02008D0294 — MT — 20.12.2016 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ April 2008 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ l-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1256) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 098 10.4.2008, p. 19) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/654/UE tat-12 ta’ Novembru 2013 |
L 303 |
48 |
14.11.2013 |
|
L 345 |
67 |
20.12.2016 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ April 2008
dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ l-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1256)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/294/KE)
Artikolu 1
L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tarmonizza l-kondizzjonijiet tekniċi għad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta’ l-ispektrum tar-radju għas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru fil-Komunità.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjonijiet Komunitarji oħra, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 u r-Rakkomandazzjoni 2008/295/KE.
Artikolu 2
Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
(1) “servizzi ta’ Komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA)” tfisser servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, kif definiti fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE pprovduti minn intrapriża sabiex il-passiġġieri ta’ l-ajru jkunu jistgħu jużaw netwerks ta’ komunikazzjoni pubbliċi matul it-titjira mingħajr ma jistabbilixxu konnessjonijiet diretti ma’ netwerks mobbli terrestri;
(2) il-kundizzjoni “bla interferenza u bla protezzjoni” tfisser li ma tista’ tiġi kkawżata l-ebda interferenza ta’ ħsara lil kwalunkwe servizz ta’ radjukomunikazzjoni u li ma tista’ ssir l-ebda talba għall-protezzjoni ta’ dawn l-apparati kontra interferenza ta’ ħsara li toriġina minn servizzi ta’ radjukomunikazzjoni;
(3) “stazzjon ta’ bażi transciever ta’ l-inġenji ta’ l-ajru (il-BTS ta’ l-inġenji ta’ l-ajru)” tfisser stazzjon ta’ komunikazzjoni wieħed jew aktar li jinsab/u fl-inġenji ta’ l-ajru li jsostnu il-meded ta’ frekwenza u s-sistemi speċifikati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness;
(4) “unità ta’ kontroll tan-netwerk (NCU)” tfisser tagħmir li għandu jitqiegħed fl-inġenji ta’ l-ajru li jiżgura li s-sinjali trasmessi minn sistemi mobbli ta’ komunikazzjoni elettronika bbażati fuq l-art u elenkati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness ma jiġux osservati fil-kabina billi jiżdied il-livell ta’ ħsejjes fil-kabina fil-meded ta’ riċezzjoni ta’ komunikazzjoni mobbli.
Artikolu 3
Kemm jista' jkun kmieni u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-meded ta’ frekwenza, elenkati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness, għad-disponibilità ta’ servizzi MCA abbażi ta’l-kondizzjoni “bla interferenza u bla protezzjoni”, sakemm dawn is-servizzi jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-livell minimu ta’ għoli ‘l fuq mill-art għal kwalunkwe trasmissjoni minn sistema MCA li tkun qed titħaddem skond taqsima 3 ta’ l-Anness.
L-Istati Membri jistgħu jimponu livelli minimi ta’ għoli ta’ operat ta’ l-MCA ogħla fejn dan ikun iġġustifikat minn kondizzjonijiet topografiċi nazzjonali u l-applikazzjoni tan-netwerk fuq l-art. Din l-informazzjoni, sostnuta minn ġustifikazzjoni xierqa, għandha tkun mgħarrfa lill-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu ta’ l-ispektrum mis-servizzi MCA taħt skrutinju, b’mod partikolari biex jevalwaw l-eżistenza jew il-possibilità ta’ interferenza ta’ ħsara u r-rilevanza kontinwa tal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3, u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni sabiex jippermettu l-analiżi f’waqtha ta’ din id-Deċiżjoni, jekk meħtieġ.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
1. Il-baned ta' frekwenzi u s-sistemi permessi għas-Servizzi MCA
Tabella 1
Tip |
Frekwenza |
Sistema |
GSM 1 800 |
1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink) |
GSM konformi mal-Istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
UMTS 2 100 (FDD) |
1 920 -1 980 MHz (uplink) 2 110 -2 170 MHz (downlink) |
UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
LTE 1 800 (FDD) |
1 710 -1 785 MHz (uplink) 1 805 -1 880 MHz (downlink) |
LTE konformi mal-Istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
2. Il-prevenzjoni tal-konnessjoni ta' terminals mobbli ma' netwerks fuq l-art
It-terminals mobbli li jirċievu fil-baned ta' frekwenzi elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma' netwerks mobbli tal-UMTS fuq l-art:
— bl-inklużjoni, fis-sistema tal-MCA, ta' Unità ta' Kontroll tan-Netwerk (NCU), li żżid il-livell minimu ta' ħoss fil-kabina fil-baned ta' riċezzjoni mobbli, u/jew;
— bil-protezzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru biex ikompli jitnaqqas is-sinjal li jidħol u joħroġ mill-qafas.
Tabella 2
Baned ta' frekwenzi (MHz) |
Sistemi fuq l-art |
925-960 MHz |
UMTS (u GSM, LTE) |
2 110 -2 170 MHz |
UMTS (u LTE) |
L-operaturi tal-MCA jistgħu jiddeċiedu wkoll li jimplimentaw NCU fil-baned ta' frekwenzi l-oħra elenkati fit-Tabella 3.
Tabella 3
Baned ta' frekwenzi (MHz) |
Sistemi fuq l-art |
460-470 MHz |
LTE (1) |
791-821 MHz |
LTE |
1 805 -1 880 MHz |
LTE u GSM |
2 620 -2 690 MHz |
LTE |
2 570 -2 620 MHz |
LTE |
(1) Fuq livell nazzjonali, l-amministrazzjonijiet jistgħu jużaw teknoloġija tal-LTE għal applikazzjonijiet differenti bħal BB-PPDR, BB-PMR jew Networks Mobbli |
3. Parametri tekniċi
(a) Il-qawwa iżotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.), barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru
Tabella 4
Għoli 'l fuq mill-art (m) |
L-e.i.r.p. massima tas-Sistema barra l-inġenju tal-ajru f'dBm/kanal |
||
NCU |
BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru |
BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru u NCU |
|
Banda: 900 MHz |
Banda: 1 800 MHz |
Banda: 2 100 MHz |
|
Wisa' tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz |
Wisa' tal-banda tal-kanal = 200 kHz |
Wisa' tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz |
|
3 000 |
– 6,2 |
– 13,0 |
1,0 |
4 000 |
– 3,7 |
– 10,5 |
3,5 |
5 000 |
– 1,7 |
– 8,5 |
5,4 |
6 000 |
– 0,1 |
– 6,9 |
7,0 |
7 000 |
1,2 |
– 5,6 |
8,3 |
8 000 |
2,3 |
– 4,4 |
9,5 |
(b) Il-qawwa iżotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.), barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal abbord
Tabella 5
Għoli 'l fuq mill-art (m) |
L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-GSM f'dBm/200 kHz |
L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-LTE f'dBm/5 MHz |
L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-UMTS f'dBm/3,84 MHz |
GSM 1 800 MHz |
LTE 1 800 MHz |
UMTS 2 100 MHz |
|
3 000 |
– 3,3 |
1,7 |
3,1 |
4 000 |
– 1,1 |
3,9 |
5,6 |
5 000 |
0,5 |
5 |
7 |
6 000 |
1,8 |
5 |
7 |
7 000 |
2,9 |
5 |
7 |
8 000 |
3,8 |
5 |
7 |
Meta l-operaturi tal-MCA jiddeċiedu li jimplimentaw NCU fil-baned ta' frekwenzi l-oħra elenkati fit-Tabella 3, il-valuri massimi indikati fit-Tabella 6 japplikaw għall-e.i.r.p. totali barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru, flimkien mal-valuri msemmija fit-Tabella 4.
Tabella 6
Għoli 'l fuq mill-art (m) |
L-e.i.r.p. massima barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru |
|||
460-470 MHz |
791-821 MHz |
1 805 -1 880 MHz |
2 570 -2 690 MHz |
|
dBm/1,25 MHz |
dBm/10 MHz |
dBm/200 kHz |
dBm/4,75 MHz |
|
3 000 |
– 17,0 |
– 0,87 |
– 13,0 |
1,9 |
4 000 |
– 14,5 |
1,63 |
– 10,5 |
4,4 |
5 000 |
– 12,6 |
3,57 |
– 8,5 |
6,3 |
6 000 |
– 11,0 |
5,15 |
– 6,9 |
7,9 |
7 000 |
– 9,6 |
6,49 |
– 5,6 |
9,3 |
8 000 |
– 8,5 |
7,65 |
– 4,4 |
10,4 |
(c) Rekwiżiti operazzjonali
I. L-għoli minimu 'l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA waqt li titħaddem għandu jkun 3 000 metru.
II. Waqt it-tħaddim, il-BTS tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-GSM li jittrażmetti fil-banda ta' 1 800 MHz għal valur nominali ta' 0 dBm/200 kHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.
III. Waqt it-tħaddim, in-Nodu B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-LTE li jittrażmetti fil-banda ta' 1 800 MHz għal valur nominali ta' 5 dBm/5 MHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni.
IV. Waqt it-tħaddim, in-Nodu B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-UMTS li jittrażmetti fil-banda ta' 2 100 MHz għal valur nominali ta' – 6 dBm/3,84 MHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta' utenti ma għandux jaqbeż l-20.