02006R1979 — MT — 01.01.2017 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1979/2006

tat-22 ta' Diċembru 2006

li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi

(ĠU L 368 23.12.2006, p. 91)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 113/2008 tas-6 ta’ Frar 2008

  L 33

5

7.2.2008

 M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 637/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014

  L 175

20

14.6.2014

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2244 tat-13 ta' Diċembru 2016

  L 339

4

14.12.2016




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1979/2006

tat-22 ta' Diċembru 2006

li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għal faqqiegħ ippreservat importat minn pajjiżi terzi



Artikolu 1

Ftuħ ta’ kwoti tariffarji u dazji applikabbli

1.  B’dan il-kwoti tariffarji qed jinfetħu b’relazzjoni għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ faqqiegħ ippreżervat tal-ġenus Agaricus klassifikabbli fil-kodiċi NM 0711 51 00 , 2003 10 20 u 2003 10 30 (minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala “faqqiegħ ippreżervat”), soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-volum ta’ kull waħda mill-kwoti tariffarji, in-numru tal-ordni tagħhom u l-perjodu li japplikaw għalih, huma speċifikati fl-Anness I.

2.  Ir-rata ta’ dazju applikabbli għandha tkun ta’ 12 % ad valorem fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 0711 51 00 u 23 % fil-każ ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2003 10 20 u 2003 10 30 .

Artikolu 2

Applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, ħlief jekk previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. “awtoritajiet kompetenti” għandha tfisser korp jew korpi maħtura mill-Istat Membru għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “kwantità ta’ referenza” għandha tfisser il-kwantità massima (piż nettt imnixxef) ta’ faqqiegħ ippreżervat importat kull sena kalendarja minn importatur tradizzjonali waqt waħda mill-aħħar tliet snin kalendarji.

L-importazzjonijiet ta’ faqqiegħ ippreżervat li joriġina fl-Istati Membri tal-Komunità kif ikkostitwiti fil-31 ta’ Diċembru 2006 jew fil-Bulgarija u r-Rumanija m’għandhomx ikunu kkunsidrati fil-kalkolu tal-kwantità ta’ referenza.

Il-kwantitajiet ta’ faqqiegħ ippreżervat li jaqgħu taħt il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(1) u li ma jistgħux jiġu importati waqt il-perjodu ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni minħabba force majeure għandhom ikunu kkunsidrati fil-kalkolu tal-kwantità ta’ referenza.

Artikolu 4

Kategoriji ta’ importaturi

1.  Bħala deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, “importaturi tradizzjonali” għandha tfisser importaturi li jistgħu jipprovaw li:

(a) huma importaw fil-Komunità faqqiegħ ippreżervat f’tal-inqas tnejn mit-tliet snin kalendarji preċedenti;

(b) huma importaw fil-Komunità minn tal-inqas 100 tunnellata ta’ prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, waqt is-sena preċedenti għall-applikazzjoni tagħhom.

2.  B’deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, “importaturi ġodda” għandha tfisser importaturi barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li importaw fil-Komunità tal-inqas 50 tunnellata ta’ prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2201/96, f’kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti.

3.  L-importaturi tradizzjonali u ġodda għandhom jippreżentaw il-prova li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 jew 2 intlaħqu, waqt l-ewwel applikazzjoni tagħhom għal perjodu ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni partikolari lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih u li huma reġistrati fih għal finijiet tal-VAT.

Il-prova ta’ kummerċ ma’ pajjiżi terzi għandha tingħata esklussivament permezz ta’ dokumenti doganali ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, approvati debitament mill-awtoritajiet doganali u li jinkludu referenza għall-applikant ikkonċernat bħala li huwa d-destinatarju.

Artikolu 5

Applikazzjonijiet għal liċenzja u liċenzji

1.  Il-liċenzji ta’ importazzjoni (minn hawn 'il quddiem “liċenzji”) għandhom ikunu validi mid-data effettiva tal-ħruġ tagħhom fit-tifsira tal-Artikolu 2392) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

2.  L-ammont tal-garanzija għandu jkun ta’ EUR 40 kull tunnellata (piż nett imnixxef).

3.  Il-pajjiż tal-oriġini għandu jiddaħħal fil-kaxxa 8 tal-applikazzjoni ta’ liċenzja u tal-liċenzja, u l-kelma “iva” għandha tkun immarkata b’salib. Il-liċenzja għandha tkun valida biss għal importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiż indikat.

4.  B’deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joriġinaw mil-liċenzji ta’ importazzjoni m’għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 6

Allokazzjoni ta’ kwantitajiet totali fost l-importaturi tradizzjonali u ġodda

1.  Il-kwantità totali allokata liċ-Ċina u li pajjiżi terzi oħra, skont l-Anness I, għandha tinqasam kif ġej:

(a) 95 % lill-importaturi tradizzjonali;

(b) 5 % lill-importaturi ġodda.

2.  Jekk il-kwantità allokata liċ-Ċina u lil pajjiżi terzi oħra mhijiex użata għal kollox minn kategorija waħda ta’ importaturi, il-bqija għandha tkun allokata lill-kategorija l-oħra.

3.  Il-kaxxa 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenzja għandha tindika “importatur tradizzjonali” jew “importatur ġdid”, kif jixraq.

Artikolu 7

Restrizzjonijiet applikabbli għall-applikazzjonijiet

1.  L-ammont totali (piż nett imnixxef) tal-aplikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni fil-Komunità ta’ faqqiegħ ippreżervat ippreżentat minn importatur tradizzjonali ma jistax ikun relatati ma’ kwantità li taqbeż il-150 % tal-kwantità ta’ referenza.

2.  L-ammont totali (piż nett imnixxef) tal-applikazzjonijiet għal liċenzja għal importazzjoni fil-Komunità ta’ faqqiegħ ippreżervat ippreżentat minn importatur ġdid għal ċerta oriġini ma jistax jaqbeż il-1 % tal-kwantità totali msemmija fl-Anness I għal dik l-oriġini.

Artikolu 8

Preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal liċenzja minn importaturi

1.  L-importaturi jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal liċenzji waqt l-ewwel ħamest ijiem ta’ xogħol ta’ Jannar.

2.  Meta importtauri ġodda jkunu akkwistaw liċenzji skont ir-Regolament (KE) Nru 1864/2004 jew dan ir-Regolament fis-sena kalendarja preċedenti, huma għandhom jipproduċu wkoll prova li tal-anqas 50 % tal-kwantità allokata lilhom fil-fatt kienet rilaxxata fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.

Artikolu 9

Notifiki ta’ applikazzjonijiet għal liċenzja

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ xogħol ta’ Jannar, bil-kwantitajiet f’kilogrammi li għalihom kienu ppreżentati applikazzjonijiet għal liċenzja.

In-notifiki għandhom ikunu diviżi skont il-kodiċi NM u l-oriġini, u għandhom jingħataw ukoll ċifri separati għall-kwantitajiet ta’ kull prodott applikati minn importaturi tradizzjonali u ġodda, rispetttivament.

Artikolu 10

Ħruġ ta’ liċenzji

Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fis-seba’ jum ta’ xogħol wara l-iskadenza għal notifika prevista mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 12

Kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw kooperazzjoni amministrattiva reċiproka bil-ħsieb li jiżguraw li r-Regolament ikun adottat kif adatt.

Artikolu 13

Miżuri tranżizzjonali għas-snin 2007 u 2008

B’deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), għas-snin 2007 u 2008, u biss fil-Bulgarija u r-Rumanija, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “importaturi tradizzjonali” għandha tfisser importaturi li jistgħu jipprovaw li:

(a) huma importaw faqqiegħ ippreżervat f’tal-inqas tnejn mit-tliet snin kalendarji preċedenti;

(b) huma importaw waqt is-sena kalendarji preċedenti tal-inqas 100 tunnellata ta’ prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96;

(c) l-importazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) saru fil-Bulgarija jew fir-Rumanija, fejn l-importatur ikkonċernat għandu l-uffiċċju prinċipali tiegħu;

(2) “importaturi ġodda” għandha tfisser importaturi barra minn dawk imsemmija fil-punt 1, li importaw fil-Bulgarija jew fir-Rumanija tal-inqas 50 tunnelllata ta’ prodotti ta’ frott jew ħxejjex ipproċessati, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, f’kull waħda mis-sentejn kalendarji preċedenti.

Artikolu 14

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1864/2004 huwa revokat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

L-Artikolu 13 għandu japplika soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS I

Il-volum, in-numru tal-ordni u l-perjodu ta' applikazzjoni tal-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(1) f'tunnellati (piż nett imnixxef)



Pajjiż ta' oriġini

Numri tal-ordni

mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull Sena

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali: 09.4157

30 400

Importaturi ġodda: 09.4193

Pajjiżi terzi oħrajn

Importaturi tradizzjonali: 09.4158

5 030

Importaturi ġodda: 09.4194

▼M1 —————