2007R1279 — MT — 01.11.2007 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1279/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni tar-Russja u li jirrevoka miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija

(ĠU L 285, 31.10.2007, p.1)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 096, 15.4.2009, p. 39  (1279/2007)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1279/2007

tat-30 ta’ Ottubru 2007

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni tar-Russja u li jirrevoka miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija



IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea ( 1 ) (“ir-Regolament Bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2) u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:PROĊEDURAMiżuri fis-seħħ

(1)

Fit-2 ta’ Frar 2001, permezz tar-Regolament Nru 230/2001 ( 2 ) (Ir-Regolament proviżorju) il-Kunsill impona miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar (“SWR”) li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, mir-Russja, mit-Tajlandja u mit-Turkija (l-aħħar tliet pajjiżi se jissejħu “il-pajjiżi kkonċernati”) Fit-2 ta’ Awwissu 2001, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 ( 3 ) (“ir-Regolament oriġinali”), miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR. Il-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka skadew wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004.

(2)

Fis-26 ta’ Lulju 2001, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni tagħha Nru 2001/602/KE ( 4 ), aċċettat impenji offruti minn esportatur Russu u Tajlandiż b’rabta mal-miżuri anti-dumping imsemmija fil-Premessa (1).

(3)

Fit-8 ta’ Novembru 2005, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 ( 5 ), il-Kummissjoni imponiet miżuri anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils ta’ l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina (“il-proċediment parallel”).

Talbiet għar-reviżjoniVerifika temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fir-Russja.

(4)

Fl-2004, il-Kummissjoni rċeviet żewġ talbiet għal verifiki temporanji parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (“verifiki temporanji”). It-talbiet, limitati fl-ambitu għad-dumping, tressqu minn Open Joint Stock Company Cherepovetsky Staleprokatny Zavod (“ChSPZ”) u Joint Stock Company Beloretsk Iron & Steel Works (“BMK”) rispettivament, it-tnejn li huma produtturi esportaturi ta’ l-SWR fir-Russja.

(5)

Kif spjegat fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ( 6 ), l-isem ta’ ChSPZ inbidel għal Closed Joint Stock Company Severstal-Metiz (“SSM”) bħala riżultat ta’ żwieġ ma’ l-Open Joint Stock Company Orlovsky Staleprokatny Zavod (“OSPAZ”) u l-Closed Joint Stock Company Severstal-Metiz. Din il-bidla fl-isem ġiet applikata mill-1 ta’ Jannar 2006.

(6)

Skond ir-rikorrenti, iċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri nbidlu u dawn il-bidliet kienu ta’ natura dewwiema. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi allegaw li l-livelli eżistenti ta’ miżuri anti-dumping ma kinux jinħtieġu aktar biex inaqqsu d-dumping.

(7)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ żewġ verifiki temporanji, il-Kummissjoni tat bidu għal dawn il-verifiki fl-10 ta’ Awwissu 2004 ( 7 ).

Verifika temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fit-Turkija

(8)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż ta’ skadenza imminenti ( 8 ), il-Kummissjoni rċeviet talba fit-28 ta’ April 2006 għal verifika temporanja skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. (riċevuta flimkien ma’ talba għal verifika skond l-Artikolu 11(2) (“verifika ta’ skadenza”) imsemmi fil-Premessa (12) sa (15) hawn taħt).

(9)

It-talba tressqet mill-Kumitat ta’ Kollegament ta’ l-Industriji tal-Wajers u l-Ħbula ta’ l-Unjoni Ewropea (“l-EWRIS” jew “ir-rikorrent”), f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw l-ikbar proporzjon, f’dan il-każ iktar minn 50 %, tat-total tal-produzzjoni Komunitarja ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid u l-azzar.

(10)

L-ambitu tal-verifika temporanja mitluba mir-rikorrent ġiet limitata għal-livell ta’ dumping minn produttur esportatur wieħed fit-Turkija (li bħalissa ma għandu l-ebda dazju). Skond ir-rikorrent, il-livell tal-miżuri m’għadux suffiċjenti biex jiġi miġġieled id-dumping li jagħmel ħsara.

(11)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ verifika temporanja, il-Kummissjoni tat bidu għal din il-verifika fit-3 ta’ Awissu 2006 ( 9 ).

Verifika ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra r-Russja, it-Tajlandja u t-Turkija

(12)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti, il-Kummissjoni rċeviet talba fit-28 ta’ April 2006 għal verifika ta’ skadenza (riċevuta flimkien mat-talba għal verifika temporanja msemmija fil-Premessa (8) sa (1) hawn fuq).

(13)

It-talba tressqet mill-Kumitat ta’ Kollegament ta’ l-Industriji tal-Wajers u Ħbula ta’ l-Unjoni Ewropea (“l-EWRIS” jew “ir-rikorrent”), f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw l-ikbar proporzjon, f’dan il-każ iktar minn 50 %, tat-total tal-produzzjoni Komunitarja ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid u l-azzar.

(14)

It-talba għal verifika ta’ skadenza relatata mal-pajjiżi kollha li bħalissa huma koperti mir-Regolament oriġinali, u li ssejset fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri probabbli twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping jew ħsara lill-industrija Komunitarja.

(15)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ verifika temporanja, il-Kummissjoni tat bidu għal din il-verifika fit-3 ta’ Awissu 2006.

Verifika temporanja parzjali tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fit-Tajlandja

(16)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal verifika temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. It-talba, limitata fl-ambitu għad-dumping, tressqet minn Usha Siam Steel Industries Public Company Ltd., produttur esportatur ta’ l-SWR fit-Tajlandja.

(17)

Skond ir-rikorrent, iċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri nbidlu u dawn il-bidliet kienu ta’ natura dejjiema. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi allegaw li l-livelli eżistenti ta’ miżuri anti-dumping ma kinux jinħtieġu aktar biex inaqqsu d-dumping.

(18)

Wara li ddeterminat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ verifika temporanja, il-Kummissjoni tat bidu għal din il-verifika fit-22 ta’ Marzu 2007 ( 10 ).

Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjonijiet

(19)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-produtturi tal-Komunità, lill-utenti u lill-applikant dwar il-bidu tal-verifika ta’ skadenza u l-verifiki temporanji parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ. Il-partijiet interessati kollha, li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari gћaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw smigћ.

Kampjuni tal-produtturi Komunitarji

(20)

Minħabba li jidher li hemm numru kbir ta’ produtturi Komunitarji, tqies xieraq li jiġi eżaminat jekk għandhomx jintużaw il-kampjuni fil-verifika ta’ skadenza skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta’ l-użu ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, il-produtturi Komunitarji ntalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw lilhom infushom fi 15-il ġurnata mill-bidu tal-verifiki relevanti u biex jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif mitlub fl-avviż ta’ ftuħ.

(21)

Wara eżami tat-tagħrif imressaq mis-17-il produttur Komunitarju, tqies li għandhom jintgħażlu ħames kumpaniji għal kampjun fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-volum tal-produzzjoni u l-bejgħ tagħhom tul il-PI (perjodu ta’ investigazzjoni). Il-kampjun jikkonsisti mill-kumpaniji li ġejjin:

 Bridon GmbH, Gelsenkirchen, il-Ġermanja

 Casar Drahtseilwerk Saar GmbH (“Casar”), Saarbrücken, il-Ġermanja

 Wire and Rope Factory Drumet S.A. (“Drumet”), Wloclawek, il-Polonja

 Manuel Rodrigues de Oliveria SA & Filhos S.A. (“Oliveira”), Gemunde, il-Portugall

 Tréfileurope S.A., Bourg-en-Bresse, Franza

Kampjuni tal-produtturi Komunitarji

(22)

Fid-dawl ta’ l-għadd kbir ta’ produtturi Komunitarji (32 importatur imniżżla fl-applikazzjoni), tqies xieraq li jiġi eżaminat jekk għandhomx jintużaw il-kampjuni fil-verifika ta’ skadenza skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta’ l-użu ta’ kampjuni u, jekk hu hekk, biex tagħżel kampjun, l-importaturi Komunitarji ntalbu, skond l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw lilhom infushom fi 15-il ġurnata mill-bidu tal-verifiki relevanti u biex jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif mitlub fl-avviż ta’ ftuħ.

(23)

Madankollu, peress li importatur wieħed biss ippreżenta lilu nnifsu billi wieġeb għall-kwestjonarju kampjun, ġie deċiż li f’dan il-każ il-kampjuni ma kinux iġġustifikati.

Kwestjonarji u verifiki

(24)

Għalhekk, il-kwestjonarju ntbagħat lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fil-pajjiżi kkonċernati, lill-importatur imsemmi fil-premessa (23) hawn fuq, lill-produtturi Komunitarji fil-kampjun u lill-utenti.

(25)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju ġew riċevuti minn

 2 esportaturi produtturi fil-Federazzjoni Russa għall-bżonnijiet tal-verifika temporanja u waħda għall-verifika ta’ skadenza;

 Esportatur produttur 1 fit-Tajlandja u l-importatur relatat tiegħu fir-Renju Unit;

 2 esportaturi produtturi fit-Turkija,

 Importatur relatat 1 mal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati,

 5 produtturi Komunitarji inklużi fil-kampjun,

 importatur mhux relatat.

(26)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li tqies meħtieġ għall-analiżi tagħha, u wettqet żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a) Ir-Russja

 Severstal-Metiz, Cherepovets

 BMK, Beloretsk

(b) It-Tajlandja

 Usha Siam Ltd., Bangkok

(ċ) It-Turkija

 Celik Halat, Izmit-Kocaeli

 Has Çelik ve Halat Sanayi Ticaret A.S. (“Has Celik”), Hacilar Kayseri

(d) Produtturi Komunitarji fil-kampjun:

 Bridon GmbH, Gelsenkirchen, il-Ġermanja

 Casar Drahtseilwerk Saar GmbH (“Casar”), Saarbrücken, il-Ġermanja

 Wire and Rope Factory Drumet S.A. (“Drumet”), Wloclawek, il-Polonja

 Manuel Rodrigues de Oliveria SA & Filhos S.A. (“Oliveira”), Gemunde, il-Portugall

 Tréfileurope S.A., Bourg-en-Bresse, Franza

(e) Importaturi relatati fil-Komunità:

 Usha Martin UK Ltd., Clydebank, ir-Renju Unit

(f) Importaturi mhux relatati fil-Komunità

 HEKO Industrieerzeugnisse GmbH, Hemer, il-Ġermanja

Perjodi relevanti koperti mill-investigazzjonijiet ta’ verifika

(27)

L-investigazzjoni fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara għall-verifika ta’ skadenza koperta mill-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza” jew “l-PIVS”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għal-verifika tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2003 u jibqa’ sejjer sa l-aħħar tal-PIVS (“perjodu kkunsidrat”).

(28)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-verifika temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar l-importazzjonijiet miż-żewġ produtturi esportaturi fir-Russja kopra l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2004 (“perjodu ta’ verifika temporanja għar-Russja”)

(29)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni relevanti għall-verifika temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar l-importazzjonijiet mil-produttur esportatur fit-Turkija (“perjodu ta’ verifika temporanja għat-Turkija”) huwa l-istess bħall-PIVS.

(30)

Il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-verifika temporanja parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar l-importazzjonijiet mill-produttur esportatur fit-Tajlandja kopra l-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 (“perjodu ta’ verifika temporanja għat-Tajlandja”)

Kxif u opportunità biex wieħed jikkummenta

(31)

Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mir-Russja u li jintemmu l-investigazzjonijiet dwar il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija. Huma ngħataw ukoll perjodu biex iressqu rappreżentazzjonijiet wara dan il-kxif. Il-kummenti tagħhom tqiesu u ttieħdu f’kunsiderazzjoni fejn xieraq.

IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILIIl-prodott ikkonċernat

(32)

Il-prodott ikkonċernat minn din il-verifika ta’ skadenza hu l-istess bħall-prodott definit fir-Regolament oriġinali, jiġifieri ħbula u kejbils, li jinkludu ħbula bil-koljatura maqfula, tal-ħadid jew ta’ l-azzar iżda mhux ta’ azzar li ma jissaddadx, li għandhom daqs massimu ta’ wisa’ trasversali li tiskorri t-3 mm, kemm bit-tagħmir magħhom kif ukoll jekk le, li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati (“il-prodott ikkonċernat”). L-SWR bħalissa huma klassifikati taħt il-kodiċi NM ex731210 81, ex731210 83, ex731210 85, ex731210 89 u ex731210 98.

(33)

Parti interessata argumentat li l-prodott ikkonċernat għandu jinqasam f’żewġ gruppi differenti, bażikament (a) SWR użati għall-użu ġenerali u (b) SWR b’kapaċità għolja. Ġie argumentat li dawn ta’ l-aħħar, li allegatament ma ġewx prodotti fil-pajjiżi li jesportaw, għandhom jiġu esklużi mill-proċedimenti peress, li skond ċerti importaturi, it-tipi ta’ SWR taħt dik il-kategorija kienu differenti mill-SWR fil-kategorija l-oħra u li ma kienx hemm kompetizzjoni fost dawn l-SWR.

(34)

L-ewwel, il-parti interessata ma ġabet l-ebda element li juri li l-prodott importat mill-pajjiżi kkonċernat ma kienx bħal dak prodott mill-industrija Komunitarja jew li l-SWR ikkonċernat ma kienx f’kompetizzjoni ma’ l-ieħor jew li ma setgħux jinbidlu ma xulxin. Għalhekk, it-talba kellha tiġi miċħuda.

(35)

Barra minn hekk, il-parti ma setgħetx turi li d-definizzjoni u d-deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat, kif iddefinit fil-premessi (10) sa (13) tar-Regolament proviżorju, kienu żbaljati.

(36)

Id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-Regolament oriġinali għalhekk hi kkonfermata.

Prodott simili

(37)

Fil-premessi (14) sa (19) tar-Regolament oriġinali, ġie konkluż li l-prodott ikkonċernat, l-SWR prodotti u mibjugħa mill-produtturi Komunitarji u l-SWR mibjugħa fuq is-swieq domestiċi u esportati lill-Komunità mill-pajjiżi kkonċernati kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Dawn il-prodotti tqiesu li kienu simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(38)

Parti interessata argumentat li l-SWR importati huma sostanzjalment differenti minn dawk magħmula u mibjugħa fil-Komunità u ma setgħux jitqabblu għall-iskop ta’ dawn l-investigazzjonijiet. Argumentat li l-prodotti importati fil-Komunità ma kinux f’kompetizzjoni diretta ma’ l-SWR prodotti fil-Komunità.

(39)

L-istess argumenti tressqu fl-investigazzjoni li wasslet għall-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa (15) tar-Regolament proviżorju. Peress li l-parti interessata ma ġabitx elementi ġodda li juru li l-prodott importat mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx l-istess bħal dak prodott u mibjugħ fil-Komunità, il-klejm kellha tiġi miċħuda.

(40)

Il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessi (14) sa (19) tar-Regolament orġinali li jikkonċerna l-prodott simili għalhekk jistgħu jiġu kkonfermati.

DUMPING U PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING Dumping ta’ importazzjonijiet tul il-perjodi ta’ investigazzjoni tal-verifika — Prinċipji ġenerali

(41)

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, ġie mistħarreġ, bħala l-ewwel pass, jekk kienx qiegħed iseħħ dumping, u jekk inhu hekk, jekk l-iskadenza tal-miżuri hijiex probabbli li twassal għal-kontinwazzjoni ta’ dumping. Bħala t-tieni pass, skond ir-Regolament bażiku, ġew eżaminati l-implikazzjonijiet possibbli tal-verifiki temporanji dwar is-sejbiet tar-Regolament oriġinali fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż.

Metodoloġija ġenerali

(42)

Il-metodoloġija ġenerali stipulata hawn taħt ġiet applikata lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiżi kkonċernati u hija l-istess bħall-investigazzjoni oriġinali. Il-preżentazzjoni tas-sejbiet dwar id-dumping għal kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati għalhekk tiddeskrivi biss dak li huwa speċifiku għal kull pajjiż li jesporta.

Il-valur normali

(43)

F’dak li għandu x’jaqsam mad-determinazzjoni tal-valur normali l-ewwel ġie stabbilit għal kull prodottur esportatur jekk il-bejgħ domestiku totali tiegħu tal-prodott ikkonċernat kienx rappreżentanti meta mqabbel mal-bejgħ tiegħu għall-esportazzjoni totali lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Bażiku, il-bejgħ domestiku ġie kkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta’ kull produttur esportatur kien mill-anqas 5 % tal-volum totali tiegħu tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(44)

Għaldaqstant, dawk it-tipi tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku mill-produtturi esportaturi li għandhom bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali u li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġew identifikati.

(45)

Għal kull tip mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi tagħhom u li nstab li kien komparabbli direttament mat-tipi ta’ SWR mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ SWR tqies li kien rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip matu il-PIVS jew perjodu ta’ stħarriġ ta’ verifika temporanja relevanti rrappreżenta l-5 % jew iktar tat-total tal-volum tal-bejgħ tat-tip komparabbli ta’ SWR esportat lejn il-Komunità.

(46)

Ġie mistħarreġ jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ SWR setax jitqies bħala li seħħ fil-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi għal kull produttur esportatur fil-pajjiżi kkonċernati, il-proporzjon ta’ bejgħ bi qligħ għall-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku ġie stabbilit għal kull tip tal-prodott esportat ikkonċernat fis-suq domestiku tul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a) Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 %, skond il-volum, tal-bejgħ fuq is-suq domestiku kienu inqas mill-prezzijiet ta’ l-unità, jiġifieri fejn il-prezz tal-bejgħ medju tat-tip tal-prodott ikkonċernat kien daqs jew ogħla mill-prezz medju tal-produzzjoni għat-tip ta’ prodott ikkonċernat, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-prezz medju tal-bejgħ domestiku kollu tat-tip tal-prodott ikkonċernat irrispettivament minn jekk il-bejgħ ħalliex qligħ jew le.

(b) Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn mill-inqas 10 %, imma mhux aktar minn 80 %, skond il-volum, ta’ bejgħ fis-suq domestiku ma kienx orħos mill-prezz ta’ l-unità, il-valur normali ġie kkalkolat bħala prezz tal-bejgħ medju peżat ta’ dawk it-tranżazzjonijiet li saru bi prezzijiet daqs jew ogħla mill-prezz ta’ l-unità, tat-tip ikkonċernat.

(ċ) Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn inqas minn 10 %, bil-volum, inbiegħu fis-suq domestiku bi prezz mhux irħas mill-prezz ta’ l-unità, tqies li t-tip tal-prodott ikkonċernat ma nbiegħx fl-andament ordinarju tal-kummerċ u għalhekk, il-valur normali kellu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(47)

Fil-każijiet fejn kellhom jiġu kkalkulati l-valuri normali, dawn ġew ikkalkulati skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-produzzjoni tat-tip ikkonċernat, fejn ġie miżjud l-infiq għall-bejgħ, u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) u marġni ta’ qligħ. L-ammont ta’ l-SG&A kien dak imġarrab mill-produttur esportatur għall-prodott simili u l-ammont ta’ qligħ irriżulta għall-qligħ medju miksub mill-produttur esportatur fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(48)

Fil-każijiet kollha fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lil klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni effettivament imħallsa jew dovuti.

(49)

F’każijiet fejn il-bejgħ sar permezz ta’ importatur jew negozjant relatat, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ dak l-importatur relatat mal-konsumaturi indipendenti. L-aġġustamenti saru għall-ispejjez kollha li nġarbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid kif ukoll l-infiq tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi, u marġni ta’ qligħ raġjonevoli, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Il-marġni ta’ qligħ xieraq ġiet stabbilita fuq il-bażi tat-tagħrif ipprovdut min-negozjanti/importaturi li jikkooperaw li mhumiex relatati li joperaw fis-suq Komunitarju.

Tqabbil

(50)

Il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni tqabblu mal-bażi tal-prezz tal-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fis-sura ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti xierqa fil-każijiet kollha fejn dawn instabu li kienu raġonevoli, eżatti u sostnuti b’xhieda.

(51)

Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, għall-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, għall-ispejjeż ta’ maniġġ u l-imballaġġ, għall-spejjeż ta’ kreditu u d-dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jaslu sa l-ammont tal-prezz tal-fabbrika.

Il-marġni tad-dumping

(52)

Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, ġiet ikkalkulata marġni tad-dumping għal kull produttur esportatur li jikkoopera, billi l-valur normali medju peżat tqabbel mal-prezz medju ta’ esportazzjoni peżat.

(53)

Għal dawk il-pajjiżi fejn il-livell ta’ kooperazzjoni nstab li kien għoli (’il fuq minn 80 % tal-volumi importati kollha lill-Komunità tul il-PIVS jew il-PIV relevanti) u fejn ma kien hemm l-ebda raġuni li wieħed jifhem li kien hemm xi produttur esportatur li naqas milli jikkoopera, il-marġni tad-dumping li jifdal ġie stabbilit fuq livell tal-produttur esportatur li kkoopera ma’ l-ogħla marġni tad-dumping sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri.

(54)

Għal dawk il-pajjiżi fejn il-livell ta’ kooperazzjoni nstab li kien baxx (inqas minn 80 % tal-volumi importati kollha lill-Komunità tul il-PIVS jew il-PIV relevanti), il-marġni tad-dumping relevanti ġie ddeterminat skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Dumping ta’ importazzjonijiet tul il-perjodi ta’ investigazzjoni ta’ verifika — Sejbiet speċifiċi għall-pajjiżIr-Russja

Rimarki preliminarji

(55)

Hemm żewġ prodotturi esportaturi magħrufa li jipproduċu l-SWR fir-Russja: Severstal-Metiz, Cherepovets (“SSM”) u BMK, Beloretsk (“BMK”). Għalhekk, huma jgħoddu għal 100 % tal-produzzjoni u jirrappreżentaw sehem ta’ 1,5 % ta’ l-importazzjonijiet fis-suq Komunitarju fil-PIVS. Iż-żewġ produtturi kkooperaw fil-verifika temporanja iżda wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza. Il-produttur l-ieħor indika li ma riedx jikkoopera fil-verifika ta’ skadenza. Argumenta li, minbarra li l-kumpanija esportat biss kwantitajiet żgħar lill-UE fil-perjodu ta’ verifika temporanja fir-Russja, il-qagħda tal-kumpanija ma bidlitx sinifikament wara l-verifika temporanja li bdiet f’Awissu 2004 (ara l-premessi (4) sa (7) hawn fuq).

Verifika temporanja parzjali dwar il-miżuri fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fir-Russja

(56)

Il-verifika temporanja parzjali ġiet limitata għal-livell ta’ dumping taż-żewġ produtturi magħrufa Russi lill-UE. Ġew riċevuti tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju mit-tnejn li huma.

Il-valur normali

(57)

Il-valur normali ġie ddeterminat skond il-metodoloġija ġenerali deskritta fil-premessi (43) u (47) hawn fuq.

(58)

Għal produttur esportatur Russu, il-valur normali ssejjes fuq il-prezzijiet domestiċi attwali skond il-metodoloġija stipulata fil-premessa (46) hawn fuq. Għall-produttur esportatur Russu l-ieħor, il-valur normali ssejjes prinċipalment fuq il-prezzijiet domestiċi attwali, iżda kellu jiġi kkalkulat għal ċerti tipi ta’ prodotti skond il-metodoloġija spjegata fil-premessa (47) hawn fuq.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(59)

Għad-determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni, ġew applikati l-prinċipji ġenerali spjegati fid-dettall fil-premessi (48) u (49) hawn fuq.

(60)

Fir-rigward tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni lill-Komunità magħmul minn produttur esportatur Russu permezz ta’ kumpanija ta’ kummerċ fl-Iżvizzera, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid li tħallsu jew kienu dovuti lil dan ta’ l-aħħar mill-ewwel xerrej indipendenti fil-Komunità tul il-perjodu ta’ verifika temporanja fir-Russja.

(61)

Għandu jiġi nnutat li kważi l-esportazzjonijiet kollha minn esportatur Russu wieħed lill-Komunità saru b’garanzija tal-prezz, aċċettat mill-Kummissjoni f’Awissu 2001. F’dak il-kuntest, id-determinazzjoni tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni ma kinetx limitata biss għal eżami ta’ l-imġiba fl-imgħoddi ta’ l-esportaturi iżda ġie eżaminat ukoll l-iżvilupp probabbli tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni fil-ġejjieni. B’mod partikolari, ġiet eżaminata l-kwistjoni jekk l-eżistenza ta’ din il-garanzija kinetx influwenzat il-livell tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni, biex ma jagħmluhomx affidabbli għat-twaqqif ta’ l-imġiba ta’ l-esportazzjoni fil-ġejjieni.

(62)

Ġie eżaminat ukoll jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ċċarġjat mill-esportatur lill-klijenti bbażati fil-Komunità, kinux affidabbli u jekk setgħux jifformaw bażi proprja għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping tiegħu għal din l-investigazzjoni attwali, minkejja l-eżistenza tal-garanzija fuq il-prezz. B’mod partikolari, l-investigazzjoni ppruvat turi kellu jiġi eżaminat jekk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni attwali lejn il-Komunità kinux iffissati artifiċjalment b’rabta mal-prezzijiet ta’ importazzjoni minimi (“PIM”) jew le u għalhekk jekk kinux sostenibbli fil-ġejjieni. Madankollu, l-istħarriġ wera li s-sistema użata biex tistabbilixxi n-numru ta’ kontroll tal-prodott (“NKP”) għal dan l-istħarriġ kienet aktar sofistikata mis-sistema ta’ klassifikazzjoni applikata fiż-żmien meta l-garanzija ġiet aċċettat fl-2001. Dan wassal għall-konklużjoni li kwalunkwe tqabbil bejn l-NKP tal-PIM u dawk ta’ l-investigazzjoni attwali ma kienx affidabbli.

(63)

Sar tqabbil fuq bażi ta’ tip b’tip bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lill-Komunità mal-prezzijiet iċċarġjati lill-pajjiżi terzi. Dan wera li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni lill-pajjiżi terzi kienu fil-medja ħafna orħos. Għalhekk ġie konkluż li l-prezz ta’ esportazzjoni ta’ din il-kumpanija lill-Komunità ma setax jintuża biex jistabbilixxi prezzijiet ta’ esportazzjoni affidabbli skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fil-kuntest ta’ din il-verifika. Fin-nuqqas ta’ prezzijiet ta’ esportazzjoni affidabbli għal bejgħ lill-UE-15, il-bejgħ lil pajjiżi oħra ttieħed bħala prokura għal dawk il-prezzijiet ta’ esportazzjoni.

Tqabbil

(64)

Skond it-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, ġie segwit l-approċċ kif deskritt fil-premessa (50).

(65)

Peress li n-negozjant relatat fl-Iżvizzera ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi Russi għandu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent bil-kummissjoni, sar aġġustament fil-prezz ta’ esportazzjoni għal kummissjoni skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Il-livell tal-kummissjoni ġie kkalkulat fuq bażi ta’ evidenza diretta li turi l-eżistenza ta’ żieda relatata ma’ tali funzjonijiet.

Il-marġini tad-dumping

(66)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali peżat skond it-tip tqabbel mal-prezz medju peżat ta’ l-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat.

(67)

Kif spjegat aktar fil-premessi (104) sa (107) hawn isfel, it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping kontinwu għal BMK. Għal SSM, it-tqabbil bejn il-valur normali medju peżat u l-prezz tal-bejgħ medju peżat lil pajjiżi fejn il-garanzija ma kinetx fis-seħħ wera wkoll l-eżistenza ta’ dumping li baqa’ għaddej.

(68)

Il-marġini tad-dumping tal-BMK espress bħala perċentwali tal-prezz nett, ħieles mill-fruntieri tal-Komunità, id-dazju mhux imħallas, kien ta’ iktar minn 36,2 %. Il-marġini tad-dumping ta’ SSM espress fuq l-istess bażi nstab li kien 9,7 %.

Miżuri anti-dumping definittivi

(69)

Fid-dawl tar-riżultati tal-marġini tad-dumping stabbiliti fl-investigazzjonijiet ta’ verifika temporanja, tqies xieraq li d-dazju anti-dumping applikabbli għal BMK jiġi emendat għal 36,2 %.u ta’ SSM għal 9,7 %.

Verifika ta’ skadenza dwar il-miżuri fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fir-Russja

(70)

Minn żewġ produtturi magħrufa ta’ l-SWR fir-Russja, SSM biss ikkooperat fl-investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza. Fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur, din il-kumpanija rrappreżentat kważi 100 % ta’ l-esportazzjonijiet totali tar-Russja lill-Komunità tul il-PIVS. Il-kumpanija rrappreżentat ukoll madwar 50 % tal-produzzjoni Russa totali. L-esportazzjonijiet lill-Komunità kienu fuq livell baxx u kkonsistew madwar 3 300 tunnellati tul il-PIVS, li jirrappreżentaw 1,5 % tal-konsum ta’ l-UE. Dan is-sehem fis-suq li jidher baxx ma għandux jaħbi l-fatt li l-kapaċità tal-produzzjoni żejda kbira hi disponibbli fir-Russja. Is-sehem ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità f’termini ta’ kwantità kien inqas minn 5 % tal-bejgħ totali tal-kumpanija li tikkoopera. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (61) kważi l-esportazzjonijiet kollha mill-kumpanija li tikkoopera lill-Komunità huma suġġetti għal ftehim ta’ garanzija fil-prezz.

Il-valur normali

(71)

Kull meta l-prezzijiet domestiċi ta’ prodott partikolari mibjugħ minn SSM ma setgħux jintużaw biex jiġi stabbilit il-valur normali jew għax ma kinux inbiegħu fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, kellu jiġi applikat metodu ieħor. Fin-nuqqas ta’ metodu raġjonevoli ieħor, ġie użat il-valur normali kkalkulat skond it-tip tal-prodott, kif stipulat mill-SSM u verifikat mill-Kummissjoni.

(72)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-kost tal-produzzjoni, ġie kklejmjat mill-SSM li l-kost ta’ l-istruttura għall-esportazzjonijiet ta’ l-UE kien differenti minħabba standards tekniċi differenti fil-Komunità u s-suq Russu. Skond il-kumpanija, l-SWR mibjugħa fis-suq Komunitarju għandhom ikunu konformi ma’ l-hekk imsejħa standard DIN, li mhux rekwiżit fir-Russja. It-tabella li tinkludi l-kost tal-produzzjoni (KTP) ta’ l-SWR mibjugħa domestikament u lill-Komunità turi li ma kien hemm l-ebda differenzi sinifikanti bejn it-tipi varji. Għal ċerti tipi ta’ prodotti, il-KTP domestiku kien kemm kemm ogħla, għal oħrajn kien il-KTP Komunitarju li kien kemm kemm inqas. Għalhekk, ġie konkluż li din id-differenza allegata ma setgħatx taffettwa l-kalkoli tad-dumping.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(73)

B’rigward għall-esportazzjonijiet lill-Komunità, ħlief għal tranżazzjoni waħda, il-produttur biegħ il-prodott ikkonċernat direttament fil-Komunità mingħajr indħil ta’ kwalunkwe parti relatata. L-esportatur ippreżenta xhieda li dik it-tranżazzjoni ma kinetx tikkonċerna l-prodott ikkonċernat u għalhekk ma setgħetx titqies fil-kalkoli.

Tqabbil

(74)

Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fis-sura ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

Il-marġini tad-dumping

(75)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta’ tqabbil bejn il-valur medju normali peżat u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni medju peżat, kif msemmi iktar ’il fuq. Dan it-tqabbil wera n-nuqqas ta’ dumping tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza.

(76)

It-tqabbil tad-data li tikkonċerna l-esportazzjonijiet lill-Komunità pprovduta mill-produttur esportatur u l-volum totali ta’ importazzjonijiet kif derivati mill-istatistika ta’ importazzjoni ta’ l-Eurostat indika li l-livell ta’ kooperazzjoni kien għoli, peress, li l-produttur esportatur li kkoopera rrappreżenta bejn wieħed u ieħor l-importazzjonijiet Komunitarji kollha mir-Russja tul il-PI.

It-Tajlandja Verifika parzjali temporanja dwar il-miżuri fis-seħħ kontra produttur esportatur fit-Tajlandja

Il-valur normali

(77)

Il-valur normali ssejjes fuq il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika temporanja tat-Tajlandja, il-kumpanija biegħet il-prodott ikkonċernat direttament lill-klijenti finali fis-suq domestiku. Il-valur normali ssejjes fuq il-bejgħ bil-qligħ biss.

(78)

Il-valur normali ssejjes fuq il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(79)

Ir-rikorrent u l-produttur li jikkoopera Usha Siam esportaw kwantità limitata ta’ SWR lill-Komunità tul il-perjodu ta’ verifika temporanja tat-Tajlandja. Dawn l-esportazzjonijiet kienu suġġetti għal garanzija fuq il-prezz.

(80)

Għal bejgħ dirett lis-suq Komunitarju, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ssejsu fuq il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fil-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(81)

Għall-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet li saru permezz tal-importatur relatat, Usha Martin fir-Renju Unit, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat l-ewwel inbiegħ mill-ġdid lil klijenti indipendenti fil-Komunità, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Saret konċessjoni għall-ispejjeż li nġarbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, li jinkludu l-infiq tal-bejgħ u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ li sar fil-Komunità mill-importatur relatat tul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

Tqabbil

(82)

Il-valur normali tqabbel mal-prezz medju ta’ esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ. Skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu l-fatturi li ġew ikklejmjati u murija li jaffettwaw il-prezz u l-komparabilità tal-prezz. Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, spejjeż ta’ l-assigurazzjoni, spejjeż ta’ maniġġ u imballaġġ, spejjeż ta’ kreditu u dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jammontaw għall-ammont tal-prezz tal-fabbrika.

Il-marġini tad-dumping

(83)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ tqabbil bejn il-medja tal-valur normali peżat u l-medja tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni peżati fl-istess livell ta’ kummerċ. Dan it-tqabbil wera n-nuqqas ta’ dumping tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza.

Verifika ta’ skadenza dwar il-miżuri fis-seħħ kontra l-produtturi esportaturi fit-Tajlandja

(84)

Minn 3 produtturi magħrufa ta’ l-SWR fit-Tajlandja, kumpanija waħda biss ikkooperat fl-investigazzjoni. Fuq il-bażi tat-tagħrif miġbur, din il-kumpanija rrappreżentat kważi 100 % ta’ l-esportazzjonijiet totali tat-Tajlandja lill-Komunità tul il-PIVS. Il-kumpanija rrappreżentat ukoll madwar 80 % tal-produzzjoni Tajlandiża totali. L-esportazzjonijiet lill-Komunità kienu fuq livell baxx ħafna tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika. L-esportazzjonijiet mill-kumpanija li tikkoopera lill-Komunità kienu suġġetti għall-garanzija fil-prezz.

Il-valur normali

(85)

Il-kost sħiħ tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott esportat instab li kien ogħla mill-prezz domestiku tul il-PIVS. Għaldaqstant, il-valur normali ma setax jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew dovuti fl-andament normali tal-kummerċ mill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku għal kwalunkwe tip ta’ SWR esportati mill-prodottur esportatur Tajlandiż li jikkoopera.

(86)

Il-prezzijiet domestiċi ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-kost tal-produttur ta’ esportazzjoni stess għall-produzzjoni, il-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u marġni raġjonevoli ta’ 5 % għall-qligħ fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku u skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(87)

Il-produttur esportatur li kkoopera esporta l-prodott ikkonċernat permezz ta’ kumpanija relatata fil-Komunità. Għaldaqstant, u skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat inbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fil-Komunità. Saret konċessjoni għall-ispejjeż li nġarbu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, li jinkludu l-infiq tal-bejgħ u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u l-qligħ li sar fil-Komunità mill-kumpanija ta’ importazzjoni tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika.

Tqabbil

(88)

Il-valur normali tqabbel mal-prezz medju ta’ l-esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ. Skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li ġew ikklejmjati u murija li jaffettwaw il-prezz u t-tqabbil tal-prezz. Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, għall-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, għall-ispejjeż ta’ maniġġ u ta’ l-imballaġġ, għall-spejjeż ta’ kreditu u d-dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jammontaw għall-ammont tal-prezz tal-fabbrika.

Il-marġini tad-dumping

(89)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ tqabbil tal-medja tal-valur normali peżat mal-medja tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni peżati fl-istess livell ta’ kummerċ. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping relattivament baxx tul il-PIVS, meta mqabbel mar-Regolament oriġinali. Il-marġini tad-dumping medju peżat espress bħala perċentwali tal-valur CIF fil-fruntiera Komunitarja kien ta’ 7,6 %.

It-Turkija

Rimarki preliminarji

(90)

Kemm żewġ produtturi esportaturi fit-Turkija; kemm Celik Halat (“Halat”) kif ukoll Has Celik (“Has”) ikkooperaw fl-investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza u Has ikkoopera fil-verifika temporanja parzjali li tikkonċerna l-livell tad-dumping tiegħu. Iż-żewġ produtturi jgħoddu għal 100 % ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-UE mit-Turkija.

Verifika temporanja dwar il-miżuri fis-seħħ kontra produttur esportatur fit-Turkija

(91)

Huwa mfakkar li l-verifika temporanja parzjali msemmija fil-premessa (10) hawn fuq tikkonċerna esportatur Tork li allegatament iddampja l-SWR tiegħu fil-Komunità

Il-valur normali

(92)

L-investigazzjoni wriet li bosta mill-prezzijiet domestiċi li jistabbilixxu l-valur normali għat-tipi ta’ prodotti esportati mill-esportatur Tork ikkonċernat kienu ta’ qligħ. Għalhekk il-prezz użat kien il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

(93)

Għal ċerti tipi ta’ prodotti, il-valur normali ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni tal-produttur stess li jinkludi l-SG&A u marġni raġjonevoli ta’ 5 % għall-qligħ, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(94)

B’rigward għall-esportazzjonijiet lill-Komunità, il-produttur Tork ikkonċernat biegħ il-prodott ikkonċernat direttament fil-Komunità mingħajr indħil ta’ kwalunkwe parti relatata. Għalhekk, il-prezz ta’ esportazzjoni kien l-prezz tabilħaqq imħallas jew dovut għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-pajjiż esportatur lejn il-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

Tqabbil

(95)

Il-valur normali tqabbel mal-prezz medju ta’ esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, id-differenzi fil-fatturi nstabu li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezz ġie kkunsidrat fil-kalkoli. Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, għall-spejjeż ta’ l-assigurazzjoni, għall-spejjeż ta’ maniġġ u l-imballaġġ, għall-ispejjeż ta’ kreditu u d-dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jammontaw għall-prezz tal-fabbrika.

Marġini tad-dumping

(96)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ tqabbil bejn il-medja tal-valur normali peżat u l-medja tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni peżati fl-istess livell ta’ kummerċ. B’mod ġenerali, dan it-tqabbil wera li l-marġini tad-dumping medju peżat espress bħala perċentwali tal-valur tas-CIF fil-fruntiera tal-Komunità kien ta’ 0,12 %, jiġifieri fuq livell de minimis.

Verifika ta’ skadenza fuq il-miżuri fis-seħħ kontra t-Turkija

Il-valur normali

(97)

Wara li twettqu t-testijiet deskritti fil-metodoloġija ġenerali fil-premessa (46) hawn fuq, instab li l-valur normali għandu jiġi kkalkulat għall-maġġoranza mit-tipi SWR esportati lill-KE minn produttur esportatur Tork wieħed. Għalhekk, il-valur normali ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni tal-produttur stess li jinkludi marġini raġjonevoli ta’ 5 % għall-qligħ, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(98)

Għall-produttur l-ieħor, kif spjegat fil-premessi (92) u (92) hawn fuq, il-prezz tal-bejgħ domestiku jista’ jintuża biex jiġi stabbilit l-valur normali għal biċċa l-kbira tat-tipi tal-prodotti. B’hekk, il-valur normali ssejjes fuq il-prezz imħallas jew dovut fl-andament normali tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

Il-prezz ta’ esportazzjoni

(99)

B’rigward għall-esportazzjonijiet lill-Komunità, il-produttur Tork ikkonċernat biegħ il-prodott ikkonċernat direttament fil-Komunità mingħajr indħil ta’ kwalunkwe parti relatata. Il-prezz ta’ esportazzjoni kkonċernat kien il-prezz tabilħaqq imħallas jew dovut għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-pajjiż esportatur lejn il-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

Tqabbil

(100)

Il-valur normali tqabbel mal-prezz medju ta’ esportazzjoni għal kull tip ta’ prodott ikkonċernat, fuq bażi tal-prezz tal-fabbrika u fuq l-istess livell tal-kummerċ. Skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, u sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li ġew ikklejmjati u murija li jaffettwaw il-prezz u l-komparabbilità tal-prezz. Saru aġġustamenti għall-merkanzija ta’ fuq l-art u fuq il-baħar, għall-spejjeż ta’ l-assigurazzjoni, għall-ispejjeż ta’ maniġġ u l-imballaġġ, għall-ispejjeż ta’ kreditu u d-dazji fuq l-importazzjoni, li tnaqqsu mill-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid sabiex jaslu għall-ammont tal-prezz tal-fabbrika.

Dumping

(101)

It-tqabbil tal-prezz medju ta’ esportazzjoni mal-valur normali għal kull tip tal-prodott ikkonċernat wera l-eżistenza ta’ dumping għal produttur Tork wieħed biss, u marġini de minimis għall-produttur l-ieħor (ara l-premessa (96)). Il-marġini tad-dumping espress bħala persentaġġ tal-valur CIF fil-fruntiera Komunitarja kien ta’ 33,6 % għall-esportatur ikkonċernat.

(102)

Għandu jiġi nnutat li għal dak l-esportatur, il-marġini tad-dumping stabbilit fl-investigazzjoni inizjali kien għoli (aktar minn 50 %), li jwassal għal dazju msejjes fuq il-marġini tal-ħsara skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni mwettqa taħt din il-verifika tindika li għad hemm dumping, anki fuq volumi iżgħar ta’ esportazzjoni, għalkemm fuq livell aktar baxx.

KEMM IDUMU Ċ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA

(103)

Skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, kien ukoll eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi mibdula kinux jistgħu b’mod raġjonevoli jissejħu li huma ta’ natura dejjiema.

Ir-Russja

BMK

(104)

Din il-kumpanija bħalissa hi soġġetta għal dazju residwu ffissat għal 50,7 % stabbilit tul l-investigazzjoni oriġinali fuq il-bażi ta’ data li tikkonċerna esportatur Russu ieħor, peress li l-BMK ma kkooperax f’dik l-investigazzjoni. Madankollu, il-marġni tad-dumping attwali ffissata għal 36,2 % ġiet ikkalkulata fuq it-tagħrif rigward il-BMK għall-PIV kollu.

(105)

Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-livell tal-valur normali jew il-prezz ta’ esportazzjoni stabbilit għall-BMK f’din l-investigazzjoni mhux affidabbli. Il-prezz ta’ esportazzjoni tal-BMK lill-Komunità tul il-PIV instab li kien l-istess bħal dak ta’ l-esportazzjonijiet tiegħu lejn pajjiżi oħrajn, fejn inbiegħu kwantitajiet konsiderevolment ogħla tul il-PIV.

(106)

Għalkemm il-marġini tad-dumping li nstab fil-PIV jissejjes fuq volum relattivament żgħir ta’ esportazzjonijiet ta’ l-SWR lill-Komunità, hemm raġunijiet li jitqies li l-marġini tad-dumping li nstab jissejjes fuq ċirkostanzi mibdula ta’ natura dejjiema.

SSM

(107)

Huwa importanti li wieħed jiftakar li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ l-SSM lill-Komunità huma suġġetti għal garanzija fuq il-prezz li bdiet tapplika għall-esportazzjonijiet lill-10 Stati Membri l-ġodda (UE10) li ssieħbu ma’ l-UE fil-bidu ta’ l-aħħar xahrejn tal-perjodu ta’ verifika temporanja tar-Russja, jiġifieri f’Mejju 2004. Għalkemm il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ċċarġjati lill-klijenti li jinsabu fil-15-il Stat Membri li kienu jikkostitwixxu l-UE qabel l-1 ta’ Mejju 2004 kienu fil-livell meħtieġ mill-garanzija, il-bejgħ lill-klijenti ta’ l-UE10 instab li sar fuq livell ta’ prezz orħos. Barra minn hekk, instab ukoll li l-esportazzjonijiet lill-pajjizi terzi oħrajn fil-perjodu ta’ verifika temporanja tar-Russja saru fuq prezz sinifikament orħos u bi kwantitajiet sinifikament akbar minn dawk esportati lill-Komunità.

(108)

Ir-raġuni tal-kwantità żgħira ta’ esportazzjonijiet ta’ l-SWR mill-SSM lill-Komunità tul il-perjodu ta’ verifika temporanja tar-Russja ma tistax tingħata lir-restrizzjonijiet fuq il-kapaċità għaliex instab li l-kumpanija kellha disponibbli kapaċità ta’ produzzjoni żejda sinifikanti. Għalhekk, jidher ċar li l-kwantità żgħira ta’ esportazzjonijiet hi r-riżultat tal-prezzijiet imposti mill-garanziji fuq il-prezz. Dan jissuġġerixxi li jekk ma kienx ikun hemm garanziji fuq il-prezz, huwa probabbli li l-SSM kien ibiegħ kwantitajiet akbar bi prezzijiet orħos (u b’hekk dumped) fis-suq Komunitarju.

(109)

Kif indikat hawn fuq, l-esportazzjonijeit kollha — kemm lill-Komunità kif ukoll lill-pajjiżi terzi — tqiesu f’din l-analiżi.

(110)

L-investigazzjoni wriet li l-SSM kellu kapaċità żejda biex iżid b’mod sinifikanti l-esportazzjonijiet tiegħu kemm lill-Komunità kif ukoll lill-pajjiżi terzi. Jekk, kif inhu possibbli, l-SSM jipprova jirkupra s-sehem mis-suq li kellu fis-suq Komunitarju qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, hu jista’ jagħmel dan billi jbiegħ bi prezzijiet dumped fis-suq Komunitarju. Barra minn hekk, il-prezzijiet lejn pajjiżi oħra fil-medja kienu orħos mill-prezzijiet lis-suq tal-Komunità u l-investigazzjoni kkonkludiet li l-prodott ikkonċernat inbiegħ bi prezzijiet dumped lill-pajjiżi li mhumiex fl-UE.

(111)

Il-valur normali ta’ l-SSM fil-PIV issejjes fuq volum kbir (il-maġġoranza kbira tal-produzzjoni tiegħu) mibjugħ fl-andament normali tal-kummerċ fis-suq domestiku kompetittiv. Dan jindika li l-livell ta’ valur normali li nstab fl-investigazzjoni attwali hu ta’ natura dejjiema.

(112)

Għaldaqstant, huwa meqjus li, fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, il-volumi ta’ esportazzjoni ta’ l-SSM lill-Komunità se jiżdiedu f’daqqa u li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni jorħsu b’mod sinifikanti. Għalhekk, huwa konkluż li ċ-ċirkostanzi li allegatament inbidlu b’rigward għall-prezzijiet ta’ esportazzjoni ta’ l-SSM ma jistgħux, b’mod raġjonevoli, jitqiesu li huma ta’ natura dejjiema.

It-Tajlandja

(113)

L-investigazzjoni tal-verifika temporanja wriet li l-esportazzjonijiet lill-Komunità magħmula mill-esportatur Tajlandiż li kkoopera ma sarux bi prezzijiet dumped. Instab ukoll li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni li ġew iċċarġjati mill-esportatur Tajlandiż lill-Komunità kienu daqs il-prezzijiet iċċarġjati lill-partijiet li jinsabu f’pajjiżi terzi oħrajn, fejn inbiegħu kwantitajiet akbar.

(114)

Barra minn hekk, instab li l-esportatur Tajlandiż żviluppa n-netwerk ta’ distribuzzjoni tiegħu u offra SWR lil firxa akbar ta’ klijenti fil-bqija tad-dinja. Sussidji fil-bejgħ ġew stabbiliti fl-Awstralja, Singapor u l-Istati Uniti. Ir-raġuni tal-kwantità żgħira ta’ esportazzjonijiet ta’ Usha ta’ SWR lill-Komunità ma tistax tingħata lir-restrizzjonijiet tal-kapaċità peress li l-kumpanija ma għandha prattikament l-ebda kapaċità żejda.

(115)

Tqies li, fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping (jiġifieri bħalissa garanzija fuq il-prezz), il-volumi ta’ l-esportazzjonijiet ta’ Usha lill-Komunità mhux se jiżdied b’mod sinifikanti u li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet tiegħu bilkemm se jiġu affettwati. Fuq il-bażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li, fin-nuqqas ta’ kapaċità żejda sinifikanti u b’kunsiderazzjoni għall-fatt li l-kumpanija tiffoka l-esportazzjonijiet tagħha prinċipalment fuq ħafna aktar swieqi ta’ esportazzjoni milli l-Komunità fejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni huma konsiderevolment ogħla milli fis-suq Komunitarju, iċ-ċirkostanzi mibdula li nstabu b’rigward għal Usha jista’ jitqiesu bħala li huma ta’ natura dejjiema.

It-Turkija (Has Celik)

(116)

L-importazzjonijiet lill-Komunità ta’ SWR li joriġinaw mit-Turkija żdiedu b’mod sinifikanti mis-sena 2005 ’l hawn. Dak iż-żmien, verifika temporanja kkonkludiet li, fin-nuqqas ta’ dumping, kien xieraq li l-miżuri li jikkonċernaw l-esportatur Tork applikant jiġu rrevokati.

(117)

Il-verifika temporanja attwali għall-istess produttur ikkonfermat li l-esportazzjonijiet tagħha lill-Komunità saru bi prezzijiet li ma nstabux li kienu dumped. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ dik il-kumpanija nstabet limitata meta mqabbel mal-konsum Komunitarju. Għaldaqstant jista’ jiġi konkluż li l-bidla fiċ-ċirkostanzi kif ġie stabbilit fil-verifika temporanja hi ta natura dewwiema.

L-iżviluppi fl-importazzjonijiet li kieku l-miżuri kellhom jiġu rrevokati

Rimarki preliminarji

(118)

Il-produtturi li jikkooperaw f’din l-investigazzjoni jirrappreżentaw kważi t-totalità ta’ l-importazzjonijiet fl-UE mill-pajjiżi kkonċernati. L-eżami ta’ jekk dumping hux probabbli li jissokta li kieku l-miżuri kellhom jiġu rrevokati għalhekk kien imsejjes, fil-biċċa l-kbira, fuq it-tagħrif ipprovdut minn dawn il-produttri esportaturi li kkooperaw. B’mod partikolari, ġew eżaminati l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn swieq ta’ esportazzjoni oħra u l-produzzjoni tagħhom, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-ħażniet.

(119)

Sabiex tiddetermina jekk kienx hemm il-probabbiltà li d-dumping jissokta, il-Kummissjoni tat daqqa t’għajn lejn il-qagħda attwali tal-pajjiżi u l-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni. Fejn relevanti, ħarset lejn l-eżistenza possibbli ta’ dumping fuq l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Saret analiżi wkoll ta’ l-imġiba tal-prezzijiet, il-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ produtturi esportaturi oħrajn fil-pajjiżi kkonċernati mill-investigazzjoni. Din l-analiżi ssejset fuq data dwar l-għarfien tas-suq ipprovduta mill-industrija Komunitarja u l-produtturi esportaturi, l-istatistika ta’ importazzjoni ta’ l-Eurostat u meta disponibbli, l-istatistika ta’ l-esportazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati.

Ir-Russja

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u investimenti

(120)

SSM irnexxielha żżid il-produzzjoni fil-perjodi ta’ investigazzjoni tal-verifika ta’ skadenza b’7 % meta mqabbel mas-sena 2005.

(121)

Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli tul il-perjodu meqjus, l-użu tal-kapaċità medja fir-Russja nstab li kien madwar 60 sa 65 % għall-perjodu ta’ investigazzjoni tal-verifika. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-produtturi esportaturi fir-Russja għandhom il-kapaċità jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq Komunitarju jekk il-miżuri jiġu rrevokati.

(122)

Barra minn hekk, il-kapaċità globali tar-Russja rigward il-prodott ikkonċernat hi meqjusa li hi madwar il-livell tal-konsum ta’ l-UE totali tul il-PIVS, jiġifieri 220 000 tunnellata. Peress li s-suq Russu mhux kapaċi jieħu ħsieb dan il-livell ta’ forniment, il-produtturi Russi jistgħu jagħżlu li jidderieġu mill-ġdid din il-kapaċità żejda lill-Komunità bi prezzijiet dumped jekk il-miżuri jiġi rrevokati.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(123)

Fil-premessi (61) u (1), ġie spjegat li minħabba l-eżistenza ta’ garanzija fil-prezz, l-esportazzjonijiet li saru lill-Komunità ma kinux saru b’livelli dumped. Ġie muri wkoll li l-MIPs stabbiliti bil-garanzija tal-prezz influwenzaw l-għoti ta’ prezzijiet tal-kumpanija Russa kkonċernata fis-suq Komunitarju. Għalhekk ġie konkluż li l-prezz ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità ma kienx affidabbli fis-sens ta’ l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(124)

Għalhekk il-prezzijiet lejn il-pajjiżi terz tqiesu li kienu aktar affidabbli peress li ma kinux suġġetti għal restrizzjonijiet tul il-PIVS.

(125)

Waqt il-PIVS ukoll, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni Russi lill-pajjiżi terzi kienu ġeneralment orħos mil-livell tal-prezz fil-Komunità. Għalhekk, jekk il-miżuri jiġu rrevokati, l-esportaturi Russi probabbilment jesportaw l-SWR fi kwantitajiet kbar lill-Komunità bi prezzijiet orħos milli skond il-garanzija fuq il-prezz attwali. Għaldaqstant jidher probabbli li d-dumping jissokta li kieku l-miżuri anti-dumping fis-seħħ jiġu rrevokati. Dan hu partikolarment relevanti fid-dawl tal-qagħda attwali rigward il-garanzija fil-prezz.

Konklużjoni dwar ir-Russja

(126)

L-imġiba ta’ l-esportaturi Russi u l-influwenza tal-garanzija fuq il-prezz fil-livell tal-prezz ta’ esportazzjoni lill-Komunità, il-livell orħos prevalenti tal-prezzijiet fil-pajjiżi terzi u l-kapaċitajiet kbar ta’ produzzjoni żejda disponibbli huma indikazzjonijiet ċari li l-produttur Russi probabbli jaqleb għas-suq Komunitarji bi kwantitajiet kbar bi prezzijiet dumped fil-każ li l-miżuri jiġu rrevokati.

It-Tajlandja

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u investimenti

(127)

Il-produttur li kkoopera Tajlandiż hu l-produttur dominanti fit-Tajlandja u jirrappreżenta sehem kbir, f’dan il-każ madwar 80 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni installata u l-produzzjoni attwali ta’ SWR fit-Tajlandja. L-investigazzjoni wriet li dan il-produttur jipproduċi b’kapaċità sħiħa u li ż-żewġ produtturi Tajlandiża magħrufa l-oħra huma kważi għalkollox nieqsa mis-suq Komunitarju u li ma kellhomx disponibbli kapaċitajiet ta’ produzzjoni kbar.

(128)

L-investigazzjoni wriet li anki jekk il-produttur esportatur li jikkoopera kien qiegħed ibiegħ bi prezzijiet dumped fis-suq Komunitarju, il-volumi tal-bejgħ tiegħu kienu tassew żgħar. Ġie osservat fuq il-bażi ta’ l-esportazzjonijiet dinjin tal-kumpanija li l-kumpanija tiffoka fuq bosta swieq ta’ esportazzjoni oħrajn għajr il-Komunità, b’mod partikolari l-Istati Uniti, Singapor, l-Indoneżja, l-Awstralja, il-Ġappun u l-Malażja. F’dawn il-pajjiżi saħansitra ġew stabbiliti sussidji fuq il-bejgħ.

Relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni u l-garanzija fuq il-prezz

(129)

Il-produttur esportatur li kkoopera osserva l-garanzija fuq il-prezz u, minħabba l-prezzijiet tas-suq li bħalissa huma għoljin, biegħ bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet minimi miftehma f’bosta okkażjonijiet. Ma hemm l-ebda kumpaniji Tajlandiżi oħra li tesporta l-prodott ikkonċernat lis-suq Komunitarju.

Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità

(130)

Tul il-PIVS, il-volum tal-bejgħ ta’ Usha lill-bqija tad-dinja kien sinifikament ogħla mill-bejgħ lejn il-Komunità, minkejja li l-livell tal-prezz ta’ esportazzjoni fil-Komunità kien fil-medja 9,5 % ogħla milli fil-bqija tad-dinja.

(131)

Fuq bażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, mhux probabbli li l-produttur esportatur li kkoopera fit-Tajlandja se jesporta kwantitajiet kbar lis-suq Komunitarju, anki jekk il-miżuri jiġu rrevokati. Ma jidhirx li ż-żewġ produtturi Tajlandiżi l-oħra għandhom netwerk ta’ distribuzzjoni internazzjonali fis-seħħ li tippermettilhom li jidħlu s-suq Komunitarji b’mod aggressiv u li jiksbu sehem mis-suq.

It-Turkija

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u investimenti

(132)

Skond it-tagħrif miġbur tul l-investigazzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni ma nbidlitx tul il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-użu tal-kapaċità żdied. Għaldaqstant, instab li ż-żewġ kumpaniji Torok laħqu madwar 90 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom. Ma hemm l-ebda kumpanija oħra fit-Turkija li tipproduċi l-PC.

(133)

Barra minn hekk, ġie osservat li s-sehem ta’ l-importazzjonijiet dumped mit-Turkija (minn Celik Halat) fis-suq tal-Komunità kien inqas minn 0,5 % li minnhom 10 % lanqas biss kienu f’kompetizzjoni mal-produzzjoni Komunitarja, peress li kienu tipi ta’ prodotti li ma kinux magħmula mill-industrija Komunitarja. Peress li nstab li Has ma kienx qiegħed jiddampja, is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet dumped mit-Turkija kien għalhekk baxx ħafna. Għalhekk, huwa biss sehem żgħir mill-esportazzjonijiet mit-Turkija li huwa dumped u f’kompetizzjoni diretta ma’ l-industrija Komunitarja.

Konklużjonijiet dwar iċ-ċans ta’ kontinwazzjoni tad-dumping

(134)

Fid-dawl ta’ l-argumenti ta’ hawn fuq, mhux probabbli li l-produttur esportatur li kkoopera jesporta kwantitajiet kbar lis-suq Komunitarji, anki jekk il-miżuri jiġu rrevokati. Fuq din il-bażi, mhux probabbli li jkun hemm rikorrenza jew li d-dumping jissokta.

PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAL-ĦSARADefinizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja u ta’ l-Industrija Komunitarja

Produzzjoni Komunitarja

(135)

L-SWR huma prodotti minn 29 produttur Komunitarju fil-Komunità u l-produzzjoni nstabet li tammonta għal madwar 202 000 tunnellata tul il-PIVS.

(136)

Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, ċerti produtturi Komunitarji nstabu jimportaw il-prodott ikkonċernat. Madankollu, il-kwantitajiet importati kienu żgħar ħafna meta mqabbla mal-produzzjoni tagħhom (inqas minn 1 % tal-volum tal-produzzjoni tagħhom) u ma kien hemm l-ebda prodotti importati li oriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk, ġie konkluż li ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex dawn il-produtturi kellhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja.

(137)

L-SWR prodotti minn dawn id-29 produttur Komunitarju b’hekk jikkostitwixxu l-produzzjoni Komunitarja totali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

L-industrija Komunitarja

(138)

L-applikazzjoni għal verifika temporanja u ta’ skadenza ġiet appoġġata minn 22 produttur Komunitarju u kollha qablu li jikkooperaw fl-investigazzjoni. Ġie eżaminat jekk dawn il-produtturi li jikkooperaw jirrappreżentawx proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott ikkonċernat u nstab li huma ammontaw għal 87 % tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott ikkonċernat tul il-PIVS u l-perjodi ta’ investigazzjoni ta’ verifiki temporanji varji.

(139)

Għalhekk ġie konkluż li t-22 produttur Komunitarju li kkooperaw u li appoġġjaw irrappreżentaw l-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u 5(4) tar-Regolament Bażiku. Dawn huma ’il quddiem imsejħa “l-industrija Komunitarja”.

Is-sitwazzjoni fis-suq KomunitarjuIl-konsum fis-suq tal-Komunità

(140)

Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi ta’

 il-volumi tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja,

 stimi tal-bejgħ tal-produtturi l-oħra fis-suq Komunitarju msejsa fuq id-data pprovduta fl-applikazzjoni, u

 Eurostat-data ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati kif ukoll mill-pajjiżi terzi.

(141)

Bejn l-2003 u l-PIVS, il-konsum Komunitarju żdied b’aktar minn 46 000 tunnellata, jew b’26 %, biex jilħaq volum totali ta’ konsum ta’ aktar minn 222 000 tunnellata tul il-PIV.



Tabella 1

 

2003

2004

2005

PIVS

Il-konsum tal-Komunità

(tunnellati)

176 438

195 363

214 529

222 456

L-Indiċi

100

111

122

126

Żvilupp ta’ l-importazzjonijiet u t-tnaqqis fil-prezz mir-Russja Volumi, sehem tas-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja

(142)

Il-volumi u s-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Federazzjoni Russa żviluppati kif stipulat fit-tabella hawn isfel.



Tabella 2

 

2003

2004

2005

PIVS

Volum ta’ importazzjonijiet

(tunnellati)

2 198

1 844

2 908

3 323

L-Indiċi

100

84

132

151

Is-sehem mis-suq

1,2 %

0,9 %

1,4 %

1,5 %

L-Indiċi

100

75

117

125

(143)

Tul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet mill-Federazzjoni Russa żdiedu b’51 %, minn 2 198 tunnellata fl-2003 għal 3 323 tunnellata tul il-PIVS. Safrattant, is-sehem tal-konsum Komunitarju li jikkonsisti f’importazzjonijiet, żdied minn 1,2 % għal 1,5 % jew b’25 %.

(144)

L-approċċ segwit biex jikkalkula l-garanzija tal-prezz f’dan il-każ hu l-istess bħal dak deskritt fil-premessi (136) sa (140) tar-Regolament proviżorju. Il-prezz fil-fruntiera Komunitarja ċċarġjat mill-esportaturi kkonċernati tqabbel fuq bażi ta’ tip b’tip mal-prezz tal-fabbrika ta’ l-Industrija Komunitarja. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwali tal-prezz tal-fabbrika ta’ l-Industrija Komunitarja.

(145)

Il-livell tal-prezz iċċarġjat mill-SSM lill-klijenti bbażati fil-Komunità, probabbilment, ġie affettwat mill-garanzija aċċettata fil-kuntest tar-Regolament oriġinali. Madankollu, instab livell sinifikanti ta’ tnaqqis fil-prezz ta’ 49 %.

(146)

Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, jidher li s-sehem tas-suq relattivament baxx ta’ l-esportazzjonijiet Russi hu ċertament ikkaġunat mill-miżuri anti-dumping fis-seħħ kontra r-Russja. Minħabba l-livell tal-prezzijiet Russi u l-kobor tad-dumping li bħalissa qiegħed iseħħ fir-Russja, huwa probabbli ħafna li l-kapaċitajiet żejda kbar disponibbli fil-pajjiż jistgħu jintużaw faċilment biex iżidu l-esportazzjonijiet lejn is-suq Komunitarju.

Volumi, sehem mis-suq u prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħrajn ikkonċernati minn din il-verifika

(147)

Huwa mfakkar li fil-premessi (131) u (134), ġie konkluż li ma kienx hemm riskju ta’ ripetizzjoni ta’ dumping għall-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw mit-Tajlandja u t-Turkija. It-tendenzi ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati minn din il-verifika ġew eżaminati wkoll. Il-volumi ta’ l-importazzjoni u s-sehem tas-suq tal-pajjiżi l-oħra kkonċernati minn din il-verifika żviluppaw kif ġej:



Tabella 3

 

2003

2004

2005

PIVS

It-Tajlandja

Volum ta’ importazzjonijiet

(tunnellati)

368

160

86

118

Li minnhom importazzjonijiet dumped

 
 
 

0

Is-sehem tas-suq totali

0,21 %

0,08 %

0,04 %

0,05 %

It-Turkija

Volum ta’ importazzjonijiet

(tunnellati)

2 248

2 223

4 246

4 805

Li minnhom importazzjonijiet dumped

 
 
 

1 089

Is-sehem tas-suq totali

1,27 %

1,11 %

1,98 %

2,16 %

(148)

It-tabella turi li l-volumi ta’ l-importazzjonijiet mit-Tajlandja kienu ftit ħafna tul il-perjodu kkunsidrat, b’sehem mis-suq ta’ 0,1 % tul il-PIVS.

(149)

L-importazzjonijiet totali mit-Turkija żdiedu minn 2 248 tunnellata għal 4 805 tunnellati mill-2003 sa l-aħħar tal-PIVS, jew b’113 %. F’termini tas-sehem tas-suq, l-importazzjonijiet kważi rduppjaw, minn 1,3 % għal 2,2 %. Madankollu, b’rabta mad-daqs globali tas-suq Komunitarju, il-volumi ta’ l-importazzjonijiet mit-Turkija mhumiex kbar ħafna.

(150)

Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-produttur esportatur ewlieni fit-Turkija m’għandhux dazji fis-seħħ kontra l-esportaturi tiegħu. Dan probabbilment ippermetta lil dan il-produttur esportatur li jżid il-bejgħ tiegħu lill-UE bi prezzijiet relattivament għoljin.

(151)

L-approċċ segwit biex jiġi kkalkulat it-tnaqqis fuq il-prezz f’dan il-każ hu l-istess bħal dak deskritt fil-Premessi (136) sa (140) tar-Regolament proviżorju. Il-prezz fil-fruntiera Komunitarja ċċarġjat mill-esportaturi kkonċernati tqabbel fuq bażi ta’ tip b’tip mal-prezz tal-fabbrika ta’ l-Industrija Komunitarja. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwali tal-prezz tal-fabbrika ta’ l-Industrija Komunitarja.

(152)

Minkejja l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, instab tnaqqis fil-prezz ta’ 24 % għall-importazzjonijiet dumped mit-Turkija, filwaqt li l-livell ta’ tnaqqis fil-prezz għal importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja nstab li kien madwar 1 %.

Volumi u sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati mill-miżuri anti-dumping iżda mhux ikkonċernati minn din il-verifika

(153)

Huma mfakkar li l-miżuri anti-dumping huma imposti fuq ħbula u kejbils ta’ l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina. Dawn il-miżuri anti-dumping kienu fis-seħħ tul il-perjodi kkunsidrat kollu:



Tabella 4

 

2003

2004

2005

PIVS

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Importazzjonijiet (tunnellati)

1 545

3 374

6 581

7 560

L-Indiċi

100

218

426

489

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 088

1 120

1 063

947

Is-sehem mis-suq

0,9 %

1,7 %

3,1 %

3,4 %

L-Indja

Importazzjonijiet (tunnellati)

4 218

4 832

6 551

6 108

L-Indiċi

100

115

155

145

Prezz medju (EUR/tunnellata)

902

1 036

1 130

1 123

Is-sehem mis-suq

2,3 %

2,5 %

3,1 %

2,7 %

L-Afrika t’Isfel

Importazzjonijiet (tunnellati)

184

795

577

941

L-Indiċi

100

433

314

512

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 303

1 471

1 584

1 573

Is-sehem mis-suq

0,1 %

0,4 %

0,3 %

0,4 %

L-Ukraina

Importazzjonijiet (tunnellati)

1 222

1 438

1 149

776

L-Indiċi

100

118

94

63

Prezz medju (EUR/tunnellata)

866

712

752

662

Is-sehem mis-suq

0,7 %

0,7 %

0,5 %

0,3 %

Tunnellati totali

6 785

10 978

16 177

16 012

Is-sehem mis-suq totali

3,7 %

5,6 %

7,5 %

7,2 %

(154)

Ta min wieħed jinnota li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi li għandom miżuri anti-dumping żdiedu b’mod sinifikanti tul il-perjodu meqjus, kemm f’termini ta’ volum, b’żieda ta’ 135 %, kif ukoll f’termini ta’ sehem mis-suq b’żieda minn 3,7 % għal 7,2 % tul l-istess perjodu.

Volumi u sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra li mhumiex ikkonċernati minn miżuri anti-dumping

(155)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif muri hawn isfel.



Tabella 5

 

2003

2004

2005

RIP

Volumi totali (tunnellati) li minnhom:

42 486

54 983

58 843

61 271

L-Indiċi

100

129

138

144

Korea t’Isfel

22 400

32 121

34 634

36 408

L-Indiċi

100

143

155

163

Il-Malażja

4 836

4 426

5 123

6 642

L-Indiċi

100

92

106

137

Il-Korea ta’ fuq

150

1 626

2 212

3 324

L-Indiċi

100

1 084

1 475

2 216

(156)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi li mhumiex suġġetti għall-miżuri anti-dumping żdiedu b’madwar 19 000 tunnellata jew b’44 % tul il-perjodu meqjus. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-importazzjonijiet joriġinaw mil-Korea t’Isfel.

Qagħda ekonomika ta’ l-Industrija KomunitarjaKummenti preliminari

(157)

Fid-dawl tan-numri l-kbar ta’ produtturi Komunitarji li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja, ġie deċiż li jintagħżel kampjun tal-produtturi Komunitarji skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, kif spjegat fil-Premessi (20) u (21) hawn fuq. Il-ħames produtturi Komunitarji li huma inklużi fil-kampjun intagħżlu peress li jirrappreżentaw l-akbar volum ta’ rappreżentanti tal-produzzjoni li jistgħu jiġu investigati b’mod raġjonevoli fiż-żmien disponibbli. Jissemmew fil-Premessa (26) hawn fuq.

(158)

Id-data tal-ħsara pprovduta hawn isfel għalhekk tissejjes kemm fuq is-sejbiet magħmula fuq livell tal-produtturi Komunitarji li ħadu sehem fil-kampjun kif ukoll fuq is-sisien tas-sejbiet magħmula fuq il-livell tat-22 produttur li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja. Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza, ġie ddikjarat b’mod espliċitu meta l-fatturi tad-dannu jirreferu għat-tagħrif miksub mill-kampjun. Fin-nuqqas ta’ tali referenza, għandu jitqies li d-data nkisbet mit-22 produttur Komunitarju li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja.

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni installata u rata ta’ kapaċità ta’ l-użu

(159)



Tabella 6

 

2003

2004

2005

PIVS

Produzzjoni (tunnellati)

149 957

148 536

161 611

176 119

L-Indiċi

100

99

108

117

Kapaċità ta’ produzzjoni installata

(tunnellati)

229 066

229 654

245 343

247 833

L-Indiċi

100

100

107

108

Rata tal-kapaċità ta’ l-użu

65 %

65 %

66 %

71 %

L-Indiċi

100

99

101

109

(160)

Tul il-perjodu meqjus, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kollha żdiedet b’madwar 26 000 tunnellata, jew bi 17 %. Din iż-żieda għandha titqies fid-dawl tal-konsum Komunitarju li żdied minn 46 000 tunnellata jew b’26 % u l-esportazzjonijiet li żdiedu ta’ l-industrija Komunitarja tul l-istess perjodu.

(161)

Din iż-żieda fil-produzzjoni pprovokat żieda ta’ 8 % fil-kapaċità tal-produzzjoni, biex tilħaq kważi 248 000 tunnellata tul il-PIVS.

(162)

Ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità baqgħet relattivament stabbli tul l-ewwel snin tal-perjodu meqjus. Madankollu, tul il-PIVS, minħabba ż-żieda fil-produzzjoni, ir-rata ta’ l-użu tal-kapaċità żdiedet minn madwar 65 % għal aktar minn 70 %.

Ħażna tat-tagħrif miġbur mill-kampjun



Tabella 7

 

2003

2004

2005

PIVS

Ħażna (tunnellati)

11 565

10 236

11 465

12 652

L-Indiċi

100

89

99

109

Ħażna bħala % tal-bejgħ globali

20 %

17 %

18 %

18 %

(163)

Il-livell tal-ħażna baqa’ relattivament stabbli tul il-perjodu meqjus, speċjalment b’rigward għall-bejgħ.

Volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-konsum u t-tkabbir Komunitarju



Tabella 8

 

2003

2004

2005

PIVS

Volum ta’ bejgħ (tunnellati)

107 032

106 542

112 687

116 625

L-Indiċi

100

100

105

109

Sehem mis-suq tal-konsum Komunitarju

60,7 %

54,5 %

52,5 %

52,4 %

L-Indiċi

100

90

87

86

Tkabbir tal-fatturat tal-bejgħ (eluf ta’ EUR)

217 912

230 267

262 495

297 009

L-Indiċi

100

106

120

136

(164)

Il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju baqgħu relattivament stabbli f’termini assoluti tul il-perjodu meqjus. Ġiet innutata żieda ta’ 9 % fil-volumi tal-bejgħ tul il-PIVS iżda dan ir-rendiment għandu jidher fid-dawl ta’ l-iżvilupp tal-konsum Komunitarju li żdied b’26 %.

(165)

Fid-dawl ta’ l-iżvilupp tal-konsum Komunitarju u minkejja ż-żieda fil-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas konsiderevolment tul il-perjodu meqjus. L-industrija Komunitarja tilfet aktar minn 8 punti ta’ perċentwali mis-suq tal-konsum Komunitarju tul dak il-perjodu.

(166)

Il-prezzijiet tal-bejgħ globali fl-industrija tal-Komunità żdiedu b’36 % waqt il-perjodu kkunsidrat. Dan għandu jidher b’mod partikolari fid-dawl ta’ prezzijiet tal-bejgħ miżjuda għal kull tunnellata, li jirrefletti b’mod ewlieni kostijiet u prezzijiet tax-xiri ogħla tal-materja prima.

Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet Komunitarji — tagħrif miġbur mill-kampjun



Tabella 9

 

2003

2004

2005

PIVS

Prezz tal-bejgħ medju

(EUR/tunnellata)

1 902

2 058

2 170

2 142

L-Indiċi

100

108

114

113

Kost medju tal-materja prima (vireg tal-wajer)

(EUR/tunnellata)

511

559

662

734

L-Indiċi

100

109

129

143

(167)

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied b’EUR 240/tunnellata, jew bi 13 % tul il-perjodu meqjus. L-investigazzjoni wriet li dan kien ovvjament riflessjoni taż-żieda tal-prezzijiet tal-materja prima, b’mod partikolari tal-vireg tal-wajer ta’ l-azzar. Il-kost tal-vireg tal-wajer mixtrija żdied b’EUR 223/tunnellata tul il-perjodu meqjus, jew b’43 % meta mqabbel mal-kost fil-bidu tal-perjodu meqjus.

(168)

Wieħed mill-produtturi inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja nstab li xtara materja prima, li tinkludi vireg tal-wajer, minn partijiet relatati (“gruppi ta’ l-azzar integrati vertikalment”). Għalhekk ġie eżaminat jekk il-prezzijiet mill-fornituri relatati lill-produtturi Komunitarji kinux skond dawk iċċarġjati mill-fornitur relatat għall-klijenti indipendenti. Instab li l-prezzijiet iċċarġjati lill-produtturi Komunitarji kienu skond il-prezzijiet għall-klijenti indipendenti u li din iż-żieda kienet tirrefletti wkoll iż-żieda ġenerali tal-prezzijiet ta’ l-azzar tul il-perjodu meqjus. Għalhekk, ġie konkluż li l-ispejjeż medji tal-materja prima mixtrija mill-produtturi Komunitarji li kienu integrati vertikalment għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kalkoli.

Impjieg u Pagi — tagħrif miġbur mill-kampjun



Tabella 10

 

2003

2004

2005

PIVS

L-impjegati

1 023

999

1 064

1 087

L-Indiċi

100

98

104

106

Pagi/impjegati (EUR)

33 943

36 674

37 987

38 348

L-Indiċi

100

108

112

113

Pagi għal kull tunnellata prodotta

606

634

614

592

L-Indiċi

100

105

101

98

(169)

Fid-dawl tal-produzzjoni miżjuda u l-volum tal-bejgħ imniżżel hawn fuq, l-industrija Komunitarja żiedet in-numru ta’ impjegati b’6 % tul il-perjodu meqjus.

(170)

Il-pagi għal kull impjegat żdiedu wkoll tul il-perjodu meqjus, flimkien maż-żieda ġenerali fil-pagi tul dan il-perjodu. Madankollu, instab li l-kost medju tal-pagi għal kull tunnellata għandha tonqos kemmxejn tul il-perjodu meqjus.

Produttività — tagħrif miġbur mill-kampjun



Tabella 11

 

2003

2004

2005

PIVS

Tunnellata prodotta/impjegat

56

58

62

65

L-Indiċi

100

103

110

116

(171)

Il-livell tal-produttività osservat għall-industrija Komunitarja żdied b’mod konsiderevoli tul il-perjodu meqjus. Dan juri li l-industrija hi kapaċi taddatta lilha nfisha għall-qagħda fis-suq Komunitarju.

Il-kobor tal-marġini attwali tad-dumping u l-irkupru mill-effetti tad-dumping ta’ l-imgħoddi

(172)

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tal-kobor tal-marġini ta’ dumping attwali, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, dan l-impatt ma jistax jitqies bħala negliġibbli.

Profittabbiltà, qligħ mill-investiment u likwidità — tagħrif miġbur mill-kampjun



Tabella 12

 

2003

2004

2005

PIVS

Qligħ fuq il-bejgħ Komunitarju

– 0,1 %

+ 0,4 %

+ 4,6 %

+ 5,3 %

Dħul fuq l-assi kollha

– 18,8 %

+ 14,1 %

+ 26 %

+ 24,4 %

Likwidità (% tal-bejgħ totali)

+ 0,1 %

+ 1,2 %

+ 4,3 %

+ 6,2 %

(173)

Minħabba l-iżvilupp pożittiv tal-profittabbiltà tul il-perjodu meqjus, il-likwidità u l-qligħ fuq l-assi wrew tendenzi pożittivi tul dak il-perjodu. Minn telfien żgħir fl-2003, l-industrija Komunitarja setgħet iżżid bil-mod iżda b’mod stabbli l-qligħ tagħha, kemm b’rigward għall-bejgħ u kemm b’rigward għall-assi tagħha. Dan ir-rendiment hu probabbilment ikkawżat minħabba t-titjib qawwi fil-produttività.

(174)

Madankollu, hu mfakkar li din il-qagħda tista’ tinbidel malajr minħabba l-livelli tal-prezz għoljin ta’ l-azzar prevalenti fis-suq, iżda speċjalment jekk il-miżuri anti-dumping jiġu permessi jiskadu u l-volumi kbar ta’ importazzjonijiet dumped jiġu permessi jidħlu fis-suq.



Tabella 13

 

2003

2004

2005

PIVS

L-investimenti

46 570

43 158

51 362

56 538

L-Indiċi

100

93

110

121

Investiment u ħila biex jiżdied il-kapital — tagħrif miġbur mill-kampjun

(175)

Il-livell ta’ l-investimenti osservat fuq livell tal-kumpaniji fil-kampjun żdied bi 21 % tul il-perjodu meqjus u għandu jidher fid-dawl ta’ żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni.

(176)

L-ebda mill-produtturi Komunitarji ma rrapporta problemi speċifiċi b’rigward għall-ħila tagħhom biex iżidu l-kapital.

Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

(177)

L-investigazzjoni wriet li mindu saret l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-SWR, l-industrija Komunitarja rnexxielha ttejjeb il-qagħda ekonomika tagħha. Bosta fatturi ta’ ħsara bħall-volum tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produttività jistgħu jiżdiedu. Dan ir-rendiment intlaħaq f’suq li qed jikber u jissaħħaħ hekk kif il-konsum żdied bi 26 % tul il-perjodu meqjus.

(178)

Madankollu l-fatt li l-industrija Komunitarja tilfet sehem mis-suq madankollu jindika li ma setgħetx tgawdi bis-sħiħ minn din il-qagħda pożittiva tas-suq Komunitarju.

(179)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-industrija Komunitarja setgħet ittejjeb il-qagħda finanzjarja globali tagħha. Iż-żieda ta’ 13 % fil-prezzijiet tal-bejgħ tul il-PIVS ippermettiet lill-industrija li jkollha aktar qligħ minkejja ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima. Għaldaqstant il-qligħ fuq l-assi u l-likwidità tjiebu wkoll tul il-perjodu meqjus. Għalhekk ġie konkluż li, għalkemm is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet, meta mqabbla mal-perjodu ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, din għadha fraġli.

Attivitajiet ta’ esportazzjoni ta’ l-Industrija Komunitarja — tagħrif miġbur mill-kampjun



Tabella 14

 

2003

2004

2005

PIVS

Bejgħ ta’ l-esportazzjoni (tunnellati)

8 475

11 870

10 618

13 374

L-Indiċi

100

140

125

157

% tal-bejgħ totali

15 %

21 %

19 %

22 %

Prezz medju

(EUR/tunnellata)

2 123

2 302

2 835

3 063

L-Indiċi

100

108

134

144

(180)

Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni mill-industrija Komunitarja fil-kampjun tjieb konsiderevolment tul il-perjodu meqjus. Il-bejgħ fuq l-esportazzjoni żdied bi 57 % tul il-perjodu meqjus. Kif ukoll bħala proporzjon tal-bejgħ globali tagħha, il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni żdied minn 15 % sa 22 %.

(181)

Il-prezz medju għal kull tunnellata għall-bejgħ ta’ l-esportazzjoni hu konsiderevolment ogħla mill-prezz medju għall-bejgħ fis-suq Komunitarju (ara l-premessa (167)). Il-prezzijiet ogħla ta’ l-SWR esportati huwa peress li huma prodotti aktar sofistikati, li kienet il-kawża ta’ kostijiet ogħla tal-materja prima u l-kostijiet ogħla tal-manifattura. Minkejja l-kost ogħla tal-produzzjoni, ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kkontribwixxa b’mod sinifikanti għal profitabbiltà ġenerali għall-industrija Komunitarja.

Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-ħsara

(182)

L-investigazzjoni wriet li l-kapaċitajiet żejda disponibbli Russi huma sinifikanti u jidher li ma hemm l-ebda raġuni għall-ixkiel ta’ l-attivazzjoni ta’ tali kapaċitajiet jekk il-miżuri jiskadu. Barra minn hekk, il-produtturi Russi probabbli jmexxu ammont sostanzjali tal-bejgħ attwali tagħhom ’l bogħod mis-swieq terzi u fil-Komunità minħabba l-prezzijiet prevalenti ogħla hemmhekk. Flimkien, dawn il-kwantitajiet ikunu sostanzjali — proċess imħaffef mill-eżistenza ta’ kanali ta’ distribuzzjoni stabbiliti sew fil-Komunità għall-esportazzjonijiet Russi.

(183)

Barra minn hekk, il-livelli sinifikanti tad-dumping u ta’ tnaqqis fil-prezz osservati, il-fatt li l-impenji jidhru li jaġixxu bħala limitu għall-prezz, kif ukoll il-livell baxx ta’ prezzijiet mitluba għall-esportazzjonijiet Russi lejn pajjiżi terzi oħra, jindikaw li l-volumi ta’ l-esportazzjonijiet sostanzjalment ogħla lejn il-Komunità kif imsemmi hawn fuq isiru bi prezzijiet dumped li jkunu sinifikament orħos mill-prezzijiet u l-kostijiet ta’ l-industrija Komunitarja.

(184)

L-effett konġunt ta’ tali volumi u prezzijiet probabbli li jwassal għal deterjorazzjoni sinifikanti tal-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja, li l-qagħda tagħha għadha fraġli. Jekk ir-rispons ta’ l-industrija Komunitarja għal dan kien tnaqqis fil-bejgħ (u b’hekk tal-produzzjoni), jew tnaqqis fil-prezzijiet, jew it-tnejn, id-deterjorazzjoni finanzjarja tkun sostanzjali, u titfa’ lill-industrija lura għad-diffikultajiet osservati qabel l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali.

(185)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż, li hemm probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż jekk il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa jiġu permessi jiskadu.

L-INTERESS TAL-KOMUNITÀRimarki preliminari

(186)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Komunità b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni ta’ l-interess Komunitarju ssejset fuq stima ta’ l-interessi diversi kollha involuti. Din l-investigazzjoni tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping kienu diġà fis-seħħ u tippermetti għal stima ta’ kwalunkwe impatt negattiv fuq il-partijiet ikkonċernati minħabba l-miżuri anti-dumping attwali.

(187)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, kienx hemm raġunijiet kompulsivi li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

L-interess ta’ l-industrija Komunitarja

(188)

Kif deskritt hawn fuq, hemm probabbiltà ċara ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż jekk il-miżuri applikabbli għall-esportaturi Russi jiġu rrevokati.

(189)

Huwa mfakkar li mhux inqas minn 22 produttur fil-Komunità, li jirrappreżentaw madwar 87 % tal-produzzjoni globali ta’ l-SWR fil-Komunità, ikkooperaw mal-Kummissjoni fl-investigazzjoni u esprimew l-appoġġ tagħhom għall-miżuri li għaddejjin.

(190)

Il-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ttejjeb il-possibbiltà għall-industrija Komunitarja li żżomm u saħansitra ssaħħaħ il-qagħda attwali tagħha. Hemm probabbiltà ċara ta’ rikorrenza tad-dumping dannuż f’volumi sostanzjali li mhux probabbli li l-industrija Komunitarja tista’ tiflaħ għalihom. L-industrija Komunitarja għalhekk tkompli tibbenefika miż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali, b’mod partikolari peress li hemm miżuri wkoll kontra l-importazzjonijiet tal-ħbula u l-kejbils ta’ l-azzar fil-PRC, l-Indja, l-Afrika t’Isfel u l-Ukraina.

L-interess ta’ l-importaturi

(191)

Fir-Regolament proviżorju (Premessa (202)), ġie spjegat li d-distribuzzjoni ta’ l-SWR fil-Komunità kienet ikkaratterizzata mill-eżistenza ta’ numru sinifikanti ta’ importaturi/negozjanti. Madankollu, għalkemm l-applikazzjoni għal din il-verifika ta’ skadenza kien fiha lista ta’ 32 importatur/negozjant, li ġew ikuntattjati kollha, kienu biss tliet importaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni, li minnhom importatur instab li jimporta l-prodott ikkonċernat.

(192)

L-attività ewlenija ta’ dan l-importatur ġiet tabilħaqq iffokata fuq l-SWR (bejn il-55 % u l-85 %), u nstab li r-rendiment finanzjarju tiegħu ma ġiex affettwat serjament mill-miżuri fis-seħħ.

L-interess tal-fornituri

(193)

Kif spjegat f’aktar dettall fil-Premessi (197) sa (198) fir-Regolament proviżorju, il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni ta’ l-SWR kienet wajer ta’ l-azzar industrijali li hu magħmul minn virga tal-wajer ta’ l-azzar.

(194)

Xi produtturi Komunitarji ta’ l-SWR instabu li kienu integrati vertikalment, jiġifieri li kellhom fornituri relatati tal-wajers ta’ l-azzar industrijali. Filwaqt li 2 fornituri relatati wieġbu għall-mistoqsijiet rigward il-prezzijiet tal-materja prima (ara l-Premessa (168)) hawn fuq, l-ebda fornitur mhux relatat tal-materja prima ma ppreżenta ruħu.

(195)

Jekk il-fornituri tal-materja prima ta’ l-industrija Komunitarja huma relatati jew mhux relatati, jidher ċar li dawn il-fornituri Komunitarji se jsofru b’mod sinifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u, għaldaqstant, il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jonqsu. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż b’mod ċar li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping ikun fl-interess tal-fornituri Komunitarji tal-materja prima.

L-interess ta’ l-utenti

(196)

Il-Kummissjoni kkuntattjat direttament 21 utent ta’ l-SWR fil-Komunità iżda l-ebda utent ma ppreżenta ruħu jew ikkoopera fl-investigazzjoni.

(197)

Fuq din il-bażi, tqies li l-utenti ma kellhom l-ebda raġuni konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping.

Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(198)

B’kunsiderazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi li m hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

GARANZIJI

(199)

Kif stipulat fil-premessa (2) hawn fuq, il-Kummissjoni aċċettat l-offerta ta’ garanzija ta’ l-SSM bid-Deċiżjoni tagħha Nru 2001/602/KE fis-26 ta’ Lulju 2001. Il-verifika temporanja kixfet li mindu ġiet aċċettata l-garanzija fl-2001, il-firxa tal-prodott ta’ l-SSM inbidlet b’mod sinifikanti.

(200)

Il-garanzija kklassifikat l-SWR prodotti minnhom f’għadd konsiderevoli ta’ tipi ta’ prodotti b’varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezz għal kull tip. L-investigazzjoni ta’ verifika kkonfermat li l-kumpanija kellha problemi serji biex tikklassifika t-tipi ta’ prodotti differenti kif xieraq u skond it-termini tal-garanzija. Dan ġara parzjalment minħabba l-limitazzjonijiet tas-sistema ta’ kontabbiltà li ma ħallithomx jiddistingwu kif xieraq bejn it-tipi ta’ prodotti SWR differenti. Diġà kienu ġew identifikati problemi simili tul il-monitoraġġ tal-garanzija li wassal għal ittra ta’ twissija.

(201)

Għalhekk ġie konkluż li l-garanzija kif inhi bħalissa mhijiex vijabbli u għandha tiġi rtirata b’deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(202)

Iż-żewġ esportaturi Russi offrew garanzija fi ħdan id-data ta’ l-għeluq wara notifika tal-konklużjonijiet definittivi, iżda l-ebda wieħed minnhom ma offra garanzija aċċetabbli fi żmien il-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri garanzija li tirrifletti s-sejbiet tal-verifiki u li tissepara l-prodotti differenti f’kategoriji li jkunu vijabbli u li jkollhom varjazzjonijiet fil-prezz limitati.

(203)

Peress li l-kwistjonijiet rigward l-irtirar tal-garanzija inkixfu fi stadju tard tal-proċediment, iż-żewġ esportaturi Russi għandhom eċċezjonalment jitħallew ikomplu l-garanzija tagħhom lil hinn mid-dati ta’ għeluq normali iżda fi żmien għaxart ijiem kalendarji mid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha titħalla tipproponi emenda għal dan ir-Regolament kif xieraq.

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(204)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie maħsub li jiġi rrakkomandat li l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet mir-Russja jinżammu u li l-livell tal-miżuri jiġi emendat fejn hu ġustifikat. L-ebda kummenti ma ġew riċevuti li kienu tat-tip li jbiddlu l-konklużjonijiet ta’ fuq.

(205)

Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-SWR, li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhom jinżammu għar-Russja u jiġu rrevokati għat-Turkija u t-Tajlandja.

DAZJI

(206)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward il-kontinwazzjoni tad-dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ħsara u l-interess Komunitarju, il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw mir-Russja għandhom jiġu kkonfermati sabiex jipprevjenu r-rikorrenza li ssir ħsara lill-industrija Komunitarja minħabba l-importazzjonijiet dumped.

(207)

B’rigward għas-sejbiet tal-verifiki temporanji li jikkonċernaw iż-żewġ kumpaniji Russi, hu meqjus xieraq li d-dażju anti-dumping applikabbli għall-BMK jiġi emendat għal 36,2 % u għall-SSM għal 9,7 %.

(208)

Madankollu, fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tat-Turkija, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjonijiet ta’ riskju remot ta’ rikorrenza ta’ dumping fil-ġejjieni, il-miżuri kontra l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw f’dan il-pajjiż għandhom jiġu rrevokati.

(209)

Barra minn hekk, fid-dawl tas-sejbiet fir-rigward tat-Tajlandja, jiġifieri n-nuqqas ta’ dumping tul il-perjodu temporanju tat-Tajlandja u n-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjonijiet ta’ riskju ta’ rikorrenza fil-ġejjieni, il-miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet ta’ l-SWR li joriġinaw f’dan il-pajjiż għandhom jiġu rrevokati wkoll.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Għalhekk, dazju anti-dumping definittiv huma impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħbula u l-kejbils tal-ħadid jew ta’ l-azzar li jinkludu l-ħbula bil-koljatura maqfula għajr ħbula u kejbils ta’ l-azzar li ma jissaddadx li għandhom daqs massimu ta’ wisa’ trasversali li tiskorri t-3 mm, kemm bit-tagħmir magħhom kif ukoll le, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex731210 81, ex731210 83, ex731210 85, ex731210 89 u ex731210 98 (Kodiċi TARIC 7312108111, 7312108112, 7312108119, 7312108190, 7312108311, 7312108312, 7312108319, 7312108390, 7312108511, 7312108512, 7312108519, 7312108590, 7312108911, 7312108912, 7312108919, 7312108990, 7312109811, 7312109812, 7312109819 u 7312109890), li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa.

2.  Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:



Il-kumpanija

Rata ta’ dazju (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Joint Stock Company Beloretsk Iron & Steel Works1 Blukhera Street, Beloretsk, Republic of Bashkortostan, 453500, ir-Russja

36,2

A694

►C1  Joint Stock Company Severstal-metiz ◄ 162600 l. 50-letiya Oktyabrya 1/33, Cherepovets, Vologda Region, Russia

9,7

A217

Il-kumpaniji l-oħra kollha

50,7

A999

3.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Il-proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet tal-ħbula u l-kejbils tal-ħadid u ta’ l-azzar li jinkludu l-ħbula bil-koljatura maqfula għajr ħbula u kejbils ta’ l-azzar li għandhom daqs massimu ta’ wisa’ trasversali li tiskorri t-3 mm kemm bit-tagħmir magħhom kif ukoll le, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex731210 81, ex731210 83, ex731210 85, ex731210 89 u ex731210 98 li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija hawnhekk intemmew u l-miżuri anti-dumping imposti fuq dawn il-pajjiżi permezz tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 huma rrevokati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

( 2 ) ĠU L 34, 3.2.2001, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1274/2003 (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 34).

( 3 ) ĠU L 211, 4.8.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 564/2005 (ĠU L 97, 15.4.2005, p. 1).

( 4 ) ĠU L 211, 4.8.2001, p. 47.

( 5 ) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 121/2006 (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 1).

( 6 ) ĠU C 51, 1.3.2006, p. 2.

( 7 ) ĠU C 202, 10.8.2004, p. 12.

( 8 ) ĠU C 270, 29.10.2005, p. 38.

( 9 ) ĠU C 181, 3.8.2006, p. 15.

( 10 ) ĠU C 66, 22.3.2007, p. 14.