02007D0275 — MT — 14.12.2019 — 003.001

Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

►M4  ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ April 2007

dwar listi ta’ prodotti komposti li jridu jkunu soġġetti għall-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera ◄

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/275/KE)

(ĠU L 116 4.5.2007, p. 9)

Emendata bi:

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta’ Jannar 2012

  L 12

1

14.1.2012

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/31/UE tal-21 ta’ Diċembru 2011

  L 21

1

24.1.2012

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1196 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-20 ta' Lulju 2016

  L 197

10

22.7.2016

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2007 tat-18 ta’ Novembru 2019

  L 312

1

3.12.2019

▼B

▼M4

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ April 2007

dwar listi ta’ prodotti komposti li jridu jkunu soġġetti għall-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera

▼B

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1547)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/275/KE)

▼M4

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli rigward il-prodotti komposti li jridu jiġu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera mad-dħul tagħhom fl-Unjoni.

▼B

Artikolu 2

Id-Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“prodott kompost”: oġġett ta’ l-ikel maħsub għall-konsum uman li jkun fih kemm prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali kif ukoll prodotti li joriġinaw mill-pjanti, u jinkludi dawk fejn l-ipproċessar tal-prodott primarju jkun parti integrali mill-produzzjoni tal-prodott finali;

(b) 

“prodotti tal-laħam”: prodotti kif iddefiniti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(ċ) 

“prodotti pproċessati”: il-prodotti pproċessati elenkati taħt il-punt 7 ta’ l-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(d) 

“prodotti tal-ħalib”: prodotti kif iddefiniti fil-punt 7.2 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

▼M4

Artikolu 3

Kontrolli uffiċjali tal-prodotti komposti elenkati fl-Anness I

1.  Il-prodotti komposti elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

2.  L-għażla inizjali tal-prodotti komposti għall-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq il-bażi tan-Nomenklatura Magħquda fil-Kolonna (1) tal-Anness I għandha tiġi kkwalifikata b’referenza għat-test jew għal-leġiżlazzjoni speċifiċi msemmijin fil-Kolonna (3) tal-Anness I.

▼B

Artikolu 4

▼M4

Prodotti komposti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali

Il-prodotti komposti li ġejjin għandhom jiġu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali:

▼B

(a) 

Il-prodotti komposti li fihom prodott tal-laħam ipproċessat.

(b) 

Il-prodotti komposti li fihom nofs is-sustanza tagħhom jew aktar minn kwalunkwe prodott ipproċessat wieħed li joriġina mill-annimali, għajr prodott tal-laħam ipproċessat.

(ċ) 

Il-prodotti komposti li ma fihom l-ebda prodott tal-laħam ipproċessat u inqas min-nofs is-sustanza tagħhom minn prodott tal-ħalib ipproċessat, fejn il-prodotti finali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 6.

▼M1 —————

▼M4

Artikolu 6

Deroga għal ċerti prodotti komposti

1.  Bħala deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti komposti li ġejjin li ma fihomx prodotti tal-laħam, ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali:

(a) 

il-prodotti komposti li fihom inqas minn nofs is-sustanza tagħhom magħmula minn xi prodott ipproċessat ieħor, dejjem jekk dawn il-prodotti:

(i) 

jibqgħu stabbli f’temperatura ambjentali jew ikun ċar li waqt il-manifattura jkunu għaddew minn proċess sħiħ ta’ trattament bis-sħana jew ikunu ssajru kompletament fil-massa kollha tagħhom, sal-punt li kull prodott nej ikun ġie żnaturat;

(ii) 

ikunu identifikati b’mod ċar li huma maħsuba għall-konsum uman;

(iii) 

ikunu ppakkjati jew issiġillati sew f’kontenituri nodfa;

(iv) 

ikunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali u ttikkettati b’lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru, b’tali mod li dak id-dokument u dak it-tikkettar flimkien ifornu l-informazzjoni dwar in-natura, il-kwantità u n-numru ta’ pakketti tal-prodotti komposti, dwar il-pajjiż tal-oriġini, dwar il-manifattur, u dwar l-ingredjenti;

(b) 

il-prodotti komposti elenkati fl-Anness II.

2.  Madankollu, kull prodott tal-ħalib inkluż fi kwalunkwe prodott kompost għandu jkun idderivat biss mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 ( 2 ), u ttrattat kif indikat f’dak l-Anness.

▼B

Artikolu 7

Ir-revoka

Id-Deċiżjoni 2002/349/KE qed tiġi revokata.

Artikolu 8

L-applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Id-destinatarji.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M2

ANNESS I

▼M4

LISTA TA’ PRODOTTI KOMPOSTI SOĠĠETTI GĦAL KONTROLLI UFFIĊJALI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3

Din il-lista tistabbilixxi l-prodotti komposti f’konformità man-nomenklatura tal-oġġetti li qed tintuża fl-Unjoni sabiex tiġi determinata l-għażla tal-kunsinni li jridu jiġu sottomessi għal kontrolli uffiċjali f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera

▼M2

Noti għat-tabella:

▼M4 —————

▼M2

Nota tal-Kapitolu

Dawn in-noti tal-kapitoli huma spjegazzjonijiet, estratti fejn meħtieġ, min-Noti tal-Kapitoli individwali tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Estratt min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

Informazzjoni addizzjonali dwar il-Kapitoli differenti ġiet estratta, fejn meħtieġ, min-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali mill-2007.

Kolonna (1) – il-kodiċi NM

Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, imwaqqfa bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti (iktar 'il quddiem is-“SA”), imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Mondjali tad-Dwana (“OMD”), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali konkluża fi Brussell, fl-14 ta’ Ġunju 1983, u approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE ( 3 ) (“il-Konvenzjoni SA”). In-NM tirriproduċi t-titoli u s-sottotitoli tas-SA għal sitt figuri, u s-seba' u t-tmien figuri biss joħolqu sottotitoli ulterjuri li huma speċifiċi għaliha.

▼M4

Meta jintuża kodiċi b’erba’ ċifri: sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prodotti kollha prefissi bi jew koperti minn dawn l-erba’ ċifri jridu jiġu sottomessi għal kontrolli uffiċjali f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Fil-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet, il-kodiċijiet NM rilevanti inklużi fis-sistema TRACES stabbilita bl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 huma mqassma f’kodiċi b’sitt jew tmien ċifri.

▼M2

Fejn ċerti prodotti speċifiċi biss taħt kwalunkwe kodiċi b'erba', sitt jew tmien figuri huma meħtieġa li jiġu sottomessi għal verifiki veterinarji u ma teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika taħt din il-kodiċi fin-NM, il-kodiċi jiġi mmarkat Ex (pereżempju, Ex  30 02 : verifiki vetrinarji meħtieġa biss għall-materjal derivat mill-annimali, inklużi ħuxlief u tiben, u mhux għat-titolu, is-sottotitolu jew il-kodiċi NM kollu). Il-kodiċijiet rilevanti huma inklużi wkoll fis-sistema TRACES.

Kolonna (2) - Deskrizzjoni

Id-deskrizzjoni tal-oġġetti hija kif stabbilit fil-kolonna tad-deskrizzjoni tan-NM fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. Għal aktar spjegazzjoni tal-kopertura eżatta tat-Tariffa Doganali Komuni, jekk jogħġbok irreferi għall-aħħar emenda għal dak l-Anness.

▼M4

Kolonna (3) – Kwalifika u spjega

Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-prodotti koperti. Aktar informazzjoni dwar il-prodotti komposti koperti fil-Kapitoli differenti tan-NM tista’ tinstab fl-aktar verżjoni riċenti tan-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea ( 4 ).

▼M2

TABELLA

Bla ħsara għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-NM, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-oġġetti fil-kolonna 2 huwa meqjus li jkun ta’ valur indikattiv biss, ladarba l-oġġetti koperti b'din id-Deċiżjoni huma determinati, f'dan l-Anness, minn kodiċijiet NM.

Meta jkun hemm simbolu “Ex” quddiem kodiċi NM, l-oġġetti koperti b'din id-Deċiżjoni huma determinati mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti fil-kolonna (2) u l-kwalifikazzjoni u l-ispjegazzjoni fil-kolonna (3).

▼M4 —————

▼M2

KAPITOLU 15

Xaħmijiet u żjut u l-prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet li jittieklu mħejjija; xemgħat ta' annimali jew veġetali

Rimarki ġenerali

Xaħmijiet u żjut kollha derivati mill-annnimali. Rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti li ġejjin huma stabbiliti fl-Anness XIV tar-Regolament (EU) Nru 142/2011:

1. 

xaħmijiet mirduda u żejt tal-ħut fir-Ringiela 3 tat-Tabella 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu I;

2. 

xaħmijiet mirduda mill-materjali tal-Kategorija 2 għal ċerti finijiet barra l-katina tal-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet (pereżempju finijiet oleokimiċi) fir-Ringiela 17 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II;

3. 

id-derivattivi tax-xaħam fir-Ringiela 18 tat-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II.

Id-derivattivi tax-xaħam jinkludu l-prodotti tal-ewwel stadju derivati minn xaħmijiet u żjut meta jkunu fl-istat pur tagħhom li jiġu prodotti b'metodu stabbilit fil-punt 1 tal-Kapitolu XI tal-Anness XIII għar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

Id-derivattivi mħallta ma’ materjali oħra huma suġġetti għal verifiki veterinarji.

Noti tal-Kapitolu 15 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a) 

ix-xaħam tal-majjal jew ix-xaħam tat-tjur fit-titolu 0209 ;

(b) 

il-butir, ix-xaħam u ż-żejt tal-kawkaw (it-titolu 1804 );

(ċ) 

preparazzjonijiet li jittieklu li fihom aktar minn 15 % bil-piż tal-prodotti tat-titolu 0405 (ġeneralment il-Kapitolu 21);

(d) 

fdal li ma dabx (it-titolu 2301 ) jew il-fdalijiet tat-titoli 2304 sa 2306 ;

3. It-titolu 1518 ma jkoprix xaħmijiet jew żjut jew il-frazzjonijiet tagħhom, żnaturati biss, li jiġu klassifikati taħt it-titolu xieraq għax-xaħmijiet u għaż-żjut u għall-frazzjonijiet korrispondenti tagħhom mhux żnaturati.

4. Sapun sempliċi, tartru u residwi taż-żejt, żift tal-istearina, żift tal-gliċerol u residwi tax-xaħam tas-suf jaqgħu fit-titolu 1522 .

Estratt mir-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata

It-titolu 1516 ikopri x-xaħmijiet u ż-żjut tal-annimali u veġetali, li jkunu għaddew minn trasformazzjoni kimikali speċifika ta’ tip imsemmi hawn taħt, iżda li ma jkunux ġew ippreparati aktar.

It-titolu jkopri wkoll frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut tal-annimali jew veġetali li ġew ittrattati b'mod simili.

L-idroġenizzazzjoni, li tiġi affettwata billi l-prodotti jiġu f'kuntatt ma’ idroġenu pur f'temperatura u taħt pressjoni adattati fil-preżenza ta’ katalista (ġeneralment nikil imfarrak b'mod fin), tgħolli l-punti tat-tidwib tax-xaħmijiet u żżid il-konsistenza taż-żjut billi tittrasforma l-gliċeridi mhux saturati fi gliċeridi saturati b'punti ogħla ta’ tidwib.

▼M3

It-titolu 1518 ikopri taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta' xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex jew ta' frazzjonijiet ta' xaħmijiet jew żjut differenti tal-Kapitolu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra.

Din il-parti tkopri, inter alia, iż-żejt tal-qali użat li fih, pereżempju, żejt tal-kolza, żejt tas-sojja u kwantità żgħira ta' xaħam tal-annimali, għall-użu fil-preparazzjoni tal-għalf tal-annimali.

▼M4

▼M2

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

1501

Xaħam tal-majjal (inkluż il-lardu) u xaħam tat-tjur, għajr dak tat-titolu 0209 jew 1503 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

1502

Xaħmijiet ta’ annimali tal-ifrat (bovini), tan-naħaġ jew tal-mogħoż, għajr dawk tat-titolu 1503 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

1503 00

Stearina tal-lardu, żejt tal-lardu, oleostearina, oleo-oil u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħallta jew ippreparati mod ieħor.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

1504

Xaħmijiet u żjut oħra tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament.

1505 00

Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmin derivati minnu (inkluża l-lanolina).

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

▼M2

1506 00 00

Xaħmijiet u żjut oħra tal-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, kemm jekk irfinuti jew le, iżda mhux modifikati kimikament.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

1516 10

Xaħmijiet u żjut mill-annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, parzjalment jew kompletament idroġenati, interesterifikati, riesterifikati jew elajdinizzati, raffinati jew le, iżda mhux ippreparati aktar.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex  15 17

Marġerina, taħlitiet li jittieklu jew preparazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex jew frazzjonijiet ta’ xaħmijiet jew żjut differenti ta’ dan il-kapitolu, minbarra xaħmijiet jew żjut jew frazzjonijiet tagħhom tat-titolu 1516 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex 1518 00 91

Xaħmijiet u żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, ossidati, deidrati, mogħtija l-kubrit, minfuħa, polimerizzati bis-sħana f'vakwu jew f'gass inerti jew li jkunu modifikati kimikament mod ieħor, għajr dawk tat-titolu 1516 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

▼M3

Ex 1518 00 95

Taħlitiet jew preparazzjonijiet li ma jittiklux ta' xaħmijiet u żjut tal-annimali jew tal-annimali u tal-ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex 1518 00 99

Oħrajn

1521 90 91

Xema' tan-naħal mhux maħduma u xemgħat oħrajn tal-insetti.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

1521 90 99

Xema' tan-naħal u xema' ta’ insetti oħrajn, kemm jekk irfinuti jew ikkuluriti jew le, għajr dawk mhux ipproċessati.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex 1522 00

Degras; residwi li jirriżultaw mit-trattament ta’ sustanzi xaħmija jew xema' mill-annimali u l-ħxejjex.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

(1)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1).

KAPITOLU 16

Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn:

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti mill-annimali pproċessati.

Noti tal-Kapitolu 16

1. Dan il-kapitolu ma jkoprix il-laħam, il-fdal tal-laħam, il-ħut, il-krustaċji, il-molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn li jiġu ppreparati jew ippreservati bil-proċess speċifikat fil-Kapitolu 2 jew 3 jew fit-titolu 0504 .

2. Il-preparazzjonijiet tal-ikel jaqgħu taħt dan il-kapitolu sakemm dawn ikollhom, aktar minn 20 % tal-piż f'zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom. Meta l-preparazzjoni jkun fiha tnejn jew aktar mill-prodotti msemmija aktar 'il fuq, din tiġi klassifikata fit-titolu tal-Kapitolu 16 li jikkorrispondi għall-komponent jew għall-komponenti li jippredominaw fil-piż. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-prodotti mimlija tat-titolu 1902 jew għall-preparazzjonijiet tat-titolu 2103 jew 2104 .

Għal preparazzjonijiet li fihom fwied, id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ma japplikawx biex ikunu determinati s-sottotitoli taħt it-titolu 1601 jew 1602 .

▼M4

▼M2

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

1601 00

Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn ippreparati jew ippreservati.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

▼M3

1603 00

Estratti u sugu tal-laħam, tal-ħut jew tal-krustaċji, tal-molluski jew ta' invertebrati akkwatiċi oħrajn.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex  16 04

Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-ħut:

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex  16 05

Krustaċji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra, ippreparati jew ippreservati:

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

▼M2

(1)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1).

KAPITOLU 17

Zokkor u ħelu taz-zokkor

Noti tal-Kapitolu 17 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(b) 

zokkrijiet kimikament puri (għajr is-sukrows, il-laktows, il-maltosju, il-glukows u l-fruktows) jew prodotti oħrajn tat-titolu 2940 ;

▼M4

▼M2

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

▼M3

Ex  17 02

Zokkrijiet oħra, inklużi l-lattożju, il-maltożju, il-glukożju u l-fruttożju kimikament puri, f'forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx taħwir jew koloranti miżjudin; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat jew le ma' għasel naturali.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

(1)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1).

▼M3

KAPITOLU 18

Kawkaw u preparazzjonijiet tal-kawkaw

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti mill-annimali u l-prodotti komposti li fihom prodotti mill-annimali pproċessati.

Noti tal-Kapitolu 18 (estratt min-Noti ta' dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

Dan il-kapitolu ma jkoprix il-preparazzjonijiet tat-titli 0403 , 1901 , 1904 , 1905 , 2105 , 2202 , 2208 , 3003 jew 3004 .

▼M4

▼M3

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex  18 06

Ċikkulata u preparazzjonijiet tal-ikel oħra li fihom il-kawkaw.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

(1)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1).

▼M2

KAPITOLU 19

Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; il-prodotti ta’ koki tal-għaġina

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.

It-titolu 1902 [għaġin, kemm jekk imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħra) jew ippreparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini, lażanja, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le] ikopri biss prodotti tal-annimali li jinsabu fil-prodotti tas-sottotitoli 1902 11 , 1902 20 , 1902 30  u 1902 40 .

It-titolu 1902 ikopri preparazzjonijiet kulinari msajra jew imsajra minn qabel li jkun fihom prodotti mill-annimali kif stabbilit għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4 - 6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.

Noti tal-Kapitolu 19 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(a) 

għajr fil-każ tal-prodotti mimlija tat-titolu 1902 , preparazzjonijiet tal-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħm, demm, ħut, jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16);

▼M3

▼M2

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

▼M3

Ex  19 01

Estratt tax-xgħir; il-preparazzjonijiet tal-ikel mid-dqiq, mill-groats (xgħir u barli mitħun oħxon), mill-pasta, mil-lamtu jew mill-estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra; preparazzjonijiet tal-ikel mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 , li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas min 5 %, bil-piż, tal-kawkaw ikkalkulat fuq bażi totalment bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2)  ◄

▼M2

1902 11 00

Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor, li fih il-bajd.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2)  ◄

1902 20 10

Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat mod ieħor li fih aktar minn 20 % bil-piż tal-ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2)  ◄

1902 20 30

Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat mod ieħor li fih aktar minn 20 % bil-piż ta’ zalzett u laħam simili, ta’ laħam u fdal tal-laħam ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip jew oriġini.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2)  ◄

Ex 1902 20 91

Għaġin mimli Imsajjar.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2)  ◄

Ex 1902 20 99

Oħrajn [għaġin mimli ieħor, mhux imsajjar].

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2)  ◄

Ex 1902 30

Għaġin ieħor għajr l-għaġin tas-sottotitoli 1902 11 , 1902 19  u 1902 20 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2)  ◄

Ex 1902 40

Kuskus.

Ex 1904 10 10

Ikel ippreparat miksub billi jintefaħ jew jinxtewa l-qamħirrum.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2)  ◄

▼M2

Ex 1904 90 10

Ikel ippreparat miksub mir-ross.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (2)  ◄

▼M3

Ex  19 05

Patisseries.

(1)   Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 443/2013 tas- 7 ta' Mejju 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 130, 15.5.2013, p. 17).

(2)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1).

KAPITOLU 20

Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż jew partijiet oħra ta’ pjanti

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.

Noti tal-Kapitolu 20 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(b) 

il-preparazzjonijiet tal-ikel li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, jew kwalunkwe taħlita tagħhom (il-Kapitolu 16).

▼M4

▼M2

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex  20 04

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex  20 05

Ħxejjex oħra ppreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżati, għajr il-prodotti tat-titolu 2006 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

(1)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1).

KAPITOLU 21

Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati mill-annimali kif stabbilit għall-prodotti komposti fl-Artikoli 4 - 6 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE u preparazzjonijiet tal-ikel li jkun fihom prodotti mill-annimali mhux ipproċessati.

Noti għall-Kapitolu 21 (estratt min-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

1. Dan il-kapitolu ma jkoprix:

(e) 

il-preparazzjonijiet tal-ikel, għajr il-prodotti deskritti fit-titoli 2103 jew 2104 , li fihom aktar minn 20 %, bil-piż, ta’ zalzett, laħam, fdal tal-laħam, demm, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, jew kwalunkwe taħlita oħra tagħhom (il-Kapitolu 16).

3. Għall-għanijiet tat-titolu 2104 , l-espressjoni “preparazzjonijiet komposti tal-ikel omoġenizzati” tfisser preparazzjonijiet magħmulin minn taħlita omoġenizzata fina ta’ żewġ ingredjenti bażiċi jew aktar bħal ħut, laħam, ħxejjex jew frott, ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut bħala ikel għat-trabi jew għal għanijiet dijetetiċi, f'kontenituri ta’ kontenut ta’ piż nett li ma jaqbiżx il-250 g. Għall-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni, m'għandhomx jitqiesu l-kwantitajiet żgħar ta’ kwalunkwe ingredjent li jista' jiġi miżjud mat-taħlita għat-taħwir, għall-preservazzjoni jew għal għanijiet oħrajn Dawn il-preparazzjonijiet jista' jkun fihom kwantità żgħira ta’ bċejjeċ viżibbli ta’ ingredjenti.

▼M3

Noti addizzjonali

….

5. Preparazzjonijiet tal-ikel oħra ppreżentati f'dożi mkejla, bħal pereżempju, kapsuli, pastilji u pilloli, u li huma maħsuba biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel għandhom ikunu kklassifikati taħt it-titolu 2106 , sakemm ma jkunux speċifikati jew inklużi band'oħra.

▼M4

▼M2

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

Ex 2103 90 90

Zlazi u preparazzjoni tagħhom; kondimenti mħallta u ħwawar imħallta; dqiq u pasta tal-mustarda, u mustarda ppreparata. - Oħrajn

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

▼M3

Ex  21 04

Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

▼M2

Ex 2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex 2106 10

Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġa.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

▼M3

Ex 2106 90 92

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn mhux speċifikati jew inklużi band'oħra, li ma fihom ebda xaħam tal-ħalib, sukrożju, iżoglukożju, glukożju jew lamtu jew li fihom, bil-piż, anqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew iżoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex 2106 90 98

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra.

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

▼M2

(1)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1).

KAPITOLU 22

Xorb, Spirti u ħall

Noti għall-Kapitolu 22 (estratt mir-Noti ta’ dan il-Kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87)

3. Għall-finijiet tat-titolu 2202 , it-terminu “xorb mhux alkoħoliku” tfisser xorb ta’ qawwa alkoħolika bil-volum li ma jaqbiżx 0,5 % vol. Ix-xorb alkoħoliku huwa kklassifikat fit-titoli 2203 sa 2206 jew it-titolu 2208 kif xieraq.

▼M4

▼M2

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifikazzjoni u spjegazzjoni

(1)

(2)

(3)

▼M3

Ex 2202 90 91

Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009  u li fih inqas minn 0,2 % bil-piż ta' xaħam miskub mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex 2202 90 95

Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009  u li fih 0,2 % jew aktar iżda inqas minn 2 % bil-piż ta' xaħam miskub mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex 2202 90 99

Xorb mhux alkoħoliku ieħor, li mhuwiex meraq tal-frott jew tal-ħxejjex tat-titolu 2009  u li fih 2 % jew aktar bil-piż ta' xaħam miskub mill-prodotti tat-titoli 0401 sa 0404 .

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

Ex 2208 70

Likuri u kordjali

►M4  Prodotti komposti biss (ara l-Artikoli 4 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni)

Għall-prodotti ħlief il-prodotti komposti, ara l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 (1)  ◄

(1)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2019/2007 tat-18 ta' Novembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati minnhom u ħuxlief u tiben soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE (ĠU L 312, 29.11.2019, p.1).

▼M4 —————

▼M4

KAPITOLU 99

Kodiċi speċjali tan-nomenklatura magħquda

Subkapitolu II

Kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ oġġetti

Kummenti ġenerali

Dan il-kapitolu jkopri l-prodotti komposti li joriġinaw minn pajjiżi terzi u jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru fi ħdan l-Unjoni Ewropea skont il-proċedura ta’ tranżitu doganali (T1).

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwalifika u spjega

(1)

(2)

(3)

ex 9930 24 00

L-oġġetti tal-Kapitoli 1 sa 24 tan-NM li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru.

Prodotti komposti ddestinati għall-provvista tal-bastimenti kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

ex 9930 99 00

Oġġetti kklassifikati band’oħra li jitwasslu lill-bastimenti u lill-inġenji tal-ajru.

Prodotti komposti ddestinati għall-provvista tal-bastimenti kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2017/625.

▼M3

ANNESS II

▼M4

Lista tal-prodotti komposti li mhumiex soġġetti għall-kontrolli uffiċjali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1)

Din il-lista tistabbilixxi l-prodotti komposti skont in-nomenklatura tal-oġġetti li qed tintuża fl-Unjoni li ma għandhomx għalfejn jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

▼M3

Noti li jirrigwardaw it-tabella:

Kolonna (1) — il-kodiċi NM

Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (SA) imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li saret l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali, konkluża fi Brussell, fl-14 ta' Ġunju 1983, u approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni 87/369/KEE (“il-Konvenzjoni SA”). In-NM tirriproduċi t-titoli u s-sottotitoli tas-SA sa sitt figuri, u s-seba' u t-tmien figuri biss joħolqu sottotitoli ulterjuri li huma speċifiċi għaliha.

▼M4

Meta jintuża kodiċi b’erba’ ċifri: sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prodotti komposti kollha prefissi bi jew koperti minn dawn l-erba’ ċifri mhumiex meħtieġa li jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

▼M3

Meta jkunu biss ċerti prodotti speċifikati taħt kwalunkwe kodiċi ta' erba', sitt jew tmien figuri li fihom prodotti tal-annimali u fin-NM ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi, il-kodiċi jiġi mmarkat ex (pereżempju, ex 2001 90 65 : il-kontrolli veterinarji mhumiex meħtieġa għall-prodotti deskritti fil-Kolonna (2)).

▼M4

Kolonna (2) — Spjegazzjoni

Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-prodotti komposti koperti bid-deroga mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Meta jkun meħtieġ, il-persunal uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jrid jivvaluta l-ingredjenti ta’ prodott kompost u jispeċifika, jekk il-prodott mill-annimali li jkun hemm fil-prodott kompost ikunx ipproċessat biżżejjed sabiex ma jkunux meħtieġa l-kontrolli uffiċjali previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

▼M3

Kodiċi NM

Spjegazzjonijiet

(1)

(2)

1704 , 1806 20 , 1806 31 , 1806 32 , 1806 90 11 , 1806 90 19 , 1806 90 31 , 1806 90 39 , 1806 90 50

Ħlewwiet (inkluż il-ħelu) u ċikkulata, li fihom inqas minn 50 % ta' prodotti tal-bajd u tal-ħalib ipproċessati u ttrattati kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(a) ta' din id-Deċiżjoni.

1902 19 , 1902 30 , 1902 40

Għaġin u taljarini mhux imħallta jew mimlija bi prodotti tal-laħam; li fihom inqas minn 50 % ta' prodotti tal-bajd u tal-ħalib ipproċessati u ttrattati kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(a) ta' din id-Deċiżjoni.

1905 10 , 1905 20 , 1905 31 , 1905 32 , 1905 40 , 1905 40 10 , 1905 90 10 , 1905 90 20 , 1905 90 30 , 1905 90 45 , 1905 90 55 , 1905 90 60 , ex 1905 90 90 ;

Ħobż, kejkijiet, gallettini, waffles u wejfers, biskuttelli, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili; li fihom inqas minn 20 % ta' prodotti tal-bajd u tal-ħalib ipproċessati u ttrattati kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(a) ta' din id-Deċiżjoni.

1905 90 ikopri biss prodotti nixfin u li jitfarrku malajr.

ex 2001 90 65 , ex 2005 70 00

ex  16 04

Żebbuġ mimli b'inqas minn 20 % ta' ħut

Żebbuġ mimli b'aktar minn 20 % ta' ħut

ex 2104 10  u ex 2104 20

Stokkijiet u ħwawar tas-sopop ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom anqas minn 50 % ta' żjut tal-ħut, trab tal-ħut jew estratti tal-ħut u ttrattati kif stipulat fl-Artikolu 6(1)(a) ta' din id-Deċiżjoni.

ex 2106 10 , ex 2106 90

Supplimenti tal-ikel ippakkjati għall-konsumatur finali, li fihom ammonti żgħar (inqas minn 20 % b'kollox) ta' prodotti pproċessati mill-annimali (inkluż il-glukożammina, il-kondrojtin u/jew il-kitosan) għajr il-prodotti tal-laħam.

( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).

( 3 ) ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1.

( 4 ) Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 119, 29.3.2019, p. 1), kif sussegwentement emendata.