2007R0341 — MT — 06.11.2016 — 009.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 341/2007

tad-29 ta' Marzu 2007

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji ta' l-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi

(ĠU L 090 30.3.2007, p. 12)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 514/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008

  L 150

7

10.6.2008

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 972/2008 tat-3 ta’ Ottubru 2008

  L 265

6

4.10.2008

 M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 74/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010

  L 23

28

27.1.2010

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 328/2010 tal-21 ta' April 2010

  L 100

5

22.4.2010

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 531/2013 tal-10 ta’ Ġunju 2013

  L 159

5

11.6.2013

►M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013

  L 335

8

14.12.2013

►M8

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 628/2014 tat-12 ta' Ġunju 2014

  L 174

31

13.6.2014

►M9

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016

  L 206

1

30.7.2016




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 341/2007

tad-29 ta' Marzu 2007

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji ta' l-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Il-ftuħ tal-kwoti tariffarji u tad-dazji applikabbli

1.  F'konformità mal-ftehimiet approvati bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/404/KE u 2006/398/KE, il-kwoti tariffarji huma hawnhekk miftuħa għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' tewm frisk jew imkessaħ li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0703 20 00 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “tewm”), soġġett għal kundizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament. Il-volum ta' kull kwota tariffarja, il-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni u l-perjodi ta' żmien li għalihom tapplika kif ukoll in-numru ta' l-ordni huma speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.  Id-dazju ad valorem applikabbli għat-tewm importat taħt il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun 9,6 %.

Artikolu 2

Applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006

Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006, għajr meta pprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni” ifisser perjodu li jibda mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Mejju li jmiss;

(2) “awtoritajiet kompetenti” tfisser korp jew korpi nominati mill-Istat Membru għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Kategoriji ta' importaturi

1.  B'deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, applikanti għal liċenzji “A” skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5(2) għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, u 4 ta' dan l-Artikolu.

2.  “Importaturi tradizzjonali” ifissru importaturi li għandhom il-provi li:

(a) kisbu u wżaw liċenzji ta' l-importazzjoni għat-tewm skond ir-Regolament (KE) Nru 565/2002, jew liċenzji “A” skond ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 jew dan ir-Regolament f'kull wieħed mit-tliet perjodi ta' kwoti tariffarji għall-importazzjoni kompluti li jiġu qabel, u

▼M4

(b) mill-inqas 50 tunnellata frott u ħaxix importati fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1234/2007 ( 1 ) jew mill-inqas 50 tunnellata tewm esportati lejn pajjiżi terzi matul l-aħħar perjodu komplut ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni qabel it-tressiq tal-applikazzjoni tagħhom.

▼B

Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, matul il-perjodu ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni 2007/08:

(a) punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ma għandhux japplika, u

(b) “importazzjoni fil-Komunità” għandha tinftiehem bħala importazzjoni minn pajjiżi ta' oriġini minbarra l-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwita fil-31 ta' Diċembru 2006.

Għall-Bulgarija u r-Rumanija, matul il-perjodi ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni 2007/08, 2008/09, 2009/10 u 2010/11:

(a) punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika, u

(b) “importazzjoni fil-Komunità” għandha tinftiehem bħala importazzjoni minn pajjiżi ta' oriġini minbarra l-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwita fl-1 ta' Jannar 2007.

▼M6

Għall-Kroazja, għall-perjodi tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni 2013/2014, 2014/2015 u 2015/2016:

(a) il-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika; u wkoll

(b) “importazzjoni fl-Unjoni” għandha tinftiehem bħala importazzjoni minn pajjiżi ta’ oriġini minbarra l-Istati Membri tal-Unjoni kif kostitwita fl-1 ta’ Lulju 2013.

▼B

3.   ►M4  Importaturi ġodda għandhom ifissru operaturi differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2, li importaw fl-Unjoni mill-inqas 50 tunnellata ta' frott u ħaxix kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew esportaw mill-inqas 50 tunnellata tewm lejn pajjiżi terzi f'kull wieħed miż-żewġ perjodi preċedenti kompluti ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni, jew matul kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti ta' qabel it-tressiq tal-applikazzjoni tagħhom. ◄

L-Istati Membri għandhom jagħżlu u japplikaw wieħed miż-żewġ metodi msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-importaturi ġodda kollha, skond il-kriterji oġġettivi u b'tali mod li jiġi żgurat it-trattament ugwali bejn l-operaturi.

4.  Fil-ħin ta' l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-liċenzji ta' l-importazzjoni għal perjodu ta' kwota tariffarja, l-importaturi tradizzjonali kif ukoll dawk ġodda għandhom iressqu — lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fejn huma stabbiliti u fejn huma reġistrati għall-iskopijiet tal-VAT, prova li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3 huma sodisfatti.

▼M4

Prova ta’ kummerċ ma' pajjiżi terzi għandha tingħata esklussivament jew permezz tad-dokumenti doganali tar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, approvati kif suppost mill-awtoritajiet tad-dwana u li jkun fihom referenza għall-applikant ikkonċernat bħala d-destinatarju, jew inkella permezz tad-dokument doganali tal-esportazzjoni approvat kif suppost mill-awtoritajiet tad-dwana.

▼M4

L-aġenti tad-dwana jew ir-rappreżentanti tagħhom ma għandhomx japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni taħt il-kwoti li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 5

Preżentazzjoni ta' liċenzji ta' l-importazzjoni

▼M9 —————

▼B

2.  Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għat-tewm rilaxxat għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kwoti msemmija fl-Anness I, minn issa 'l quddiem jissejjħu “liċenzji ‘A’”.

▼M9 —————

▼B



KAPITOLU II

LIĊENZJI “A”

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għal liċenzji u l-liċenzji “A”

▼M4

1.  Il-liċenzji “A” għandhom ikunu validi biss għas-subperjodu li għalihom kienu maħruġa. Il-kaxxa 24 tagħhom għandu jkun fiha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness III.

▼M1 —————

▼M4

2.  L-ammont ta' garanzija msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkun EUR 60 għal kull tunellata.

▼B

3.  Il-pajjiż ta' oriġini għandu jiddaħħal fil-kaxxa 8 ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji u tal-liċenzji “A” u l-kelma “iva” għandha tiġi mmarkata b'salib. Il-liċenzja ta' l-importazzjoni għandha tkun valida għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiż indikat biss.

4.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzi “A” ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 7

Allokazzjoni tal-kwantitajiet totali fost l-importaturi tradizzjonali u dawk ġodda

Il-kwantità totali allokata lill-Argentina, liċ-Ċina u lil pajjiżi terzi oħrajn f'konformità ma' l-Anness I għandha tiġi ddistribwita kif ġej:

(a) 70 % għall-importaturi tradizzjonali;

(b) 30 % għall-importaturi ġodda.

▼M4

Artikolu 8

Kwantità referenzjali għall-importaturi tradizzjonali

Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, il-“kwantità referenzjali” għandha tkun il-medja tal-kwantitajiet ta' tewm li jiġu importati attwalment minn importatur tradizzjonali, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4, matul it-tliet snin kalendarji ta' qabel il-perjodu relatat ma' kwota tariffarja għall-importazzjoni.

▼B

Artikolu 9

Restrizzjonijiet applikabbli għall-applikazzjonijiet għal liċenzji “A”

1.  Il-kwantità totali koperta b'applikazzjonijiet għal liċenzji “A” ippreżentata minn importatur tradizzjonali fi kwalunkwe perjodu ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni ma tistax teċċedi l-kwantità referenzjali ta' l-importatur. Applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.

2.  Il-kwantità totali koperta b'applikazzjonijiet għal liċenzji “A” ippreżentati minn importatur ġdid fi kwalunkwe perjodu ma tistax teċċedi 10 % tal-kwantità totali msemmija fl-Anness I għal dak il-perjodu u għal dik l-oriġini. Applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 10

Preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzji “A”

▼M4

1.  Fi żmien l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal-liċenzji tal-importazzjoni għal perjodu ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni mogħti skont dan ir-Regolament, l-importaturi għandhom iressqu l-prova tal-kwantitajiet ta' tewm importati attwalment għas-snin imsemmija fl-Artikolu 8.

▼M4

Fi żmien l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal-liċenzji tal-importazzjoni għal perjodu ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni mogħti skont dan ir-Regolament, l-importaturi għandhom iressqu l-prova tal-kwantitajiet ta' tewm importati attwalment għas-snin imsemmija fl-Artikolu 8.

▼B

2.  Il-kaxxa 20 ta' applikazzjonijiet għal liċenzji “A” għandha tindika “importatur tradizzjonali” jew “importatur ġdid” kif ikun xieraq.

3.  L-ebda applikazzjoni għal liċenzja “A” ma tista' tiġi ppreżentata għal perjodu speċifiku u għal oriġini speċifika jekk ebda kwantita ma tkun indikata fl-Anness I għal dak il-perjodu jew għal dik l-oriġini.

4.  Meta l-applikanti jippreżentaw aktar minn applikazzjoni waħda, ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma tkun aċċettabbli u l-garanziji li kienu saru meta ġew sottometti l-applikazzjonijiet jingħataw lill-Istat Membru kkonċernat.

5.  Ebda liċenzja “B” ma tista' tinħareġ bħala tweġiba għal applikazzjoni għal liċenzja “A”.

▼M4

Artikolu 11

Ħruġ tal-liċenzji “A”

Il-liċenzji “A” għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti mit-23 jum tax-xahar li fih tressqu l-applikazzjonijiet u mhux iktar tard minn tmiem dak ix-xahar.

▼B

Artikolu 12

▼M7

Notifiki u komunikazzjonijiet lill-Kummissjoni

▼M4

1.  Sal-erbatax-il jum ta' kull xahar imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali f'kilogrammi, inkluż prospetti nulli, li għalihom ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” fir-rigward tas-subperjodu rilevanti.

Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet imsemmija fil-punt b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament mhux iktar tard mill-10 ta' Mejju tal-ewwel subperjodu, l-10 ta' Awwissu tat-tieni subperjodu, l-10 ta' Novembru tat-tielet subperjodu u l-10 ta' Frar tar-raba' subperjodu.

▼B

In-notifiki jinqasmu skond l-oriġini. In-notifiki għandhom jagħtu wkoll figuri separati tal-kwantitajiet ta' tewm li applikaw għalihom l-importaturi tradizzjonali u dawk ġodda.

2.  Sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' kull xahar kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta' l-importaturi tradizzjonali u ġodda li qegħdin japplikaw għal liċenzji “A” fir-rigward tal-perjodu rilevanti. Fil-każ ta' gruppi ta' operaturi stabbiliti skond il-liġi nazzjonali, l-operaturi li jiffurmaw il-grupp għandhom jiġu mdaħħla fil-lista wkoll. ►M7  ————— ◄

▼M7

3.  In-notifiki u l-komunikazzjonijiet għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 2 ).

▼B



KAPITOLU III

LIĊENZJI “B”

▼M9 —————

▼B



KAPITOLU IV

ĊERTIFIKATI TA' ORIĠINI U TA' TRASPORT DIRETT

Artikolu 15

Ċertifikati ta' oriġini

It-tewm li joriġina minn pajjiż terz elenkat fl-Anness IV jista' jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità basta il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

▼M4

(a) a certificate of origin issued by the competent national authorities of that country in accordance with Articles 55 to 65 of Regulation (EEC) No 2454/93 is presented;

▼B

(b) il-prodott ġie trasportat dirett lejn il-Komunità minn dak il-pajjiż f'konformità ma' l-Artikolu 16.

Artikolu 16

Trasport dirett

1.  Dawn li ġejjin għandhom ikunu ikkunsidrati li ġew trasportati dirett lejn il-Komunità mill-pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness IV:

(a) prodotti trasportati mingħajr ma jgħaddu mit-territorju ta' xi pajjiż terz ieħor;

(b) prodotti trasportati minn ġo pajjiż terz jew pajjiżi terzi oħra barra l-pajjiż ta' oriġini, bi jew mingħajr trasbord jew ħażniet temporanji f'dawk il-pajjiżi, sakemm dak il-passaġġ huwa ġġustifikat minħabba raġunijiet ġeografiċi jew minħabba ħtiġijiet ta' trasport u sakemm il-prodotti:

(i) baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż jew pajjiżi tat-trasbord jew tal-ħażna;

(ii) ma kienux tpoġġew fis-suq jew ġew rilaxxati għall-konsum hemmhekk;

(iii) ma għaddewx minn xi operazzjonijiet hemmhekk għajr il-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid jew xi operazzjoni oħra biex jinżammu f'kundizzjoni tajba.

2.  Prova li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) ġew sodisfatti għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, flimkien ma':

(a) dokument ta' trasport maħruġ fil-pajjiż ta' oriġini li jkopri l-passaġġ minn ġol-pajjiż jew pajjiżi ta' transitu, jew

(b) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż jew pajjiżi ta' transitu li jkun fih:

(i) deskrizzjoni preċiża ta' l-oġġetti;

(ii) id-dati tal-ħatt u tat-tagħbija mill-ġdid tagħhom, bil-partikolarijiet li jidentifikaw il-vetturi tat-trasport użati;

(iii) dikjarazzjoni li tiċċertifika l-kundizzjonijiet li kienu miżmumin fihom; jew

(c) fejn il-prova msemmija fil-punti (a) jew (b) ma tistax tiġi pprovduta, kwalunkwe dokumenti li jistgħu jkunu ta' prova b'mod ieħor.

Artikolu 17

Kooperazzjoni amministrattiva ma’ ċerti pajjiżi terzi

1.  Hekk kif l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita proċedura ta' kooperazzjoni amministrattiva skond l-Artikoli 63 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tkun intbagħtet minn kull pajjiż terz imniżżel fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, komunikazzjoni dwar it-trażmissjoni ta' dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata fis-serje “C” tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.  Liċenzji “A” għal importazzjonijiet tat-tewm li joriġina mill-pajjiżi elenkati fl-Anness IV jistgħu jinħarġu biss jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun bagħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-informazzjoni titqies li tkun intbagħatet fid-data tal-publikazzjoni kif hemm dispost fil-paragrafu 1.



KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 hu rrevokat.

Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1870/2005 għandu jibqa' japplika fir-rigward ta' liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa skond dak ir-Regolament għall-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni li jiskadi fil-31 ta' Mejju 2007.

Artikolu 19

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M8




ANNESS I



Kwoti tariffarji introdotti skont id-Deċiżjoni 2001/404/KE, id-Deċiżjoni 2006/398/KE u d-Deċiżjoni 2014/116/UE għal importazzjonijiet ta' tewm bil-kodiċi NM 0703 20 00

L-oriġini

In-numru tal-ordni

Il-kwota (f'tunnellati)

L-ewwel subperjodu (Ġunju-Awwissu)

It-tieni subperjodu (Settembru-Novembru)

It-tielet subperjodu (Diċembru-Frar)

Ir-raba' subperjodu (Marzu-Mejju)

Total

L-Arġentina

 

 

 

 

 

19 147

Importaturi tradizzjonali

09.4104

9 590

3 813

 

Importaturi ġodda

09.4099

4 110

1 634

 

Total

 

13 700

5 447

 

Iċ-Ċina

 

 

 

 

 

46 075

Importaturi tradizzjonali

09.4105

8 278

8 278

7 210

8 488

 

Importaturi ġodda

09.4100

3 547

3 547

3 090

3 637

 

Total

 

11 825

11 825

10 300

12 125

 

Pajjiżi terzi oħra

 

 

 

 

 

6 023

Importaturi tradizzjonali

09.4106

941

1 960

929

386

 

Importaturi ġodda

09.4102

403

840

398

166

 

Total

 

1 344

2 800

1 327

552

 

Total

 

13 169

14 625

25 327

18 124

71 245

▼M1 —————

▼B




ANNESS III

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2)

bil-Bulgaru

:

Лицензия, издадена и валидна само за под-периода от 1 месец/година до 28/29/30/31 (месец/година)

bl-Ispanjol

:

certificado expedido y válido solamente para el subperiodo comprendido entre el 1 [mes y año] y el 28/29/30/31 [mes y año]

biċ-Ċek

:

Licence vydaná a platná pouze pro podobdobí od 1. [měsíc/rok] do 28./29./30./31 [měsíc/rok]

bid-Daniż

:

Licens, der kun er udstedt og gyldig for delperioden 1. [måned/år] — 28./29./30./31. [måned/år]

bil-Ġermaniż

:

Lizenz nur erteilt und gültig für den Teilzeitraum vom 1. [Monat/Jahr] bis zum 28./29./30./31. [Monat/Jahr]

bl-Estonjan

:

Litsents on välja antud üheks alaperioodiks alates 1. [kuu/aasta] kuni 28./29./30./31. [kuu/aasta] ja kehtib selle aja jooksul

bil-Grieg

:

Πιστοποιητικό εκδοθέν και ισχύον μόνο για την υποπερίοδο από την 1η [μήνας/έτος] έως τις 28/29/30/31 [μήνας/έτος]

bl-Ingliż

:

licence issued and valid only for the subperiod 1 [month/year] to 28/29/30/31 [month/year]

bil-Franċiż

:

certificat émis et valable seulement pour la sous-période du 1er [mois/année] au 28/29/30/31 [mois/année]

▼M5

bil-Kroat

:

izdane dozvole koje vrijede samo za podrazdoblje od 1. [mjesec/godina] do 28./29./30./31. [mjesec/godina]

▼B

Bl-Irlandiż

:

ceadúnas a eiseofar don fhotréimhse ón 1[mí/bliain] go dtí an 28/29/30/31[mí/bliain] nach bailí dó ach ar feadh na fotréimhse sin

bit-Taljan

:

titolo rilasciato e valido unicamente per il sottoperiodo dal 1° [mese/anno] al 28/29/30/31 [mese/anno]

bil-Latvjan

:

atļauja izdota un derīga tikai attiecībā uz vienu apakšperiodu no 1. [mēnesis/gads] līdz 28./29./30./31. [mēnesis/gads]

bil-Litwan

:

Licencija išduota ir galioja tik vieną laikotarpio dalį nuo [metai, mėnuo] 1 d. iki [metai, mėnuo] 28/29/30/31 d.

bl-Ungeriż

:

Az engedélyt kizárólag a [év/hó] 1-jétől [év/hó] 28/29/30/31-ig terjedő alidőszakra állították ki és kizárólag erre az időszakra érvényes

bil-Malti

:

Liċenzja maħruġa u valida biss għas-subperjodu mill-1 ta' (xahar/sena) sa' 28/29/30/31 ta' (xahar/sena)

bl-Olandiż

:

certificaat afgegeven voor en slechts geldig in de deelperiode van 1 [maand/jaar] tot en met 28/29/30/31 [maand/jaar]

bil-Pollakk

:

Pozwolenie wydane i ważne tylko na podokres od dnia 1 [miesiąc/rok] r. do dnia 28/29/30/31 [miesiąc/rok] r.

bil-Portugiż

:

certificado emitido e válido apenas para o sub período de 1 [mês/ano]de a 28/29/30/31 de [mês/ano]

bir-Rumen

:

licență emisă și valabilă numai pentru subperioada de la 1 [lună/an] până la 28/29/30/31[lună/an]

bl-Islovakk

:

licencia vydaná a platná len pre podobdobie od 1. [mesiac/rok] do 28./29./30./31. [mesiac/rok]

bl-Isloven

:

dovoljenje, izdano in veljavno izkljucno za pododobje od 1 [meseca/leta] do 28./29./30./31. [meseca/leta]

bil-Finlandiż

:

todistus on myönnetty osakiintiökaudeksi 1 [kuukausi/vuosi] 28/29/30/31 päivään [kuukausi/vuosi] ja se on voimassa ainoastaan kyseisenä osakiintiökautena

bl-Iżvediż

:

licens utfärdad och giltig endast för delperioden den 1 [månad/år] till den 28/29/30/31 [månad/år]

▼M2




ANNESS IV

Lista ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17

L-Iran

Il-Libanu

Il-Malasja

It-Tajwan

L-Emirati Għarab Magħquda

Il-Vjetnam.



( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

( 2 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.