiġu mqandla.
Għandha tiġi inkluża valutazzjoni tar-riskju għall-ħaddiema. Meta teżisti, l-esperjenza fl-impjant tal-fabbrikazzjoni hi ħafna drabi sors ta' informazzjoni importanti fil-valutazzjoni tar-riskji għall-ħaddiema mill-espożizzjoni għall-addittiv innifsu kemm li tgħaddi mill-arja kif ukoll b'mod topiku. Ta’ tħassib partikolari huma l-addittivi/għalf trattat bl-addittiv u/jew il-ħmieġ ta’ l-annimali, li huma, jew jistgħu jwasslu, għal forma ta’ trab niexef, u l-addittivi ta’ l-għalf li jista’ jkollhom potenzjal allerġeniku.
3.3.1. Valutazzjoni tossikoloġika tar-riskju għas-sigurtà ta’ l-utenti/tal-ħaddiema
Ir-riskji għall-ħaddiema għandhom jiġu evalwati f’serje ta' studji bl-użu ta' l-addittiv fil-forma li għaliha ġiet sottomessa l-applikazzjoni. Studji dwar it-tossiċità akuta mix-xamm għandhom isiru sakemm il-prodott ma għandux tendenza li jifforma trab jew nida respirabbli. L-istudji dwar l-irritazzjoni fil-ġilda jridu jsiru, u jekk dawn jagħtu riżultati negattivi, għandha tiġi evalwata l-irritazzjoni fil-membrana mukuża (eż. l-għajnejn). Il-potenzjal allerġeniku/il-potenzjal tas-sensibbilità tal-ġilda għandhom jiġu evalwati wkoll. Id-data dwar it-tossiċità ġġenerata biex tilħaq is-sigurtà tal-konsumatur (ara 3.2.2) għandha tintuża’ biex tevalwa t-tossiċità sistemika potenzjali ta’ l-addittiv. Dawn kollha għandhom jiġu evalwati, jekk hemm bżonn, permezz ta’ kejl dirett u studji speċifiċi.
3.3.1.1. L-effetti fuq is-sistema respiratorja
Għandha tingħata evidenza li l-livelli ta’ trab jew nida fl-arja ta' l-addittiv ma joħolqux periklu għal saħħet l-utenti/il-ħaddiema. Din l-evidenza għandha tinkludi, fejn hemm bżonn:
Għandhom isiru studji dwar it-tossiċità akuta mix-xamm jekk il-partikuli jew il-qatriet b’dijametru ta’ inqas minn 50 μm joħolqu aktar minn 1 % bil-piż tal-prodott.
Il-protokolli għall-istudji dwar it-tossiċità akuta mix-xamm għandhom ikunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 403. Jekk ikunu meqjusa meħtieġa studji dwar it-tossiċità sub-kronika, huma għandhom isegwu l-Linjigwida ta' l-OECD 412 (Tossiċità mix-Xamm ta' Doża Ripetuta: studju ta' 28 ġurnata jew 14-il ġurnata) jew 413 (Tossiċità Sub-kronika mix-Xamm: studju ta’ 90 ġurnata).
3.3.1.2. L-effetti fuq l-għajnejn u l-ġilda
Meta jkun hemm, għandha tingħata evidenza diretta tan-nuqqas ta’ irritazzjoni u/jew sensibbilità provduta minn sitwazzjonijiet umani magħrufa. Din għandha tiġi supplimentata minn sejbiet minn testijiet fuq l-annimali validati għall-irritazzjoni tal-ġilda u ta’ l-għajnejn, u għall-potenzjal tas-sensibbilità bl-użu ta’ l-addittiv xieraq. Potenzjal allerġiku – il-potenzjal tas-sensibbilità tal-ġilda għandu jiġi evalwat ukoll. Il-protokolli għal dawn l-istudji għandhom ikunu konformi mal-Linjigwida ta’ l-OECD 404 (Irritazzjoni/Korrużjoni tal-Ġilda), 405 (Irritazzjoni/Korrużjoni ta’ l-Għajnejn), 406 (Sensibbilità tal-Ġilda), 429 (Sensibbilità tal-Ġilda – analiżi tal-lymph-node lokali).
Jekk ikunu magħrufa l-karatteristiċi korrużivi, jew permezz ta’ data ppubblikata jew permezz ta’ testijiet in vitro speċifiċi, ma għandhomx isiru aktar testijiet in vivo.
It-tossiċità tal-ġilda għandha titqies, jekk l-addittiv ikun tossiku mix-xamm. L-istudji jridu jkunu konformi mal-Linjagwida ta’ l-OECD 402 (Tossiċità tal-Ġilda Akuta).
3.3.1.3. Tossiċità sistemika
Id-data dwar it-tossiċità ġġenerata biex tilħaq is-sigurtà tal-konsumaturi u rekwiżiti oħra (inkluż tossiċità minn doża ripetuta, mutaġeniċità, karċinoġeniċità u ttestjar riproduttiv u destin metaboliku) għandhom jintużaw biex jevalwaw it-tossiċità sistemika.
3.3.1.4. Valutazzjoni ta’ l-espożizzjoni
Għandha tingħata informazzjoni dwar kif l-użu ta’ l-addittiv għandu tendenza li jwassal għal espożizzjoni mill-mezzi kollha (mix-xamm, mill-ġilda jew billi jinbela’). Din l-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni kwantitattiva, fejn hemm, bħall-konċentrazzjoni tipika mill-arja, kontaminazzjoni mill-ġilda jew għax tinbela’. Fejn ma teżistix informazzjoni kwantitattiva, għandha tingħata informazzjoni biżżejjed biex tkun tista' ssir valutazzjoni adegwata ta' l-espożizzjoni.
3.3.2. Miżuri għall-kontroll ta’ l-espożizzjoni
Permezz ta’ l-informazzjoni mill-valutazzjoni dwar it-tossikoloġija u l-espożizzjoni, għandha tittieħed konklużjoni dwar ir-riskji għal saħħet l-utenti/il-ħaddiema (xamm, irritazzjoni, sensibbilità u tossiċità sistemika). Jistgħu jiġu proposti miżuri ta’ prekawzjoni biex inaqqsu jew jeliminaw l-espożizzjoni. Minkejja dan, l-użu ta’ mekkaniżmi personali protettivi għandhom jitqiesu biss bħala miżura aħħarija għall-protezzjoni kontra kull riskju residwali la darba jkunu fis-seħħ il-miżuri ta' kontroll. Preferibbilment, per eżempju, għandha titqies il-formulazzjoni mill-ġdid tal-prodott.
3.4. Studji li jikkonċernaw is-sigurtà ta’ l-użu ta’ l-addittiv għall-ambjent
Il-konsiderazzjoni ta’ l-impatt ambjentali ta’ l-addittivi hija importanti minħabba li l-amministrazzjoni ta’ l-addittivi ġeneralment tiġri fuq perjodi twal, ħafna drabi tinvolvi gruppi kbar ta’ annimali u s-sustanza(/i) attiva(/i) tista'/jistgħu tinħareġ/jinħarġu f’ammont kbir jew bħala kompost ġenitur jew il-metaboliti tiegħu.
Biex ikun determinat l-impatt ambjentali ta’ l-addittivi, għandu jittieħed approċċ f’diversi passi. L-addittivi kollha jridu jiġu evalwati permezz ta’ l-Fażi I sabiex ikunu identifikati dawk l-addittivi li ma jeħtiġux aktar ittestjar. Għall-addittivi l-oħra hi meħtieġa valutazzjoni f’fażi oħra (Fażi II) biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali, li abbażi tagħha aktar studji jistgħu jitqiesu neċessarji. Dawn l-istudji għandhom isiru skond id-Direttiva 67/548/KEE.
3.4.1. Valutazzjoni tal-Fażi I
L-għan tal-valutazzjoni tal-Fażi I huwa li jiġi determinat jekk hemmx tendenza ta’ effett ambjentali sinifikanti ta’ l-addittiv jew tal-metaboliti tiegħu u jekk hiex meħtieġa valutazzjoni tal-Fażi II (ara s-siġra deċiżiva).
Tista’ ssir eżenzjoni mill-valutazzjoni tal-Fażi II abbażi ta’ wieħed minn żewġ kriterji, sakemm mhemmx evidenza bbażata xjentifikament għal tħassib:
in-natura kimika u l-effett bijoloġiku ta’ l-addittiv u l-kondizzjonijiet dwar l-użu tiegħu jindikaw li l-impatt se jkun negliġibbli, jiġifieri fejn l-addittiv hu:
il-Konċentrazzjoni Ambjentali Prevista (PEC) fl-agħar każ hija baxxa ħafna biex tkun ta' tħassib. Il-PEC għandha tiġi evalwata għal kull parti ta’ tħassib (ara hawn taħt), billi wieħed jassumi li 100 % tad-doża inġerita tintrema 'l barra bħala kompost ġenitur.
Jekk l-applikant ma jistax juri li l-addittiv jaqa’ f’waħda minn dawn il-kategoriji ta’ eżenzjoni, se tkun meħtieġa valutazzjoni tal-Fażi II.
3.4.1.1. Addittivi għall-annimali terrestri
Meta d-demel tal-bhejjem jiġi applikat fuq l-art, l-użu ta' l-addittivi ta' l-għalf jista' jwassal għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija, ta' l-ilma ta' taħt l-art, u ta' l-ilma tal-wiċċ (mid-drenaġġ u minn dak li jaħrab).
L-agħar każ ta’ PEC għall-ħamrija (PECsoil) jista' jinħoloq meta jitqiesu l-komposti kollha tal-ħmieġ li jitferrxu fuq l-art. Jekk il-PECsoil (difolt: 5 ċm fond) tkun inqas minn 10 μg/kg, ma jkunx hemm bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet.
Jekk il-PEC għall-kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art (PECgw) tkun inqas minn 0,1 μg/l, l-ebda valutazzjoni fil-Fażi II ta’ l-impatt ambjentali ta’ l-addittiv jew ta’ l-ilma ta’ taħt l-art ma tkun tinħtieġ.
3.4.1.2. Addittivi għall-annimali akwatiċi
L-addittivi ta’ l-għalf użati fl-akwakultura jistgħu jwasslu għall-kontaminazzjoni tan-naqal u ta’ l-ilma. Il-parti ta’ tħassib għall-valutazzjoni ambjentali tar-riskju għall-ħut li jitkabbar f’gaġeġ hu meqjus li hu n-naqal. Għall-ħut li jitkabbar f’sistemi fuq l-art id-drenaġġ mill-ħmieġ li jfur għall-ilma fil-wiċċ hu meqjus bħala l-aktar riskju ambjentali.
L-agħar każ ta’ PEC għan-naqal (PECsediment) jinħoloq meta wieħed iqis il-komposti kollha tal-ħmieġ li jiġu depożitati fin-naqal. Jekk il-PECsediment (difolt: 20 ċm fond) huwa inqas minn 10 μg/kg piż imxarrab, ma jkunx hemm bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet.
Jekk il-PEC fl-ilma tal-wiċċ (PECsw) ikun inqas minn 0,1 μg/l, ma jkunx hemm bżonn ta’ aktar valutazzjonijiet.
Fażi I — Siġra deċiżiva