02008D0458 — MT — 20.09.2012 — 004.004


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Marzu 2008

li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu 2008 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll ta' l-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta' nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fondi

(notifikata skond id-dokument numru C(2008) 796)

(Huma awtentiċi biss it-testijiet bil-Bulgaru, iċ-Ċek, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, u l-Iżvediż)

(2008/458/KE)

(ĠU L 167 27.6.2008, p. 135)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2009/614/KE tat-23 ta’ Lulju 2009

  L 210

36

14.8.2009

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2010/70/UE tat-8 ta’ Frar 2010

  L 36

32

9.2.2010

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/177/UE tat-2 ta’ Marzu 2011

  L 77

32

23.3.2011

►M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/718/UE tal-20 ta’ Settembru 2012

  L 326

17

24.11.2012


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 281, 23.10.2013, p.  30  (458/2008)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Marzu 2008

li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Ritorn għall-perjodu 2008 sa 2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” fir-rigward tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll ta' l-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibilità ta' nefqiet fuq proġetti kofinanzjati mill-Fondi

(notifikata skond id-dokument numru C(2008) 796)

(Huma awtentiċi biss it-testijiet bil-Bulgaru, iċ-Ċek, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, u l-Iżvediż)

(2008/458/KE)



WERREJ

Parti I

Daħla

Kapitolu I

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Is-suġġett

Article 2

Id-definizzjonijiet

Parti II

Dispożizzjonijiet komuni għall-erba’ fondi

Kapitolu 1

L-awtoritajiet maħtura

Artikolu 3

L-awtoritajiet komuni

Artikolu 4

L-awtorità delegata

Artikolu 5

L-esternalizzazzjoni (outsourcing) tal-kompiti

Kapitolu 2

Is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

Artikolu 6

Il-manwal tal-proċeduri

Artikolu 7

L-implimentazzjoni tal-Fond mill-awtorità responsabbli

Artikolu 8

Il-kundizzjonijiet li fihom l-awtorità responsabbli tagħmilha ta' l-entità li teżegwixxi

Artikolu 9

Il-proċedura ta' l-għażla u ta' l-għotja meta l-awtorità responsabbli tagħmilha ta' l-entità li tagħmel l-għotjiet

Artikolu 10

Ftehimiet ta' għotja mal-benefiċjarji finali fejn l-awtorità responsabbli tagħmilha ta' l-entità li tagħmel l-għotjiet

Artikolu 11

Il-kuntratti ta’ implimentazzjoni

Artikolu 12

Id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni Komunitarja finali

Artikolu 13

L-assistenza teknika

Artikolu 14

In-nefqa ta' l-assistenza teknika fil-każ ta' awtorità komuni

Artikolu 15

Il-verifiki mill-awtorità responsabbli

Artikolu 16

Ir-rekord ta' verifika

Artikolu 17

Il-verifiki tas-sistemi u l-verifiki tal-proġetti

Artikolu 18

Il-verifiki mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni

Kapitolu 3

L-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta dwar l-użu tal-Fond

Artikolu 19

Il-prinċipju ta' proporzjonalità

Artikolu 20

Id-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

Artikolu 21

Ir-reviżjoni tad-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

Artikolu 22

Id-dokumenti ta' programmazzjoni

Artikolu 23

Ir-reviżjoni tat-tqassim finanzjarju fi programmi annwali

Artikolu 24

Ir-rapporti ta’ progress u dawk finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali u t-talbiet għall-pagamenti

Artikolu 25

Id-dokumenti stabbiliti mill-awtorità ta' verifika

Artikolu 26

Id-dokumenti stabbiliti mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni

Kapitolu 4

Ir-rapportaġġ ta' l-irregolaritajiet

Artikolu 27

Ir-rapportaġġ inizjali – Id-derogi

Artikolu 28

Ir-rapportaġġ ta' l-azzjoni ta' segwitu – In-nuqqas ta' rkupru

Artikolu 29

Il-kuntatti ma' l-Istati Membri

Artikolu 30

L-użu ta' l-informazzjoni

Kapitolu 5

L-informazzjoni u l-pubbliċità

Artikolu 31

L-informazzjoni għall-benefiċjarji finali potenzjali

Artikolu 32

L-informazzjoni għall-benefiċjarji finali

Artikolu 33

Ir-responsabbiltajiet ta' l-awtorità responsabbli fir-rigward ta' l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-pubbliku ġenerali

Artikolu 34

Ir-responsabbiltajiet tal-benefiċjarji finali fir-rigward ta' l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-pubbliku ġenerali

Artikolu 35

Karatteristiċi tekniċi ta' l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-operazzjoni

Kapitolu 6

Id-data personali

Artikolu 36

Il-protezzjoni tad-data personali

Kapitolu 7

L-iskambju elettroniku tad-dokumenti

Artikolu 37

L-iskambju elettroniku tad-dokumenti

Artikolu 38

Is-sistema kompjuterizzata għall-iskambju tad-dokumenti

Parti III

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-fond ewropew għar-ritorn

Kapitolu 1

Ir-regoli ta' eliġibbiltà

Artikolu 39

Ir-regoli ta' eliġibbiltà

Parti IV

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 40

Destinatarji

ANNESSI



PARTI I

DAĦLA



KAPITOLU I

Suġġett u definizzjonijiet

L-Artikolu 1

Is-suġġett

1.  

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tal-Fond fir-rigward ta':

(a) 

l-awtoritajiet maħtura;

(b) 

is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll;

(ċ) 

l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri dwar l-użu tal-Fond;

(d) 

ir-rapportaġġ ta' l-irregolaritajiet;

(e) 

l-informazzjoni u l-pubbliċità;

(f) 

id-data personali;

(g) 

l-iskambju elettroniku tad-dokumenti.

2.  
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt għandhom japplikaw bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra ( 1 ).

L-Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

— 
“att bażiku”: Deċiżjoni Nru 575/2007/KE;
— 
“Fond”: il-Fond Ewropew għar-Ritorn, kif ġie stabbilit skond l-att bażiku;
— 
“erba' Fondi”: il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond għall-Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għar-Ritorn u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, kif ġie stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE ( 2 ), mid-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE ( 3 ), mid-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE u mid-Deċiżjoni Nru 2007/435/KE ( 4 ) bħala parti mill-Programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji”;
— 
“awtorità responsabbli”: l-entità maħtura minn Stat Membru skond l-Artikolu 25(1)(a) ta' l-att bażiku;
— 
“awtorità ta' ċertifikazzjoni”: l-entità maħtura minn Stat Membru skond l-Artikolu 25(1)(b) ta' l-att bażiku;
— 
“awtorità ta' verifika”: l-entità maħtura minn Stat Membru skond l-Artikolu 25(1)(ċ) ta' l-att bażiku;
— 
“awtorità delegata”: l-entità maħtura minn Stat Membru skond l-Artikolu 25(1)(d) ta' l-att bażiku;
— 
“awtoritajiet maħtura”: l-awtoritajiet kollha maħtura minn Stat Membru skond l-Artikolu 25 ta' l-att bażiku;
— 
“azzjoni”: l-azzjoni taħt il-Fond, kif definita fl-Artikolu 4 ta' l-att bażiku;
— 
“proġett”: il-mezz speċifiku u prattiku użat biex il-benefiċjarji finali ta' l-għotjiet jimplimentaw azzjoni b'mod sħiħ jew parzjali;
— 
“benefiċjarju finali”: l-entità legali responsabbli għall-implimentazzjoni ta' proġetti bħalma huma l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), l-awtoritajiet federali, nazzjonali, reġjonali jew lokali, organizzazzjonijiet oħra li ma jagħmlux qligħ, kumpaniji tal-liġi pubblika jew privata jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
— 
“imsieħeb fil-proġett”: kwalunkwe entità legali li timplimenta proġett f'kooperazzjoni ma' benefiċjarju finali billi tipprovdi riżorsi għall-proġett u billi tirċievi parti mill-kontribuzzjoni Komunitarja permezz tal-benefiċjarju finali;
— 
“linji ta' gwida strateġiċi”: il-qafas għal intervent mill-Fond, kif adottati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/837/KE ( 5 );
— 
“prijorità”: ġabra ta' azzjonijiet iddefiniti bħala prijorità fil-linji ta' gwida strateġiċi;
— 
“prijorità speċifika”: ġabra ta' azzjonijiet iddefiniti bħala prijorità speċifika fil-linji ta' gwida strateġiċi, li jippermettu kofinanzjament b'rata ogħla, skond l-Artikolu 15(4) ta' l-att bażiku;
— 
“sejba primarja amministrattiva jew ġudizzjarja”: l-ewwel valutazzjoni bil-miktub minn awtorità kompetenti, jew amministrattiva jew ġudizzjarja, li tikkonkludi abbażi ta' fatti speċifiċi li saret irregolarità, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li din il-konklużjoni sussegwentement jista' jkollha tiġi riveduta jew irtirata minħabba l-iżviluppi waqt il-proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja;
— 
“irregolarità”: kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja li jirriżulta minn att jew omissjoni min-naħa ta' operatur ekonomiku li għandu, jew għandu jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea billi jitlob ħlas għal element ta' nefqa mhux iġġustifikat mill-baġit ġenerali;
— 
“frodi suspettat”: irregolarità li tagħti lok biex jingħata bidu għal proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji fuq livell nazzjonali sabiex jiġi stabbilit li teżisti mġiba intenzjonata, partikolarment frodi, kif imsemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni mfassla abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ( 6 );
— 
“falliment”: proċeduri ta' insolvenza, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(a), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 ( 7 );
— 
“ftehim ta' għotja”: ftehim jew forma ekwivalenti ta' strument legali li fuq il-bażi tiegħu l-Istati Membri jipprovdu għotjiet lill-benefiċjarji finali sabiex jimplimentaw il-proġett taħt il-Fond.



PARTI II

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-ERBA’ FONDI



KAPITOLU 1

L-awtoritajiet maħtura

L-Artikolu 3

L-awtoritajiet komuni

L-Istati Membri jistgħu jaħtru l-istess awtorità responsabbli, awtorità ta' verifika jew awtorità ta' ċertifikazzjoni għal tnejn jew aktar mill-erba' Fondi.

L-Artikolu 4

L-awtorità delegata

1.  
Kwalunkwe delegazzjoni tal-kompiti għandha tkun konformi mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, li teħtieġ kontroll intern effettiv u effiċjenti, u għandha tiżgura konformità mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u l-viżibbiltà tal-finanzjament Komunitarju. In-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-kompiti delegati jista' jagħti lok għal kunflitti ta' interess.
2.  

L-ambitu tal-kompiti delegati mill-awtorità responsabbli lill-awtorità delegata u l-proċeduri ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti delegati għandhom jiġu reġistrati formalment bil-miktub.

L-att ta' delegazzjoni għandu jsemmi għallinqas:

(a) 

ir-referenzi tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità;

(b) 

il-kompitu fdat lill-awtorità delegata;

(ċ) 

id-drittijiet u d-dmirijiet ta' l-awtorità delegata u r-responsabbiltajiet li tassumi;

(d) 

l-obbligu ta' l-awtorità delegata li tistabbilixxi u żżomm struttura organizzattiva u sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll adattata għat-twettiq tal-kompiti tagħha;

(e) 

l-assikurazzjoni li għandha tiġi provduta fir-rigward ta' ġestjoni finanzjarja soda u l-legalità u r-regolarità tal-kompiti delegati.

3.  
L-immaniġġjar tal-komunikazzjoni mal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 25(1)(a) ta' l-att bażiku m'għandux jiġi delegat. L-awtorità delegata għandha tikkomunika mal-Kummissjoni permezz ta' l-awtorità responsabbli.
4.  
Jekk l-awtorità delegata mhijiex amministrazzjoni pubblika jew entità regolata mil-liġi privata ta' l-Istat Membru li għandha missjoni ta' servizz pubbliku, l-awtorità responsabbli ma tista' tiddelega lil dik l-awtorità l-ebda poter eżekuttiv li jinvolvi għadd kbir ta' diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.
5.  
Id-delegazzjoni tal-kompiti lill-awtoritajiet delegati m'għandhiex taffettwa r-responsabbiltà ta' l-awtorità responsabbli, li għandha tibqa’ hija li twieġeb għall-kompiti li tkun iddelegat.
6.  
Fejn l-awtorità responsabbli tkun iddelegat kompiti lill-awtorità delegata, għall-awtorità delegata għandhom japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet kollha ta' din id-Deċiżjoni relatati ma' l-awtorità responsabbli.

L-Artikolu 5

L-esternalizzazzjoni (outsourcing) tal-kompiti

L-awtoritajiet maħtura jistgħu jesternalizzaw (outsource) xi wħud mill-kompiti tagħhom imma għandhom jibqgħu huma li jwieġbu għall-kompiti esternalizzati skond ir-responsabbiltajiet iddefiniti fl-Artikoli 27, 29 u 30 ta' l-att bażiku.



KAPITOLU 2

Is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

L-Artikolu 6

Il-manwal tal-proċeduri

Skond l-Artikolu 31(2) ta' l-att bażiku u meta jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu manwal li jiddeskrivi proċeduri u arranġamenti prattiċi rigward:

(a) 

il-funzjonament ta' l-awtoritajiet maħtura;

(b) 

l-arranġamenti li jiżguraw is-separazzjoni xierqa tal-funzjonijiet;

(ċ) 

fejn ikun xieraq, il-monitoraġġ ta' l-awtoritajiet delegati u ta' kompiti esternalizzati oħra;

(d) 

l-istabbiliment ta' programmi multiannwali u annwali;

(e) 

l-istabbiliment ta' strateġija ta' verifika u ta' pjanijiet ta' verifika annwali;

(f) 

l-għażla tal-proġetti, l-għoti ta' l-għotjiet u l-monitoraġġ u l-ġestjoni finanzjarja tal-proġetti;

(g) 

il-ġestjoni ta' l-irregolaritajiet, il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri;

(h) 

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-missjonijiet ta' verifika;

(i) 

it-tħejjija tar-rapporti u tad-dikjarazzjonijiet ta' verifika;

(j) 

iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa;

(k) 

l-evalwazzjoni tal-programm;

(l) 

ir-rapportaġġ lill-Kummissjoni;

(m) 

ir-rekord ta' verifika.

L-Artikolu 7

L-implimentazzjoni tal-Fond mill-awtorità responsabbli

1.  
Għall-implimentazzjoni tal-Fond, l-awtorità responsabbli tista' tagħmilha ta' entità li tagħmel l-għotjiet u/jew ta' entità li teżegwixxi.
2.  

L-awtorità responsabbli tagħmilha ta' entità li tagħmel l-għotjiet f'każijiet fejn timplimenta l-proġetti, bħala regola ġenerali, abbażi ta' sejħiet miftuħa annwali għal proposti.

La l-awtorità responsabbli u lanqas kwalunkwe awtorità delegata oħra ma jistgħu japplikaw b'reazzjoni għal dawn is-sejħiet għal proposti.

F'każijiet debitament iġġustifikati, inkluża t-tkomplija ta' proġetti multiannwali skond l-Artikolu 15(6) ta' l-att bażiku li ġew magħżula wara sejħa għal proposti preċedenti jew f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti.

3.  
L-awtorità responsabbli tagħmilha ta' entità li teżegwixxi f'każijiet fejn tiddeċiedi li timplimenta l-proġetti direttament minħabba li l-karatteristiċi tal-proġetti ma jħallu l-ebda għażla oħra għall-implimentazzjoni, bħalma huma sitwazzjonijiet ta' monopolju de jure jew minħabba raġunijiet ta' sigurtà. F'dawn il-każijiet, għall-awtorità responsabbli għandhom japplikaw mutatis mutandis ir-regoli li jikkonċernaw lill-benefiċjarju finali.

L-Artikolu 8

Il-kundizzjonijiet li fihom l-awtorità responsabbli tagħmilha ta' l-entità li teżegwixxi

1.  
Ir-raġunijiet li wasslu lill-awtorità responsabbli biex tagħmilha ta' entità li teżegwixxi għall-implimentazzjoni tal-proġetti għandhom jiġu identifikati u komunikati lill-Kummissjoni fil-qafas tal-programm annwali konċernat.
2.  
Waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti, l-awtorità responsabbli għandha tiżgura l-prinċipju tal-valur għall-flus u tipprevjeni l-kunflitti ta' interess.
3.  
L-awtorità responsabbli tista' timplimenta l-proġetti identifikati skond l-Artikolu 7(3) direttament u/jew flimkien ma' kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti minħabba l-kompetenza teknika tagħha, il-livell għoli ta' speċjalizzazzjoni tagħha jew il-poteri amministrattivi tagħha. L-awtoritajiet nazzjonali ewlenin involuti fl-implimentazzjoni għandhom jiġu identifikati wkoll fil-programm annwali konċernat.
4.  
Id-deċiżjoni amministrattiva li tikkofinanzja proġett taħt il-Fond għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu monitorjati l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati u sabiex tiġi kontrollata n-nefqa li tkun saret. Id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha li ġew stabbiliti għal ftehim ta' għotja fl-Artikolu 10(2) għandhom jiġu speċifikati f'forma ekwivalenti ta' strument legali.
5.  
Ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-proċeduri u l-prattiki applikati sabiex tiġi żgurata separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet, kontroll effettiv u protezzjoni sodisfaċenti ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u għandu jipprovdi spjegazzjonijiet dwar kif ġew evitati l-kunflitti ta' interess.
6.  

Meta jkun mistenni li l-awtorità responsabbli tkun entità li teżegwixxi fuq bażi regolari għal proġetti kofinanzjati mill-Fond:

(a) 

l-awtorità ta' verifika m'għandhiex tkun parti mill-istess entità bħall-awtorità responsabbli, għajr meta l-indipendenza fil-verifika tagħha tkun iggarantita u hija tirrapporta wkoll lil entità oħra barra mill-entità li hija u l-awtorità responsabbli jiffurmaw parti minnha;

(b) 

il-kompiti ta' l-awtorità responsabbli, kif iddefiniti fl-Artikolu 27 ta' l-att bażiku, m'għandhomx jiġu affettwati meta l-awtorità responsabbli timplimenta wkoll proġetti direttament.

7.  
Meta jkun mistenni li awtorità delegata tkun entità li teżegwixxi għal proġetti kofinanzjati mill-Fond, din l-awtorità delegata ma tistax tkun l-unika benefiċjarja finali ta' l-approprjazzjonijiet li ġiet iddelegata biex tiġġestixxi.

L-Artikolu 9

Il-proċedura ta' l-għażla u ta' l-għotja meta l-awtorità responsabbli tagħmilha ta' l-entità li tagħmel l-għotjiet

1.  

Is-sejħiet għall-proposti definiti fl-Artikolu 7(2) għandhom jiġu pubblikati b'mod li jiżgura pubbliċità massima fost il-benefiċjarji potenzali. ►M3  Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-kontenut tas-sejħiet għall-proposti għandha tiġi wkoll ippubblikata fl-istess kundizzjonijiet. ◄

Is-sejħiet għall-proposti għandhom jispeċifikaw:

(a) 

l-għanijiet;

(b) 

il-kriterji ta' għażla, li għandhom ikunu konformi ma' l-Artikolu 15(5) ta' l-att bażiku, u d-dokumenti ta' sostenn rilevanti;

(ċ) 

l-arranġamenti għal finanzjament Komunitarju, u jekk ikun applikabbli, għal finanzjament nazzjonali;

(d) 

l-arranġamenti u d-data finali biex jitressqu l-proposti.

2.  

Għall-finijiet ta' l-għażla tal-proġetti u ta' l-għoti ta' l-għotjiet, l-awtorità responsabbli għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali jiġu informati bil-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin fir-rigward tal-proġetti li għandhom jiġu implimentati:

(a) 

ir-regoli ta' eliġibbiltà għan-nefqa;

(b) 

il-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni; u

(ċ) 

l-informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra li trid tinżamm u tiġi komunikata.

Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta' l-għotja, l-awtorità responsabbli għandha tissodisfa ruħha li l-benefiċjarju finali u/jew l-imsieħba fil-proġett għandhom il-kapaċità li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet.

3.  
L-awtorità responsabbli għandha tiżgura li l-proġetti li ngħataw għotjiet ikunu ġew suġġetti għal analiżi formali, teknika u baġitarja u għal valutazzjoni kwalitattiva li tapplika l-kriterji stabbiliti fis-sejħa għall-proposti. Ir-raġunijiet għar-rifjut tal-proġetti l-oħra għandhom jiġu reġistrati.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw min għandu jkollu l-poter li jagħti l-proġetti u għandhom jiżguraw li l-kunflitti ta' interess jiġu evitati fil-każijiet kollha u, partikolarment, meta l-applikanti jkunu entitajiet nazzjonali.
5.  
Id-deċiżjoni ta' l-għotja għandha tindika, għallinqas, l-isem tal-benefiċjarju finali u/jew ta' l-imsieħba fil-proġett, id-dettalji essenzjali tal-proġett u l-għanijiet operattivi tiegħu, l-ammont massimu ta' kofinanzjament mill-Fond u r-rata massima ta' kofinanzjament ta' l-ispejjeż eliġibbli totali.
6.  
Lil kull applikant għandha tintbagħatlu informazzjoni bil-miktub dwar ir-riżultati tal-proċess ta' l-għażla li tinkludi spjegazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' l-għażla. Jekk ipprovduta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandha tissemma l-proċedura rilevanti ta' reviżjoni.

L-Artikolu 10

Il-ftehimiet ta' għotja mal-benefiċjarji finali fejn l-awtorità responsabbli tagħmilha ta' l-entità li tagħmel l-għotjiet

1.  

L-awtorità responsabbli għandha tistabbilixxi proċeduri dettaljati ta' ġestjoni tal-proġetti li jkopru, fost l-oħrajn:

(a) 

l-iffirmar tal-ftehimiet ta' għotja mal-benefiċjarji finali magħżula;

(b) 

l-azzjoni ta' segwitu tal-ftehimiet u kwalunkwe emenda li ssirilhom billi tiġi stabbilita sistema għall-monitoraġġ amministrattiv tal-proġetti (l-iskambju tal-korrispondenza, il-ħruġ u l-monitoraġġ ta' l-emendi u ittri ta' tfakkira, il-wasla u l-ipproċessar tar-rapporti, eċċ.).

2.  

Il-ftehimiet ta' għotja għandhom jistabbilixxu, inter alia:

(a) 

l-ammont massimu ta' l-għotja;

(b) 

il-persentaġġ massimu tal-kontribuzzjoni Komunitarja skond l-Artikolu 15(4) ta' l-att bażiku;

(ċ) 

deskrizzjoni dettaljata u skeda tal-proġett appoġġjat;

(d) 

jekk ikun applikabbli, il-parti tal-kompiti u l-ispejjeż relatati li l-benefiċjarju finali biħsiebu joffri b'sottokuntratt lil partijiet terzi;

(e) 

il-pjan miftiehem tal-baġit bikri u ta' finanzjament għall-proġett, inkluż il-persentaġġ fiss ta' l-ispejjeż indiretti kif iddefiniti fl-Anness 11 rigward ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa;

(f) 

l-iskeda u d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-ftehim (ir-rapportaġġ ta' l-obbligi, ta' l-emendi u tat-tmien);

(g) 

l-għanijiet operattivi tal-proġett u l-indikaturi li għandhom jintużaw;

(h) 

id-definizzjoni ta' spejjeż eliġibbli;

(i) 

il-kundizzjonijiet relatati mal-pagament ta' l-għotja u r-rekwiżiti taż-żamma tal-kotba;

(j) 

il-kundizzjonijiet relatati mar-rekord ta' verifika;

(k) 

id-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-protezzjoni tad-data;

(l) 

id-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-pubbliċità.

3.  

Fejn ikun xieraq, il-benefiċjarji finali għandhom jiżguraw li l-imsieħba kollha fil-proġett jiġu suġġetti għall-istess obbligi bħalhom. L-imsieħba għandhom jinvolvu r-responsabbiltà tagħhom permezz tal-benefiċjarju finali li jibqa' huwa li jwieġeb, fl-aħħar mill-aħħar, għar-rispett tal-kundizzjonijiet kuntrattwali minnu u mill-imsieħba kollha fil-proġett.

Il-benefiċjarji finali għandhom iżommu kopji ċertifikati tad-dokumenti ta' kontabbiltà li jiġġustifikaw id-dħul u n-nefqa li saru mill-imsieħba b'relazzjoni għall-proġett ikkonċernat.

4.  
Il-ftehimiet ta' għotja għandhom jipprovdu b'mod espliċitu biex il-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jeżerċitaw il-poteri ta' kontroll tagħhom, abbażi tad-dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji finali, l-imsieħba fil-proġett u s-sottokuntratturi kollha.

▼M3

Artikolu 11

Il-kuntratti ta’ implimentazzjoni

Meta jingħataw il-kuntratti għall-implimentazzjoni tal-proġetti, l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, il-korpi mmexxija mil-liġi pubblika, l-assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew numru ta’ tali awtoritajiet jew numru ta’ tali korpi mmexxija mil-liġi pubblika, għandhom jimxu skont il-liġi u l-prinċipji dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni u dawk nazzjonali applikabbli.

Entitajiet minbarra dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu, għandhom jagħtu kuntratti tal-għotja għall-implimentazzjoni tal-proġetti wara riklamar xieraq sabiex tkun żgurata konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali. Il-kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 100 000 jistgħu jingħataw sakemm l-entità kkonċernata titlob mill-inqas tliet offerti. Mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali, kuntratti b’valur inqas minn EUR 5 000 ma għandhomx jiġu suġġetti għal xi obbligu ta’ proċedura.

▼B

L-Artikolu 12

Id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni Komunitarja finali

Biex jiġi kalkulat il-pagament finali lill-benefiċjarju finali, il-kontribuzzjoni Komunitarja totali għal kull proġett għandha tkun l-aktar waħda baxxa mit-tliet ammonti li ġejjin:

(a) 

l-ammont massimu dikjarat fil-ftehim ta' għotja;

(b) 

il-kofinanzjament massimu li jirriżulta mill-multiplikazzjoni ta' l-ispejjeż totali eliġibbli tal-proġett ikkonċernat bil-persentaġġ stabbilit fl-Artikolu 15(4) ta' l-att bażiku (jiġifieri 50 % jew 75 %); u

(ċ) 

l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta' nuqqas ta' qligħ, kif iddefinit fil-punt I.3.3 ta' l-Anness 11.

L-Artikolu 13

L-assistenza teknika

1.  
L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, kif iddefinita fl-Artikolu 16 ta' l-att bażiku, tista' tiġi finanzjata sa 100 % mill-Fond.
2.  
L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva ta' l-Istati Membri, kif iddefinita fl-Artikolu 17 ta' l-att bażiku, tista' tiġi finanzjata sa 100 % mill-Fond.
3.  
L-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta' l-Istati Membri tista' tieħu l-forma ta' kuntratti ta' akkwist, ta' ħlasijiet lill-esperti u/jew ta' kwalunkwe nefqa amministrattiva suġġetta għar-regoli ta' eliġibbiltà definiti fil-Kapitolu 1 tal-Parti III.

L-Artikolu 14

In-nefqa ta' l-assistenza teknika fil-każ ta' awtorità komuni

1.  
Meta awtorità maħtura waħda jew aktar tkun komuni għal tnejn jew aktar mill-erba' Fondi, l-appropriazzjonijiet għan-nefqa ta' l-assistenza teknika fuq kull wieħed mill-programmi annwali konċernati jistgħu jiġu amalgamati, parzjalment jew b'mod sħiħ.
2.  
In-nefqa fuq l-assistenza teknika għandha tiġi allokata bejn il-Fondi konċernati, preferibbilment abbażi ta' formuli ta' tqassim sempliċi u rappreżentattivi. L-applikazzjoni tal-formuli m'għandha twassal għall-ebda żjieda fl-ammont massimu tan-nefqa ta' l-assistenza teknika fuq kull programm annwali konċernat.

L-Artikolu 15

Il-verifiki mill-awtorità responsabbli

1.  

Il-verifiki li għandhom isiru mill-awtorità responsabbli, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, skond l-Artikolu 27(1)(g) ta' l-att bażiku għandhom ikopru l-aspetti amministrattivi, finanzjarji, tekniċi u fiżiċi tal-proġetti, kif ikun xieraq.

Il-verifiki għandhom jiżguraw li n-nefqa dikjarata tkun reali u ġustifikata għall-fini tal-proġett, li l-proġetti li ngħataw ikunu saru skond il-ftehimiet ta' l-għotja, li l-kontribuzzjoni Komunitarja hija konformi mar-regoli, partikolarment dwar l-istruttura ta' finanzjament iddefinita fl-Artikolu 15 ta' l-att bażiku, li l-applikazzjonijiet għar-rimbors mill-benefiċjarju finali huma korretti u li l-proġetti u n-nefqa jikkonformaw mar-regoli Komunitarji u nazzjonali u jevitaw il-finanzjament doppju tan-nefqa bi skemi Komunitarji jew nazzjonali oħra u b'perijodi oħra ta' programmazzjoni.

Barra minn hekk, il-verifiki għandhom jinkludu:

(a) 

il-verifiki amministrattivi u finanzjarji ta' kull applikazzjoni għar-rimbors mibgħuta mill-benefiċjarji finali;

(b) 

il-verifiki, għallinqas fuq kampjun rappreżentattiv tad-dokumenti ta' appoġġ li jkopri l-intestaturi kollha tal-baġit anness mal-ftehim ta' għotja, tar-rilevanza, ta' l-eżattezza u ta' l-eliġibbiltà ta' l-infiq, tad-dħul u ta' l-infiq kopert mid-dħul assenjat iddikjarati mill-benefiċjarji finali;

(ċ) 

verifiki fuq il-post ta' proġetti individwali, għallinqas fuq kampjun li jirrappreżenta taħlita xierqa ta' tipi u ta' daqsijiet ta' proġetti u billi jitqies kwalunkwe fattur ta' riskju diġà identifikat, sabiex tinkiseb assikurazzjoni raġonevoli rigward il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti, fejn jitqies il-livell ta' riskju identifikat mill-awtorità reponsabbli.

Il-verifiki indikati fil-punti (a) u (b) m'għandhomx għalfejn isiru jekk jiġi impost obbligu fuq il-benefiċjarju finali li jipprovdi ċertifikat ta' verifika mingħand awditur indipendenti li jkopri l-aspetti kollha msemmija fil-punti (a) u (b).

2.  
Għandhom jinżammu rekords ta' kull verifika, li jiddikjaraw ix-xogħol li sar, id-data, ir-riżultati u l-miżuri meħuda bħala reazzjoni għall-iżbalji li ġew skoperti. L-awtorità responsabbli għandha tiżgura li d-dokumenti kollha ta' appoġġ rigward il-verifiki li saru jinżammu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Qorti ta' l-Awdituri għal perijodu ta' ħames snin wara l-għeluq tal-proġett. Dan il-perjodu għandu jiġi interrott fil-każ ta' proċedimenti legali jew fuq it-talba debitament sostanzjata tal-Kummissjoni.
3.  
Fejn l-awtorità responsabbli tagħmilha ta' entità li teżegwixxi taħt il-programm annwali, kif iddefinit fl-Artikolu 7(3), il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu implimentati skond il-prinċipju tas-separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet.

L-Artikolu 16

Ir-rekord ta' verifika

1.  

Għall-finijiet ta' l-Artikolu 27(1)(k) ta' l-att bażiku, ir-rekord ta' verifika għandu jitqies li huwa adegwat jekk jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a) 

jippermetti r-rikonċiljazzjoni ta' l-ammonti ċertifikati lill-Kummissjoni mar-rekords dettaljati tal-kontabbiltà u mad-dokumenti ta' appoġġ għand l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, l-awtorità responsabbli, l-awtoritajiet delegati u l-benefiċjarji finali fuq proġetti kofinanzjati taħt il-Fond;

(b) 

jippermetti l-verifika tal-pagament tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju finali, ta' l-allokazzjoni u tat-trasferiment tal-finanzjament Komunitajru li ngħata taħt il-Fond u tas-sorsi ta' kofinanzjament tal-proġett;

(ċ) 

jippermetti l-verifika ta' l-applikazzjoni tal-kriterji ta' l-għażla li ġew stabbiliti għall-programm annwali;

(d) 

fir-rigward ta' kull proġett, kif ikun xieraq, ikun fih l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-pjan ta' finanzjament, dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' l-għotja, dokumenti relatati mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku u rapporti dwar il-verifiki u dwar il-verifiki finanzjarji li jkunu saru.

2.  
L-awtorità responsabbli għandha tiżgura li jinżamm rekord tal-post fejn jinstabu d-dokumenti kollha relatati ma' pagamenti speċifiċi li jkunu saru taħt il-Fond.

L-Artikolu 17

Il-verifiki tas-sistemi u l-verifiki tal-proġetti

1.  

Il-verifiki msemmija fl-Artikolu 30(1)(a) u (b) ta' l-att bażiku għandhom isiru fuq is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll stabbiliti mill-Istati Membri u fuq kampjun ta' proġetti magħżula permezz ta' metodu approvat mill-awtorità ta' verifika.

Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni għandu:

(a) 

jinkludi taħlita xierqa ta' tipi u ta' daqsijiet ta' proġetti;

(b) 

iqis kwalunkwe fattur ta' riskju li jkun ġie identifikat permezz ta' kontrolli nazzjonali jew Komunitarji u l-aspetti ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-verifiki.

Il-kampjun għandu jinkludi wkoll proġetti li ġew implimentati mill-awtorità responsabbli li tagħmilha ta' entità li teżegwixxi għallinqas fuq bażi proporzjonali.

Il-metodu użat sabiex jintgħażel il-kampjun għandu jiġi dokumentat.

2.  
Il-verifika fuq is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għandha tkopri kull wieħed mill-proċessi li ġejjin għallinqas darba qabel l-2013: il-programmazzjoni, id-delegazzjoni tal-kompiti, l-għażla u l-għotja, il-monitoraġġ tal-proġetti, il-pagament, iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa, ir-rapportaġġ lill-Kummissjoni, l-iskoperta u t-trattament ta' irregolaritajiet potenzjali u l-evalwazzjoni tal-programmi.
3.  

Il-verifiki tal-proġetti għandhom isiru fil-post abbażi tad-dokumentazzjoni u tar-rekords li jkollhom il-benefiċjarju finali u/jew l-imsieħba fil-proġett. Il-verifiki għandhom jikkontrollaw li:

(a) 

il-proġett jissodisfa l-kriterji ta' l-għażla għall-programm annwali, ġie implimentat skond il-ftehim ta' għotja u jissodisfa kwalunkwe kundizzjoni applikabbli li tikkonċerna l-funzjonalità u l-użu tiegħu jew l-għanijiet li għandhom jintlaħqu;

(b) 

in-nefqa dikjarata tikkorrispondi għar-rekords tal-kontabbiltà u għad-dokumenti ta' sostenn li għandhom il-benefiċjarju finali u/jew l-imsieħba fil-proġett, u dawk ir-rekords jikkorrispondu għad-dokumenti ta' sostenn li għandha l-awtorità responsabbli jew kwalunkwe entità delegata;

(ċ) 

l-elementi tan-nefqa jikkorrispondu għar-rekwiżiti ta' eliġibblità stabbiliti fl-Anness 11, għar-rekwiżiti speċifikati matul il-proċedura nazzjonali ta' l-għażla, għat-termini tal-ftehim ta' għotja u għax-xogħlijiet li jkunu saru effettivament u, fejn ikun xieraq, għal regoli oħra Komunitarji u nazzjonali;

(d) 

l-użu jew l-użu intenzjonat tal-proġett huwa konsistenti ma' l-għanijiet, ma' l-azzjoni jew mal-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 17 ta' l-att bażiku u, fejn ikun xieraq, ikopri l-popolazzjoni fil-mira;

(e) 

il-kontribuzzjoni pubblika jew privata tħallset lill-benefiċjarju finali skond l-Artikolu 15(2) ta' l-att bażiku;

(f) 

hemm rekord ta' verifika adegwat;

(g) 

mhemm l-ebda kunflitt ta' interess u nkiseb valur tajjeb għall-flus, partikolarment f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tagħmilha ta' l-entità li teżegwixxi tal-proġett.

4.  
Hija biss in-nefqa fl-ambitu ta' verifika li saret skond il-paragrafu 3 li għandha titqies fir-rigward ta' l-ammont ta' nefqa verifikat għall-fini ta' l-Artikolu 30(1)(b) ta' l-att bażiku. Jekk il-verifika titwettaq qabel ma jkun ingħalaq il-proġett, biex tiġi kalkulata r-rata ta' kopertura titqies biss in-nefqa effettivament ivverifikata.
5.  
Fejn il-problemi skoperti jidher li huma ta' natura sistemika u għalhekk jistgħu jinvolvu riskju għal proġetti oħra, l-awtorità ta' verifika għandha tiżgura li jsir eżami ulterjuri, inklużi, fejn ikun meħtieġ, verifiki addizzjonali biex tiġi stabbilita l-iskala ta' tali problemi. L-awtoritajiet rilevanti għandhom jieħdu l-miżuri preventivi u korrettivi meħtieġa.
6.  
L-awtorità ta' verifika għandha tiġbed konklużjonijiet abbażi tar-riżultati tal-verifiki relatati man-nefqa dikjarata lill-Kummissjoni u għandha tikkomunika l-konklużjonijiet lill-Kummissjoni fir-rapport ta' verifika annwali. Fil-programmi annwali li għalihom ir-rata ta' żball hija 'l fuq mil-livell ta' materjalità ta' 2 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja, l-awtorità ta' verifika għandha tanalizza s-sinifikat ta' dan l-iżball u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluż li tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa, li għandhom jiġu komunikati għallinqas fir-rapport ta' verifika annwali.

L-Artikolu 18

Il-verifiki mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni

1.  
F'każijiet fejn l-awtorità ta' verifika tagħti opinjoni kwalifikata jew opinjoni avversa dwar il-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tivverifika li din l-informazzjoni intbagħtet lill-Kummissjoni. Hija għandha wkoll tiżgura li, min-naħa ta' l-awtorità responsabbli, ġie implimentat pjan ta' azzjoni adegwat sabiex jiġu stabbiliti mill-ġdid sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll li effettivament jiffunzjonaw u jiġi valutat l-impatt tal-funzjonament ħażin fuq id-dikjarazzjoni tan-nefqa.
2.  
Jekk il-talba għall-pagament jew id-dikjarazzjoni ta' rimbors ma tkunx ivvalidata mill-awtorità ta' verifika għar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tiżgura li talba korretta għall-pagament jew dikjarazzjoni korretta ta' rimbors tiġi stabbilita mingħajr dewmien.



KAPITOLU 3

L-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta dwar l-użu tal-Fond

L-Artikolu 19

Il-prinċipju ta' proporzjonalità

1.  
Skond l-Artikolu 10(2) ta' l-att bażiku, l-estent li l-informazzjoni disponibbli għal Stat Membru dwar l-użu tal-Fond tiġi trażmessa lill-Kummissjoni fid-dokumenti msemmija f'dan il-kapitolu jista' jkun proporzjonali għall-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja allokata lill-Istat Membru konċernat u, fejn ikun xieraq, din l-informazzjoni tista' tiġi provduta f'forma mqassra.
2.  
Madankollu, fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu fi kwalunkwe każ jipprovdi informazzjoni aktar dettaljata. Il-Kummissjoni tista' titlob din l-informazzjoni jekk jidher li tkun meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tissodisfa effettivament l-obbigi tagħha skond l-att bażiku u r-Regolament Finanzjarju.

L-Artikolu 20

Id-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

1.  
Id-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll imsemmija fl-Artikoli 31(4) u 32(2) ta' l-att bażiku għandha titressaq skond il-mudell fl-Anness 1.
2.  
L-awtorità responsabbli għandha tivvalida d-deskrizzjoni tas-sistemi implimentati minn kwalunkwe awtorità delegata. Kull waħda mill-awtoritajiet maħtura għandha tikkonferma l-eżattezza tad-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll li għandhom x'jaqsmu magħha. Barra dan, l-awtorità ta' verifika għandha tikkonferma wkoll il-kompletezza tad-deskrizzjoni.
3.  
Meta teżamina d-deskrizzjoni, il-Kummissjoni tista' titlob kjarifiki u tipproponi miżuri biex ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-att bażiku. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jsiru żjarat fil-post mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni.
4.  
Jekk l-awtorità responsabbli tkun l-istess għal tnejn jew aktar mill-erba' Fondi jew fejn sistemi komuni japplikaw għal tnejn jew aktar mill-Fondi, tista' titressaq deskrizzjoni tas-sistemi komuni ta' ġestjoni u ta' kontroll li tagħmel enfasi, fejn ikun xieraq, fuq kwalunkwe fattur speċifiku.

L-Artikolu 21

Ir-reviżjoni tad-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

▼M3

1.  
L-awtorità responsabbli għandha tinforma lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra formali dwar kwalunkwe bidla sostanzjali fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u għandha tibgħat deskrizzjoni riveduta tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr u minn tal-inqas fil-ħin li ssir tali bidla.

▼B

2.  
Il-bidliet sostanzjali huma bidliet li x'aktarx ikollhom impatt fuq is-separazzjoni tal-funzjonijiet, fuq l-effettività tal-mekkaniżmi ta' l-għażla, ta' l-għotja, tal-kontroll u tal-pagament u fuq il-komunikazzjoni mal-Kummissjoni. Għandhom jinkludu, partikolarment, il-bidliet f'waħda mill-awtoritajiet maħtura, fis-sistema ta' kontabbiltà u fil-proċessi ta' pagament u ta' ċertifikazzjoni.
3.  
Ir-reviżjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll għandha ssegwi l-istess proċedura hekk kif ġie stabbilit fl-Artikolu 20.

L-Artikolu 22

Id-dokumenti ta' programmazzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni programm multiannwali, kif imsemmi fl-Artikolu 19 ta' l-att bażiku, skond il-mudell fl-Anness 2.
2.  
L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni l-programmi annwali, kif imsemmija fl-Artikolu 21 ta' l-att bażiku, skond il-mudell fl-Anness 3.
3.  

Il-pjanijiet finanzjarji marbuta mal-programm multiannwali għandhom jippreżentaw tqassim ta' l-ammonti bbaġitjati skond il-prijorità, kif ġie definit fil-linji ta' gwida strateġiċi.

Il-pjanijiet finanzjarji marbuta mal-programmi annwali għandhom jippreżentaw tqassim ta' l-ammonti bbaġitjati skond il-kategorija ta' azzjoni, kif ġew definiti fl-Artikolu 4 ta' l-att bażiku, b'referenza għall-prijoritajiet.

L-Artikolu 23

Ir-reviżjoni tat-tqassim finanzjarju fi programmi annwali

▼M1

1.  
Sabiex jiġi rivedut il-programm annwali approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 21(5) tal-att bażiku, l-Istat Membru konċernat għandu jressaq abbozz tal-programm annwali rivedut lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem il-perjodu ta' eliġibilità. Il-Kummissjoni għandha teżamina u, mill-aktar fis possibbli, tapprova l-programm rivedut skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(5) tal-att bażiku.

▼B

2.  
Il-bidliet fit-tqassim finanzjarju, mingħajr ma tkun saret reviżjoni tal-programm annwali skond il-paragrafu 1, m'għandhomx jeċċedu l-10 % tal-kontribuzzjoni totali mill-Fond u għandhom jitħallew isiru biss f'ċirkostanzi ġustifikati minn kawżi lilhinn mill-kontroll ta' l-awtorità responsabbli. Fir-rapport ta' progress u/jew fir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali, għandha tiġi provduta spjegazzjoni adegwata għal bidliet bħal dawn.

L-Artikolu 24

►M2  Ir-rapporti ta’ progress u dawk finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali u t-talbiet għall-pagamenti ◄

1.  
L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni ir-rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali u t-talbiet ta' pagament, kif imsemmi fl-Artikolu 39(4) ta' l-att bażiku, skond il-mudell fl-Anness 4.
2.  
L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni ir-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali u t-talbiet ta' pagament, kif imsemmi fl-Artikolu 40(1)(b) ta' l-att bażiku, skond il-mudell fl-Anness 5.

▼M3

3.  
It-tabelli finanzjarji marbuta mar-rapporti ta’ progress u mar-rapporti finali għandhom jippreżentaw tqassim tal-ammonti kemm skont il-prijorità u anki skont il-prijorità speċifika, kif ġie definit fil-linji ta’ gwida strateġiċi.

▼M2

4.  
B’referenza għall-Artikolu 39(3) u (4) tal-att bażiku, it-total kumulattiv tal-pagamenti ta’ qabel il-finanzjament magħmul lil Stat Membru ma għandux ikun aktar minn 90 % tal-ammont totali allokat lil tali Stat Membru fid-deċiżjoni ta’ finanzjament li tapprova dan il-programm annwali.

Meta Stat Membru jkun ikkommetta b’mod nazzjonali anqas mill-ammont totali allokat mid-deċiżjoni ta’ finanzjament li tapprova l-programm annwali, it-total kumulattiv tal-pagamenti ta’ qabel il-finanzjament ma għandhiex tkun aktar minn 90 % tal-ammont kommess b’mod nazzjonali.

▼B

L-Artikolu 25

Id-dokumenti stabbiliti mill-awtorità ta' verifika

1.  
L-istrateġija ta' verifika msemmija fl-Artikolu 30(1)(ċ) ta' l-att bażiku għandha tiġi stabbilita skond il-mudell fl-Anness 6. ►M3   Kwalunkwe tibdil fl-istrateġija ta’ verifika sottomessa fir-rigward tal-Artikolu 30(1)(c) tal-att bażiku u aċċettat mill-Kummissjoni għandu jintbagħat lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr. L-istrateġija ta’ verifika riveduta għandha tkun stabbilita skont il-mudell fl-Anness VI, li timmarka r-reviżjonijiet imdaħħla. ◄

▼M3

2.  
Mill-2010, l-awtorità ta’ verifika għandha tressaq pjan ta’ verifika annwali qabel il-15 ta’ Frar ta’ kull sena, ħlief meta kull wieħed mill-aħħar żewġ programmi annwali adottati mill-Kummissjoni jikkorrispondi għal kontribuzzjoni Komunitarja annwali taħt EUR 1 miljun. Il-pjan ta’ verifika għandu jitwaqqaf skont il-mudell fl-Anness VI. l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jerġgħu jissottomettu l-istrateġija ta’ verifika meta jissottomettu l-pjanijiet ta’ verifika annwali. Fil-każ ta’ strateġija ta’ verifika kombinata, kif ġie provdut fl-Artikolu 30(2) tal-att bażiku, jista’ jiġi sottomess pjan ta’ verifika annwali kombinata.

▼B

3.  
Ir-rapport ta' verifika u l-opinjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30(3)(a) u 30(3)(b) ta' l-att bażiku għandhom ikunu bbażati fuq il-verifiki tas-sistemi u fuq il-verifiki tal-proġetti li saru skond l-istrateġija ta' verifika u għandhom jitfasslu skond il-mudelli fl-Annessi 7.A u 7.B.
4.  
Id-dikjarazzjoni ta' validità msemmija fl-Artikolu 30(3)(ċ) ta' l-att bażiku għandha tkun ibbażata fuq ix-xogħol ta' verifika kollu li sar mill-awtorità ta' verifika u, jekk ikun meħtieġ, fuq kontrolli addizzjonali. Id-dikjarazzjoni ta' validità għandha titfassal skond il-mudell fl-Anness 7.C.
5.  
Jekk ikun hemm kwalunkwe limitazzjoni għall-ambitu ta' l-eżami jew jekk il-livell tan-nefqa irregolari skoperta ma jippermettix li tingħata opinjoni mhux kwalifikata għall-opinjoni annwali msemmija fl-Artikolu 30(3)(b) ta' l-att bażiku jew fid-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (ċ) ta' l-istess Artikolu, l-awtorità ta' verifika għandha tagħti r-raġunijiet u tistma l-iskala tal-problema u l-impatt finanzjarju tagħha.

▼M3

Artikolu 26

Id-dokumenti stabbiliti mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni

1.  
Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament ta’ prefinanzjament ieħor imsemmija fl-Artikolu 39(4) tal-att bażiku għandha titfassal mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u tiġi trażmessa lill-Kummissjoni mill-awtorità responsabbli fil-format tal-Anness VIII.
2.  
Iċ-ċertifikazzjoni relatata mat-talba għal pagament finali msemmija fl-Artikolu 40(1)(a) tal-att bażiku għandha titfassal mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u tiġi trażmessa lill-Kummissjoni mill-awtorità responsabbli fil-format tal-Anness IX.

▼B



KAPITOLU 4

Ir-rapportaġġ ta' l-irregolaritajiet

L-Artikolu 27

Ir-rapportaġġ inizjali – Id-derogi

1.  

Skond il-mudelli fl-Annessi 4 u 5, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe irregolarità li kienet is-suġġett ta' sejba primarja amministrattiva jew ġudizzjarja fir-rapporti ta' progress jew fir-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali:

Ir-rapport għandu jindika:

(a) 

il-Fond, il-programm annwali u l-proġett ikkonċernat;

(b) 

id-dispożizzjoni li nkisret;

(ċ) 

id-data u s-sors ta' l-ewwel informazzjoni li wasslet biex jiġi suspettat li saret irregolarità;

(d) 

il-prattiki użati fit-twettiq ta' l-irregolarità;

(e) 

fejn ikun xieraq, jekk il-prattika tagħtix lok għal suspett ta' frodi;

(f) 

il-mod li bih ġiet skoperta l-irregolarità;

(g) 

l-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja konċernata.

Madankollu, il-każijiet li ġejjin mhemmx għalfejn jiġu rapportati, ħlief f'każijiet ta' suspett ta' frodi:

(a) 

każijiet fejn l-irregolaritajiet ikunu relatati ma' ammonti ta' inqas minn EUR 10 000 li jridu jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej;

(b) 

każijiet fejn l-irregolarità tikkonsisti biss fin-nuqqas ta' implimentazzjoni, b'mod sħiħ jew parzjali, ta' proġett inkluż fil-programm annwali minħabba li l-benefiċjarju finali falla;

(ċ) 

każijiet li nġiebu għall-attenzjoni ta' l-awtorità responsabbli mill-benefiċjarju finali b'mod volontarju u qabel ma ġew skoperti mill-awtorità responsabbli, sew qabel jew wara l-pagament tal-kontribuzzjoni pubblika;

(d) 

każijiet skoperti u kkorreġuti mill-awtorità responsabbli qabel ma sar kwalunkwe pagament tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju finali u qabel ma n-nefqa konċernata ġiet inkluża f'dikjarazzjoni ta' nefqa mressqa quddiem il-Kummissjoni.

2.  

Fuq it-talba tal-Kummissjoni, fil-każijiet kollha, l-Istati Membri għandhom jagħtu aktar dettalji rigward:

(a) 

fejn ikun xieraq, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi l-oħra involuti;

(b) 

il-perjodu li matulu, jew il-mument li fih, twettqet l-irregolarità;

(ċ) 

l-awtoritajiet nazzjonali jew l-entitajiet li fasslu r-rapport uffiċjali dwar l-irregolarità u l-awtoritajiet responsabbli għall-azzjoni ta' segwitu amministrattiva jew ġudizzjarja;

(d) 

id-data meta ġiet stabbilita s-sejba primarja amministrattiva jew ġudizzjarja dwar l-irregolarità;

(e) 

l-identità tal-persuni naturali u legali involuti jew ta' kwalunkwe entità oħra parteċipanti, ħlief fejn din l-informazzjoni hija irrilevanti għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-irregolaritajiet, minħabba n-natura ta' l-irregolarità konċernata;

(f) 

il-baġit totali u l-kontribuzzjoni pubblika approvata għall-proġett u t-tqassim tal-kofinanzjament tiegħu bejn il-Komunità u l-kontribuzzjonijiet nazzjonali;

(g) 

l-ammont tal-kontribuzzjoni pubblika li ġie affettwat mill-irregolarità u l-kontribuzzjoni Komunitarja korrispondenti li tinsab f'riskju;

(h) 

fejn ma sar l-ebda pagament tal-kontribuzzjoni pubblika, imsemmija fil-punt (g), lil nies jew lil entitajiet oħra identifikati, l-ammonti li kienu se jitħallsu indebitament kieku l-irregolarità ma ġietx identifikata;

(i) 

is-sospensjoni tal-pagamenti, fejn ikun applikabbli, u l-possibbiltajiet ta' rkupru;

(j) 

in-natura tan-nefqa irregolari.

3.  
Fejn parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, partikolarment dwar il-prattiki użati biex titwettaq l-irregolarità u dwar il-mod li bih l-irregolarità ġiet skoperta, ma tkunx disponibbli, safejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni nieqsa meta jgħaddu r-rapporti sussegwenti dwar l-irregolaritajiet lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 28

Ir-rapportaġġ ta' l-azzjoni ta' segwitu – In-nuqqas ta' rkupru

1.  

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, b'referenza għal kwalunkwe rapport preċedenti li sar skond l-Artikolu 27, bil-proċeduri istitwiti fir-rigward ta' l-irregolaritajiet kollha li ġew innotifikati qabel u b'bidliet sinifikanti li jirriżultaw minnhom. Din l-informazzjoni għandha tingħata fir-rapporti ta' progress jew fir-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali skond il-mudelli fl-Annessi 4 u 5.

Ir-rapport għandu jindika l-ammonti li ġew, jew li mistennija jiġu rkuprati.

2.  

Fuq it-talba tal-Kummissjoni, fil-każijiet kollha, l-Istati Membri għandhom jagħtu aktar dettalji rigward:

(a) 

kwalunkwe miżura interim meħuda mill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament;

(b) 

kwalunkwe proċedura ġudizzjarja u amministrattiva li ġiet istitwita bil-għan li jiġu rkuprati s-somom imħallsa indebitament u biex jiġu imposti sanzjonijet;

(ċ) 

ir-raġunijiet għal kwalunkwe abbandun tal-proċeduri ta' rkupru;

(d) 

ir-raġunijiet għal kwalunkwe abbandun tal-prosekuzzjonijiet kriminali.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni id-deċiżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji kollha li jtemmu tali proċeduri, jew il-punti ewlenin tagħhom, u għandhom jiddikjaraw, partikolarment, jekk is-sejbiet humiex tali li tiġi suspettata frodi jew le.

L-Artikolu 29

Il-kuntatti ma' l-Istati Membri

1.  
Il-Kummissjoni għandha żżomm kuntatti xierqa ma' l-Istati Membri konċernati sabiex tiġi supplimentata l-informazzjoni provduta dwar l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 27 u dwar il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 28 dwar il-possibbiltà ta' rkupru.
2.  
Indipendentement mill-kuntatti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri f'każijiet fejn in-natura ta' l-irregolarità tkun tali li tissuġġerixxi li fi Stati Membri oħra jistgħu jseħħu prattiki identiċi jew simili.

L-Artikolu 30

L-użu ta' l-informazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni tista' tuża kwalunkwe informazzjoni ta' natura ġenerali jew operattiva li ġiet ikkomunikata mill-Istati Membri skond din id-Deċiżjoni biex tagħmel analiżijiet tar-riskji, u, abbażi ta' l-informazzjoni miksuba, tista' tipproduċi rapporti u tiżviluppa sistemi ta' twissija bikrija li jservu biex jidentifikaw ir-riskji b'mod aktar effettiv.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod regolari lill-Istati Membri konċernati dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni taħt il-paragrafu 1.



KAPITOLU 5

L-informazzjoni u l-pubbliċità

L-Artikolu 31

L-informazzjoni għall-benefiċjarji finali potenzjali

1.  

L-awtorità responsabbli għandha tiżgura li l-indikazzjonijiet ewlenin dwar il-programmi multiannwali u l-programmi annwali jkunu mifruxa b'mod wiesa’, bid-dettalji tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji konċernati, u li jkunu disponibbli għall-partijiet kollha interessati.

Madankollu, l-awtorità responsabbli tista' tiddeċiedi li żżomm kunfidenzjali l-arranġamenti ta' ġestjoni interna stabbiliti fil-programm multiannwali jew fil-programmi annwali u kwalunkwe informazzjoni oħra relatata ma' l-implimentazzjoni tal-Fond għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika.

2.  

L-awtorità responsabbli għandha tipprovdi lill-benefiċjarji finali potenzjali għallinqas bl-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jikkwalifikaw għall-finanzjament taħt programm anwali;

(b) 

deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġu eżaminati applikazzjonijiet għal finanzjament u l-perjodi ta' żmien involuti;

(ċ) 

il-kriterji biex jiġu magħżula l-proġetti li għandhom jiġu finanzjati;

(d) 

il-kuntatti li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi annwali.

Minbarra dan, l-awtorità responsabbli għandha tinforma lill-benefiċjarji finali potenzjali bil-pubblikazzjoni kif inhu provdut fl-Artikolu 33(2)(b).

L-Artikolu 32

L-informazzjoni għall-benefiċjarji finali

L-awtorità responsabbli għandha tinforma lill-benefiċjarji finali li l-aċċettazzjoni tal-finanzjament timplika li jkunu qed jaċċettaw ukoll li jiġu inklużi fil-lista tal-benefiċjarji finali pubblikata skond l-Artikolu 33(2)(b).

L-Artikolu 33

Ir-responsabbiltajiet ta' l-awtorità responsabbli fir-rigward ta' l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-pubbliku ġenerali

1.  
L-awtorità responsabbli għandha tiżgura li l-miżuri ta' informazzjoni u ta' pubbliċità jiġu implimentati bil-għan li jkollhom l-aktar kopertura wiesgħa possibbli mill-midja billi jużaw diversi forom u metodi ta' komunikazzjoni fuq il-livell territorjali xieraq.
2.  

L-awtorità responsabbli għandha torganizza għallinqas il-miżuri ta' informazzjoni u ta' pubbliċità li ġejjin:

(a) 

għallinqas attività waħda ta' informazzjoni fis-sena, li tippreżenta, mill-2008, it-tnedija tal-programm multiannwali jew il-kisbiet tal-programm(i) annwali;

(b) 

pubblikazzjoni annwali, għallinqas fuq sit web, tal-lista tal-benefiċjarji finali, l-ismijiet tal-proġetti u l-ammont ta' finanzjament pubbliku u Komunitarju allokat lilhom. L-individwi li jappartjenu lill-gruppi fil-mira li ġew iddefiniti fl-Artikolu 7 ta' l-att bażiku m'għandhomx jissemmew. L-indirizz tas-sit web għandu jiġi komunikat lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 34

Ir-responsabbiltajiet tal-benefiċjarji finali fir-rigward ta' l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-pubbliku ġenerali

1.  
Il-benefiċjarju finali għandu jkun responsabbli biex jinforma lill-pubbliku, permezz tal-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4, dwar l-assistenza miksuba mill-Fond.
2.  

Il-benefiċjarju finali għandu jwaħħal plakka prominenti u permanenti li tkun ta' daqs sinifikanti mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jiġi kompletat kwalunkwe proġett li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kontribuzzjoni Komunitarja totali tal-proġett teċċedi EUR 100 000 ; u

(b) 

l-operazzjoni tikkonsisti mix-xiri ta' oġġett fiżiku jew mill-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura jew ta' kostruzzjoni.

Fuq il-plakka għandu jkun hemm it-tip u l-isem tal-proġett. Barra dan, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 għandha tieħu għallinqas 25 % tal-plakka.

3.  
Fejn proġett jingħata finanzjament taħt programm annwali li huwa kofinanzjat mill-Fond, il-benefiċjarju finali għandu jiżgura li dawk li qed jieħdu sehem fil-proġett ġew informati b'dak il-finanzjament.
4.  
Kwalunkwe dokument, inkluż kwalunkwe ċertifikat ta' attendenza jew ċertifikat ieħor, li jikkonċerna tali proġetti għandu jinkludi dikjarazzjoni li tindika li l-proġett qed ikun kofinanzjat mill-Fond.

L-Artikolu 35

Il-karatteristiċi tekniċi ta' l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-operazzjoni

Il-miżuri kollha ta' informazzjoni u ta' pubbliċità immirati lejn il-benefiċjarji finali, il-benefiċjarji finali potenzjali u l-pubbliku ġenerali għandhom jinkludu:

1. 

l-emblema ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-istandards grafiċi indikati fl-Anness 10 u referenza għall-Unjoni Ewropea;

2. 

referenza għall-Fond;

3. 

dikjarazzjoni magħżula mill-awtorità responsabbli, li tagħmel enfasi fuq il-valur miżjud tal-kontribuzzjoni mill-Komunità.

Għal oġġetti promozzjonali żgħar jew għal oġġetti promozzjonali marbuta ma' tnejn jew aktar mill-erba' Fondi, il-punti 1 u 3 m'għandhomx japplikaw.



KAPITOLU 6

Id-data personali

L-Artikolu 36

Il-protezzjoni tad-data personali

1.  
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ma jħallux li jkun hemm xi kxif mhux awtorizzat ta', jew aċċess illeġittimu għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1)(h) ta' l-att bażiku, għall-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni waqt il-kontrolli tagħha fil-post u għall-informazzjoni msemmija fil-Kapitolu 4.
2.  
L-informazzjoni msemmija fil-Kapitolu 4 m'għandhiex tintbagħat lil persuni għajr dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet Komunitarji li dmirijiethom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha, sakemm l-Istat Membru li jipprovdi tali informazzjoni ma jkunx qabel espressament dwar dan.



KAPITOLU 7

L-iskambju elettroniku tad-dokumenti

▼M3

Artikolu 37

L-iskambju elettroniku tad-dokumenti

Minbarra l-verżjonijiet fuq il-karti debitament iffirmati tad-dokumenti msemmija fil-Kapitolu 3, l-informazzjoni għandha tintbagħat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.

▼B

L-Artikolu 38

Is-sistema kompjuterizzata għall-iskambju tad-dokumenti

1.  
Jekk il-Kummissjoni tiżviluppa sistema kompjuterizzata għal skambju sigur tad-data bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tal-Fond, l-Istati Membri għandhom jiġu informati bl-iżvilupp ta' kwalunkwe sistema kompjuterizzata bħal din u, fuq it-talba tagħhom, jiġu involuti f'dan l-iżvilupp.
2.  
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet maħtura, flimkien ma' l-entitajiet li lilhom ġew delegati l-kompiti, għandhom jirreġistraw id-dokumenti msemmija fil-Kapitolu 3 fis-sistema kompjuterizzata msemmija fil-paragrafu 1.
3.  
Minbarra dan, l-Istati Membri jistgħu jiġu mistiedna biex volontarjament jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 27 u 28 billi jużaw is-sistema speċifika eżistenti ġestita mill-Kummissjoni għall-ġbir ta' l-irregolaritajiet skoperti taħt il-Fondi Strutturali.
4.  
Kwalunkwe spiża ta' kollegament (interface) bejn is-sistema kompjuterizzata komuni u sistemi kompjuterizzati nazzjonali, reġjonali u lokali u kwalunkwe spiża biex jiġu adattati s-sistemi nazzjonali reġjonali u lokali għar-rekwiżiti tekniċi tas-sistema komuni għandhom ikunu eliġibbli skond l-Artikolu 17 ta' l-att bażiku.



PARTI III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-FOND EWROPEW GĦAR-RITORN



KAPITOLU 1

Ir-regoli ta' eliġibbiltà

L-Artikolu 39

Ir-regoli ta' eliġibbiltà

1.  
Ir-regoli stabbiliti fl-Anness 11 għandhom jintużaw biex tiġi determinata l-eliġibbiltà tan-nefqa fuq azzjoni finanzjata taħt il-programmi annwali msemmija fl-Artikolu 35(4) ta' l-att bażiku.
2.  
Ir-regoli huma applikabbli għan-nefqa li tkun saret mill-benefiċjarji finali u għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-nefqa li tkun saret mill-imsieħba fil-proġett.
3.  

L-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà li huma aktar rigorużi minn dawk stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Għandha tkun il-Kummissjoni li tevalwa jekk ir-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà applikabbli jikkonformawx ma' din il-kundizzjoni.



PARTI IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 40

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika ta' l-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta' Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika ta' l-Ungerija, lir-Repubblika ta' Malta, lir-Renju ta' l-Olanda, lir-Repubblika ta' l-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju ta' l-Iżvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.




ANNESSI

ANNESS I:

DESKRIZZJONI TAL-MUDELL TAS-SISTEMI TAL- ĠESTJONI U L-KONTROLL

ANNESS II

MUDELL TA' PROGRAMM MULTIANNWALI

ANNESS III

MUDELL TA' PROGRAMM ANNWALI

ANNESS IV

MUDELL TAR-RAPPORT TAL-PROGRESS DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ANNWALI

A.

Rapport Tekniku

B.

Talba għat-tieni ħlas ta' prefinanzjament

ANNESS V:

MUDELL TA' RAPPORT FINALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ANNWALI

A.

Rapport Tekniku

B.

Talba għal pagament tal-bilanċ/Dikjarazzjoni ta' rimbors

ANNESS VI:

MUDELL TA' L-ISTRATEĠIJA TAL-VERIFIKA

Anness(i) għall-istrateġija tal-verifika: Pjanijiet annwali

ANNESS VII:

MUDELL TAR-RAPPORT MILL-AWTORITÀ TAL-VERIFIKA

A.

Ir-rapport annwali tal-verifika

B.

Opinjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll

C.

Validazzjoni tat-talba għall-ħlas

ANNESS VIII:

MUDELL TA VERIFIKA GĦAT-TIENI PREFINANZJAMENT

ANNESS IX:

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAZZJONI GĦAL ĦLAS FINALI

ANNESS X:

ISTRUZZJONIJIET DWAR L-EMBLEMA U D-DEFINIZZJONI TAL-KULURI STANDARD

ANNESS XI:

REGOLI DWAR L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA IL-FOND EWROPEW GĦAR-RITORN




ANNESS I

DESKRIZZJONI TAL-MUDELL TAS-SISTEMI TAL-ĠESTJONI U KONTROLL

 

verżjoni inizzjali

 

verżjoni riveduta (numru, data jj/xx/sena) li ssegwi d-djalogu mal-Kummissjoni

 

verżjoni riveduta għal raġunijiet oħra

STAT MEMBRU:

FOND:

PUNT EWLIENI TA' KUNTATT:

L-INFORMAZZJONI MOGĦTIJA TIDDESKRIVI S-SITWAZZJONI FL-: …

1.   IDENTIFIKAZZJONI TA' L-AWTORITAJIET MAĦTURA

1.1. Informazzjoni ġenerali dwar l-awtoritajiet maħtura

1.1.1. Deskrizzjoni qasira ta' l-għażliet magħmula dwar il-ħatra ta' awtoritajiet differenti

1.1.2. Indikazzjoni dwar jekk dawn is-sistemi ta' kontroll u ġestjoni humiex jaħdmu

Jekk le, indikazzjoni tad-data meta se tibda taħdem

1.1.3. Indikazzjoni dwar jekk dawn is-sistemi ta' kontroll kinux akkreditati mill-Kummissjoni għal strumenti oħra finanzjarji tal-Komunità (jekk applikabbli).

1.2. Ċart(s) ta' l-organizzazzjoni tal-korp(i) kollha fi fihom ikunu qed jiffunzjonaw l-awtoritajiet maħtura

1.3. Awtorità responsabbli

1.3.1. Id-data u l-forma tal-ħatra formali ta' l-awtorità responsabbli

1.3.2. l-istatus legali ta' l-awtorità responsabbli

1.3.3. Speċifikazzjoni tal-funzjoni li ssir direttament mill-awtorità responsabbli u (jekk ikun applikabbli u/jew previst) minn korpi oħra taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità responsabbli (kompiti li jingħataw barra, esklużi l-kompiti li jingħataw lill-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i) taħt il-punt 1.4)

1.3.4. Ċart ta' l-organizzazzjoni u speċifikazzjoni tal-funzjonijiet ta' l-unitajiet (inkluż l-għadd indikattiv ta' karigi allokati)

1.3.5. Informazzjoni dwar jekk l-awtorità responsabbli tistax taġixxi wkoll bħala korp li jeżegwixxi l-proġetti kofinanzjati mill-Fond.

1.3.6. Jekk l-awtorità responsabbli tkun l-istess waħda għal aktar minn wieħed mill-erba' fondi, deskrizzjoni tal-funzjonijiet u sistemi komuni

1.4. Awtorità (awtoritajiet) iddelegata(i)

1.4.1. Ir-raġunijiet għat-twaqqif ta' awtorità iddelegata

1.4.2. Id-data u l-forma tal-ħatra formali ta' l-awtorità (awtoritajiet) iddelegata(i)

1.4.3. l-istatus legali ta' l-awtorità (awtoritajiet) iddelegata(i)

1.4.4. Speċifikazzjoni tal-funzjoni li ssir direttament mill-awtorità ddelegata u (jekk ikun applikabbli u/jew previst) minn korpi oħra taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità ddelegata (kompiti li jingħataw barra)

1.4.5. Ċart ta' l-organizzazzjoni u speċifikazzjoni tal-funzjonijiet ta' l-unitajiet (inkluż l-għadd indikattiv ta' karigi allokati)

1.4.6. Informazzjoni dwar jekk l-awtorità (awtoritajiet) iddelegata(i) tistax taġixxi wkoll bħala korp eżekuttiv għall-proġetti kofinanzjati mill-Fond.

1.4.7. Jekk l-awtorità ddelegata tkun l-istess waħda għal aktar minn wieħed mill-erba' fondi, deskrizzjoni tal-funzjonijiet u sistemi komuni

1.5. Awtorita’ ta' ċertifikazzjoni

1.5.1. Id-data u l-forma tal-ħatra formali ta' l-awtorità ta' ċertifikazzjoni

1.5.2. l-istatus legali ta' l-awtorità ta' ċertifikazzjoni

1.5.3. Speċifikazzjoni tal-funzjoni li ssir direttament mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni u (jekk ikun applikabbli u/jew previst) minn korpi oħra taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità ta' ċertifikazzjoni (kompiti li jingħataw barra)

1.5.4. Ċart ta' l-organizzazzjoni u speċifikazzjoni tal-funzjonijiet ta' l-unitajiet (inkluż l-għadd indikattiv ta' karigi allokati)

1.5.5. Jekk l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tkun l-istess waħda għal aktar minn wieħed mill-erba' Fondi, deskrizzjoni tal-funzjonijiet u sistemi komuni

1.6. Awtorità tal-verifika

1.6.1. Id-data u l-forma tal-ħatra formali ta' l-awtorità tal-verifika

1.6.2. l-istatus legali ta' l-awtorità tal-verifika

1.6.3. Speċifikazzjoni tal-funzjoni li ssir direttament mill-awtorità tal-verifika u (jekk ikun applikabbli u/jew previst) minn korpi oħra taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità tal-verifika (kompiti li jingħataw barra)

1.6.4. Ċart ta' l-organizzazzjoni u speċifikazzjoni tal-funzjonijiet ta' l-unitajiet (inkluż l-għadd indikattiv ta' karigi allokati)

1.6.5. Kwalifikazzjoni ta' l-istaff għall-awtorità tal-verifika u (jekk applikabbli u/jew previsti) tal-korpi l-oħra mistennija li jwettqu xogħol ta' verifika (kompiti li jingħataw barra)

1.6.6. Jekk l-awtorità tal-verifika tkun l-istess waħda għal aktar minn wieħed mill-erba' Fondi, deskrizzjoni tal-funzjonijiet u sistemi komuni

1.6.7. Jekk awtorità responsabbli tista' wkoll taġixxi bħala korp li jeżegwixxi l-proġetti kofinanzjati mill-Fond, deskrizzjoni ta' l-arranġamenti li jiżguraw pożizzjoni indipendenti ta' l-awtorità tal-verifika f'konformità ma' l-artikolu 8.

Gwida għal sezzjonijiet 2 – 4

L-ewwel parti ta' kull tabella

Id-deskrizzjoni tal-proċessi għandhom jinkludu l-kompiti li jridu jitwettqu minn kull awtorità ddelegata (jew korpi taħt ir-responsabbiltà tagħhom) u l-interazzjoni bejniethom. Id-deskrizzjoni għandha tkun konċiża iżda madanakollu għandha tippermetti li jinftehmu b'mod ċar kif il-proċessi għandhom jitħaddmu fil-prattika.

It-tieni parti ta' kull tabella

Il-lista ta' verifika għandha tkun kompluta billi tindika jekk kull mira tkunx intlaħqet jew le u li tipprovdi kull informazzjoni rilevanti. Jekk ma tkunx intlaħqet il-mira, jekk jogħġbok agħti spjegazzjoni u, jekk ikun relevanti, indika d-data mistennija biex jitlesta x-xogħol.

Jekk il-proċeduri jkunu regolati, għandha tkun inkluża referenza għad-dokument.

2.   Il-FUNZJONAMENT TA' L-AWTORITAJIET MAĦTURA



2.1.  In-nomina u s-sorveljanza ta' l-awtoritajiet maħtura

Deskrizzjoni qasira tal-proċess tat-twaqqif ta' l-awtoritajiet maħtura

[Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtoritajiet kollha]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Ir-regolamenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet ta' l-Istati Membri ma' l-awtoritajiet maħtura jidentifikaw ir-responsabbiltajiet rispettivi

I/L

 

2

L-Istati Membri pprovdew gwida lill-awtoritajiet maħtura biex jiżguraw ġestjoni finanzjarja soda (permezz ta' taħriġ u/jew manwali)

I/L

 

3

Kull awtorità għandha tinforma lill-istaff tagħha bl-istqarrija ta' mandat ta' l-organizzazzjoni kif ukoll id-deskrizzjoni ta' l-impjieg u r-riżultati mistennija

I/L

 

4

Ittieħdu l-passi biex jiżguraw li l-awtoritajiet differenti għandhom staff adegwat f'termini ta' numru ta' persuni, anzjanità u esperjenza sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom

I/L

 



2.2.  Separazzjoni tal-funzjonijiet

Deskrizzjoni qasira ta' l-arranġamenti definiti biex jiżguraw separazzjoni proprja tal-funzjonijiet

[Id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtoritajiet kollha]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Ir-regolamenti huma ddefiniti biex jiżguraw separazzjoni proprja tal-funzjonijiet bejn l-atturi fi ħdan l-awtorità responsabbli għall-firma tal-ftehim tal-kuntratti/għotjiet

I/L

 

2

Ir-regolamenti huma ddefiniti biex jiżguraw separazzjoni proprja tal-funzjonijiet bejn l-atturi fi ħdan l-awtorità responsabbli għall-bidu, il-verifikazzjoni u l-approvazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjari

I/L

 

3

L-awtorità tal-verifika għandha tiffunzjona b'mod indipendenti mill-awtorità responsabbli u mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

I/L

 

4

L-awtorità ta' ċertifikazzjoni ma għandhiex tkun involuta fl-għażla, fl-implimentazzjoni u fit-tranżazzjonijiet finanzjarji relatati mar-riżorsi tal-Komunità

I/L

 



2.3.  Is-sorveljanza ta' l-awtorità (awtoritajiet ddelegata/i) – jekk applikabbli

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtorità responsabbli u l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i)]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Il-kompiti li għandhom ikun ddelegati huma definiti b'mod ċar

I/L

 

2

Il-proċeduri huma stabbiliti fir-rigward tal-kompiti ddelegati u l-konformità tagħhom mar-regolamenti definiti fl-att bażiku/ir-regolamenti ta' implimentazzjoni hija ċċekkjata

I/L

 

3

Kontrolli ta' sorveljanza għandhom isiru biex jiżguraw li l-kompiti jitwettqu skond il-proċeduri stabbiliti

I/L

 



2.4.  Is-sorveljanza ta' kompiti oħra mhux imwettqa mill-awtoritajiet infushom – jekk applikabbli

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtoritajiet kollha]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

F'każ li l-korpi li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità responsabbli (u li mhumiex ikkunsidrati bħala awtoritajiet iddelegati), ikun hemm mekkaniżmi ta' sorveljanza biex jiżguraw ġestjoni finanzjarja soda

I/L

 

2

Fil-każ ta' atttivitajiet ta' verifika li jingħataw barra u fil-każ ta' korpi li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità tal-verifika, hemm mekkaniżmi ta' sorveljanza biex jiżguraw metodoloġija ta' verifika komuni u konsistenza max-xogħol ta' verifika

I/L

 

3

Fil-każ ta' atttivitajiet li jiċċertifikaw li jingħataw barra u fil-każ ta' korpi li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità li tiċċertifika hemm mekkaniżmi ta' sorveljanza biex jiżguraw strateġija komuni għaċ-ċertifikazzjoni

I/L

 

4

Fil-każ li jingħataw esternament lill-korpi privati mingħajr missjoni ta' servizz pubbliku, il-mekkaniżmi huma definiti biex jiżguraw li l-kompiti li jistgħu jingħataw ma jinkludux l-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika jew li jeħtieġu l-użu ta' setgħat diskrezjonali ta' ġudizzju

I/L

 

3.   PROĊESSI OPERATTIVI U FINANZJARJI



3.1.  Li jistabbilixxu programmi multi-annwali

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtorità responsabbli u l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i)]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Ikunu previsti arranġamenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' partenarjat bi qbil mar-regolamenti u l-prattiċi nazzjonali preżenti

I/L

 

2

Il-proċeduri huma definiti biex jiċċekkjaw li l-programm multi-ligwistiku hu konsistenti mal-linji gwida strateġiċi u li hu konformi mal-liġi Komunitarja, b'mod partikolari l-liġi Komunitarja li għandha l-għan li tiżgura l-moviment ħieles tal-persuni f'rabta mal-miżuri ta' akkumpanjament li huma direttament relatati fir-rigward tal-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-ażil u l-emigrazzjoni

I/L

 

3

Il-programm multi-annwali għandu jkun approvat minn persuna debitament awtorizzata

I/L

 



3.2.  Li jistabbilixxu programmi annwali

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtorità responsabbli u l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i)]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Il-proċeduri huma stabbiliti biex jiżguraw:

— il-konsistenza bejn il-programmi annwali u l-programm multi-annwali

— l-eleġibbiltà ta' l-azzjonijiet ippjanati fil-programmi annwali

— il-konsistenza u l-kumplimentarità ta' dawn l-azzjonijiet ma' strumenti oħra nazzjonali u Komunitarji

— il-konformità mar-regoli dwar il-persentaġġi tal-ko-finanzjament

— Il-konsistenza mal-prijoritajiet/prijoritajiet speċifiċi stipulati fil-linji gwida strateġiċi

I/L

 

2

Il-proċeduri huma stabbiliti biex jippermettu r-reviżjoni ta' programm annwali fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza debitament sostanzjati kif deskritti fl-att bażiku, (jekk applikabbli)

I/L

 

3

Il-proċeduri huma stabbiliti biex jippermettu s-sottomissjoni ta' reviżjoni ta' programm annwali meta jkun meħtieġ skond l-Artikolu 23(1) ta' din id-deċiżjoni

I/L

 

4

Kwalunkwe modifika ta' l-analiżi finanzjarja ta' programm annwali u r-raġunijiet għaliha jkunu dokumentati

I/L

 

5.

Kwalunkwe modifika ta' l-implimentazzjoni tal-programm annwali mhux marbut ma' l-analiżi finanzjarja (eż. dwar in-natura u l-waqt tas-sejħiet għall-proposti jew l-ambitu ta' l-assistenza teknika) u r-raġunijiet għaliex tkun iddokumentata

I/L

 



3.3.  It-twaqqif ta' l-istrateġija tal-verifika u l-pjani ta' verifika annwali

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[din id-deskrizzjoni hi dwar l-awtorità tal-verifika]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Ir-regolamenti huma definiti biex jiżguraw komunikazzjoni trasparenti u xierqa mill-awtorità responsabbli għall-awtorità tal-verifika dwar proċeduri ta' ġestjoni u dwar proġetti qabel u waqt il-perjodu ta' l-ipprogrammar

I/L

 

2

Il-proċeduri huma stabbiliti biex jiddefinixxu l-pjanijiet annwali ta' verifika (li kull sena għandhom ikunu annessi ma' l-istrateġija tal-verifika) u li jibagħtuhom fil-ħin lill-Kummissjoni (jekk ikun applikabbli)

I/L

 

3

l-istrateġija tal-verifika u l-pjanijiet tal-verifika annwali huma approvati minn persuna debitament awtorizzata

I/L

 



3.4.  L-awtorità responsabbli li taġixxi bħala korp li jeżegwixxi – jekk ikun applikabbli

Deskrizzjoni qasira tar-raġunijiet li jwasslu lill-awtorità responsabbli biex timplimenta proġetti direttament u l-arranġamenti speċifiċi previsti biex isaħħu s-sistemi tal-ġestjoni u kontroll

[din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtoritajiet kollha]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Il-ġustifikazzjoni tal-bżonn biex l-awtorità responsabbli timplimenta proġetti tkun iddokumentata u ffirmata fil-livelli xierqa

I/L

 

2

Hemm arranġamenti speċifiċi biex jiżguraw li n-natura u l-għanijiet tal-proġetti jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet definiti għall-Fond

 

 

3

Hemm arranġamenti speċifiċi biex ma jħallux li jkun hemm konflitt ta' interess għal proġetti implimentati mill-awtorità responsabbli

I/L

 

4

Hemm arranġamenti speċifiċi biex jiżguraw li jkun irrispettat il-prinċipju tal-valur għall-flus fl-implimentazzjoni tal-proġetti mill-awtorità responsabbli

I/L

 

5

Il-proċeduri huma definiti biex jiżguraw li termini kontrattwali li jirregolaw dawn il-proġetti huma ċari u kompluti b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' finanzjament, il-mod tal-ħlas, ir-regolamenti dwar l-eleġibbiltà u l-obbligazzjonijiet dwar ir-rappurtar operattiv u finanzjarju

I/L

 

6

Ikun hemm arranġamenti speċifiċi biex jiżguraw li l-funzjonijiet prinċipali ta' l-awtorità responsabbli kif stipulat fl-att bażiku mhumiex affettwati fir-rigward tal-proġetti implimentati mill-awtorità responsabbli

I/L

 

7

Meta l-awtorità responsabbli taġixxi bħala korp li teżegwixxi, l-awtorità tal-verifika tittieħed f'korp ieħor minbarra l-awtorità responsabbli (jekk le, jekk jogħġbok iddeskrivi l-garanziji addizzjonali li jkun hemm biex jiżguraw l-indipendenza proprja ta' l-awtorità tal-verifika)

I/L

 

8

l-istrateġija tal-verifika għandha tkopri r-riskji speċifiċi li jistgħu jkunu marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' proġetti mill-awtorità responsabbli

I/L

 



3.5.  L-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti (l-awtorità responsabbli li taġixxi bħala korp li jaġħti)

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtorità responsabbli u l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i)]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Fil-każ ta' sejħa għall-proposti (jew offerti), ir-regolamenti huma ddefiniti biex jiżguraw kompetizzjoni miftuħa u pubbliċità adegwata

I/L

 

2

Il-kriterji ta' l-għażla għandhom ikunu konformi mal-kriteji minimi ddefiniti fl-att bażiku

I/L

 

3

Il-proċeduri huma ddefiniti biex jintlaqgħu proposti (jew offerti)

I/L

 

4

Il-proċeduri huma ddefiniti biex jiżguraw li l-proposti (jew l-offerti) huma vvalutati kontra regolamenti u kriterji predefiniti b'mod trasparenti u mhux diskriminatorju

I/L

 

5

Id-deċiżjonijiet dwar l-għotjiet u l-ftehimiet dwar kuntratti/l-għotjiet għandhom ikunu approvati minn persuna debitament awtorizzata

I/L

 

6

Il-proċeduri huma ddefiniti biex jiżguraw l-informazzjoni ex post lill-applikanti dwar ir-riżultati tal-proċess ta' l-għażla

I/L

 

7

Il-proċeduri huma ddefiniti biex jiżguraw il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-ftehimiet/kuntratti dwar l-għotjiet skond it-termini kontrattwali

I/L

 



3.6.  Sorveljanza tal-proġetti implimentati mill-benefiċjarji finali

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtorità responsabbli u l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i)]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Indikaturi prinċipali operattivi u finanzjarji għandhom ikunu stabbiliti, sorveljati u komunikati lill-awtorità responsabbli għal kull proġett

I/L

 

2

Verifikazzjonijiet fuq il-post mill-awtorità responsabbli huma previsti biex jippermettu sorveljanza (kemm ta' l-aspetti operattivi u kemm dawk finanzjarji) tal-proġetti

I/L

 

3

l-awtorità responsabbli għandha tiżgura li l-benefiċjarji finali jagħmlu użu tas-sistemi xierqa ta' verifika f'forma kompjuterizzata

I/L

 

4

l-awtorità responsabbli għandha tiżgura li l-benefiċjarji finali jimplimentaw id-dispożizzjonijiet dwar il-viżibiltà tal-finanzjament ta' l-UE

I/L

 



3.7.  Ġestjoni finanzjarja tal-proġett

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[tinvolvi l-awtorità responsabbli u l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i)]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

It-tranżazzjonijiet finanzjari għandhom ikunu approvati minn persuni debitament awtorizzati

I/L

 

2

Qabel ma jsiru pagamenti/irkupri, isiru verifikazzjonijiet partikolarment sabiex tissorvelja:

— il-preċiżjoni u r-regolarità tat-talbiet għall-ħlas, fir-rigward tar-regoli dwar l-eleġibbiltà għall-Fond(i)

— li prodotti u/jew servizzi kofinanzjati mill-proġett kien fil-fatt saru

— il-ħlas preċiż, komplut u effettiv ta' kontribuzzjonijiet oħra rċevuti minn sorsi pubbliċi jew privati

— li r-riżultati ta' kwalunkwe attività ta' verifika kienu kkunsidrati

I/L

 

3

iI-verifiki għandhom isiru sabiex ikun hemm livell raġonevoli ta' ċertizza tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet eżistenti

I/L

 

4

Kontrolli ta' superviżjoni għandhom isiru tul il-perjodu ta' l-ipprogrammar biex jiżgura li l-proċeduri finanzjarji stabbiliti huma rispettati

I/L

 

5

Il-verifikazzjonijiet għandhom jitwettqu b'kumplimentarità mal-programmi oħra finanzjarji Komunitarji sabiex ikun evitat il-finanzjament doppju

I/L

 



3.8.  Irregolaritajiet, korrezzjonijiet u rkupri

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtorità responsabbli u l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i) u l-awtorità li tiċċertifika]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Definizzjonijiet ta' irregolaritajiet huma stabbiliti u huma konformi mat-ħtiġiet tal-Komunità

I/L

 

2

Il-mekkaniżmi isiru biex jiżguraw li l-irregolaritajiet jistgħu jinstabu fil-ħin u jittieħdiu miżuri korrettivi immedjati

I/L

 

3

Ikun hemm proċeduri biex jiżguraw li l-Kummissjoni tinżamm infurmata bl-irregolaritajiet li jinstabu, u jekk ikun xieraq, bi kwalunkwe miżuri korrettivi li jittieħdu bi qbil ma' l-obbligazzjonijiet stipulati f'din id-deċiżjoni

I/L

 

4

Ikun hemm proċeduri biex jiżguraw insegwitu proprju ta' l-ordnijiet ta' rkupru u, jekk ikun applikabbli, ta' interessi bl-arretrati

I/L

 

5

Fil-każ li l-ordnijiet ta' irkupru ma jkunux jistgħu jissarfu, jiġu identifikati raġunijiet biex jivvalutaw jekk l-Istati Membri għandhux jirrifondu l-fondi lill-baġit tal-Komunità jew le.

I/L

 



3.9.  It-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-missjonijiet ta' verifika

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[din id-deskrizzjoni għandha tinkludi l-awtorità tal-verifika u, bħala entitajiet li potenzjalment ikunu vverifikati,, l-awtorità responsabbli u l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i) u, bħala riċevituri tal-konklużjonijiet, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Il-prattika tal-verifika hi konformi ma' standards internazzjonali aċċettati

I/L

 

2

Manwal tal-verifika jkun stabbilit biex jintuża mill-awdituri fuq il-bażi tal-ħtiġiet definiti fl-att bażiku

I/L

 

3

Il-verifiki jsiru biex jivverifikaw il-funzjoni effettiva tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll

I/L

 

4

L-ispezzjonijiet li jsiru fuq l-ispejjeż eleġibbli għandhom ikunu bbażati fuq kampjun xieraq, u għandhom jikkonsistu minn ta' l-inqas 10 % ta' l-ispejjeż eleġibbli

I/L

 

5

Il-verifiki ta' l-ispejjeż eleġibbli għandhom jivverifikaw ta' l-inqas il-konformità, l-effettività u l-effiċjenza ta' l-elementi segwenti: Il-proċedura ta' l-għażla tal-proġett, l-objettivi tal-proġett, ir-realtà ta' l-akkwist, l-eliġibbiltà ta' l-ispejjeż, dokumenti validi li jissostanzjaw l-ispejjeż, il-ko-finanzjament nazzjonali, audit trail.

I/L

 

6

Insegwitu ta' rakkomandazzjonijiet ta' qabel għandu jsir fuq bażi regolari

I/L

 

7

Il-proġetti implimentati mill-awtorità responsabbli għandhom ikunu soġġetti għall-skrutinju qawwi

I/L

 



3.10.  Rapport tal-verifika tal-programmi annwali u dikjarazzjonijiet relatati

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[din id-deskrizzjoni għandha tinvolvi l-awtorità tal-verifika]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Il-proċeduri huma stabbiliti biex jikkonsolidaw il-konklużjonijiet tas-sistemi tal-verifiki tal-proġetti għal kull programm annwali

I/L

 

2

l-ispezzjonijiet għandhom isiru biex jivvalutaw it-talbiet għall-ħlasijiet

I/L

 

3

Aktar eżamijiet għandhom ikunu mnedija fil-każ li jinstabu żbalji sistematiċi fil-limitu tal-materjalità

I/L

 

4

Ir-rapport u d-dikjarazzjonijiet relatati għandhom ikunu approvati minn persuna debitament awtorizzata

I/L

 



3.11.  Ċertifikazzjoni ta' nfiq

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[din id-deskrizzjoni primarjament tinvolvi l-awtorità li tiċċertifika iżda wkoll l-awtorità responsabbli u l-awtorità (awtoritajiet) iddelegata(i)]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Il-proċeduri huma stabbiliti biex jiżguraw li l-informazzjoni neċessarja tkun irċevuta mill-awtorità responsabbli bl-iskop ta' ċertifikazzjoni

I/L

 

2

Il-proċeduri huma stabbiliti biex jiżguraw li r-rapport tal-verifika ta' kull programm annwali u d-dikjarazzjonijiet relatati jkunu rċevuti mill-awtorità tal-verifika

I/L

 

3

Il-proċeduri huma stabbiliti biex jiżguraw li l-irkupri jkunu kkunsidrati għad-dikjarazzjoni finali ta' l-ispiża u biex isegwu proċedimenti legali kontinwi jew appelli amministrattivi b'effett sospensiv fir-rigward ta' l-irkupri

I/L

 

4

Il-verifiki għandhom isiru biex jiżguraw il-preċiżjoni u li tintemm id-dikjarazzjoni ta' l-ispiża. (partikolarment, fuq kull interessi ġġenerati mill-pre-finanzjamenti rċevuti mill-Kummissjoni kif ukoll mill-użu effettiv bħala kontribuzzjoni nazzjonali)

I/L

 

5

Fil-każ ta' flus lokali, il-metodi użati għall-kalkolu fl-Euro huma konformi mar-regoli ddefiniti mill-Kummissjoni

I/L

 



3.12.  L-evalwazzjoni tal-programm

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[tinvolvi l-awtorità responsabbli u l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i)]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Id-dokumenti ta' gwida mill-Kummissjoni dwar l-evalwazzjonijiet ikunu mxerrda ħafna u jkunu disponibbli għall-benefiċjarji potenzjali finali u għall-partijiet interessati l-oħra

I/L

 

2

Għandhom ikunu rreġistrati l-indikaturi prinċipali operattivi u finanzjarji pprovduti mill-benefiċjarji finali biex ikejlu l-miżuri tal-proġetti

I/L

 

3

l-awtorità responsabbli (u/jew l-awtoritajiet iddelegata(i)) għandhom jiżguraw li l-indikaturi pprovduti huma xierqa biex ikejlu r-riżultati ta' kull proġett

I/L

 

4

Ikun hemm proċeduri biex jiżguraw li l-evalwazzjoni neċessarja ssir kif rikjesta mill-att bażiku

I/L

 

4.   ĠESTJONI TA' L-INFORMAZZJONI



4.1.  Dokumentazzjoni dwar il-proċeduri

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[tinvolvi l-awtoritajiet kollha]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

L-awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti msemmija fl-Artikolu 7 ta' din id-deċiżjoni huma konformi mal-liġi nazzjonali u Komunitarja (eż. akkwist pubbliku, regoli dwar il-verifiki, eċċ

I/L

 

2

Il-proċeduri huma approvati minn persuna debitament awtorizzata

I/L

 

3

Il-proċeduri stabbiliti jfasslu struzzjonijiet ċari dwar kull operazzjoni prinċipali u jispjegaw iċ-ċirkwiti tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-mod kif tiffunzjona

I/L

 

4

Ikun hemm arranġamenti biex jiżguraw li l-istaff kollu rilevanti ikun infurmat bil-proċeduri stabbiliti

I/L

 

5

Fejn ikun xieraq, dawn il-proċeduri jinkludu l-użu ta' listi ta' verifiki li jagħtu sommarju tal-kontrolli prinċipali li għandhom jitwettqu

I/L

 

6

Ikun hemm arranġamenti biex jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali

I/L

 



4.2.  Kontijiet u żamma ta' kotba

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[tinvolvi l-awtorità responsabbli l-awtorità/awtoritajiet iddelegata(i) u l-awtorità li tiċċertifika]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

Ikun hemm arranġamenti biex jiżguraw li d-data tal-kontijiet tkun kompluta, affidabbli u korretta. Partikolarment, is-sistema tal-kontijiet tippermetti:

— It-traċċabbiltà sħiħa tar-riżorsi tal-Kummissjoni fuq il-livell tal-benifiċjarju finali u fuq il-proġetti

— l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe interess iġġenerat mill-pre-finanzjament rċevut mill-Kummissjoni

— L-identifikazzjoni ta' l-ordnijiet ta' rkupru maħruġa u, jekk ikun applikabbli, jekk ikunux issarrfu

I/L

 

2

is-sistema tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika hi konformi mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data

I/L

 

3

Is-sistema tar-rappurtar finanzjarju u l-verifika li tkun se tintuża għandha tkun fuq formola kompjuterizzata

I/L

 

4

Ikun hemm sistema ta' rinforz biex tiggarantixxi l-kontinwità ta' l-operazzjonijiet jekk ikun hemm bżonn

I/L

 

5

Fil-każ ta' flus lokali, il-metodi użati għall-kalkolu fl-Euro huma konformi mar-regoli ddefiniti mill-Kummissjoni

I/L

 



4.3.  Irrappurtar lill-Kummissjoni

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[tinvolvi l-awtoritajiet kollha]

 

Miri prinċipali

Miksuba?

Kummenti

1

L-obbligazzjonijiet dwar l-irrapportar kienu ddefiniti kif kienu wkoll l-implikazzjonijiet għar-riżorsi

I/L

 

2

Il-proċeduri stabbiliti jippermettu fattur produttiv proprju, fil-ħin u komplut mill-awtoritajiet maħtura

I/L

 

3

Ir-rapporti huma approvati minn persuna debitament awtorizzata

I/L

 



4.4.  Ir-rekord ta' verifika

Deskrizzjoni qasira tal-proċess

[tinvolvi l-awtoritajiet kollha]

Fejn qed jinżammu dawn id-dokumenti?

Korp/Unità inkarigata

Għal kemm żmien?

Deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll li tinkludi l-manwal(i) tal-proċeduri

 

 

Strateġija tal-verifika

 

 

Programm nazzjonali multi-annwali u r-reviżjoni possibbli

 

 

Programmi nazzjonali multi-annwali u r-reviżjoni possibbli

 

 

Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar programmi multi-annwali u annwali

 

 

Sejħiet għall-proposti/Sejħiet għall-offerti

 

 

Fajls ta' l-applikant/fajls tal-kuntratt

 

 

Analiżi amminstrattiva, teknika u finanzjarja ta' proposti/offerti rċevuti (tabelli ta' evalwazzjoni) u rapporti tal-kumitat ta' l-evalwazzjoni

 

 

Deċiżjonijiet dwar il-finanzjament jew ir-rifjut tagħhom

 

 

Ftehimiet dwar l-iffinanzjar tal-proġett

 

 

Deċiżjonijiet dwar l-impenn finanzjarju għal kull proġett

 

 

Rapporti dwar il-progress u rapport finali sottomess mir-riċevituri tal-finanzjament

 

 

Rapporti finanzjarji u applikazzjonijiet għall-ħlas sottomessi mill-Proġett ffinanzjat

 

 

Dokumenti li jissostanzjaw l-ispiża u d-dħul tal-proġett iffinanzjat

 

 

Ħlasijiet/awtorizzazzjonijiet għall-irkupru (prova tal-verifiki mwettqa)

 

 

Ħlasijiet/ordnijiet ta' rkupru għall-finanzjament

 

 

Provi tal-ħlasijiet/irkupru tal-finanzjament

 

 

Dokumentazzjoni marbuta mal-metodoloġija tal-kampjuni għall-attività tal-verifika

 

 

Rapporti u verifiki li jsiru fuq il-proġetti

 

 

Rapporti dwar il-verifiki li jsiru fuq livell nazzjonali

 

 

Rapporti tal-verifiki dwar il-programmi annwali

 

 

Opinjonijiet tal-verifiki dwar is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll

 

 

Dikjarazzjonijiet tal-verifiki dwar il-validità tat-talbiet għall-ħlas

 

 

Talbiet għall-ħlas mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea

 

 

Ċertifikazzjoni ta' l-ispejjeż mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea

 

 

Rapporti ta' l-implimentazzjoni tal-progress mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea

 

 

Rapporti ta' l-implimentazzjoni finali mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea

 

 

Prova tal-ħlas rċevuta mill-Kummissjoni Ewropea

 

 

Rapporti ta' l-evalwazzjonii mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea

 

 

5.   APPROVAZZJONI TAD-DESKRIZZJONI TAS-SISTEMI TA' ĠESTJONI U KONTROLL



Awtorità

Dikjarazzjoni

Data u firma

Awtorità Responsabbli

Niċċertifika li l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u s-sistemi interni ta' kontroll ta' l-Awtorità Responsabbli hi eżatta u kompluta

Isem:

Pożizzjoni:

Data:

 

 

Firma

Awtorità ta' ċertifikazzjoni

Niċċertifika li l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u s-sistemi interni ta' kontroll ta' l-Awtorità ta' Ċertifikazzjoni hi eżatta u kompluta

Isem:

Pożizzjoni:

Data:

 

 

Firma

Awtorità tal-verifika

Niċċertifika li l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u s-sistemi interni ta' kontroll ta' l-Awtorità tal-Verifika hi eżatta u kompluta

u

nista’ nikkonferma li dak li kien deskritt jagħti stampa ta' min joqgħod fuqha tas-sistemi kollha tal-ġestjoni u kontroll

Isem:

Pożizzjoni:

Data:

 

 

Firma




ANNESS II:

MUDELL TA' PROGRAMM MULTIANNWALI

 

verżjoni inizzjali

 

verżjoni riveduta (numru, data jj/xx/sena) li ssegwi d-djalogu mal-Kummissjoni

 

verżjoni riveduta fid-dawl tal-valutazzjonijiet u/jew li ssegwi d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni

 

verżjoni riveduta li ssegwi r-reviżjoni tal-linji gwida strateġiċi

STAT MEMBRU:

FOND:

AWTORITÀ RESPONSABBLI:

PERJODU KOPERT:

1.   SITWAZZJONI FL-ISTAT MEMBRU

Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni bażika fl-Istat Membru fil-qasam ta' politika kopert mill-għanijiet tal-Fond

1.1. Is-sitwazzjoni nazzjonali u l-flussi migratorji li jaffettwawha

1.2. Il-miżuri li ttieħdu s'issa mill-Istat Membru

1.3. Ir-riżorsi totali nazzjonali allokati

2.   ANALIŻI TAL-ĦTIĠIET FL-ISTAT MEMBRU

2.1. Il-ħtiġiet fl-Istat Membru b'rabta mas-sitwazzjoni bażika

2.2. L-għanijiet operattivi ta' l-Istat Membru mfassla biex jilqgħu għall-ħtiġiet tiegħu

3.   STRATEĠIJA BIEX JINTLAĦQU L-GĦANIJIET

Deskrizzjoni dwar il-kontribut tal-fond biex jilqa' għall-ħtiġiet, liema prioritajiet intagħżlu u għaliex

3.1. Il-Prijorità 1

3.2. Il-Prijorità 2

3.3. Eċċ.

Tqassim tal-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni tal-prijoritajiet magħżula

a) 

L-għan(ijiet) ta' l-istrateġija u eżempji ta' l-azzjonijiet prinċipali

b) 

Deskrizzjoni tal-mira(i) kkonċernata(i) u l-indikatur(i) użat(i)

c) 

Jekk ikun xieraq, indikazzjoni ta' liema azzjonijiet prinċipali huma kkunsidrati li jimplimentaw prijoritajiet speċifiċi taħt il-prijorità magħżula

4.   KOMPATIBBILTÀ MA' STRUMENTI OĦRA

Indikazzjoni dwar kif din l-istrateġija hi kompatibbli ma' strumenti reġjonali, nazzjonali u Komunitarji oħra

4.1. Il-Prijorità 1

4.2. Il-Prijorità 2

4.3. Eċċ.

5.   QAFAS GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ISTRATEĠIJA

5.1. Il-pubblikazzjoni tal-programm

5.2. L-istrateġija magħżula biex timplimenta l-prinċipju ta' partenarjat

6.   PJAN FINANZJARJU INDIKATTIV

6.1 Kontribut Komunitarju

6.1.1. Tabella



Programm Multiannwali – Abbozz Ta' Pjan Finanzjarju

Tabella 1

Kontribut Komunitarju

L-Istat Membru: […]

Fond: […]

(F'000' Euro – prezzijiet kurrenti)

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Totali

Il-Prijorità 1: […]

 

 

 

 

 

 

0

Il-Prijorità 2: […]

 

 

 

 

 

 

0

Il-Prijorità 3: […]

 

 

 

 

 

 

0

Il-Prijorità […]

 

 

 

 

 

 

0

Assistenza Teknika

 

 

 

 

 

 

0

Totali

0

0

0

0

0

0

0

6.1.2. Kummenti fuq iċ-ċifri/xejriet

6.2 Pjan globali ta' finanzjament

6.2.1. Tabella



Programm Multiannwali – Abbozz Ta' Pjan Finanzjarju

Tabella 2

Pjan globali ta' finanzjament

L-Istat Membru: […]

Fond: […]

(F'000' Euro – prezzijiet kurrenti)

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Totali

Kontribut Komunitarju

 

 

 

 

 

 

 

Kofinanzjament pubbliku

 

 

 

 

 

 

 

Kofinanzjament privat

 

 

 

 

 

 

 

Totali

0

0

0

0

0

0

0

% Kontribut Komunitarju

%

%

%

%

%

%

%

6.2.2. Kummenti fuq iċ-ċifri/xejriet

[firma tal-persuna responsabbli]




ANNESS III:

MUDELL TA' PROGRAMM ANNWALI

 

verżjoni inizzjali

 

verżjoni riveduta (numru, data jj/xx/sena) li ssegwi d-djalogu mal-Kummissjoni

 

verżjoni riveduta għal raġunijiet oħra

STAT MEMBRU:

FOND:

AWTORITÀ RESPONSABBLI:

IS-SENA KOPERTA:

1. REGOLI ĠENERALI GĦALL-GĦAŻLA TA' PROĠETTI LI GĦANDHOM IKUNU FFINANZJATI TAĦT IL-PROGRAMM

▼M3 —————

▼B

3.   AZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SOSTNUTI MILL-PROGRAMM SKOND IL-PRIJORITAJIET MAGĦŻULA

3.1. Azzjonijiet li jimplimentaw il-Prijorità 1

3.2. Azzjonijiet li jimplimentaw il-Prijorità 2

3.3. Eċċ

Meta jkunu ppreżentati l-azzjonjiet taħt il-punti 3.1 sa eċċ, jekk ikun rilevanti, għamel elenku skond id-deskrizzjoni tal-kategoriji ta' l-azzjonijiet fl-att bażiku

Aspetti ta' l-azzjoni ppreżentata fid-deskrizzjoni ta' kull azzjoni taħt il-punti 3.1 sa eċċ

1. Skop u ambitu ta' l-azzjoni

2. Benefiċjarji mistennija ta' l-għotja

3. Fejn ikun xieraq, ġustifikazzjoni dwar il-proġett(i) implimentat direttament mill-awtorità responsabbli li taġixxi bħala korp li jeżegwixxi

4. Riżultati kwantifikati mistennija u l-indikaturi li għandhom jintużaw

5. Il-Viżibiltà tal-finanzjament tal-KE

6. Il-kumplimentarjetà ma' azzjonijiet simili ffinanzjati minn strumenti oħra tal-KE, jekk ikun xieraq

7. It-tagħrif finanzjarju

4.   ASSISTENZA TEKNIKA

4.1 Skop għall-assistenza teknika

▼M3 —————

▼B

4.3 Il-Viżibiltà tal-finanzjament tal-KE

5.   ABBOZZ TA' PJAN FINANZJARJU



Programm Annwali – Abbozz Ta' Pjan Finanzjarju

Tabella 1

Tabella ta' deskrizzjoni

L-Istat Membru: […]

Programm annwali kkonċernat: […]

Fond: […]

 

Ref.Prijorità

Ref. Prijorità Speċifika (1)

Kontribut Komunitarju

Allokazzjoni Pubblika

Allokazzjoni Privata

Totali

% KE

Sehem mit-total

(Iċ-ċifri kollha (f'euro)

 

 

(a)

(b)

(c)

(d = a + b + c)

(e = a/d)

(d/total d)

Azzjoni 1: […]

 

 

 

 

 

0

 

 

Azzjoni 2: […]

 

 

 

 

 

0

 

 

Azzjoni 3: […]

 

 

 

 

 

0

 

 

Azzjoni 4: […]

 

 

 

 

 

0

 

 

Azzjoni 5: […]

 

 

 

 

 

0

 

 

Azzjoni …: […]

 

 

 

 

 

0

 

 

Azzjoni N: […]

 

 

 

 

 

0

 

 

Assistenza Teknika

 

 

 

 

 

0

 

 

Operazzjonijiet oħrajn (2)

 

 

 

 

 

0

 

 

Totali

 

 

0

0

0

0

%

100 %

(1)   

Jekk ikun applikabbli.

(2)   

Jekk ikun applikabbli.

[firma tal-persuna responsabbli]




ANNESS IV:

MUDELL TAR-RAPPORT TAL-PROGRESS DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ANNWALI

STAT MEMBRU:

FOND:

AWTORITÀ RESPONSABBLI:

IS-SENA KOPERTA:

A.   Rapport Tekniku

1.   L-IMPLIMENTAZZJONI OPERATTIVA

1.1. L-iskeda għall-implimentazzjoni tal-programm

▼M3

1.2. Deskrizzjoni tal-proċess li jikkonċerna s-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom

▼B

1.3. Il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet tal-programm taħt il-prijoritajiet magħżula

1.3.1 Azzjonijiet li jimplimentaw il-Prijorità 1

1.3.2 Azzjonijiet li jimplimentaw il-Prijorità 2

Eċċ

1.4. L-użu ta' l-assistenza teknika

1.5. Problemi misjuba u miżuri meħuda

2.   L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA



Rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 1

Ir-rapport finanzjarju

L-Istat Membru: […]

Programm annwali kkonċernat: […]

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]

Ħlasijiet ta' prefinanzjament irevuti mill-KE: [ammont]

(Iċ-ċifri kollha (f'euro)

Ref.Prijorità

Ref. prijorità Speċifika (1)

SM programmat

Kommessi fil-livell ta' SM

Kontribuzzjoni tal-KE minn SM benefiċjarji finali

Spejjeż totali ►M3  — ◄ Li saru sallum mill-benefiċjarji finali

Spejjeż totali pprogrammati

Kontribuzzjoni tal-KE

% Kontribuzzjoni tal-KE

Spejjeż totali eliġibbli

Kontribuzzjoni tal-KE

% Kontribuzzjoni tal-KE

 

 

 

(a)

(b)

(c = b/a)

(d)

(e)

(f = e/d)

 

 

Azzjoni 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni 2: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni 3: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni 4: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni 5: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assistenza Teknika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn operazzjonijiet (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali

 

 

0

0

0

0

0

0

0

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

>60 % tal-ħlasijiet ta' prefinanzjament irċevuti?

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iva/Le

Iva/Le

(1)   

Jekk jgħodd;

(2)   

jekk ikun applikabbli.

3.   L-IRRAPPURTAR DWAR L-IRREGOLARJITAJIET



Notifika ta' irregolaritajiet ġodda (1)?

Le

Iva (Jekk iva, imla t-tabella 2)

Rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 2

Ir-rapportar inizzjali dwar l-irregolarità

L-Istat Membru: […]

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]

Fond: […]

Referenza

Programm Annwali

Proġett

Dispożizzjoni Miksura

Tip ta' irregolarità

Data/Sors ta' l-ewwel informazzjoni

Metodu ta' l-iskoperta

Possibiltà ta' frodi (Y/N)

Ammont ikkonċernat f' € (Kontribuzzjoni komunitarja)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(1)   

Mill-aħħar rapport ta' progress/finali mibgħut lill-Kummissjoni.



Tkomplija dwar irregolaritajiet ta' qabel?

Le

Iva (Jekk iva, imla t-tabella 3)

Rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 3

Ir-rapportar dwar it-tkomplija dwar l-irregolaritajiet

L-Istat Membru: […]

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]

Fond: […]

Referenza

Programm Annwali

Proġett

Dispożizzjoni Miksura

Ammont ikkonċernat (kontribuzzjoni tal-KE) F'€

Azzjonijiet ta' tkomplija

Ordni ta' rkupru (ammonti f'€)

Kanċellament tal-kontrib. tal-KE.

Maħruġa

Mħallsa

Interessi awtomatiċi

Rinunzjati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   Talba għat-tieni ħlas ta' prefinanzjament

Jien, sottofirmat [isem f'kapitali tal-persuna inkarigata],

In rappreżentanza ta' l-awtorità responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' l- [isem il-Fond] nitlob il-ħlas ta' dan l-ammont li ġej bħala t-tieni ħlas ta' prefinanzjament.



EURO (1)

 

(1)   

Ammont totali mitlub biex jikkomplementa l-ewwel pre-finanzjament.

[ċifra eżatta mqarrba għal żewġ punti deċimali]

Din it-talba għall-ħlas hija ammissibbli għaliex:

a) 

rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali lill-Kummissjoni ġie sottomess jew huwa mehmuż;

b) 

dikjarazzjoni ċċertifikata tal-kontijiet imnedija skond l-infiq għal mhux inqas minn 60 % ta' l-ammont ta' l-ewwel pre-finanzjament ġiet sottomessa jew hija mehmuża;

ċ) 

il-programm annwali ġie implimentat skond il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda u hemm assikurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet li jirfdu huma legali u regolari;

d) 

ma hemm ebda opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksir taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat, dwar l-azzjonijiet li għalihom l-ispejjeż huma ddikjarati fit-talba.

Il-ħlas għandu jsir mill-Kummissjoni lil:



Awtorità responsabbli li tirċievi l-ħlas

 

Bank

 

Nru tal-kont tal-bank

 

Detentur tal-kont (jekk mhux l-istess bħall-awtorità responsabbli li tirċievi l-ħlas)

 



Data,

Isem f'ittri kbar, timbru, pożizzjoni u firma ta' l-awtorità kompetenti




ANNESS V

MUDELL TAR-RAPPORT FINALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ANNWALI

L-ISTAT MEMBRU:

FOND:

L-AWTORITÀ RESPONSABBLI:

IS-SENA KOPERTA:

A.   Rapport Tekniku

1.   L-IMPLIMENTAZZJONI OPERATTIVA

1.1. L-iskeda għall-implimentazzjoni tal-programm

▼M3

1.2. Aġġornament mir-rapport ta’ progress dwar id-deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tas-selezzjoni ta’ proġetti (fuq il-livell ta’ Awtorità Responsabbli/awtorità Delegata jew korpi assoċjati) u r-riżultati tagħhom, fejn hu xieraq

▼B

1.3. Il-kisbiet li saru fl-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet tal-programm taħt il-prijoritajiet magħżula

1.3.1. Azzjonijiet li jimplimentaw il-Prijorità 1

1.3.2. Azzjonijiet li jimplimentaw il-Prijorità 2

1.3.3. Eċċ.

Aspetti ta' l-azzjoni ppreżentati meta tiġi deskritta kull azzjoni taħt il-punt 1.3 sa eċċ.

1. Skop u ambitu ta' l-azzjoni

2. Tibdiliet mill-programm kif approvat mill-Kummissjoni (jekk xieraq)

3. Attivitajiet ta' monitoraġġ li saru matul u wara l-implimentazzjoni

4. Riżultati attwali

5. Valutazzjoni tar-riżultati attwali meta mqabbla mal-miri u l-indikaturi stabbiliti fil-programm

1.4. Ir-riżultati ta' l-assistenza teknika

1.5. Problemi misjuba u miżuri meħuda dwar l-implimentazzjoni tal-programm

1.6 Proċeduri applikati meta l-awtorità responsabbli implimentat il-proġetti direttament filwaqt li aġixxiet bħala korp ta' l-esekuzzjoni (jekk xieraq)

1.7. Koerenza u komplementarjetà ma' strumenti oħrajn

▼M3

1.8. Konferma li l-ebda bidla sostanzjali għas-sistema ta’ Ġestjoni u kontroll ma saret mill-aħħar reviżjoni notifikata lill-Kummissjoni fil- …

▼B

2. STIMA TAL-PROGRESS LI SAR FL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM MULTIANNWALI

3.   MIŻURI MEĦUDA BIEX TIĠI PPROVDUTA L-INFORMAZZJONI DWAR IL- PROGRAMM

3.1. Miżuri meħuda biex il-programm multi-annwali ( 8 ) u l-programm annwali jsiru pubbliċi

3.2. Implimentazzjoni tal-prinċipju tal-viżibilità

▼M3

4.   L-IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA



Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 1

Rapport finanzjarju ddettaljat

(iċ-ċifri kollha f’euro)

Ipprogrammati mill-IM (bħall-programm annwali approvat mill-Kummissjoni)

Impenjati fil-livell tal-IS

Ċifri attwali aċċettati mill-Awtorità Responsabbli

(l-ispejjeż li ġarrbu l-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni finali tal-KE)

Azzjonijiet

Proġetti

Ref. prijorità

Ref. prijorità speċifika (1)

Spejjeż totali pprogrammati

Kontribuzzjoni KE

% kontribuzzjoni KE

Spejjeż totali eliġibbli

Kontribuzzjoni KE

% Kontribuzzjoni KE

Spejjeż totali eliġibbli

Kontribuzzjoni KE

% kontribuzzjoni KE

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

Ħlas/Rkupru li jrid isir mill- AR

(a)

(b)

(c = b/a)

(d)

(e)

(f = e/d)

(g)

(h)

(i = h/g)

(j)

(k)

(l)

Azzjoni 1: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni Totali 1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni …: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni Totali …: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni N: […]

proġett 1: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

proġett N: […]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Azzjoni Totali N

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Assistenza teknika

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Operazzjonijiet oħra (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

0

0

0 %

0

0

0 %

0

0

0 %

0

 

 

(1)   

Fejn japplika.

▼B

4.1.  ►M1  Lista tal-irkupru kollu pendenti sitt xhur wara t-terminu perentorju tal-eleġibiltà ◄



Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 2

Lista ta' ordnijiet ta' rkupru pendenti

L-Istat Membru: […]

Fond: […]

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]

Referenza

Programm Annwali

Proġett

Ammont totali li jrid jinġabar lura

Kontribuzzjoni tal-KE li trid tinġabar

Imnaqqas mir-rapport finanzjarju relatat (Y/N)

Raġunijiet għall-irkupru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.2. Lista ta' ordnijiet ta' rkupru mhux inklużi fir-rapporti finanzjarji ta' l-progammi finanzjarji ta' qabel (jekk xieraq)



Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 3

Lista ta' ordnijiet ta' rkupru li mhumix imnaqqsa diġà minn dikjarazzjonijiet preċedenti ta' nfiq

L-Istat Membru: […]

Fond: […]

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]

Referenza

Programm Annwali

Proġett

Ammont totali miġbur lura

Kontribuzzjoni tal-KE miġura lura

Data ta' l-irkupru

Raġunijiet għall-irkupru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.   L-IRRAPPORTAR DWAR L-IRREGOLARJITAJIET



Notifika ta' irregolaritajiet ġodda (1)?

Le

Iva (Jekk iva, imla t-tabella 4)

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 4

Ir-rapportar inizzjali dwar l-irregolarità

L-Istat Membru: […]

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]

Fond: […]

Referenza

Programm Annwali

Proġett

Dispożizzjoni Miksura

Tip ta' irregolarità

Data/Sors Ta' l-ewwel informazzjoni

Metodu ta' l-iskoperta

Possibiltà ta' frodi

(Y/N)

Ammont ikkonċernat f' € (Kontribuzzjoni komunitarja)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(1)   

Mill-aħħar rapport ta' progress/finali mibgħut lill-Kummissjoni.



Tkomplija dwar irregolaritajiet ta' qabel?

Le

Iva (Jekk iva, imla t-tabella 5)

Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella

L-Istat Membru: […]

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]

Fond: […]

Referenza

Programm Annwali

Proġett

Dispożizzjoni Miksura

Ammont ikkonċernat

Azzjonijiet ta' tkomplija

Ordni ta' rkupru (ammonti f“€)

Kanċellament tal-kontrib. tal-KE.

(kontribuzzjoni tal-KE) F”€

Maħruġa

Mħallsa

Interessi awtomatiċi

Rinunzjati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

▼M3

6.   ANNESSI

Infiq eliġibbli għall-proġett u konformità tad-dħul mar-regola dwar nuqqas ta’ qligħ u deskrizzjoni fil-qosor tal-proġett.



Rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali

Tabella 6 A

L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett u sorsi ta’ dħul. Konformità mal-prinċipju tan-nuqqas ta’ qligħ stipulat fil-punt I.3.3 tal-Anness XI

 

Spejjeż eliġibbli

Sorsi ta’ dħul

 

Spejjeż diretti

Spejjeż indiretti

Spiża totali eliġibbli

Kontribuzzjoni mill-UE

Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

Irċevuti ġġenerati mill-proġett

Dħul Totali

(kif stipulat fil-punt I.3.3 tal-Anness XI)

 

(a)

(b)

(c) = (a) + (b)

(e)

(f)

(g)

(h)= (e) + (f) +(g)

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

AZZJONI TOTALI 1

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

AZZJONI TOTALI 2

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

Referenza tal-proġett

 

 

 

 

 

 

 

eċċ.

 

 

 

 

 

 

 

AZZJONI TOTALI N

 

 

 

 

 

 

 

ASSISTENZA TEKNIKA

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL PROGRAMM ANNWALI

 

 

 

 

 

 

 

image

▼B

B.   Talba għall-ħlas tal-bilanċ/Prospett tar-rimborż

Jien, sottofirmat [isem f'kapitali tal-persuna inkarigata],

li nirrappreżenta lill-awtorità responsabbli għall-[isem il-Fond]

— 
nitlob ħlas ta' dan l-ammont:



EURO (1)

+

(1)   

Ammont totali mitlub biex jikkomplementa l-ħlasijiet ta' prefinanzjament(i).

[ċifra eżatta mqarrba għal żewġ punti deċimali]
JEW
— 
niddikjara għar-rimborż dan l-ammont:



EURO (1)

-

(1)   

Ammont totali li jrid jiġi rimborżat wara l-ikklerjar tal-ħlas(ijiet) ta' prefinanzjament.

[ċifra eżatta mqarrba għal żewġ punti deċimali]

Dan l-ammont jirriżulta mill-bilanċ bejn l-ammont totali tal-ħlas(ijiet) ta' prefinanzjament irċevut għal dan il-programm annwali u l-ispejjeż attwali ddikjarati.

Din it-talba għall-ħlas hija ammissibbli għaliex:

a) 

rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali lill-Kummissjoni ġie sottomess jew huwa mehmuż;

b) 

dikjarazzjoni ċċertifikata ta' l-ispejjeż ġiet sottomessa jew hija mehmuża;

ċ) 

rapport annwali tal-verifika, opinjoni dwar il-ħidma tas-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll u dikjarazzjoni tal-validità tat-talba għall-ħlas ippreparata mill-awtorità tal-verifika ġew sottomessi jew huma mehmuża;

d) 

kwalunkwe interess iġġenerat mill-ħlasijiet ta' prefinanzjament ġie mdaħħal fil-programm annwali, minħabba li tqies bħala kontribuzzjoni nazzjonali u ġie meqjus fid-dikjarazzjoni ta' l-infiq;

e) 

il-programm annwali ġie implimentat skond il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda u hemm assikurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet li jirfdu huma legali u regolari;

f) 

ma hemm ebda opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksir taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat, dwar l-azzjonijiet li għalihom l-ispejjeż huma ddikjarati fit-talba.

Il-ħlas għandu jsir mill-Kummissjoni lil:



Awtorità responsabbli li tirċievi l-ħlas

 

Bank

 

Nru tal-kont tal-bank

 

Detentur tal-kont (jekk mhux l-istess bħall-awtorità responsabbli li tirċievi l-ħlas)

 



Data,

Isem f'ittri kbar, timbru, pożizzjoni u firma ta' l-awtorità kompetenti




ANNESS VI

MUDELL TA' L-ISTRATEĠIJA TAL-VERIFIKA

L-ISTAT MEMBRU:

FOND:

L-AWTORITÀ RESPONSABBLI:

1.   L-UNIVERS TAL-VERIFIKA

1.1. L-ambitu ta' l-istrateġija (Fondi koperti)

1.2. Perjodu kopert mill-istrateġija

1.3. L-istandards tal-verifika applikati

2.   L-ISTIMA TAR-RISKJU

2.1. L-identifikazzjoni u l-istima tar-riskju

2.2. Ir-reazzjoni għar-riskju u r-riskju residwu

3.   L-GĦANIJIET U L-PRIJORITAJIET

3.1. L-għanijiet tal-verifiki

3.2. Il-prijoritajiet għall-verifiki

4.   L-ISTRATEĠIJA TAL-VERIFIKA

4.1.   Il-verifiki tas-sistema

4.1.1. L-organizzazzjoni(jiet) responsabbli għax-xogħol tal-verifika

4.1.2. L-awtoritajiet li jridu jiġi vverifikati

4.1.3. Kwistjonijiet orizzontali li għandhom jiġu koperti mill-verifiki tas-sistemi

4.1.4. Pjan multi-annwali indikattiv għall-verifiki tas-sistemi (jekk possibbli)

4.2.   Il-verifiki tal-proġetti

4.2.1. L-organizzazzjoni(jiet) responsabbli għax-xogħol tal-verifika

4.2.2. Deskrizzjoni tal-metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni

5.   IL-PJANIJIET TAL-VERIFIKA LI JKOPRU S-SNIN TAL-VERIFIKA 2007 U 2008

5.1.   Is-Sena 2007 ( 9 )



Is-Sena 2007

Il-verifiki tas-sistemi

Fondi

Awtoritajiet kkonċernati

Il-Proċessi kkonċernati

Ambitu tal-verifika

Jiem ta' xogħol minn persuna

Ippjanar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-verifiki tal-proġetti

Fondi

Sena tal-programm

Prijorità

Proġett

Finali Il-benefiċjarju

Spejjeż totali eliġibbli tal-proġett

Spejjeż li jridu jiġu vverifikati

Jiem ta' xogħol minn persuna

Ippjanar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.2.   Is-Sena 2008

Daħħal id-data bl-użu tal-mudell tat-tabella ddefinit għas-sena 2007

Anness(i) għall-istrateġija tal-verifika ( 10 ): Pjanijiet annwali

L-ISTAT MEMBRU:

FOND:

L-AWTORITÀ RESPONSABBLI:

IS-SENA KOPERTA:

1. TIBDILIET GĦALL-ISTRATEĠIJA TAL-VERIFIKA, FEJN JGĦODD

2. IR-RIŻULTATI EWLENIN TAL-VERIFIKI TAS-SENA TA' QABEL

3. IL-PJAN TAL-VERIFIKA GĦAS-SENA 20XX

Daħħal id-data bl-użu tal-mudell tat-tabella ddefinit għas-sena 2007




ANNESS VII

MUDELL TAR-RAPPORT MILL-AWTORITÀ TAL-VERIFIKA

L-ISTAT MEMBRU:

FOND:

L-AWTORITÀ RESPONSABBLI:

PROGRAMM ANNWALI KOPERT MIR-RAPPORT:

A.   Ir-rapport annwali tal-verifika

1.   TAGĦRIF ĠENERALI

1.1. L-organizzazzjonijiet li ġew involuti fil-preparazzjoni tar-rapport

1.2. L-identifikazzjoni u l-ġustifikazzjoni tat-tibdiliet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-verifika relatati mal-programm annwali kkonċernat

1.3. Tabella ta' taqsira tar-riżultati tal-verifiki



Ir-rapport tal-verifika

L-Istat Membru: […]

Programm annwali kkonċernat: […]

Sitwazzjoni fi: [jum/xahar/sena]

Verifiki tas-sistemi magħluqa mill-aħħar rapport

Fond(i)

Awtoritajiet kkonċernati

Il-Proċessi kkonċernati

Ambitu tal-verifika

Jiem ta' xogħol minn persuna ta' ħidma

Data tar-rapporti finali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Verifiki tal-proġetti marbuta mal-programm annwali 20xx

Fond(i)

Proġett

Finali Il-benefiċjarju

Totali Eliġibbli Infiq

Eliġibbli Infiq verifikati

b'rata massima korrezzjoni:

żball Rata

 

 

 

(a)

(b)

(c)

(d = c/b)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali

0

0

0

%

Total programm annwali

(e)

(f)

Rata ta' kopertura: (=f/e)

2.   VERIFIKI TAS-SISTEMI

2.1. L-organizzazzjonijiet li wettqu l-verifiki

2.2. Lista mqassra tal-verifiki mwettqa

2.3. Is-sejbiet rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet prinċipali magħmula mix-xogħol tal-verifiki għas-sistemi tal-ġestjoni u tal-kontroll

2.4. L-impatt finanzjarju tas-sejbiet tal-verifika

2.5. Xogħol addizzjonali, fejn xieraq

2.6. Indikazzjoni jekk il-problemi identifikati tqisux ta' natura sistemika u l-miżuri meħuda, inkluża kwantifikazzjoni ta' xi korrezzjoni finanzjarja

2.7. Informazzjoni dwar it-tkomplija dwar rakkomandazzjonijiet tal-verifiki

3.   VERIFIKI DWAR PROĠETTI

3.1. L-organizzazzjonijiet li wettqu l-verifiki

3.2. Lista mqassra tal-verifiki mwettqa u l-persentaġġ ta' l-infiq iċċekkjat fir-rigward ta' l-infiq totali eliġibbli ddikjarat lill-Kummissjoni

3.3. 3.3. Is-sejbiet rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet prinċipali tal-verifiki fir-rigward tal-proġetti implimentati

3.4. Il-konklużjonijiet magħmula mir-riżultati tal-verifiki fir-rigward ta' l-effettività tas-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll

3.5. L-impatt finanzjarju tas-sejbiet tal-verifika

3.6. Xogħol addizzjonali, fejn xieraq

3.7. Informazzjoni dwar it-tkomplija dwar rakkomandazzjonijiet tal-verifiki

3.8. Indikazzjoni jekk il-problemi identifikati tqisux ta' natura sistemika u l-miżuri meħuda, inkluża kwantifikazzjoni ta' xi korrezzjoni finanzjarja

4.   TKOMPLIJA TA' L-ATTIVITÀ TAL-VERIFIKA KOPERTA MINN RAPPORTI TA' QABEL, JEKK XIERAQ

4.1. Informazzjoni dwar it-tkomplija dwar rakkomandazzjonijiet tal-verifiki tas-sistemi ta' qabel

4.2. Informazzjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki ta' azzjonijiet ta' natura sistemika mill-programmi annwali ta' qabel

[firma tal-persuna responsabbli]

B.   L-opinjoni dwar il-funzjoni tas- sistemi ta' ġestjoni u kontroll

Lill-Kummissjoni Ewropea

1.   DAĦLA

Jien, sottofirmat, li nirrappreżenta lil [isem l-awtorità tal-verifika maħtura mill-Istat Membru], eżaminajt il-ħidma tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll fl-[isem il-Fond] dwar l-azzjonijiet implimentati taħt il-Programm Annwali għas-sena [20XX], sabiex tinħareġ opinjoni dwar jekk is-sistemi ħadmux effettivament sabiex jipprovdu assikurazzjoni xierqa li d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq ippreżentati lill-Kummissjoni huma korretti u, bħala konsegwenza assikurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet li jirfdu huma legali u regolari.

2.   L-AMBITU TA' L-EŻAMINAZZJONI

L-eżaminazzjoni saret skond l-istrateġija tal-verifika fir-rigward ta' dan il-Fond matul il-perjodu [jj/xx/ssss] sa [jj/xx/ssss] u rrapportata fir-rapport annwali tal-verifika taħt it-Taqsima A.

Jew

Ma kien hemm ebda limitazzjoni fuq l-ambitu ta' l-eżaminazzjoni.

Inkella

L-ambitu ta' l-eżaminazzjoni kien illimitat minn dawn il-fatturi li ġejjin:

(a) 

[…]

(b) 

[…]

(c) 

, eċċ.

(Indika kwalunkwe limitazzjoni fuq l-ambitu ta' l-eżaminazzjoni, per eżempju problemi sistemiċi, dgħufija fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll, nuqqas ta' dokumenti ta' sostenn, każijiet taħt proċeduri legali, eċċ., u stima l-ammonti ta' nfiq u l-kontribuzzjoni Komunitarja affettwata. Jekk l-awtorità tal-verifika ma tqisx li l-limitazzjonijiet ghandhom impatt fuq l-infiq iddikjarat, dan għandu jingħad.)

3.   OPINJONI

Jew (Opinjoni mhux ikkwalifikata)

Fuq bażi ta' l-eżaminazzjoni msemmija hawn fuq, hija l-fehma tiegħi li, għall-Programm Annwali msemmi hawn fuq, is-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll stabbiliti għall-[isem il-Fond] kienu skond ir-rekwiżiti applikabbli ta' l-att bażiku d-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE [u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/458/KE] u ħadmu effettivament sabiex jipprovdu assikurazzjoni xierqa li d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq ippreżentati lill-Kummissjoni huma korretti u, bħala konsegwenza assikurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet li jirfdu huma legali u regolari.

Jew (Opinjoni bi kwalifikazzjoni)

Fuq bażi ta' l-eżaminazzjoni msemmija hawn fuq, hija l-fehma tiegħi li, għal dan il-Programm Annwali msemmi hawn fuq, is-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll stabbiliti għall-[isem il-Fond] kienu skond ir-rekwiżiti applikabbli ta' l-att bażiku d-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE [u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/458/KE] u ħadmu effettivament sabiex jipprovdu assikurazzjoni xierqa li d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq ippreżentati lill-Kummissjoni huma korretti u, bħala konsegwenza assikurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet li jirfdu huma legali u regolari, ħlief f'dawn ir-rigwardi:

(a) 

[…]

(b) 

[…]

(c) 

, eċċ.

Ir-raġunijiet tiegħi biex nikkunsidra li dan l-aspett/dawn l-aspetti tas-sistemi ma ħarsux ir-rekwiżiti u/jew ma operawx b'tali mod li jagħtu assikurazzjoni raġonevoli dwar il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq ippreżentati lill-Kummissjoni huma kif ġej:

(a) 

[…]

(b) 

[…]

(c) 

, eċċ.

Nistima li l-impatt tal-kwalifikazzjoni(jiet) huwa ta' […] % ta' l-infiq totali. Il-kontribuzzjoni Komunitarja affettwata għalhek hija ta' […]

Jew (Opinjoni Avversa)

Fuq bażi ta' l-eżaminazzjoni msemmija hawn fuq, hija l-fehma tiegħi li, għal dan il-Programm Annwali msemmi hawn fuq, is-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll stabbiliti għall-[isem il-Fond] ma ħarsux ir-rekwiżiti ta' l-Artikoli […]ta' l-att bażiku d-Deċiżjoni Nru 575/2007/KE [u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/458/KE] u ma ħadmux effettivament sabiex jipprovdu assikurazzjoni raġonevoli li li d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq ippreżentati lill-Kummissjoni huma korretti u, bħala konsegwenza ma jipprovdux assikurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet li jirfdu huma legali u regolari.

Din l-opinjoni avversa hija bbażata fuq:

(a) 

[…]

(b) 

[…]

(c) 

, eċċ.

Data

Firma

[firma tal-persuna responsabbli]

C.   Validazzjoni tat-talba għall-ħlas

Lill-Kummissjoni Ewropea

1.   DAĦLA

Jien, sottofirmat, li nirrappreżenta lil (isem l-awtorità tal-verifika maħtura mill-Istat Membru), għall-programm annwali tal-[20xx] tal-[isem il-Fond], eżaminajt ir-riżultati tax-xogħol ta' verifika mwettaq f'dan il-programm annwali [u wettaqt ix-xogħol addizzjonali li ġġudikajt meħtieġ kif stabbilit fir-rapport].

Ippjanajt u wettaqt dan ix-xogħol bl-għan li nevalwa jekk it-talba għall-ħlas tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għall-programm annwali [20xx] hijiex valida u t-tranżazzjonijiet li jirfdu, koperti mid-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq fir-rigward ta' dan il-programm annwali, huma legali u regolari.

2.   L-AMBITU TA' L-EŻAMINAZZJONI

Jew

Ma kien hemm ebda limitazzjoni fuq l-ambitu ta' l-eżaminazzjoni.

Inkella

L-ambitu ta' l-eżaminazzjoni kien illimitat minn dawn il-fatturi li ġejjin:

(a) 

[…]

(b) 

[…]

(c) 

, eċċ.

3.   OPINJONI

Jew (Opinjoni mhux ikkwalifikata)

Fuq bażi ta' l-eżaminazzjoni msemmija hawn fuq, hija l-fehma tiegħi li d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq jippreżentaw b'mod ġust, fir-rispetti materjali kollha, l-infiq imħallas taħt il-programm annwali u li t-talba għall-ħlas tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal dan il-programm annwali hija valida.

Jew (Opinjoni bi kwalifikazzjoni)

Fuq bażi ta' l-eżaminazzjoni msemmija hawn fuq, hija l-fehma tiegħi li d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq jippreżentaw b'mod ġust, fir-rispetti materjali kollha, l-infiq imħallas taħt il-programm annwali u li t-talba għall-ħlas tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal dan il-programm annwali hija valida, ħlief fir-rigward ta' dawn il-punti li ġejjin:

(a) 

[…]

(b) 

[…]

(c) 

, eċċ.

Nistima li l-impatt ta' dawn il-kwalifikazzjoni(jiet) huwa ta' … ta' l-infiq totali ddikjarata. Il-kontribuzzjoni Komunitarja affettwata għalhek hija ta' …..

Jew (Opinjoni Avversa)

Fuq bażi ta' l-eżaminazzjoni msemmija hawn fuq, hija l-fehma tiegħi li d-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq ma jippreżentawx b'mod ġust, fir-rispetti materjali kollha, l-infiq imħallas taħt il-programm annwali u li, b'konsegwenza, t-talba għall-ħlas tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal dan il-programm annwali mhijiex valida.

Data

Firma

[firma tal-persuna responsabbli]




ANNESS VIII

▼M3

MUDELL TA VERIFIKA GĦAT-TIENI PREFINANZJAMENT

▼B

STAT MEMBRU:

FOND:

L-AWTORITÀ RESPONSABBLI:

PROGRAMM ANNWALI KOPERT MIĊ-ĊERTIFIKAZZJONI:

Jien, hawn taħt iffirmat, [isem il-persuna nkarigata]

li nirrappreżenta lill-awtorità li tiċċertifika nnominata għal[isem il-Fond]

b'dan niċċertifika li l-infiq kollu inkluż fir-rapport tal-progress dwar l-implimentazzjon ital-programm annwali jammonta għal:



EUR (1)

 

(1)   

Ammont totali ta' nfiq ►M3  — ◄ imħallas mill-benefiċjarji finali jew użat għall-assistenza teknika.

[ċifra eżatta mqarrba għal żewġ punti deċimali]

Niċċertifika wkoll li l-azzjonijiet qed jipprogressaw skond l-għanijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm annwali u skond l-att bażiku u r-regoli li jimplimentawh:

1) 

id-dikjarazzjoni ta' l-infiq hija preċiża, tirriżulta minn sistemi taż-żamma tal-kotba dipendibbli u hija bbażata fuq dokumenti ta' sostenn verifikabbli;

▼M3

2) 

l-infiq iddikjarat sar fir-rigward tal-azzjonijiet magħżula għal finanzjament skont il-kriterji applikabbli għall-programm annwali;

▼B

3) 

għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni, irċevejt tagħrif xieraq mill-Awtorità Responsabbli dwar il-proċeduri u l-verifiki mwettqa fir-rigward ta' l-infiq inkluż fid-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq;

4) 

id-dikjarazzjoni ta' l-infiq u t-talba għat-tieni ħlas ta' pre-finanzjament iqisu, fejn applikabbli, kwalunkwe ammonti miġbura lura u kwalunkwe interessi rċevuti taħt il-programm annwali.

Din id-dikjarazzjoni ta' infiq hija bbażata fuq kontijiet provviżorjament magħluqa f'[jj/xx/20ss].

Skond l-Artikolu 43 ta' l-att bażiku, id-dokumenti ta' sostenn huma u ser ikomplu jkunu disponibbli għall-inqas għal ħames snin wara l-għeluq tal-programm annwali mill-Kummissjoni.



Data

Isem f'itttri kbar, timbru, pożizzjoni u firma ta' l-awtorità li tiċċertifika




ANNESS IX

▼M3

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAZZJONI GĦAL ĦLAS FINALI

▼B

STAT MEMBRU:

FOND:

L-AWTORITÀ RESPONSABBLI:

PROGRAMM ANNWALI KOPERT MIĊ-ĊERTIFIKAZZJONI:

Jien, hawn taħt iffirmat, [isem il-persuna nkarigata]

li nirrappreżenta lill-awtorità li tiċċertifika nnominata għal [isem il-Fond]

b'dan niċċertifika li l-infiq kollu inkluż fir-rapport finali dwar l-implimentazzjon ital-programm annwali jammonta għal:



EUR (1)

 

(1)   

Ammont totali ta' nfiq eliġibbli mħallas mill-benefiċjarji finali jew użat għall-assistenza teknika.

[ċifra eżatta mqarrba għal żewġ punti deċimali]

Niċċertifika wkoll li l-azzjonijiet qed jipprogressaw skond l-għanijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm annwali u skond l-att bażiku, u b'mod partikolari li:

1) 

id-dikjarazzjoni ta' l-infiq hija preċiża, tirriżulta minn sistemi taż-żamma tal-kotba dipendibbli u hija bbażata fuq dokumenti ta' sostenn verifikabbli;

2) 

l-infiq iddikjarat huwa skond ir-regoli Komunitarji u nazzjonali applikabbli u sar fir-rigward ta' azzjonijiet magħżula għall-finanzjament skond il-kriterji applikabbli għall-programm annwali u r-regoli Komunitarji u nazzjonali applikabbli, b'mod partikolari r-regoli dwar il-kisbiet pubbliċi;

3) 

għandi assigurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet li jirfdu huma legali u regolari;

4) 

għall-għanijiet taċ-ċertifikazzjoni, irċevejt tagħrif xieraq mill-Awtorità Responsabbli dwar il-proċeduri u l-verifiki mwettqa fir-rigward ta' l-infiq inkluż fid-dikjarazzjonijiet ta' l-infiq;

5) 

ir-riżultati tal-verifiki kollha mwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità tal-verifika ġew meqjusa kif xieraq;

6) 

id-dikjarazzjoni ta' l-infiq u t-talba għall-ħlas tal bilanċ iqisu, fejn applikabbli, kwalunkwe ammonti miġbura lura u kwalunkwe interessi rċevuti taħt il-programm annwali.

Din id-dikjarazzjoni ta' infiq hija bbażata fuq kontijiet provviżorjament magħluqa f'[jj/xx/20xx].

Skond l-Artikolu 43 ta' l-att bażiku, id-dokumenti ta' sostenn huma u ser ikomplu jkunu disponibbli għall-inqas għal ħames snin wara l-għeluq tal-programm annwali mill-Kummissjoni.



Data

Isem f'itttri kbar, timbru, pożizzjoni u firma ta' l-awtorità li tiċċertifika




▼C1

ANNESS X

▼B

ISTRUZZJONIJIET DWAR L-EMBLEMA U D-DEFINIZZJONI TAL-KULURI STANDARD

Deskrizzjoni simbolika

Fuq sfond ta' sema ikħal, tnax-il stilla tad-deheb jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-unjoni tal-popli ta' l-Ewropa. In-numru ta' stilel huwa fiss, u tnax huwa s-simbolu tal-perfezzjoni u l-unità.

Deskrizzjoni eraldika

Fuq sfond ta' ikħal ċar, ċirku ta' tnax-il ħuta tas-sura tal-buras, tad-deheb, u l-ponot tagħhom ma jmissux.

Deskrizzjoni ġeometrika

image

L-emblema għandha l-forma ta' bandiera rettangolari blu, li l-wesgħa tagħha huwa darba u nofs daqs l-għoli. Tnax-il stilla tad-deheb lli jinsabu f'intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt fejn jaqsmu d-djagonali tar-rettangolu. Ir-radju taċ-ċirku huwa daqs terz ta' l-għoli tal-bandiera. Kull stilla għandha ħames ponot li jinsabu fuq iċ-ċirkonferenza ta' ċirku li r-radju tiegħu huwa daqs wieħed minn tmintax ta' l-għoli tal-bandiera. L-istilel kollha huma rashom ’il fuq, jiġifieri b'ponta vertikali u żewġ ponot f'linja dritta f'angoli retti ma' l-arblu. Iċ-ċirku huwa rranġat sabiex l-istilel jidhru fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq wiċċ ta' arloġġ. In-numru tagħhom ma jinbidilx.

Il-kuluri regolamentari

L-emblema hija f'dawn il-kuluri li ġejjin BLU PANTONE REFLEX għall-wiċċ tar-rettangolu; ISFAR PANTONE għall-istilel.

Il-proċess ta' erba' kuluri

Jekk jintuża l-proċess ta' erba' kuluri, erġa; oħloq iż-żewġ kuluri billi tuża l-erba' kuluri tal-proċess ta' erba' kuluri.

L-ISFAR PANTONE jinkiseb bl-użu ta' 100 % “Process Yellow”.

IL-BLU PANTONE REFLEX jinkiseb bit-taħlita ta' 100 % “Process Cyan” u 80 % “Process Magenta”.

Internet

Fil-paletta web IL-BLU PANTONE REFLEX jikkorrispondi għall-kulur RGB:0/0/153 (hexadeċimali: 000099) u PANTONE YELLOW mal-kulur RGB:255/204/0 (hexadecimal: FFCC00).

Il-proċess tar-riproduzzjoni monokromju

Bl-użu ta' l-iswed, pinġi r-rettangolu bl-iswed u stampa l-istilel bl-iswed fuq l-abjad.

image

Permezz tal-blu (Reflex Blue), uża 100 % bl-istilel riprodotti f'abjad negattiv.

image

Riproduzzjoni fuq sfond kulurit

Jekk m'hemmx alternattiva għal sfond kulurit, poġġi bordura bajda madwar ir-rettanglu, il-wisa' tal-bordura jkun 1/25 ta' l-għoli tar-rettanglu.

image

▼M3




ANNESS XI

REGOLI DWAR L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA IL-FOND EWROPEW GĦAR-RITORN

I.    Il-prinċipji ġenerali

I.1.    Prinċipji Bażiċi

1. Skont l-att bażiku, biex in-nefqa tkun eliġibbli, din trid tkun:

(a) 

fl-ambitu tal-Fond u fil-limitu tal-għanijiet tiegħu, kif deskritti fl-Artikoli 1, 2 u 3 tal-att bażiku;

(b) 

fil-limitu tal-azzjonijiet u l-miżuri eliġibbli elenkati fl-Artikoli 4 u 5 tal-att bażiku;

(c) 

meħtieġa sabiex jitwettqu l-attivitajiet koperti mill-proġett, li jifforma parti mill-programmi multiannwali u annwali, kif approvati mill-Kummissjoni;

(d) 

raġonevoli u konformi mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda, b’mod partikolari, il-valur għall-flus u l-użu effikaċi tal-fondi;

(e) 

saret mill-benefiċjarju finali u/jew l-imsieħba fil-proġett, li għandhom ikunu stabbiliti u rreġistrati fi Stat Membru, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali imwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar. Dwar l-Artikolu 39(2) ta’ din id-Deċiżjoni, ir-regoli li japplikaw għall-benefiċjarju finali għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-imsieħba fil-proġett;

(f) 

marbuta mal-gruppi mmirati ddefiniti fl-Artikolu 7 tal-att bażiku;

(g) 

saret skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-ftehim tal-għotja.

2. Fil-każ ta’ azzjonijiet multiannwali fis-sens tal-Artikolu 15(6) tal-att bażiku, parti biss mill-azzjoni kofinanzjata minn programm annwali hi meqjusa bħala proġett għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ta’ eliġibbiltà.

3. Il-proġetti appoġġjati mill-Fond ma għandhomx ikunu ffinanzjati minn sorsi oħra koperti mill-baġit Komunitarju. Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu kofinanzjati minn sorsi pubbliċi jew privati.

I.2.    Il-baġit ta’ proġett

Il-baġit ta’ proġett għandu jkun ippreżentat kif ġej:



In-nefqa

Dħul

+  Spejjeż diretti (DC)

+  Spejjeż Indiretti (perċentwali fiss tad-DC, definita fil-ftehim tal-għotja)

+  Kontribuzzjoni mill-KE (definita bħala l-aktar baxxa mit-tliet ammonti indikati fl-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni)

+  Kontribuzzjoni mill-benefiċjarju finali u l-imsieħba fil-proġett

+  Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

+  Irċevuti ġġenerati mill-proġett

=  Spejjeż Totali Eliġibbli (TEC)

=  Dħul Totali (TI)

Il-baġit għandu jkun ibbilanċjat: L-Ispejjeż Totali Eliġibbli għandhom ikunu daqs id-Dħul Totali.

I.3.    Id-Dħul u l-Prinċipju tan-Nuqqas ta’ Qligħ

1. Il-proġetti appoġġjati mill-Fond għandhom ikunu ta’ natura li ma jagħmlux qligħ. Jekk, fl-aħħar tal-proġett, is-sorsi ta’ dħul, inklużi l-irċevuti, jeċċedu l-infiq, il-kontribuzzjoni lejn il-proġett mill-Fond għandha titnaqqas f’dan is-sens. Is-sorsi kollha tad-dħul għall-proġett għandhom ikunu rreġistrati fil-kontijiet tal-benefiċjarju finali jew fid-dokumenti tat-taxxa, u għandhom ikunu identifikabbli u kontrollabbli.

2. Id-dħul mill-proġett għandu jiġi mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mogħtija lill-proġett mill-Fond, minn sorsi pubbliċi u privati, inkluża l-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju stess, u minn kwalunkwe rċevuta ġġenerata mill-proġett. “Irċevuti” għall-għanijiet ta’ din ir-regola jkopru dħul irċevut minn proġett matul il-perjodu tal-eliġibbiltà kif deskritt fil-punt I.4, minn bejgħ, kiri, servizzi, abbonament/tariffi jew kwalunkwe dħul ieħor ekwivalenti.

3. Il-kontribuzzjoni Komunitarja li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju li ma jsirx qligħ, kif imsemmi taħt l-Artikolu 12(c) ta’ din id-Deċiżjoni, tkun l-“ispejjeż totali eliġibbli” bit-tnaqqis tal-“kontribuzzjoni minn partijiet terzi” u l-“irċevuti ġġenerati mill-proġett”.

I.4.    Il-Perjodu tal-Eliġibbiltà

1. L-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati u l-ħlasijiet rispettivi (ħlief għad-diprezzament) li saru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena għandhom ikunu msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibbiltà huwa sat-30 ta’ Ġunju tas-sena N ( 11 ) +2, jiġifieri li l-ispejjeż relatati ma’ proġett għandhom ikunu ġġenerati qabel din id-data.

2. Issir eċċezzjoni għall-perjodu ta’ eliġibbiltà msemmi fil-paragrafu 1 għal assistenza teknika għall-Istati Membri (irreferi għall-punt IV.3).

I.5.    Rekord tal-infiq

1. L-infiq għandu jikkorrispondi għall-ħlasijiet magħmula mill-benefiċjarju finali. Dawn għandhom ikunu fil-forma ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji (kontanti), ħlief għad-diprezzament.

2. Bħala regola, l-infiq għandu jkun iġġustifikat minn fatturi uffiċjali. Fejn dan ma jistax isir, l-infiq għandu jkun appoġġjat minn dokumenti taż-żamma tal-kotba jew dokumenti ta’ sostenn ta’ valur probatorju ekwivalenti.

3. L-infiq għandu jkun identifikabbli u verifikabbli. B’mod partikolari,

(a) 

għandu jkun irreġistrat fir-rekords taż-żamma tal-kotba tal-benefiċjarju finali;

(b) 

għandu jkun iddeterminat skont l-istandards applikabbli taż-żamma tal-kotba tal-pajjiż fejn huwa stabbilit il-benefiċjarju finali u bil-prattiki normali taż-żamma tal-kotba skont l-ispejjeż tal-benefiċjarju finali; u

(c) 

għandu jiġi ddikjarat skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar it-taxxa u dik soċjali.

4. Kif neċessarju, il-benefiċjarji finali huma obbligati jżommu kopji ċċertifikati tad-dokumenti taż-żamma tal-kotba li jiġġustifikaw id-dħul u l-infiq li jkun sar mill-imsieħba fir-rigward tal-proġett ikkonċernat.

5. Il-ħażna u l-ipproċessar ta’ dawn ir-rekords mogħtija fil-paragrafi 2 sa 4 għandhom ikunu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

I.6.    Skop territorjali

1. L-infiq għall-azzjonijiet u l-miżuri deskritti fl-Artikoli 4 u 5 tal-att bażiku għandu jkun:

(a) 

magħmul mill-benefiċjarji finali definiti fil-punt I.1.1(e); u

(b) 

magħmul fit-territorju tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi.

2. Imsieħba fil-proġett irreġistrati u stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fi proġetti biss fuq bażi mingħajr nefqa, ħlief fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali mwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet, il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar Nazzjonali u s-Soċjetajiet tan-Nofs Qamar Aħmar.

II.    Il-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli (fuq il-livell tal-proġett)

II.1.    L-ispejjeż diretti eliġibbli

L-ispejjeż diretti eliġibbli tal-proġett huma spejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà stabbiliti fil-parti I, huma identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-proġett. L-ispejjeż diretti għandhom ikunu inklużi fl-istima totali tal-baġit għall-proġett.

Dawn l-ispejjeż diretti li ġejjin huma eliġibbli:

II.1.1.    Spejjeż dwar il-persunal

1. L-ispejjeż dwar il-persunal assenjati għall-proġett, magħmula minn salarji attwali u spejjeż ta’ sigurtà soċjali, u spejjeż statutorji oħra għandhom ikunu eliġibbli, kemm-il darba dawn jikkorrispondu mal-politika normali tal-benefiċjarju dwar il-ħlas.

2. Għal organizzazzjonijiet Internazzjonali, l-ispejjeż dwar il-persunal eliġibbli jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet biex ikopru obbligi statutorji u intitolamenti relatati mal-ħlas.

3. L-ispejjeż tas-salarji korrispondenti tal-persunl ta’ korpi pubbliċi jkunu eliġibbli sakemm ikunu relatati mal-ispiża ta’ attivitajiet li l-korp pubbliku rilevanti ma jkunx wettaq kieku l-proġett ikkonċernat ma tteħidx; dan il-persunal għandu jiġi ssekondat jew assenjat għall-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub tal-benefiċjarju finali.

4. L-ispejjeż dwar il-persunal għandhom ikunu dettaljati fil-baġit bil-quddiem, bl-indikazzjoni ta’ funzjonijiet u n-numru ta’ persunal.

II.1.2.    Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza

1. Spejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza huma eliġibbli bħala spejjeż diretti għall-persunal jew persuni oħra li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-proġett u li l-ivvjaġġar tagħhom hu neċessarju għall-implimentazzjoni tal-proġett.

2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali li saru. Ir-rati tal-ħlas lura għandhom ikunu bbażati fuq l-orħos forma ta’ transport pubbliku u t-titjiriet għandhom, bħala regola, ikunu permessi biss għal vjaġġi itwal minn 800 km (vjaġġ tar-ritorn), jew fejn id-destinazzjoni ġeografika tiġġustifika l-ivvjaġġar bl-ajru. Fejn tintuża karozza privata, il-ħlas lura normalment isir jew fuq bażi tal-ispejjeż tat-trasport pubbliku, jew ir-rati tal-mili skont ir-regoli uffiċjali ppubblikati fl-Istat Membru kkonċernat jew użati mill-benefiċjarju finali.

3. L-ispejjeż tas-sussistenza għandhom ikunu eliġibbli fuq il-bażi ta’ spejjeż reali jew gratifika għas-sussistenza għal kuljum. Fejn organizzazzjoni għandha r-rati tagħha ta’ kuljum (ħlasijiet ta’ sussistenza), dawn għandhom jiġu applikati fil-limiti stabbiliti mill-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. Il-ħlasijiet tas-sussistenza huma normalment miftiehma li jkopru transport lokali (inklużi taksis), akkomodazzjoni, ikel, telefonati lokali u spejjeż ġenerali.

II.1.3.    Tagħmir

II.1.3.1.   Regoli Ġenerali

1. Spejjeż relatati mal-akkwist ta’ tagħmir huma eliġibbli biss jekk huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett. It-tagħmir għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jħarsu r-regoli u l-istandards applikabbli.

2. L-għażla bejn lokazzjoni, kera jew xiri dejjem għandha tkun ibbażata fuq l-għażla li hija l-inqas għalja. Madankollu, jekk il-lokazzjoni jew il-kera mhix possibbli minħabba t-terminu qasir tal-proġett jew id-diprezzament mgħaġġel fil-valur, ix-xiri huwa aċċettat.

II.1.3.2.   Il-kera u l-lokazzjoni

L-infiq relatat mal-operat tal-kera u l-lokazzjoni huwa eliġibbli għall-kofinanzjament bla ħsara għar-regoli stabbiliti fl-Istat Membru, il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali u t-terminu tal-kera jew lokazzjoni għall-għan tal-proġett.

II.1.3.3.   Ix-xiri

1. Fejn jinxtara t-tagħmir matul il-ħajja tal-proġett, il-baġit irid jispeċifika jekk humiex inklużi l-ispejjeż kollha jew parti biss mid-diprezzament tat-tagħmir li jikkorrispondi għat-terminu tal-użu għall-proġett u r-rata ta’ użu attwali għall-proġett. Din tal-aħħar għandha tiġi kkalkulata skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.

2. It-tagħmir li nxtara qabel il-ħajja tal-proġett, iżda li jintuża għall-għan tal-proġett, huwa eliġibbli fuq il-bażi tad-diprezzament. Iżda dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli jekk it-tagħmir kien oriġinarjament inxtara permezz ta’ għotja Komunitarja.

▼M4

3. Għall-oġġetti individwali li jiswew inqas minn EUR 20 000 il-prezz sħiħ tax-xiri huwa eliġibbli, sakemm, bl-eċċezjoni ta’ dawk il-każijiet debitament iġġustifikati, it-tagħmir ikun inxtara qabel l-aħħar tliet xhur tal-proġett. Oġġetti individwali li jiswew EUR 20 000 jew aktar huma eliġibbli biss abbażi ta’ deprezzament. Permezz ta’ deroga mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq, għall-mezzi tat-trasport li jiswew inqas minn EUR 250 000 il-prezz sħiħ tax-xiri huwa eliġibbli.

▼M3

II.1.4.    Il-proprjetà immobbli

II.1.4.1.   Regoli Ġenerali

Fil-każ ta’ xiri ta’ proprjetà immobbli, kostruzzjoni jew rinovazzjoni ta’ proprjetà immobbli, jew kiri ta’ proprjetà immobbli, għandu jkollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-proġett u jikkonforma mar-regoli u l-istandards applikabbli.

▼M4

II.1.4.2.   Ix-xiri, il-kostruzzjoni jew ir-rinnovazzjoni

1. Fejn l-akkwist tal-proprjetà immobbli huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-proġett u huwa marbut b’mod ċar mal-għanijiet tiegħu, ix-xiri ta’ proprjetà immobbli, jiġifieri bini diġà mibni, jew il-kostruzzjoni ta’ proprjetà immobbli, huma eliġibbli għall-kofinanzjament fuq il-bażi ta’ spejjeż totali jew parzjali, jew fuq il-bażi tad-deprezzament, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a) 

għandu jinkiseb ċertifikat minn stimatur indipendenti kkwalifikat jew minn korp uffiċjali debitament awtorizzat li jistabbilixxi li l-prezz ma jeċċedix il-valur tas-suq. Barra minn hekk, dan iċ-ċertifikat għandu jew jistabbilixxi li l-proprjetà immobbli hija f’konformità mar-regolamenti nazzjonali jew jispeċifika l-punti li mhumiex konformi u li l-benefiċjarju finali bi ħsiebu jirrettifika bħala parti minn dak il-proġett;

(b) 

il-proprjetà immobbli ma nxtratx permezz ta’ għotja Komunitarja fi kwalunkwe ħin qabel l-implimentazzjoni tal-proġett;

(c) 

il-proprjetà immobbli għandha tintuża biss għall-għanijiet stabbiliti fil-proġett għal perjodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin wara d-data tat-tmiem tal-proġett, sakemm il-Kummissjoni ma tawtorizzax mod ieħor b’mod speċifiku fil-każ ta’ kofinanzjament għall-ispejjeż kollha jew parzjali; fil-każ ta’ kofinanzjament fuq il-bażi ta’ deprezzament dan il-perjodu jitnaqqas għal ħames snin;

(d) 

ix-xiri tal-proprjetà immobbli jirrispetta l-prinċipji tal-affinità bejn il-kwalità u l-prezz kif ukoll tal-kosteffettività, u qed jiġi kkunsidrat bħala proporzjonali mal-għan li għandu jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni tal-proġett;

(e) 

fil-każ ta’ kofinanzjament fuq il-bażi ta’ deprezzament, huwa biss il-porzjon tad-deprezzament ta’ dawn l-assi li jikkorrespondi għat-tul tal-użu għall-proġett u r-rata tal-użu attwali għall-proġett, li huwa eliġibbli; id-deprezzament jiġi kkalkulat skont ir-regoli nazzjonali tal-kontabilità.

2. L-ispejjeż għar-rinnovazzjoni, għax-xogħol ta’ tiġdid u għall-modernizzazzjoni ta’ proprjetà immobbli huma eliġibbli għall-kofinanzjament fuq il-bażi tal-ispiża sħiħa jew parzjali, jew fuq il-bażi ta’ deprezzament. Fil-każ ta’ spejjeż ta’ rinnovazzjoni, japplikaw biss il-kundizzjonijiet (c) u (e) fil-paragrafu 1.

▼M3

II.1.4.3.   Kiri

Il-kiri tal-proprjetà immobbli huwa eliġibbli għall-kofinanzjament fejn hemm rabta ċara bejn il-kera u l-għanijiet tal-proġett ikkonċernat, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali aktar stretti:

(a) 

il-proprjetà immobbli ma tridx tkun inxtrat permezz ta’ għotja Komunitarja.

(b) 

Il-proprjetà immobbli għanha tintuża biss għall-implimentazzjoni tal-proġett. Jekk le, huwa biss is-sehem tal-ispejjeż li jikkorrispondi għall-użu tal-proġett li huwa eliġibbli.

II.1.5.    Il-konsumabbli, il-proviżjonijiet u s-servizzi ġenerali

L-ispejjeż tal-konsumabbli, tal-proviżjonijiet u tas-servizzi ġenerali huma eliġibbli kemm-il darba huma identifikabbli u direttament meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett.

II.1.6.    Is-sottokuntrattar

1. Bħala regola ġenerali, il-benefiċjarji finali għandu jkollhom il-kapaċità li jamministraw il-proġett huma stess. L-ammont li jikkorrispondi ma’ xogħlijiet li jkunu se jiġu sottokuntrattati taħt il-proġett għandu jiġi indikat b’mod ċar fil-ftehim tal-għotja.

2. L-infiq relatat mas-sottokuntrattar segwenti mhux eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Fond:

(a) 

is-sottokuntrattar tal-kompiti għall-ġestjoni globali tal-proġett;

(b) 

sottokuntrattar li jżid l-ispiża tal-proġett mingħajr ma jżid l-ebda valur proporzjonali miegħu;

(c) 

sottokuntrattar ma’ intermedjarji jew konsulenti li fihom il-ħlas ikun imfisser bħala perċentwal tal-ispiża kollha tal-proġett, sakemm dan il-ħlas ma jkunx ġustifikat mill-benefiċjarju finali b’referenza għall-valur attwali tax-xogħol jew servizzi li jkunu provduti.

3. Għas-sottokuntratti kollha, is-sottokuntratturi għandhom jintrabtu li jipprovdu lill-korpi ta’ awdituri u kontroll, l-informazzjoni kollha meħtieġa konnessa mal-attivitajiet sottokuntrattati.

II.1.7.    L-ispejjeż li jkunu ġejjin direttament mir-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni

L-ispejjeż meħtieġa sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti marbuta mal-kofinanzjament tal-Unjoni, bħall-pubbliċità, it-trasparenza, l-evalwazzjoni tal-proġett, il-verifika esterna, il-garanziji bankarji, l-ispejjeż tat-traduzzjoni, eċċ., huma eliġibbli bħala spejjeż diretti.

II.1.8.    It-tariffi tal-esperti

L-ispejjeż tal-konsulenza legali, tariffi notarili u spejjeż tal-esperti tekniċi u finanzjarji huma eliġibbli.

II.1.9.    Spejjeż speċifiċi relatati mal-gruppi fil-mira

1. Spejjeż speċifiċi għall-gruppi fil-mira skont il-miżuri elenkati fl-Artikolu 5 tal-att bażiku għandhom jikkonsistu f’appoġġ sħiħ jew parzjali fil-forma ta’:

(a) 

Spejjeż li jsiru mill-benefiċjarju għall-gruppi fil-mira;

(b) 

Spejjeż li jsiru minn dawk li jmorru lura li mbagħad jiġu rimborsati mill-benefiċjarju finali; jew

(c) 

Ammonti ta’ darba mhux rimborsabbli (bħal fil-każ ta’ appoġġ limitat għal bidu ta’ attivitajiet ekonomiċi u inċentivi f’forma ta’ flus għal dawk li jmorru lura, kif deskritti fl-Artikolu 5(8) u (9) tal-att bażiku).

2. Dawn l-ispejjeż huma eliġibbli taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

Il-benefiċjarju finali għandu jżomm l-informazzjoni u l-evidenza neċessarja li l-persuni jikkorrispondu mal-gruppi u sitwazzjonijiet speċifiċi fil-mira definiti fl-Artikolu 5 tal-att bażiku u għalhekk huma eliġibbli li jirċievu din l-assistenza.

(b) 

Il-benefiċjarju finali għandu jżomm l-informazzjoni neċessarja dwar dawk li jmorru lura li jirċievu din l-assistenza sabiex tkun possibbli l-identifikazzjoni korretta ta’ dawn il-persuni, id-data ta’ meta jmorru lura f’pajjiżhom, u provi li dawn il-persuni jkunu rċivew din l-assistenza.

(c) 

Il-benefiċjarju finali għandu jżomm il-provi tal-appoġġ mogħti (bħal fatturi u rċevuti) u fil-każ ta’ ammonti ta’ darba għandhom jinżammu l-provi li l-persuni rċevew dan l-appoġġ.

Il-ħażna u l-ipproċessar tal-informazzjoni msemmija aktar 'il fuq għandha tikkonforma mal-Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.

3. Il-miżuri ta' assistenza wara l-wasla lura fil-pajjiż terz, bħall-assistenza għat-taħriġ u l-impjiegi, miżuri għal perjodu qasir neċessarji għall-proċess ta’ reintegrazzjoni u assistenza għal wara r-ritorn kif deskritt fl-Artikolu 5(5), (8) u (9) tal-att bażiku rispettivament m’għandhomx jeċċedu terminu ta’ 12-il xahar wara d-data tal-wasla lura taċ-ċittadin tal-pajjiż terz.

II.2.    Spejjeż indiretti eliġibbli

1. L-ispejjeż indiretti eliġibbli għall-azzjoni huma dawk l-ispejjeż li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà deskritti fil-punt I.1.1., mhumiex identifikabbli bħala spejjeż speċifiċi marbuta b’mod dirett mat-twettiq tal-proġett.

2. B’deroga mill-punt I.1.1(e) u punt 1.5, l-ispejjeż indiretti li jsiru fit-twettiq tal-azzjoni jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament b’rata fissa stabbilita għal mhux aktar minn 7 % tal-ispejjeż diretti totali eliġibbli.

3. Organizzazzjonijiet li jirċievu għotja għall-ħidma mill-baġit tal-Unjoni ma jistgħux jinkludu spejjeż indiretti fil-baġit bil-quddiem tagħhom.

III.    Nefqa ineliġibbli

L-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

(a) 

VAT, ħlief fejn il-benefiċjarju finali jista’ juri li ma jistax jirkupraha;

(b) 

dħul fuq kapital, dejn u spejjeż tas-servizzi tad-dejn, interessi fuq id-dejn, kummissjonijiet tal-iskambju u telf fl-iskambju, provvedimenti għal telf jew responsabbiltajiet futuri potenzjali, interessi dovuti, djun dubjużi, multi, penali finanzjarji, spejjeż ta’ litigazzjoni u nfiq eċċessiv jew traskurat;

(c) 

spejjeż tad-divertiment esklussivament għall-persunal tal-proġett; spejjeż raġonevoli tal-ospitalità fi ġrajjiet soċjali ġġustifikati mill-proġett, bħal avvenimenti fl-aħħar tal-proġett jew laqgħat tal-kumitat li jmexxi l-proġett, huma permessi;

(d) 

spejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju finali u koperti minn proġett ieħor jew programm ta’ xogħol li jirċievi għotja Komunitarja;

(e) 

xiri tal-art;

(f) 

kontribuzzjonijiet mhux fi flus.

IV.    L-assistenza teknika fuq inizzjattiva tal-istati membri

1. L-ispejjeż kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Fond mill-awtorità responsabbli, l-awtorità delegata, l-awtorità ta’ verifika, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni jew korpi oħra li jassistu l-funzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 huma eliġibbli taħt l-assistenza teknika fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 17 tal-att bażiku.

2. Dawn jinkludu l-miżuri li ġejjin:

(a) 

infiq relatat mal-preparazzjoni, l-għażla, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet;

(b) 

infiq relatat mal-verifiki u l-verifiki għall-għarrieda ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(c) 

infiq relatat ma’ evalwazzjonijiet ta’ azzjonijiet jew proġetti;

(d) 

infiq relatat ma’ informazzjoni, disseminazzjoni u trasparenza relatati mal-azzjonijiet;

(e) 

infiq fuq il-kisba, l-istallazzjoni u l-manutenzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Fondi;

(f) 

infiq fuq laqgħat ta’ kumitati u sottokumitati tal-monitoraġġ relatati mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet; dan l-infiq jista’ wkoll jinkludi l-ispejjeż ta’ esperti u parteċipanti oħrajn f’dawn il-kumitati, inklużi parteċipanti minn pajjiżi terzi, fejn il-preżenza tagħhom hija essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet;

(g) 

infiq għar-rinforz tal-kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Fond.

3. L-attivitajiet marbuta mal-assistenza teknika għandhom jitwettqu u l-ħlasijiet korrispondenti isiru wara l-1 ta’ Jannar tas-sena msemmija fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament li tkun approvat il-programmi annwali tal-Istati Membri. Il-perjodu tal-eliġibbiltà jdum sa mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali.

4. Kwalunkwe akkwist għandu jsir skont ir-regoli nazzjonali dwar l-akkwisti stabbiliti fl-Istati Membri.

5. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ assistenza teknika għal dan il-Fond flimkien ma’ miżuri ta’ assistenza teknika għal xi ftit mill-erba’ Fondi, jew għalihom kollha. Iżda, f’dak il-każ huwa biss is-sehem tal-ispejjeż użati għall-implimentazzjoni tal-miżura komuni li tikkorrispondi għal dan il-Fond li tkun eliġibbli għall-finanzjament taħt dan il-Fond, u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

is-sehem tal-ispejjeż għall-miżuri komuni jiġi llevat fuq il-Fond korrispondenti b’mod raġonevoli u verifikabbli; u

(b) 

ma hemm ebda finanzjament doppju tal-ispejjeż.



( 1 ) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

( 2 ) ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1.

( 3 ) ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.

( 4 ) ĠU L 168, 28.6.2007, p. 18.

( 5 ) ĠU L 330, 15.12.2007, p. 48

( 6 ) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

( 7 ) ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 681/2007 (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 1).

( 8 ) Applikabbli biss għar-rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta' l-ewwel programm annwali.

( 9 ) Jekk ikun applikabbli.

( 10 ) Għandu jiġi sottomess wara l-istrateġija tal-verifika, skond l-artikolu 25(2).

( 11 ) Fejn “N” hija s-sena msemmija fid-deċiżjoni tal-finanzjament li tapprova l-programmi annwali tal-Istati Membri.