2007D0025 — MT — 05.11.2013 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-22 ta' Diċembru 2006 fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 008, 24.8.2007, p.53) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 344 |
50 |
28.12.2007 |
||
L 4 |
15 |
8.1.2009 |
||
L 291 |
27 |
7.11.2009 |
||
L 316 |
10 |
2.12.2010 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Mejju 2012 |
L 123 |
42 |
9.5.2012 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-31 ta’ Ottubru 2013 |
L 293 |
40 |
5.11.2013 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Diċembru 2006
fir-rigward ta' ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta' għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 6958)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/25/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur fix-Xlokk ta' l-Ażja fl-2004, ikkawżata minn razza tal-vajrus b'patoġeniċità għolja, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' din il-marda. Dawk il-miżuri jinkludu b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/756/KE tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja f'ċerti pajjiżi terzi u l-movimenti minn pajjiżi terzi ta' għasafar li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom ( 2 ) Id-Deċiżjoni 2005/759/KE bħalissa tapplika sal-31 ta' Diċembru 2006. |
(2) |
Tifqigħat ta' l-influenza tat-tjur ikkawżati mill-influenza tat-tjur mir-razza H5N1 b'patoġeniċità għolja għadhom iseħħu fuq bażi regolari f'ċerti pajjiżi membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE), li jinkludu pajjiżi li qabel ma kinux affetwati. Il-marda għalhekk għadha ma ġietx ikkontrollata. Barra minn hekk, f'pajjiżi madwar id-dinja għadhom jinstabu każijiet ta' infezzjoni fil-bnedmin u anki mwiet b'riżultat ta' kuntatt mill-qrib ma' għasafar infettati. |
(3) |
Wara talba mill-Kummissjoni, il-Bord (EFSA) fuq is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali (AHAW) matul il-laqgħa fis-26/27 ta' Ottubru 2006 adotta Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji fuq is-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali assoċjati ma' l-importazzjoni ta' għasafar selvaġġi minbarra tjur ta' l-irziezet fil-Komunità. Din l-opinjoni tindika r-riskji tal-firxa tal-mard virali bħalma huma l-influenza tat-tjur u l-Marda Newcastle via l-importazzjoni ta' għasafar minbarra tjur ta' l-irziezet u tidentifika mezzi u għażliet possibli li jistgħu jnaqqsu kull riskju għas-saħħa ta' l-annimali li jista' jiġi identifikat fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' dawn l-għasafar. Barra minn hekk l-opinjoni tindika li huwa rari li tkun tista' tiddistingwi b'ċertezza bejn għasafar “maqbuda fis-selvaġġ” u għasafar “mrobbija”, peress li l-metodi ta' markar jistgħu jkunu applikati lil tipi differenti ta' għasafar mingħajr ma jkun possibbli li tiddistingwi bejniethom. |
(4) |
Dawn il-konklużjonijiet jisgħtu wkoll ikunu applikati għal moviment ta' għasafar domestiċi minn pajjiżi terzi. Sabiex tkun garantita distinzjoni ċara bejn għasafar maqbudin fis-selvaġġ għall-importazzjoni kummerċjali u għasafar domestiċi, il-moviment ta' għasafar ħajjin domestiċi għandu jibqa' suġġett għall-kundizzjonijiet stretti, mingħajr distinzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini, sabiex ikun żgurat l-istatus ta' l-għasafar domestiċi u biex jiġi evitat it-tixrid ta' dak il-mard virali. Għalhekk huwa xieraq li l-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2005/759/KE tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2007. |
(5) |
Mill-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni 2005/759/KE ġiet emendata bosta drabi. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni 2005/759/KE għandha tiġi revokata u mibdula b'din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikoli 1
Moviment mill-pajjiżi terzi
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mill-pajjiżi terzi ta' l-għasafar tad-dar ħajjin mill-pajjiżi terzi biss fejn il-konsenja ikun fiha mhux iktar minn ħames għasafar u:
(a) l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti A ta' l-Anness I; jew
(b) l-għasafar jiġu minn pajjiż membru ta' l-OIE li qiegħed taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Reġjonali mniżżla fil-Parti B ta' l-Anness I fuq kundizzjoni li l-għasafar;
(i) inżammu iżolati għal 30 jum qabel l-esportazzjoni fil-post tat-tluq f’pajjiż terz elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I jew il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 ( 3 ), jew
(ii) jinżammu fil-kwarantina għal 30 jum wara l-importazzjoni ġol-Istat Membru destinatarju f’postijiet approvati skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 ( 4 ), jew
(iii) ġew, fi żmien l-aħħar sitt xhur u mhux aktar minn 60 ġurnata qabel it-tluq mill-pajjiż terz, ġew imlaqqma, u ta' lanqas f'okkażjoni waħda mlaqqma mill-ġdid, kontra l-influwenza tat-tjur bl-użu tat-tilqima H5 approvata għall-ispeċi ikkonċernata skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur; jew
(iv) inżammu iżolati għal mill-inqas 10 ijiem qabel l-esportazzjoni u għamlu test biex jindividwaw l-antiġenu jew il-ġenoma tal-influwenza avjarja H5N1 kif stabbilit fil-Kapitolu tal-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri, kif aġġornat b’mod regolari mill-OIE, mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel it-tielet ġurnata ta’ iżolament.
2. Il-konformità mal-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 se tiġi ċċertifikata minn veterinarju uffiċjali, fil-każ tal-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1(b)(ii) ibbażat fuq id-dikjarazzjoni tas-sidien, fil-pajjiż terz tat-tluq skond iċ-ċertifikat mudell previst fl-Anness II.
3. Iċ-ċertifikat veterinarju jrid ikun appoġġjat b'dikjarazzjoni tas-sid jew rappreżentant tas-sid b'konformità ma' l-Anness III.
Artikolu 2
Kontrolli veterinarji
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi għasafar domestiċi mċaqalqa fit-territorju tal-Komunitarju minn pajjiż terz huma suġġetti għall-kontrolli tad-dokumenti u ta' l-identità mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt tad-dħul tal-vjaġġatur fit-territorju Komunitarju.
2. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet msemmija f'paragrafu 1 responsabbli għal dawn il-kontrolli u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom minnufih.
3. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jfassal lista tal-postijiet tad-dħul kif imsemmija fil-paragrafu 1 u jibgħatha lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
4. Meta dawn il-kontrolli juru li l-annimali ma jilħqux il-ħtiġiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għandu japplika t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-moviment lejn it-territorju Komunitarju ta' għasafar li jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom minn Andorra, ►M6 ————— ◄ il-Gżejjer Faeroe, Greenland, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, Monako, in-Norveġja, San Marino, l-Iżvizzera u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 5
Id-Deċiżjoni 2005/759/KE hija revokata.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika ►M7 sal-31 ta’ Diċembru 2015 ◄ .
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PARTI A
Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(a):
PARTI B
Il-pajjiżi membri ta' l-OIE li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjonijiet Reġjonali ta' l-OIE msemmija fl-Artikolu 1(1)(b):
— l-Afrika,
— l-Ameriki,
— L-Ażja, il-Lvant Imbiegħed u l-Oċeanja
— l-Ewropa, u
— l-Lvant Nofsani
ANNESS II
ANNESS III
DIKJARAZZJONI
Jiena, is-sid ( 5 )/persuna responsabbli għall-għasfur (għasafar) f’isem is-sid (5) hawn taħt sottoskritt niddikjara:
1. L-għasfur (għasafar) qiegħed (qegħdin) jakkumpanja(w) il-persuna sottosrkritta u mhux (mhumiex) maħsub(a) li jinbiegħ(u) jew li jiġi(u) trasferit(i) lil sid ieħor.
2. L-għasfur (għasafar) se jibqa’ (jibqgħu) taħt ir-responsabbiltà tal-persuna sottoskritta matul il-ġarr mhux kummerċjali tiegħu/tagħhom.
3. Waqt il-perjodu ta’ bejn l-ispezzjoni veterinarja ta’ qabel il-ġarr u t-tluq attwali l-għasfur (għasafar) jibqa’ (jibqgħu) iżolat(i) minn kull possibiltà ta’ kuntatt ma’ għasfur (għasafar) ieħor (oħra); kif ukoll;
4.
(5) jew |
[L-għasfur (għasafar) ġie/ġew iżolat(i) fil-bini għal perjodu ta’ mill-inqas 30 jum eżatt qabel id-data tad-dispaċċ mingħajr ma ġie/ġew f’kuntatt ma’ kwalunkwe għasfur (għasafar) ieħor/oħra.] |
(5) jew |
L-għasfur (għasafar) wettaq/wettqu l-iżolament ta’ qabel il-ġarr ta’ 10 ijiem.] |
(5) jew |
[Għamilt l-arranġamenti għall-kwarantina ta’ wara l-introduzzjoni ta’ 30 jum tal-għasfur (għasafar) fil-bini tal-kwarantina ta’ , kif indikat fiċ-Ċertifikat korrispondenti.] |
(Data u Post) |
(Firma) |
( 1 ) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1467/2006 (ĠU L 274, 5.10.2006, p. 3).
( 2 ) ĠU L 285, 28.10.2005, p. 52; Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/522/KE (ĠU L 205, 27.7.2006, p. 28).
( 3 ) ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.
( 4 ) ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.
( 5 ) Żomm kif xieraq.