2007R0341 — MT — 06.11.2016 — 009.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 (ĠU L 090 30.3.2007, p. 12) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 514/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008 |
L 150 |
7 |
10.6.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 972/2008 tat-3 ta’ Ottubru 2008 |
L 265 |
6 |
4.10.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 74/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 |
L 23 |
28 |
27.1.2010 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 328/2010 tal-21 ta' April 2010 |
L 100 |
5 |
22.4.2010 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 531/2013 tal-10 ta’ Ġunju 2013 |
L 159 |
5 |
11.6.2013 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 |
L 335 |
8 |
14.12.2013 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 628/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014 |
L 174 |
31 |
13.6.2014 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 |
L 206 |
1 |
30.7.2016 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 341/2007
tad-29 ta' Marzu 2007
li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji ta' l-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Il-ftuħ tal-kwoti tariffarji u tad-dazji applikabbli
1. F'konformità mal-ftehimiet approvati bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/404/KE u 2006/398/KE, il-kwoti tariffarji huma hawnhekk miftuħa għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' tewm frisk jew imkessaħ li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0703 20 00 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “tewm”), soġġett għal kundizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament. Il-volum ta' kull kwota tariffarja, il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni u l-perjodi ta' żmien li għalihom tapplika kif ukoll in-numru ta' l-ordni huma speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. Id-dazju ad valorem applikabbli għat-tewm importat taħt il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun 9,6 %.
Artikolu 2
Applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006
Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006, għajr meta pprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni” ifisser perjodu li jibda mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Mejju li jmiss;
(2) “awtoritajiet kompetenti” tfisser korp jew korpi nominati mill-Istat Membru għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Kategoriji ta' importaturi
1. B'deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, applikanti għal liċenzji “A” skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5(2) għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, u 4 ta' dan l-Artikolu.
2. “Importaturi tradizzjonali” ifissru importaturi li għandhom il-provi li:
(a) kisbu u wżaw liċenzji ta' l-importazzjoni għat-tewm skond ir-Regolament (KE) Nru 565/2002, jew liċenzji “A” skond ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 jew dan ir-Regolament f'kull wieħed mit-tliet perjodi ta' kwoti tariffarji għall-importazzjoni kompluti li jiġu qabel, u
(b) mill-inqas 50 tunnellata frott u ħaxix importati fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1234/2007 ( 1 ) jew mill-inqas 50 tunnellata tewm esportati lejn pajjiżi terzi matul l-aħħar perjodu komplut ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni qabel it-tressiq tal-applikazzjoni tagħhom.
Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, matul il-perjodu ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni 2007/08:
(a) punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ma għandhux japplika, u
(b) “importazzjoni fil-Komunità” għandha tinftiehem bħala importazzjoni minn pajjiżi ta' oriġini minbarra l-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 2006.
Għall-Bulgarija u r-Rumanija, matul il-perjodi ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni 2007/08, 2008/09, 2009/10 u 2010/11:
(a) punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika, u
(b) “importazzjoni fil-Komunità” għandha tinftiehem bħala importazzjoni minn pajjiżi ta' oriġini minbarra l-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwita fl-1 ta' Jannar 2007.
Għall-Kroazja, għall-perjodi tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni 2013/2014, 2014/2015 u 2015/2016:
(a) il-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika; u wkoll
(b) “importazzjoni fl-Unjoni” għandha tinftiehem bħala importazzjoni minn pajjiżi ta’ oriġini minbarra l-Istati Membri tal-Unjoni kif kostitwita fl-1 ta’ Lulju 2013.
3. ►M4 Importaturi ġodda għandhom ifissru operaturi differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2, li importaw fl-Unjoni mill-inqas 50 tunnellata ta' frott u ħaxix kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew esportaw mill-inqas 50 tunnellata tewm lejn pajjiżi terzi f'kull wieħed miż-żewġ perjodi preċedenti kompluti ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni, jew matul kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti ta' qabel it-tressiq tal-applikazzjoni tagħhom. ◄
L-Istati Membri għandhom jagħżlu u japplikaw wieħed miż-żewġ metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-importaturi ġodda kollha, skond il-kriterji oġġettivi u b'tali mod li jiġi żgurat it-trattament ugwali bejn l-operaturi.
4. Fil-ħin ta' l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-liċenzji ta' l-importazzjoni għal perjodu ta' kwota tariffarja, l-importaturi tradizzjonali kif ukoll dawk ġodda għandhom iressqu — lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fejn huma stabbiliti u fejn huma reġistrati għall-iskopijiet tal-VAT, prova li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3 huma sodisfatti.
Prova ta’ kummerċ ma' pajjiżi terzi għandha tingħata esklussivament jew permezz tad-dokumenti doganali tar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, approvati kif suppost mill-awtoritajiet tad-dwana u li jkun fihom referenza għall-applikant ikkonċernat bħala d-destinatarju, jew inkella permezz tad-dokument doganali tal-esportazzjoni approvat kif suppost mill-awtoritajiet tad-dwana.
L-aġenti tad-dwana jew ir-rappreżentanti tagħhom ma għandhomx japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni taħt il-kwoti li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Preżentazzjoni ta' liċenzji ta' l-importazzjoni
▼M9 —————
2. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għat-tewm rilaxxat għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kwoti msemmija fl-Anness I, minn issa 'l quddiem jissejjħu “liċenzji ‘A’”.
▼M9 —————
KAPITOLU II
LIĊENZJI “A”
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għal liċenzji u l-liċenzji “A”
1. Il-liċenzji “A” għandhom ikunu validi biss għas-subperjodu li għalihom kienu maħruġa. Il-kaxxa 24 tagħhom għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness III.
▼M1 —————
2. L-ammont ta' garanzija msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkun EUR 60 għal kull tunellata.
3. Il-pajjiż ta' oriġini għandu jiddaħħal fil-kaxxa 8 ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji u tal-liċenzji “A” u l-kelma “iva” għandha tiġi mmarkata b'salib. Il-liċenzja ta' l-importazzjoni għandha tkun valida għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiż indikat biss.
4. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzi “A” ma għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 7
Allokazzjoni tal-kwantitajiet totali fost l-importaturi tradizzjonali u dawk ġodda
Il-kwantità totali allokata lill-Argentina, liċ-Ċina u lil pajjiżi terzi oħrajn f'konformità ma' l-Anness I għandha tiġi ddistribwita kif ġej:
(a) 70 % għall-importaturi tradizzjonali;
(b) 30 % għall-importaturi ġodda.
Artikolu 8
Kwantità referenzjali għall-importaturi tradizzjonali
Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, il-“kwantità referenzjali” għandha tkun il-medja tal-kwantitajiet ta' tewm li jiġu importati attwalment minn importatur tradizzjonali, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4, matul it-tliet snin kalendarji ta' qabel il-perjodu relatat ma' kwota tariffarja għall-importazzjoni.
Artikolu 9
Restrizzjonijiet applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji “A”
1. Il-kwantità totali koperta b'applikazzjonijiet għal liċenzji “A” ippreżentata minn importatur tradizzjonali fi kwalunkwe perjodu ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni ma tistax teċċedi l-kwantità referenzjali ta' l-importatur. Applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.
2. Il-kwantità totali koperta b'applikazzjonijiet għal liċenzji “A” ippreżentati minn importatur ġdid fi kwalunkwe perjodu ma tistax teċċedi 10 % tal-kwantità totali msemmija fl-Anness I għal dak il-perjodu u għal dik l-oriġini. Applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 10
Preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzji “A”
1. Fi żmien l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal-liċenzji tal-importazzjoni għal perjodu ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni mogħti skont dan ir-Regolament, l-importaturi għandhom iressqu l-prova tal-kwantitajiet ta' tewm importati attwalment għas-snin imsemmija fl-Artikolu 8.
Fi żmien l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal-liċenzji tal-importazzjoni għal perjodu ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni mogħti skont dan ir-Regolament, l-importaturi għandhom iressqu l-prova tal-kwantitajiet ta' tewm importati attwalment għas-snin imsemmija fl-Artikolu 8.
2. Il-kaxxa 20 ta' applikazzjonijiet għal liċenzji “A” għandha tindika “importatur tradizzjonali” jew “importatur ġdid” kif ikun xieraq.
3. L-ebda applikazzjoni għal liċenzja “A” ma tista' tiġi ppreżentata għal perjodu speċifiku u għal oriġini speċifika jekk ebda kwantita ma tkun indikata fl-Anness I għal dak il-perjodu jew għal dik l-oriġini.
4. Meta l-applikanti jippreżentaw aktar minn applikazzjoni waħda, ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma tkun aċċettabbli u l-garanziji li kienu saru meta ġew sottometti l-applikazzjonijiet jingħataw lill-Istat Membru kkonċernat.
5. Ebda liċenzja “B” ma tista' tinħareġ bħala tweġiba għal applikazzjoni għal liċenzja “A”.
Artikolu 11
Ħruġ tal-liċenzji “A”
Il-liċenzji “A” għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti mit-23 jum tax-xahar li fih tressqu l-applikazzjonijiet u mhux iktar tard minn tmiem dak ix-xahar.
Artikolu 12
Notifiki u komunikazzjonijiet lill-Kummissjoni
1. Sal-erbatax-il jum ta' kull xahar imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali f'kilogrammi, inkluż prospetti nulli, li għalihom ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” fir-rigward tas-subperjodu rilevanti.
Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet imsemmija fil-punt b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament mhux iktar tard mill-10 ta' Mejju tal-ewwel subperjodu, l-10 ta' Awwissu tat-tieni subperjodu, l-10 ta' Novembru tat-tielet subperjodu u l-10 ta' Frar tar-raba' subperjodu.
In-notifiki jinqasmu skond l-oriġini. In-notifiki għandhom jagħtu wkoll figuri separati tal-kwantitajiet ta' tewm li applikaw għalihom l-importaturi tradizzjonali u dawk ġodda.
2. Sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' kull xahar kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta' l-importaturi tradizzjonali u ġodda li qegħdin japplikaw għal liċenzji “A” fir-rigward tal-perjodu rilevanti. Fil-każ ta' gruppi ta' operaturi stabbiliti skond il-liġi nazzjonali, l-operaturi li jiffurmaw il-grupp għandhom jiġu mdaħħla fil-lista wkoll. ►M7 ————— ◄
3. In-notifiki u l-komunikazzjonijiet għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 2 ).
KAPITOLU III
LIĊENZJI “B”
▼M9 —————
KAPITOLU IV
ĊERTIFIKATI TA' ORIĠINI U TA' TRASPORT DIRETT
Artikolu 15
Ċertifikati ta' oriġini
It-tewm li joriġina minn pajjiż terz elenkat fl-Anness IV jista' jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità basta il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a) a certificate of origin issued by the competent national authorities of that country in accordance with Articles 55 to 65 of Regulation (EEC) No 2454/93 is presented;
(b) il-prodott ġie trasportat dirett lejn il-Komunità minn dak il-pajjiż f'konformità ma' l-Artikolu 16.
Artikolu 16
Trasport dirett
1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu ikkunsidrati li ġew trasportati dirett lejn il-Komunità mill-pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness IV:
(a) prodotti trasportati mingħajr ma jgħaddu mit-territorju ta' xi pajjiż terz ieħor;
(b) prodotti trasportati minn ġo pajjiż terz jew pajjiżi terzi oħra barra l-pajjiż ta' oriġini, bi jew mingħajr trasbord jew ħażniet temporanji f'dawk il-pajjiżi, sakemm dak il-passaġġ huwa ġġustifikat minħabba raġunijiet ġeografiċi jew minħabba ħtiġijiet ta' trasport u sakemm il-prodotti:
(i) baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż jew pajjiżi tat-trasbord jew tal-ħażna;
(ii) ma kienux tpoġġew fis-suq jew ġew rilaxxati għall-konsum hemmhekk;
(iii) ma għaddewx minn xi operazzjonijiet hemmhekk għajr il-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid jew xi operazzjoni oħra biex jinżammu f'kundizzjoni tajba.
2. Prova li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) ġew sodisfatti għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, flimkien ma':
(a) dokument ta' trasport maħruġ fil-pajjiż ta' oriġini li jkopri l-passaġġ minn ġol-pajjiż jew pajjiżi ta' transitu, jew
(b) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż jew pajjiżi ta' transitu li jkun fih:
(i) deskrizzjoni preċiża ta' l-oġġetti;
(ii) id-dati tal-ħatt u tat-tagħbija mill-ġdid tagħhom, bil-partikolarijiet li jidentifikaw il-vetturi tat-trasport użati;
(iii) dikjarazzjoni li tiċċertifika l-kundizzjonijiet li kienu miżmumin fihom; jew
(c) fejn il-prova msemmija fil-punti (a) jew (b) ma tistax tiġi pprovduta, kwalunkwe dokumenti li jistgħu jkunu ta' prova b'mod ieħor.
Artikolu 17
Kooperazzjoni amministrattiva ma’ ċerti pajjiżi terzi
1. Hekk kif l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita proċedura ta' kooperazzjoni amministrattiva skond l-Artikoli 63 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tkun intbagħtet minn kull pajjiż terz imniżżel fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, komunikazzjoni dwar it-trażmissjoni ta' dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fis-serje “C” tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Liċenzji “A” għal importazzjonijiet tat-tewm li joriġina mill-pajjiżi elenkati fl-Anness IV jistgħu jinħarġu biss jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun bagħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-informazzjoni titqies li tkun intbagħatet fid-data tal-publikazzjoni kif hemm dispost fil-paragrafu 1.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 18
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 hu rrevokat.
Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 għandu jibqa' japplika fir-rigward ta' liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa skond dak ir-Regolament għall-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jiskadi fil-31 ta' Mejju 2007.
Artikolu 19
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ April 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Kwoti tariffarji introdotti skont id-Deċiżjoni 2001/404/KE, id-Deċiżjoni 2006/398/KE u d-Deċiżjoni 2014/116/UE għal importazzjonijiet ta' tewm bil-kodiċi NM 0703 20 00
L-oriġini |
In-numru tal-ordni |
Il-kwota (f'tunnellati) |
||||
L-ewwel subperjodu (Ġunju-Awwissu) |
It-tieni subperjodu (Settembru-Novembru) |
It-tielet subperjodu (Diċembru-Frar) |
Ir-raba' subperjodu (Marzu-Mejju) |
Total |
||
L-Arġentina |
|
|
|
|
|
19 147 |
Importaturi tradizzjonali |
09.4104 |
— |
— |
9 590 |
3 813 |
|
Importaturi ġodda |
09.4099 |
— |
— |
4 110 |
1 634 |
|
Total |
|
— |
— |
13 700 |
5 447 |
|
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
|
46 075 |
Importaturi tradizzjonali |
09.4105 |
8 278 |
8 278 |
7 210 |
8 488 |
|
Importaturi ġodda |
09.4100 |
3 547 |
3 547 |
3 090 |
3 637 |
|
Total |
|
11 825 |
11 825 |
10 300 |
12 125 |
|
Pajjiżi terzi oħra |
|
|
|
|
|
6 023 |
Importaturi tradizzjonali |
09.4106 |
941 |
1 960 |
929 |
386 |
|
Importaturi ġodda |
09.4102 |
403 |
840 |
398 |
166 |
|
Total |
|
1 344 |
2 800 |
1 327 |
552 |
|
Total |
|
13 169 |
14 625 |
25 327 |
18 124 |
71 245 |
▼M1 —————
ANNESS III
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2)
bil-Bulgaru |
: |
Лицензия, издадена и валидна само за под-периода от 1 месец/година до 28/29/30/31 (месец/година) |
bl-Ispanjol |
: |
certificado expedido y válido solamente para el subperiodo comprendido entre el 1 [mes y año] y el 28/29/30/31 [mes y año] |
biċ-Ċek |
: |
Licence vydaná a platná pouze pro podobdobí od 1. [měsíc/rok] do 28./29./30./31 [měsíc/rok] |
bid-Daniż |
: |
Licens, der kun er udstedt og gyldig for delperioden 1. [måned/år] — 28./29./30./31. [måned/år] |
bil-Ġermaniż |
: |
Lizenz nur erteilt und gültig für den Teilzeitraum vom 1. [Monat/Jahr] bis zum 28./29./30./31. [Monat/Jahr] |
bl-Estonjan |
: |
Litsents on välja antud üheks alaperioodiks alates 1. [kuu/aasta] kuni 28./29./30./31. [kuu/aasta] ja kehtib selle aja jooksul |
bil-Grieg |
: |
Πιστοποιητικό εκδοθέν και ισχύον μόνο για την υποπερίοδο από την 1η [μήνας/έτος] έως τις 28/29/30/31 [μήνας/έτος] |
bl-Ingliż |
: |
licence issued and valid only for the subperiod 1 [month/year] to 28/29/30/31 [month/year] |
bil-Franċiż |
: |
certificat émis et valable seulement pour la sous-période du 1er [mois/année] au 28/29/30/31 [mois/année] |
bil-Kroat |
: |
izdane dozvole koje vrijede samo za podrazdoblje od 1. [mjesec/godina] do 28./29./30./31. [mjesec/godina] |
Bl-Irlandiż |
: |
ceadúnas a eiseofar don fhotréimhse ón 1[mí/bliain] go dtí an 28/29/30/31[mí/bliain] nach bailí dó ach ar feadh na fotréimhse sin |
bit-Taljan |
: |
titolo rilasciato e valido unicamente per il sottoperiodo dal 1° [mese/anno] al 28/29/30/31 [mese/anno] |
bil-Latvjan |
: |
atļauja izdota un derīga tikai attiecībā uz vienu apakšperiodu no 1. [mēnesis/gads] līdz 28./29./30./31. [mēnesis/gads] |
bil-Litwan |
: |
Licencija išduota ir galioja tik vieną laikotarpio dalį nuo [metai, mėnuo] 1 d. iki [metai, mėnuo] 28/29/30/31 d. |
bl-Ungeriż |
: |
Az engedélyt kizárólag a [év/hó] 1-jétől [év/hó] 28/29/30/31-ig terjedő alidőszakra állították ki és kizárólag erre az időszakra érvényes |
bil-Malti |
: |
Liċenzja maħruġa u valida biss għas-subperjodu mill-1 ta' (xahar/sena) sa' 28/29/30/31 ta' (xahar/sena) |
bl-Olandiż |
: |
certificaat afgegeven voor en slechts geldig in de deelperiode van 1 [maand/jaar] tot en met 28/29/30/31 [maand/jaar] |
bil-Pollakk |
: |
Pozwolenie wydane i ważne tylko na podokres od dnia 1 [miesiąc/rok] r. do dnia 28/29/30/31 [miesiąc/rok] r. |
bil-Portugiż |
: |
certificado emitido e válido apenas para o sub período de 1 [mês/ano]de a 28/29/30/31 de [mês/ano] |
bir-Rumen |
: |
licență emisă și valabilă numai pentru subperioada de la 1 [lună/an] până la 28/29/30/31[lună/an] |
bl-Islovakk |
: |
licencia vydaná a platná len pre podobdobie od 1. [mesiac/rok] do 28./29./30./31. [mesiac/rok] |
bl-Isloven |
: |
dovoljenje, izdano in veljavno izkljucno za pododobje od 1 [meseca/leta] do 28./29./30./31. [meseca/leta] |
bil-Finlandiż |
: |
todistus on myönnetty osakiintiökaudeksi 1 [kuukausi/vuosi] 28/29/30/31 päivään [kuukausi/vuosi] ja se on voimassa ainoastaan kyseisenä osakiintiökautena |
bl-Iżvediż |
: |
licens utfärdad och giltig endast för delperioden den 1 [månad/år] till den 28/29/30/31 [månad/år] |
ANNESS IV
Lista ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17
L-Iran
Il-Libanu
Il-Malasja
It-Tajwan
L-Emirati Għarab Magħquda
Il-Vjetnam.
( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
( 2 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.