02007D0025 — MT — 21.12.2017 — 008.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/25/KE)

(ĠU L 008 13.1.2007, p. 29)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2007/876/KE tad-19 ta’ Diċembru 2007

  L 344

50

28.12.2007

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2009/6/KE tas-17 ta’ Diċembru 2008

  L 4

15

8.1.2009

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2009/818/KE tas-6 ta’ Novembru 2009

  L 291

27

7.11.2009

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2010/734/UE tat-30 ta’ Novembru 2010

  L 316

10

2.12.2010

 M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/248/UE tas-7 ta’ Mejju 2012

  L 123

42

9.5.2012

►M6

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

 M7

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/635/UE tal-31 ta’ Ottubru 2013

  L 293

40

5.11.2013

 M8

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2225 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-30 ta' Novembru 2015

  L 316

14

2.12.2015

►M9

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2410 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-20 ta' Diċembru 2017

  L 342

13

21.12.2017




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Diċembru 2006

fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/25/KE)



Artikoli 1

Moviment mill-pajjiżi terzi

1.  L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mill-pajjiżi terzi ta' l-għasafar tad-dar ħajjin mill-pajjiżi terzi biss fejn il-konsenja ikun fiha mhux iktar minn ħames għasafar u:

(a) l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti A ta' l-Anness I; jew

(b) l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti B ta' l-Anness I fuq kundizzjoni li l-għasafar;

▼M4

(i) inżammu iżolati għal 30 jum qabel l-esportazzjoni fil-post tat-tluq f’pajjiż terz elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I jew il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 ( 1 ), jew

▼M9

(ii) jinżammu fi kwarantina għal 30 jum wara l-importazzjoni fl-Istat Membru destinatarju f'postijiet approvati skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 ( 2 ), jew

(iii) ikunu tlaqqmu fl-aħħar sitt xhur u sa mhux aktar tard minn 60 jum qabel it-tluq mill-pajjiż terz, u f'mill-inqas okkażjoni waħda jkunu tlaqqmu mill-ġdid kontra l-influwenza tat-tjur tas-sottotipi H5 u H7; il-vaċċini użati jridu jkunu approvati għall-ispeċi kkonċernata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, jew

(iv) ikunu nżammu f'iżolament għal mill-inqas 10 ijiem qabel l-esportazzjoni u jkun sarilhom test biex jiġi individwat l-antiġen jew il-ġenoma H5 u H7 tal-influwenza tat-tjur kif stabbilit fil-Kapitolu dwar l-influwenza tat-tjur tal-Manwal ta' Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri, kif aġġornat b'mod regolari mill-OIE, imwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel it-tielet jum ta' iżolament, u

▼M9

(v) jiġu ttrasferiti f'dar privata jew f'residenza oħra fl-Unjoni u fil-perjodu ta' 30 jum wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni ma jkunux jistgħu jiddaħħlu f'wirjiet, f'fieri, f'eżebizzjonijiet jew f'raggruppamenti oħra ta' għasafar, bl-eċċezzjoni tal-movimenti f'faċilità approvata għall-kwarantina wara l-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni kif imsemmi fil-punt (ii).

▼B

2.  Il-konformità mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 se tiġi ċċertifikata minn veterinarju uffiċjali, fil-każ tal-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b)(ii) ibbażat fuq id-dikjarazzjoni tas-sidien, fil-pajjiż terz tat-tluq skond iċ-ċertifikat mudell previst fl-Anness II.

3.  Iċ-ċertifikat veterinarju jrid ikun appoġġjat b'dikjarazzjoni tas-sid jew rappreżentant tas-sid b'konformità ma' l-Anness III.

Artikolu 2

Kontrolli veterinarji

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi għasafar domestiċi mċaqalqa fit-territorju tal-Komunitarju minn pajjiż terz huma suġġetti għall-kontrolli tad-dokumenti u ta' l-identità mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt tad-dħul tal-vjaġġatur fit-territorju Komunitarju.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet msemmija f'paragrafu 1 responsabbli għal dawn il-kontrolli u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.

3.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jfassal lista tal-postijiet tad-dħul kif imsemmija fil-paragrafu 1 u jibgħatha lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

▼M9

4.  Meta dawn il-kontrolli juru li l-annimali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għandu japplika l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-moviment lejn it-territorju Komunitarju ta' għasafar li jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom minn Andorra, ►M6  ————— ◄ il-Gżejjer Faeroe, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monako, in-Norveġja, San Marino, l-Iżvizzera u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2005/759/KE hija revokata.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika ►M9  sal-31 ta' Diċembru 2018 ◄ .

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PARTI A

Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(a):

PARTI B

Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(b):

 l-Afrika,

 l-Ameriki,

 L-Ażja, il-Lvant Imbiegħed u l-Oċeanja

 l-Ewropa, u

 l-Lvant Nofsani

▼M4




ANNESS II

image

image

►(2) M9  

►(2) M9  

image




ANNESS III

DIKJARAZZJONI

Jiena, is-sid ( 4 )/persuna responsabbli għall-għasfur (għasafar) f’isem is-sid (4)  hawn taħt sottoskritt niddikjara:

1. L-għasfur (għasafar) qiegħed (qegħdin) jakkumpanja(w) il-persuna sottosrkritta u mhux (mhumiex) maħsub(a) li jinbiegħ(u) jew li jiġi(u) trasferit(i) lil sid ieħor.

2. L-għasfur (għasafar) se jibqa’ (jibqgħu) taħt ir-responsabbiltà tal-persuna sottoskritta matul il-ġarr mhux kummerċjali tiegħu/tagħhom.

3. Waqt il-perjodu ta’ bejn l-ispezzjoni veterinarja ta’ qabel il-ġarr u t-tluq attwali l-għasfur (għasafar) jibqa’ (jibqgħu) iżolat(i) minn kull possibiltà ta’ kuntatt ma’ għasfur (għasafar) ieħor (oħra).

4.

 

 (4) jew

[L-għasfur (għasafar) ġie/ġew iżolat(i) fil-bini għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data tad-dispaċċ mingħajr ma ġie/ġew f’kuntatt ma’ kwalunkwe għasfur (għasafar) ieħor/oħra.]

 (4) jew

L-għasfur (għasafar) wettaq/wettqu l-iżolament ta’ qabel il-ġarr ta’ 10 ijiem.]

 (4) jew

[Għamilt l-arranġamenti għall-kwarantina ta’ wara l-introduzzjoni ta’ 30 jum tal-għasfur (għasafar) fil-bini tal-kwarantina ta’ , kif indikat fiċ-Ċertifikat korrispondenti kif ukoll;]

▼M9

5. L-għasfur (għasafar) irid(u) jiġi/jiġu ttrasferit(i) f'dar privata jew f'residenza oħra fl-Unjoni u fil-perjodu ta' 30 jum wara d-dħul tiegħu/tagħhom fl-Unjoni ma jistax/jistgħux jiddaħħal/jiddaħħlu f'wirjiet, f'fieri, f'eżebizzjonijiet jew f'raggruppamenti oħra ta' għasafar, bl-eċċezzjoni tal-movimenti f'faċilità approvata ta' kwarantina wara d-dħul tiegħu/tagħhom fl-Unjoni.

▼M4



 

 

(Data u Post)

(Firma)



( 1 ) ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

( 2 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta' Jannar 2013 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

( 4 ) Żomm kif xieraq.