02008D0017 — MT — 28.05.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Novembru 2008

li twaqqaf il-qafas għall-akkwist konġunt tal-Ewrosistema

(BĊE/2008/17)

(2008/893/KE)

(ĠU L 319 29.11.2008, p. 76)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI (UE) 2016/21 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-23 ta' Diċembru 2015

  L 6

5

9.1.2016

►M2

DEĊIŻJONI (UE) 2020/628 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-4 ta’ Mejju 2020

  L 146

11

8.5.2020




▼B

DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Novembru 2008

li twaqqaf il-qafas għall-akkwist konġunt tal-Ewrosistema

(BĊE/2008/17)

(2008/893/KE)



Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Deċizjoni:

(a) 

“Ewrosistema” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li addottaw l-ewro;

(b) 

“kompiti tal-Ewrosistema” tfisser il-kompiti mogħtija lill-Ewrosistema skond it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ;

(ċ) 

“bank ċentrali” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li addotta l-ewro;

(d) 

“bank ċentrali li jmexxi” tfisser il-bank ċentrali responsabbli biex imexxi l-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti;

(e) 

“bank ċentrali li jilqa’” tfisser il-bank ċentrali maħtur mill-Kunsill Governattiv biex jilqa’ l-EPCO;

▼M2

(f) 

“Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO” tfisser il-kumitat tat-tmexxija mwaqqaf mill-Kunsill Governattiv biex imexxi l-attivitajiet tal-EPCO. Il-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO huwa magħmul minn membru wieħed minn kull bank ċentrali, li jiġi magħżul minn fost il-membri tal-persunal f’livell għoli b’għerf u esperjenza fi kwistjonijiet organizzattivi u strateġiċi fl-istituzzjonijiet rispettivi tagħhom u esperti fl-akkwisti. Il-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO għandu jirrapporta permezz tal-Bord Eżekuttiv lill-Kunsill Governattiv;

▼B

(g) 

“proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti” tfisser proċedura għall-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi magħmul mill-bank ċentrali li jmexxi għal benefiċċju tal-banek ċentrali li jipparteċipaw fil-proċedura tas-sejħa għal offerti.

Artikolu 2

Skop ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-akkwist konġunt minn banek ċentrali ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Ewrosistema.

2.  Il-parteċipazzjoni tal-banek ċentrali fl-attivitajiet tal-EPCO u fi proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti hija volontarja.

▼M1

3.  Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal-Linja Gwida (UE) 2015/280 tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 1 ).

▼B

Artikolu 3

Uffiċċju għall-Koordinament tal-Akkwisti fl-Ewrosistema

▼M1

1.  L-EPCO għandu jwettaq il-kompiti bażiċi kollha li ġejjin:

(a) 

identifika każijiet potenzjali għal akkwisti konġunti li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, jew barra minnu, fuq il-bażi tal-ħtiġiet ta' akkwisti li l-banek ċentrali jindirizzaw lill-EPCO;

(b) 

iħejji u jaġġorna kif meħtieġ pjan annwali għall-akkwisti għal proċeduri ta' sejħiet għall-offerti konġunti bbażati fuq valutazzjoni deskritta taħt il-punt (a);

(c) 

iħejji rekwiżiti komuni b'kooperazzjoni mal-banek ċentrali li jipparteċipaw fi proċedura konġunta ta' sejħa għall-offerti;

(d) 

jgħin lill-banek ċentrali fil-proċeduri konġunti ta' sejħiet għall-offerti;

(e) 

jgħin lill-banek ċentrali f'akkwisti relatati ma' proġetti komuni tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali, jekk jintalab biex jagħmel dan mill-bank jew banek ċentrali li jmexxu l-proġett;

▼M2

(f) 

jappoġġa lill-bank ċentrali f’attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ kuntratt.

▼M1

L-EPCO jista' jwettaq ukoll kompiti oħrajn minbarra dawk speċifikati iktar 'il fuq, b'mod partikolari sabiex jiffaċilita l-adozzjoni tal-aqwa prattiċi għall-akkwisti fi ħdan l-Eurosistema u sabiex jiżviluppa l-infrastruttura (eż. il-ħiliet, l-għodod funzjonali, sistemi tal-informazzjoni, proċessi) meħtieġa għall-akkwisti konġunti.

▼M2

1a.  L-EPCO għandu jkun ospitat minn bank ċentrali. Il-Kunsill Governattiv għandu jaħtar il-bank ċentrali ospitanti kull ħames snin.

▼B

2.  Il-bank ċentrali li jilqa’ għandu jipprovdi l-materjal u r-riżorsi umani meħtieġa għall-EPCO biex iwettaq il-kompiti skond il-baġit approvat mill-Kunsill Governattiv kif stabbilit fil-paragrafu 4.

3.  Il-bank ċentrali li jilqa’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO, jista’ jaddotta regoli dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni interna tal-EPCO, inkluż kodiċi ta’ kondotta għall-ħaddiema ta’ l-EPCO, li l-għan tiegħu hu li jiżgura l-ogħla integrità fil-qadi ta’ dmirijiethom.

▼M1

4.  Il-bank ċentrali għandhom jiffinanzjaw il-baġit tal-EPCO skont ir-regoli adottati mill-Kunsill Governattiv, li jista' jkun ibbażat fuq envelopp finanzjarju li jkopri bosta snin jew proposta ta' baġit annwali, u jista' jinkludi inċentivi li jippromwovu t-tmexxija ta' proġetti konġunti ta' akkwisti.

▼B

5.  L-EPCO għandu jissottometti rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu lill-Kunsill Governattiv, permezz tal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO u l-Bord Eżekuttiv.

6.  L-attivitajiet tal-EPCO għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll tal-Kumitat ta’ Awdituri Interni skond ir-regoli addottati mill-Kunsill Governattiv. Dan għandu jkun bla ħsara għall-kontroll u r-regoli tal-verifka li japplikaw jew li jiġu addottati mill-bank ċentrali li jilqa’.

▼M2

7.  Il-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO għandu jwettaq valutazzjoni tal-effettività u l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-EPCO fi żmien propizju qabel it-tmiem ta’ kull perijodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1a. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, u meta jitqies l-interess tal-bank ċentrali l-oħra li jospitaw l-EPCO, il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ li jorganizza proċedura ta’ selezzjoni biex jagħżel bank ċentrali ospitanti ġdid.

▼B

Artikolu 4

Proċeduri konġunti ta’ sejħiet għal offerti

1.  Proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti għandha titqies meħtieġa għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni jekk: (i) huwa raġonevolment mistenni li l-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi jwassal għal kundizzjonijiet ta’ xiri aktar vantaġġużi skond il-prinċipji tal-effiċjenza u l-effettività tal-ispejjeż; jew (ii) il-banek ċentrali għandhom bżonn jaddottaw rekwiżiti armonizzati u standards dwar dawn l-oġġetti u/jew s-servizzi.

▼M1

2.  Wara li jiġi identifikat każ potenzjali għal akkwist konġunti, l-EPCO għandu jistieden lill-banek ċentrali biex jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta' sejħiet għall-offerti. Il-banek ċentrali għandhom jinfurmaw lill-EPCO fiż-żmien opportun jekk għandhomx il-ħsieb li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta' sejħiet għall-offerti u, jekk dan ikun il-każ, għandhom jikkomunikaw il-ħtiġijiet tal-ħidma tagħhom lill-EPCO. Meta l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt ma tkunx meħtieġa, bank ċentrali jista' jirtira milli jipparteċipa f'akkwist konġunt sakemm jikkommetti formalment li jipparteċipa. Meta tkun meħtieġa l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt, bank ċentrali jista' jirtira milli jipparteċipa f'kull ħin qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt.

▼M2

3.  Kull sena l-EPCO għandu jissottometti pjan ta’ akkwisti aġġornat għal proċeduri konġunti ta’ sejħiet għall-offerti, inklużi l-ismijiet tal-banek ċentrali ewlenin, lill-Kunsill Governattiv għal approvazzjoni. Il-pjan ta’ akkwisti aġġornat sottomess mill-EPCO jista’ jinkludi indikazzjoni ta’ oqsma li fihom, fil-limiti speċifikati, opportunitajiet addizzjonali għal akkwist konġunt jistgħu jiġu segwiti qabel l-aġġornament li jmiss. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi fuq il-pjan ta’ akkwisti u l-implimentazzjoni tiegħu wara konsultazzjoni mal-Kumitat għat-Tmexxija tal-EPCO.

▼B

4.  Il-bank ċentrali li jmexxi għandu jwettaq il-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti għall-benefiċċju tal-banek ċentrali li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti, skond ir-regoli tal-akkwisti li għalihom hu suġġett il-bank ċentrali li jmexxi. Il-bank ċentrali li jmexxi għandu, fl-avviż tal-kuntratt, jispeċifika liema banek ċentrali qegħdin jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti kif ukoll l-istruttura tar-relazzjonijiet kuntrattwali.

5.  Il-bank ċentrali li jmexxi għandu jipprepara d-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti u jagħmel valutazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-offerti b’kooperazzjoni mal-EPCO u l-banek ċentrali l-oħra li jieħdu sehem fil-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti.

6.  Il-bank ċentrali li jmexxi għandu jwettaq il-proċedura konġunta ta’ sejħa għal offerti fil-lingwa(i) stabbilita(i) fil-pjan annwali ta’ l-akkwisti.

▼M2

Artikolu 5

Parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet oħrajn

1.  Il-Kunsill Governattiv jista’ jistieden lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro biex jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-EPCO u fil-proċeduri konġunti ta’ sejħiet għall-offerti taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-banek ċentrali tal-Eurosistema. Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv jista’ jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, jew organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EPCO u fi proċeduri konġunti ta’ sejħiet għall-offerti taħt il-kundizzjonijiet stipulati mill-Kunsill Governattiv fl-istedina. Kull stedina ta’ din ix-xorta għandha tkun limitata għall-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi sabiex jiġu ssodisfati ħtiġijiet li huma komuni għall-banek ċentrali u l-entitajiet mistiedna u l-kundizzjonijiet għandhom ikunu simili għal dawk li japplikaw għall-banek ċentrali tal-Ewrosistema.

2.  Stamperiji interni li, skont l-Artikolu 1, punt 2(b) tal-Linja Gwida (UE) 2015/280 (BĊE/2014/44), huma persuni ġuridiċi separati u jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni jistgħu jipparteċipaw direttament fi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti konġunti u jiġu ttrattati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu bħala parti mill-bank ċentrali fl-Istat Membru tagħhom. Tali parteċipazzjoni għandha tkun limitata għall-akkwist konġunt ta’ oġġetti u servizzi meħtieġa għat-twettiq minn dawk l-stamperiji interni tal-kompiti tal-Eurosistema.

▼B

Artikolu 6

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2008.



( 1 ) Linja Gwida (UE) 2015/280 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Novembru 2014 dwar l-istabbiliment ta' Sistema ta' Produzzjoni u Akkwisti tal-Eurosistema (BĊE/2008/17) (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 29).