2006R0861 — MT — 23.07.2011 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 861/2006

tat-22 ta’ Mejju 2006

li jistabbilixxi miżuri finanzjarji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar

▼B

(ĠU L 160, 14.6.2006, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament (UE) Nru 693/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011

  L 192

33

22.7.2011




▼B

▼M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 861/2006

tat-22 ta’ Mejju 2006

li jistabbilixxi miżuri finanzjarji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar

▼B



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd ( 2 ), jipprevedi li l-Politika Komuni tas-Sajd (“PKS”) għandha tiżgura l-isfruttar tar-riżorsi akwatiċi ħajjin b’mod li tipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(2)

Għan kruċjali fl-implimentazzjoni tal-PKS skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u r-regolamenti implimentattivi tiegħu, huwa li l-interventi finanzjarji Komunitarji fis-settur isiru aktar effettivi. Kumplementarjetà akbar u proċeduri organizzati b’mod aktar simplifikat, uniformi u koordinat, kemm fi ħdan il-Komunità u fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, huma essenzjali sabiex jiżguraw il-konsistenza u r-rilevanza tat-tali interventi finanzjarji.

(3)

Jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-għanijiet stabbiliti preċedentement fir-riforma tal-PKS ta’ l-2002, li kienu ġew miżjuda minn strumenti legali u ta’ politika settorjali.

(4)

Flimkien ma’ dan jeħtieġ li l-leġislazzjoni Komunitarja tiġi adattata għal dawk l-għanijiet u għall-orjentazzjonijiet tal-qafas finanzjarju għall-perjodu 2007-2013, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura l-konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 3 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 ( 4 ); u mar-rekwiżiti ta’ simplifikazzjoni u regolamentazzjoni mtejba.

(5)

In-nefqa Komunitarja tista’ tieħu, inter alia, il-forma ta’ deċiżjoni finanzjarja, ftehim ta’ għotja Komunitarja, kuntratt ta’ akkwist pubbliku, Memoranda ta’ Ftehim u arranġamenti amministrattivi konformi mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

(6)

Barra minn hekk, għandu jittieħed kont tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd tad-19 ta’ Lulju 2004 dwar Ftehim ta’ Sħubija tas-Sajd.

(7)

Jeħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar l-għanijiet, l-oqsma ta’ azzjoni u r-riżultati mistennija mill-finanzjament Komunitarju.

(8)

Jeħtieġ li jiġu previsti regoli li jirregolaw l-eliġibilità tan-nefqa, il-livell tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità u l-kondizzjonijiet li taħthom dan għandu jsir disponibbli.

(9)

Huwa ta’ interess komuni li l-Istati Membri jkunu mgħammra b’tali mod li l-kontrolli jitwettqu bi standards għoljin. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jirnexxielhom iwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt ir-regoli tal-PKS, il-Komunità għandha tassisti lill-Istati Membri fl-investimenti tagħhom fil-qasam tal-kontroll.

(10)

Jeħtieġ li tkun żgurata d-disponibilità tal-mezzi finanzjarji meħtieġa sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja l-implimentazzjoni tal-PKS.

(11)

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi wkoll lejn il-budget ta’ l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma annwali ta’ l-Aġenzija, inkluż għat-tagħmir u l-ispejjeż tat-tmexxija u għan-nefqa li din teħtieġ tagħmel biex twettaq dmirijietha.

(12)

L-immaniġġjar tas-sajd jiddependi fuq id-disponibilità ta’ data dwar l-istat bijoloġiku tal-ħażniet tal-ħut u dwar l-attività tal-flotot tas-sajd. Il-ġbir tad-data mwettaq mill-Istati Membri li huwa meħtieġ sabiex titmexxa l-PKS, u l-istudji addizzjonali u l-proġetti pilota mwettqa mill-Kummissjoni, għandhom ikunu megħjuna mill-kontributi finanzjarji tal-Komunità.

(13)

Għandhom isiru disponibbli r-riżorsi finanzjarji sabiex tinkiseb konsultazzjoni xjentifika fuq bażi regolari mingħand l-organizzazzjonijiet xjentifiċi internazzjonali responsabbli mill-koordinazzjoni ta’ l-investigazzjonijiet tas-sajd fl-ibħra fejn joperaw il-flotot tal-Komunità.

(14)

Ir-riforma tal-PKS wasslet għal rikjesti ġodda għall-konsultazzjoni xjentifika, b’mod partikolari dwar l-adozzjoni ta’ approċċ ta’ ekosistema u l-ġestjoni ta’ sajd imħallat. Għandu jkun disponibbli kumpens finanzjarju li jippermetti lill-esperti rikonoxxuti f’dawk l-oqsma jew l-istituzzjonijiet li dawn l-esperti jaħdmu magħhom li jissodisfaw dawk ir-rikjesti addizzjonali.

(15)

Sabiex jingħataw spinta d-djalogu u l-komunikazzjoni mas-settur tas-sajd u gruppi interessati oħrajn, huwa importanti li jiġi żgurat li l-industrija u partijiet oħra interessati jiġu informati fi stadju mill-aktar bikri bl-inizjattivi ppjanati u li l-għanijiet tal-PKS u l-miżuri marbuta magħha jkunu ppreżentati u spjegati b’mod ċar.

(16)

Fid-dawl tal-kompiti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar Sajd u Akwakultura (KKSA) li ġġedded taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/478/KE ( 5 ), l-organizzazzjonijiet professjonali Ewropej rappreżentati fil-KKSA għandhom jingħataw appoġġ finanzjarju sabiex iħejju laqgħat tal-KKSA ħalli jtejbu l-koordinazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet nazzjonali fil-livell Ewropew u jiżguraw koeżjoni industrijali akbar dwar is-suġġetti ta’ interess Komunitarju.

(17)

Biex tittejjeb it-treġija fi ħdan il-PKS u sabiex jiġi żgurat l-istabbiliment effettiv tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (KiKR) skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE ( 6 ), huwa essenzjali li l-KiKR jiġu assistiti finanzjarjament matul il-fażi ta’ stabbiliment tagħhom u li jsir kontribut lejn l-ispejjeż ta’ interpretar u traduzzjoni li jkollhom.

(18)

Sabiex tkun żgurata l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-KiKR ma’ dik tal-KKSA, jeħtieġ li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant tal-KKSA fil-laqgħat tal-KiKR.

(19)

Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, il-Komunità tilgħab rwol attiv f’ħidmet l-organizzazzjonjiet internazzjonali u tikkonkludi ftehim dwar is-sajd, inklużi ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd.

(20)

Huwa essenzjali li l-Komunità tikkontribwixxi lejn il-finanzjament ta’ miżuri maħsuba sabiex jiżguraw l-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra miftuħa u fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi.

(21)

In-nefqa marbuta mat-tħejjija, is-segwiment, is-sorveljanza, il-verifika u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-istima tal-miżuri fi ħdan l-ambitu ta’ dan ir-Regolament u l-kisba ta’ għanijiet tiegħu għandha tkun koperta taħt il-miżuri ta’ finanzjament ta’ assistenza teknika.

(22)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri dwar il-kontenut ta’ programmi Komunitarji u nazzjonali għall-miżuri differenti taħt l-oqsma rilevanti tal-PKS.

(23)

Jixraq li jiġu stabbiliti r-rati tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità lejn in-nefqa ta’ l-Istati Membri.

(24)

Għandu jiġi stabbilit qafas finanzjarju għall-perjodu 2007-2013 b’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bl-isem – “Nibnu l-Futur Komuni tagħna – Sfidi Politiċi u Mezzi Finanzjarji ta’ l-Unjoni Mkabbra 2007-2013”.

(25)

B’rabta ma’ l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġi żgurat il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità permezz ta’ l-applikazzjoni xierqa tal-leġislazzjoni konnessa mal-ħarsien ta’ dawk l-interessi, u li jiġi żgurat li jitwettqu kontrolli xierqa mill-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(26)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-finanzjament Komunitarju, l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu evalwati regolarment.

(27)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b’mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 7 ).

(28)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 657/2000 tas-27 ta’ Marzu 2000 dwar djalogu eqreb mas-settur tas-sajd u ma’ gruppi milquta mill-politika komuni tas-sajd ( 8 ), id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/439/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità b’riżq l-ispiża minfuqa mill-Istati Membri għall-ġbir tad-data, u biex jiġu ffinanzjati studji u proġetti pilota biex tiġi esegwita l-politika komuni tas-sajd ( 9 ) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/465/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għal programmi ta’ kontroll tas-sajd ta’ l-Istati Membri ( 10 ), għandhom jitħassru b’ effett mill-1 ta’ Jannar 2007,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

SUĠĠETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-qafas għall-miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (‘il-PKS’) u tal-Liġi tal-Baħar (hawn aktar ‘il quddiem imsejħa ‘miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ ’).

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ f’dawn l-oqsma li ġejjin:

(a) il-kontroll u l-infurzar tar-regoli tal-PKS;

▼M1

(b) miżuri ta’ konservazzjoni, ġbir u ġestjoni tad-dejta u l-użu tad-dejta sabiex jiġi ġġenerat il-parir xjentifiku għall-PKS;

▼B

(ċ) il-governanza tal-PKS;

(d) ir-relazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-PKS u l-Liġi tal-Baħar.



KAPITOLU II

OBJETTIVI

Artikolu 3

Objettivi ġenerali

Il-miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ msemmija fil-Kapitolu III għandhom jikkontribwixxu speċifikament għall-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a) it-titjib tal-kapaċità amministrattiva u l-mezzi għall-kontroll u l-infurzar tar-regoli tal-PKS;

▼M1

(b) titjib tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta meħtieġa għall-PKS;

▼B

(ċ) it-titjib fil-kwalità ta’ konsulenza xjentifika għall-finijiet tal-PKS;

(d) it-titjib ta’ l-amministrazzjoni teknika li tappoġġa l-ġestjoni tal-flotta tas-Sajd ►M1  tal-Unjoni ◄ għall-finijiet tal-PKS;

(e) it-titjib ta’ l-involviment tas-settur tas-sajd u gruppi interessati oħrajn fil-PKS u l-promozzjoni tad-djalogu u l-komunikazzjoni bejnhom u l-Kummissjoni;

(f) l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati ma’ Ftehim tas-Sħubija tas-Sajd u ftehim bilaterali u multilaterali oħrajn għall-finijiet tal-PKS, u b’mod partikolari lejn l-iżgurar tas-sostenibbilità tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa;

(g) l-implimentazzjoni ta’ miżuri marbuta mal-Liġi tal-Baħar.

Artikolu 4

Objettivi speċifiċi fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar

Il-miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ msemmija fl-Artikolu 8 għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ titjib tal-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-PKS ġewwa u barra ►M1  l-ilmijiet tal-UE ◄ permezz tal-finanzjament ta’ l-azzjonijiet li ġejjin:

(a) azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri sabiex isaħħu l-kapaċità jew itaffu n-nuqqasijiet identifikati fl-attivitajiet tagħhom ta’ kontroll tas-sajd;

(b) evalwazzjoni u kontroll min-naħa tas-servizzi tal-Kummissjoni ta’ l-applikazzjoni tar-regoli tal-PKS mill-Istati Membri;

(ċ) koordinazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll, b’mod partikolari permezz ta’ pjanijiet għall-insedjament konġunt ta’ unitajiet nazzjonali għall-ispezzjoni u s-sorveljanza permezz ta’ l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA).

▼M1

Artikolu 5

Għanijiet speċifiċi fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu tad-dejta u l-parir xjentifiku

Il-miżuri ta’ finanzjament tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom jikkontribwixxu għall-għan li jittejbu l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta u l-parir xjentifiku dwar il-qagħda tar-riżorsi, dwar il-livell tas-sajd, dwar l-impatt tas-sajd fuq ir-riżorsi u l-ekosistema tal-baħar, dwar l-aspetti ekonomiċi tas-sajd u l-akkwakultura u dwar il-prestazzjoni tal-industrija tas-sajd, fi ħdan u lil hinn mill-ilmijiet tal-UE, billi jkun ipprovdut appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri ħalli jistabbilixxu settijiet ta’ dejta aggregati multiannwali li jkunu bbażati fuq ix-xjenza u li jkunu jinkorporaw tagħrif bijoloġiku, tekniku, ambjentali u soċjoekonomiku.

▼B

Artikolu 6

Objettivi speċifiċi fil-qasam tal-governanza

Il-miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv li jiġu involuti l-partijiet interessati f’kull stadju tal-PKS, mit-tnissil sa l-implimentazzjoni, u li jinformawhom dwar l-objettivi u l-miżuri tal-PKS, inkluż fejn xieraq l-impatt soċjo-ekonomiku tagħhom.

Artikolu 7

Objettivi speċifiċi fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali

1.  Fil-qasam tan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehim dwar is-sajd, inklużi ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd, il-miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ msemmija fl-Artikolu 13 għandhom jikkontribwixxu għall-objettivi li ġejjin:

(a) is-salvagwardja ta’ l-impjiegi fir-reġjuni ►M1  tal-Unjoni ◄ li jiddependu mis-sajd;

(b) l-iżgurar li s-settur tas-sajd ►M1  tal-Unjoni ◄ jibqa’ jeżisti u jibqa’ kompetittiv;

▼M1

(c) l-iżvilupp, permezz tas-sħubija fuq livell bilaterali, reġjonali jew multilaterali, il-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u tal-kapaċitajiet ta’ kontroll ta’ pajjiżi terzi sabiex jiġi żgurat sajd sostenibbli u jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tas-settur tas-sajd f'dawk il-pajjiżi billi tittejjeb l-evalwazzjoni xjentifika u teknika tas-sajd ikkonċernat, il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd, il-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-ambjent kummerċjali fis-settur;

▼B

(d) l-iżgurar ta’ forniment adegwat għas-suq ►M1  tal-Unjoni ◄ .

2.  Fil-qasam ta’ l-involviment ►M1  tal-Unjoni ◄ f’organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, il-miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ msemmija fl-Artikolu 13 għandhom jikkontribwixxu għall-konservazzjoni u sfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd f’livell internazzjonali billi jiġu adottati miżuri xierqa ta’ ġestjoni għal dawn ir-riżorsi.



KAPITOLU III

MIŻURI FINANZJARJI ►M1  TAL-UNJONI ◄

▼M1

Artikolu 8

Miżuri fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar

1.  Fil-qasam tal-kontroll u l-infurzar tar-regoli tal-PKS, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għal miżuri finanzjarji tal-Unjoni:

(a) in-nefqa magħmula minn Stati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-PKS għal:

(i) investimenti, marbuta ma’ attivitajiet ta’ kontroll imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, minn korpi amministrattivi jew mis-settur privat, fi:

 ix-xiri u/jew l-iżvilupp ta’ teknoloġija, inkluż il-ħardwer u s-softwer, sistemi ta’ individwazzjoni tal-bastimenti (VDS), netwerks tal-IT li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi, l-iskambju ta’ dejta marbuta mas-sajd u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ kampjunar ta’ tali dejta, inkluż l-iżvilupp ta’ siti web marbuta mal-kontroll;

 ix-xiri u/jew l-iżvilupp tal-komponenti meħtieġa sabiex jiġi żgurat li t-trażmissjoni tad-dejta lill-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri u tal-Unjoni mill-atturi involuti fis-sajd u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, inklużi l-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrar u ta’ rappurtar (ERS), sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) u sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS);

 implimentazzjoni ta’ programmi mmirati għall-iskambju u l-analiżi tad-dejta bejn l-Istati Membri;

 ix-xiri u l-immodernizzar tal-mezzi ta’ kontroll;

(ii) programmi ta’ taħriġ u ta’ skambju, anke bejn l-Istati Membri, ta’ persunal responsabbli għall-monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

(iii) l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota marbuta mal-kontroll tas-sajd;

(iv) analiżi tal-ispiża fil-konfront tal-benefiċċju kif ukoll valutazzjoni tal-verifiki mwettqa u n-nefqa magħmula mill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza;

(v) inizjattivi, li jinkludu seminars u għodod tal-media, immirati lejn it-trawwim ta’ kuxjenza, kemm fost is-sajjieda u atturi oħrajn bħal spetturi, prosekuturi pubbliċi u mħallfin, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali, dwar il-ħtieġa li jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat u dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-PKS.

(b) in-nefqa marbuta mal-arranġamenti amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, jew kwalunkwe korp konsultattiv ieħor tal-Unjoni, biex jiġu vvalutati u żviluppati teknoloġiji ġodda;

(c) in-nefqa operattiva kollha marbuta mal-ispezzjoni, mill-ispetturi tal-Kummissjoni, tal-implimentazzjoni tal-PKS mill-Istati Membri, u b'mod partikolari l-missjonijiet ta’ spezzjoni, it-tagħmir tas-sigurtà u t-taħriġ ta’ spetturi, il-laqgħat u l-kiri jew xiri ta’ mezzi għall-ispezzjoni mill-Kummissjoni.

(d) il-kontribut għall-baġit tas-CFCA biex tkun koperta n-nefqa għall-persunal, għall-amministrazzjoni u n-nefqa operattiva marbuta mal-pjan ta’ ħidma annwali tas-CFCA.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 9

Miżuri fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta bażika

1.  Fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu tad-dejta bażika, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fil-qafas ta’ programmi nazzjonali multiannwali imsemmijin fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd ( 11 ):

(a) in-nefqa mġarrba għall-ġbir ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika fir-rigward tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż it-teħid ta’ kampjuni, monitoraġġ fil-baħar u stħarriġiet ta’ riċerka, u l-ġbir ta’ dejta ambjentali u soċjoekonomika fl-industrija tal-akkwakultura u l-ipproċessar, kif stipulati fil-programm multiannwali tal-Unjoni imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

(b) in-nefqa mġarrba għal miżuri marbuta mal-ġestjoni, l-iżvilupp, it-titjib u l-isfruttar tad-dejta msemmija fil-punt (a);

(c) in-nefqa mġarrba għal miżuri marbuta mal-użu tad-dejta msemmija fil-punt (a), bħalma huma stimi tal-parametri bijoloġiċi u l-produzzjoni ta’ ġabriet ta’ dejta għall-analiżi u l-parir xjentifiku;

(d) in-nefqa mġarrba fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-Laqgħat Reġjonali ta’ Koordinazzjoni imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008, fil-laqgħat xjentifiċi rilevanti ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li l-Unjoni hija parti kontraenti tagħhom jew inkella osservatriċi u għal korpi internazzjonali inkarigati mill-forniment ta’ pariri xjentifiċi.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

▼B

Artikolu 10

▼M1

Miżuri fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta addizzjonali

▼B

1.  Fil-qasam tal-ġbir ta’ data addizzjonali, il-Kummissjoni tista’ twettaq studji u proġetti pilota. ►M1  L-attivitajiet li jistgħu jkunu eliġibbli għal miżuri ta’ appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għandhom jinkludu: ◄

▼M1

(a) studji u proġetti metodoloġiċi mmirati lejn l-aqwa titjib possibbli u l-istandardizzazzjoni tal-metodi tal-ġbir tad-dejta meħtieġa għall-għoti ta’ parir xjentifiku;

▼B

(b) proġetti ta’ ġbir ta’ data ta’ esplorazzjoni b’mod partikolari fl-oqsma ta’ l-akwakultura, ir-relazzjoni tas-sajd u l-akwakultura ma’ l-ambjent u l-kapaċità ta’ l-industriji tas-sajd u l-akwakultura li joħolqu l-impjiegi;

(ċ) analiżi u simulazzjonijiet ekonomiċi u bijo-ekonomiċi marbuta ma’ deċiżjonijiet ippjanati taħt il-PKS, inklużi l-pjanijiet ta’ irkuprar u ġestjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-impatt tal-PKS;

(d) is-selettività tas-sajd inkluża s-selettività marbuta mat-tfassil ta’ tagħmir u metodi tas-sajd u l-eżaminazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-kapaċità tal-qbid, l-isforz tas-sajd u l-mortalità f’kull żona tas-sajd;

(e) it-titjib ta’ l-infurzar tal-PKS, partikolarment f’dik li hi l-effettività tan-nefqa;

(f) l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tar-rabtiet bejn l-attivitajiet tas-sajd u l-akwakultura u l-ekosistemi akwatiċi.

2.  Il-finanzjament ta’ l-istudji u l-proġetti pilota kollha mwettqa skond il-paragrafu 1 ma jistgħux jaqbżu l-15 % ta’ l-approprijazzjonijiet annwali awtorizzati għall-azzjonijiet iffinanzjati taħt l-Artikolu 9 u dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Miżuri fil-qasam ta’ konsulenza xjentifika

Fil-qasam tal-konsulenza xjentifika, l-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ :

▼M1

(a) in-nefqa għall-kuntratti ta’ sħubija ma’ istituzzjonijiet nazzjonali tar-riċerka jew korpi internazzjonali inkarigati mill-valutazzjonijiet tal-istokkijiet għall-forniment ta’ pariri u dejta xjentifiċi;

▼B

(b) nefqa dwar arranġamenti amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka, jew kwalunkwe korp konsultattiv ieħor ►M1  tal-Unjoni ◄ , biex ikun provdut is-segretarjat għall-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), biex titwettaq il-pre-analiżi tad-data u biex id-data titħejja għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tar-riżorsi tas-sajd;

(ċ) indennizzi mħallsa lill-membri ta’ l-STECF, u/jew l-esperti mistednin mill-STECF għall-parteċipazzjoni u l-ħidma tagħhom fil-gruppi ta’ ħidma u s-sessjonijiet plenarji;

(d) indennizzi mħallsa lill-esperti indipendenti li jipprovdu konsulenza xjentifika lill-Kummissjoni jew li jipprovdu taħriġ lill-amministraturi jew partijiet interessati fl-interpretazzjoni tal-konsulenza xjentifika;

(e) kontributi lil korpi internazzjonali responsabbli mill-valutazzjoni ta’ ħażna.

Artikolu 12

Miżuri fil-qasam tal-governanza

Fil-qasam tal-governanza, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għal miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ :

▼M1

(a) l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tal-membri ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi fl-ACFA marbuta ma’ laqgħat ta’ tħejjija qabel il-laqgħat tal-ACFA, kif ukoll l-spejjeż marbuta mat-traduzzjoni, l-interpretazzjoni u l-kiri tal-kmamar imġarrba għal dawk il-laqgħat ta’ tħejjija;

(b) l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti maħtura mill-ACFA biex jirrappreżentawha f'laqgħat tal-RACs, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-iSTECF;

(c) l-ispejjeż operattivi tal-RACs kif previst fid-Deċiżjoni 2004/585/KE;

▼B

(d) l-ispejjeż biex jiġu spjegati l-objettivi, u l-miżuri tal-PKS, u b’mod partikolari l-proposti tal-Kummissjoni, u dawk tad-disseminazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti f’dan il-qasam lill-industrija tas-sajd u lill-gruppi oħrajn ikkonċernati fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, inklużi l-azzjonijiet li ġejjin:

(i) il-produzzjoni u d-dissemminazzjoni ta’ materjal dokumentattiv imfassal apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi kkonċernati (materjal miktub, awdjoviżiv u elettroniku);

▼M1

(ii) il-forniment ta’ aċċess wiesa’ ħafna għad-dejta u materjal ta’ spjegazzjoni li jikkonċernaw b'mod partikolari l-proposti tal-Kummissjoni permezz tal-iżvilupp tas-siti web fuq l-Internet tad-dipartimenti relevanti tal-Kummissjoni u l-produzzjoni ta’ pubblikazzjoni regolari, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ seminars ta’ tagħrif u ta’ taħriġ għal dawk li jiffurmaw l-opinjonijiet.

▼B

Artikolu 13

Miżuri fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali

1.  Fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali, in-nefqa li ġejja għandha tkun eliġibbli għal miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ :

(a) nefqa li tirriżulta mill-ftehim dwar is-sajd u ftehim dwar is-sħubija fis-sajd li ►M1  l-Unjoni ◄ nnegozjat jew bil-ħsieb li ġġedded jew tinnegozja ma’ terzi pajjiżi;

(b) nefqa li tirriżulta mill-kontributi obbligatorji ►M1  tal-Unjoni ◄ għall-budgets ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(ċ) nefqa magħmula mal-parteċipazzjoni ►M1  tal-Unjoni ◄ , fil-kwalità ta’ membru, fl-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u l-finanzjament volontarju lil din l-organizzazzjoni, kif ukoll nefqa relatata mal-parteċipazzjoni ►M1  tal-Unjoni ◄ , fil-kwalità ta’ membru, u l-finanzjament volontarju lil kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali attiva fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar;

(d) kontributi finanzjarji volontarji għat-tħejjijiet għal organizzazzjonijiet internazzjonali jew trattati internazzjonali ġodda li huma ta’ interess ►M1  għall-Unjoni ◄ ;

▼M1

(e) kontributi finanzjarji volontarji għal ħidma jew programmi xjentifiċi mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma ta’ interess speċjali għall-Unjoni;

▼B

(f) kontributi finanzjarji għal attivitajiet (laqgħat ta’ ħidma, informali jew straordinarji tal-partijiet kontraenti) li: isostnu l-interessi ►M1  tal-Unjoni ◄ f’organizzazzjonijiet internazzjonali; u li jsaħħu l-kooperazzjoni ma’ l-imsieħba tagħha f’dawn l-organizzazzjonijiet. F’dan ir-rigward, l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni minn rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi f’negozjati jew laqgħat f’fora u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jitħallsu meta l-preżenza tagħhom issir ta’ ħtieġa għall-interessi ►M1  tal-Unjoni ◄ .

2.  Il-miżuri ffinanzjati taħt il-paragrafu 1(a) u (b) għandhom jiġu implimentati b’mod partikolari abbażi tar-regolamenti u d-deċiżjonijiet marbuta mal-konklużjoni tal-ftehim u/jew il-protokolli dwar is-sajd bejn ►M1  l-Unjoni ◄ u pajjiżi terzi, u r-regolamenti u d-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ l-iffirmar ►M1  mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim dwar organizzazzjonijiet internazzjonali tas-sajd.

Artikolu 14

Assistenza teknika

Il-miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ jistgħu jkopru nefqa assoċjata ma’ l-attivitajiet ta’ tħejjija, segwitu, monitoraġġ, verifika u evalwazzjoni neċessarji għall-implimentazzjoni u l-assessjar tal-miżuri fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-kisba ta’ l-objettivi tiegħu, per eżempju studji, laqgħat, esperti, informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta’ pubblikazzjoni u taħriġ, nefqa assoċjata mat-teknoloġija ta’ l-informatika, inklużi networks ta’ kompjuters għall-iskambju ta’ informazzjoni, in-nefqa għal persunal temporanju, u kwalunkwe nefqa oħra amministrattiva jew ta’ assistenza teknika li tista’ tiġi magħmula mill-Kummissjoni.



KAPITOLU IV

RATI TA’ KO-FINANZJAMENT

Artikolu 15

Rati ta’ ko-finanzjament fil-qasam ta’ sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll

F’dawk li huma miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ msemmija fl-Artikolu 8(a), ir-rati ta’ kofinanzjament m’għandhomx jaqbżu l-50 % tan-nefqa eliġibbli. Madankollu, għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(a), punti (i), bl-eċċezzjoni tax-xiri ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru, (iii) u (v), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi rata ta’ iktar minn 50 % tan-nefqa eliġibbli.

Artikolu 16

▼M1

Rati ta’ kofinanzjament fil-qasam tal-ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta bażika

▼B

Fir-rigward ta’ miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ msemmija fl-Artikolu 9 ir-rata ta’ ko-finanzajament m’għandhiex taqbeż il-50 % tan-nefqa pubblika eliġibbli magħmula biex twettaq programm kif previst fl- ►M1  Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 ◄ .

Artikolu 17

▼M1

Rati ta’ kofinanzjament fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta addizzjonali

▼B

Fir-rigward ta’ miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ msemmija fl-Artikolu 10, ir-rata ta’ ko-finanzjament m’għandhiex taqbeż: il-50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta’ miżuri mwettqa wara sejħa għal proposti; l-universitajiet u l-korpi pubbliċi tar-riċerka li, skond il-liġi tal-pajjiż li huma soġġetti għaliha, huma obbligati li joħorġu l-flus biex iħallsu l-ispejjeż marġinali, jistgħu jippreżentaw proposti fir-rigward tal-100 % ta’ l-ispejjeż marġinali magħmula fit-twettiq ta’ xi proġett.

Artikolu 18

Rati ta’ finanzjament għall-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni ta’ membri ta’ l-ACFA

1.  Fir-rigward ta’ miżuri finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ msemmija fl-Artikolu 12(a) u (b), ir-rata ta’ finanzjament għandha tiġi determinata skond il-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu preżenti.

▼M1

2.  Id-drittijiet ta’ preljev jiġu allokati skont ftehim ta’ finanzjament mal-Kummissjoni għal kull organizzazzjoni rappreżentattiva li hija membru plenarju tal-ACFA, proporzjonalment għall-intitolamenti fi ħdan il-kumitat plenarju tal-ACFA, u jiddependu mir-riżorsi finanzjarji disponibbli.

3.  Dawk id-drittijiet ta’ preljev u l-ispiża medja ta’ vjaġġ minn membru ta’ organizzazzjoni rappreżentattiva għandhom jiddeterminaw l-għadd ta’ vjaġġi li kull organizzazzjoni tkun finanzjarjament responsabbli għalihom, magħmulin għall-finijiet ta’ laqgħat preparatorji. Mil-limitu kumplessiv tad-dritt ta’ preljev, 20 % tal-ispiża attwali eliġibbli għandha tinżamm bħala somma globali minn kull organizzazzjoni rappreżentattiva biex tkopri dawk l-ispejjeż organizzattivi u amministrattivi li huma marbuta strettament mal-organizzazzjoni tal-laqgħat ta’ tħejjija.

▼B



KAPITOLU V

PROĊEDURI TA’ FINANZJAMENT



TAQSIMA 1

Proċeduri fil-qasam tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll

Artikolu 19

Dispożizzjoni introduttorja

Il-kontribut finanzjarju ►M1  tal-Unjoni ◄ għall-programmi nazzjonali adottati mill-Istati Membri meta jimplimentaw is-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-PKS għandu jiġi provdut skond il-proċeduri stabbiliti f’din it-Taqsima.

Artikolu 20

Programmazzjoni

▼M1

1.  L-applikazzjonijiet mill-Istati Membri għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għandhom jitressqu quddiem il-Kummissjoni sal-15 ta’ Novembru tas-sena qabel is-sena ta’ implimentazzjoni kkonċernata.

Tali applikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn programm annwali għall-kontroll tas-sajd li jkun fih it-tagħrif li ġej:

(a) l-objettivi tal-programm annwali għall-kontroll tas-sajd;

(b) ir-riżorsi umani programmati disponibbli;

(c) ir-riżorsi finanzjarji programmati disponibbli;

(d) in-numru ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru programmati disponibbli;

(e) lista ta’ proġetti li għalihom tkun qed jintalab kontribuzzjoni finanzjarja;

(f) in-nefqa globali ppjanata biex jitwettqu l-proġetti;

(g) skeda għat-tlestija għal kull proġett elenkat fil-programm annwali għall-kontroll tas-sajd;

(h) lista ta’ indikaturi li għandhom jintużaw biex tiġi valutata l-effikaċja tal-programm annwali ta’ kontroll tas-sajd.

2.  Għal kull proġett, il-programm annwali ta’ kontroll tas-sajd għandu jispeċifika għal liema miżura msemmija fl-Artikolu 8(a) huwa relatat, l-għan tal-proġett u deskrizzjoni dettaljata tiegħu inklużi l-punti li ġejjin: is-sid, il-post, l-ispiża stmata, skeda għall-ikkompletar tal-proġett u l-proċedura ta’ akkwist pubbliku li għandha tiġi segwita. Meta proġett jitwettaq b'mod konġunt minn aktar minn Stat Membru wieħed, il-programm annwali ta’ kontroll tas-sajd għandu jinkludi wkoll lista tal-Istati Membri li jwettqu l-proġett, l-ispejjeż totali stmati għall-proġett kif ukoll l-ispejjeż totali stmati għal kull Stat Membru.

▼B

3.  Fir-rigward ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru, il-programm għall-kontroll tas-sajd għandu jispeċifika wkoll:

(a) sa liema punt dawn ikunu ser jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ kontroll bħala perċentwal ta’ l-użu tagħhom matul l-attività totali f’sena;

▼M1

(b) kemm-il siegħa jew kemm-il jum fis-sena x'aktarx jintużaw għal finijiet ta’ kontroll tas-sajd u liema sistema ġiet stabbilita fl-Istat Membru, sabiex ikun possibbli għall-Kumissjoni jew għall-Qorti tal-Awdituri biex jivverifikaw l-użu effettiv għall-finijiet ta’ kontroll;

▼B

(ċ) fil-każ ta’ modernizzazzjoni, kemm ikunu mistennija jservu.

▼M1

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba fil-paragrafi 1, 2 u 3 billi jressqu, kemm elettronikament kif ukoll fil-forma stampata, l-formola elettronika kkomunikata lilhom mill-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 21

Deċiżjoni tal-Kummissjoni

1.  Abbażi tal-programmi għall-kontroll tas-sajd ippreżentati mill-Istati Membri, id-deċiżjonijiet dwar il-kontribut finanzjarju ►M1  tal-Unjoni ◄ għall-programmi nazzjonali għandhom jittieħdu kull sena, skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 30(2).

2.  Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu prijorità lill-azzjonijiet li huma l-aktar xierqa sabiex tittejjeb l-effiċjenza fl-attività ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza, b’kont meħud wkoll tal-prestazzjoni ta’ l-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ programmi diġà approvati.

3.  Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu:

(a) l-ammont globali tal-kontribut finanzjarju li għandu jingħata lil kull Stat Membru għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(a);

(b) ir-rata tal-kontribut finanzjarju;

(ċ) kwalunkwe kondizzjoni li tapplika għall-kontribut finanzjarju li joħroġ mir-regoli ►M1  tal-Unjoni ◄ .



TAQSIMA 2

▼M1

Proċeduri fil-qasam tal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta

Artikolu 22

Dispożizzjoni introduttorja

Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta bażika msemmija fl-Artikolu 9 għandu jiġi provdut skont il-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 24

▼M1

Deċiżjoni ta’ finanzjament tal-Kummissjoni

1.  Abbażi tal-programmi multiannwali mressqa mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 u approvati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament, kull sena għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-programmi nazzjonali, f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

▼M1 —————

▼B

3.  Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu:

(a) l-ammont globali tal-kontribut finanzjarju li għandu jingħata lil kull Stat Membru għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(a)

(b) ir-rata tal-kontribut finanzjarju;

(ċ) l-kondizzjonijiet, li ġejjin mir-regoli ►M1  tal-Unjoni ◄ , applikabbli għall-kontrinut finanzjarju.



KAPITOLU VI

ALLOKAZZJONI TA’ FONDI

Artikolu 25

Riżorsi tal-budget

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-budget fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 26

Akkumulazzjoni ta’ appoġġ ►M1  mill-Unjoni ◄

L-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament m’għandhomx jirċievu assistenza minn strumenti finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ oħrajn. Il-benefiċjarji ta’ dan ir-Regolament għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar kwalunkwe finanzjament ieħor li jkunu rċevew u dwar applikazzjonijiet għal finanzjament li għadhom għaddejjin.



KAPITOLU VII

KONTROLL U EVALWAZZJONI

Artikolu 27

Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta azzjonijiet iffinanzjati taħt ir-Regolament preżenti jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji ►M1  tal-Unjoni ◄ jiġu protetti bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz ta’ l-irkupru ta’ l-ammonti mhux debitament imħallsa u, jekk jinkixfu xi irregolaritajiet, b’pieni effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea ( 12 ), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra ( 13 ), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ( 14 ).

2.  Fil-każ ta’ l-azzjonijiet ►M1  tal-Unjoni ◄ ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2185/96 għal kwalunkwe ksur ta’ xi disposizzjoni tal-liġi ►M1  tal-Unjoni ◄ , inkluż ksur ta’ xi obbligazzjoni kuntrattwali taħt il-programm, li jirriżulta minn att jew ommissjoni min-naħa ta’ operatur ekonomiku, li għandha, jew ikollha, l-effett li tippreġudika l-budget ġenerali ►M1  tal-Unjoni ◄ jew budgets ġestiti minnha, minħabba punt ta’ nfiq mhux ġustifikat.

3.  Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tirkupra l-ammont ta’ assistenza finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk hi ssib irregolaritajiet, inklużi nuqqas ta’ konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew mad-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt jew ftehim li bih ikun ingħata l-appoġġ finanzjarju in kwistjoni, jew jekk jinstab li, mingħajr ma tkun ġiet imfittxija l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun ġiet soġġetta għal tibdil li jmur kontra n-natura tagħha jew mal-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha.

Artikolu 28

Verfiki u korrezzjonijiet finanzjarji

1.  Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa mill-Istati Membri b’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi nazzjonali, l-uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta’ l-Awdituri, jew ir-rappreżentanti tagħhom, jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post fuq azzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe waqt b’minimu ta’ avviż ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, ħlief f’każijiet urġenti, għal perjodu sa tliet snin wara l-aħħar pagament magħmul mill-Kummissjoni.

L-uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta’ l-Awdituri, jew ir-rappreżentanti tagħhom, debitament mogħtija s-setgħa li jwettqu verifiki fuq il-post, għandhom ikollhom aċċess għall-kotba u d-dokumenti l-oħrajn kollha, inklużi dokumenti u metadata mfassla jew riċevuti u reġistrati fuq format elettroniku dwar in-nefqa ffinanzjata minn dan ir-Regolament.

Is-setgħat ta’ verifika msemmija qabel m’għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ disposizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għal aġenti maħtura speċifikament mil-leġislazzjoni nazzjonali. Uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta’ l-Awdituri, jew ir-rappreżentanti tagħhom, m’għandhomx jipparteċipaw, inter alia, fi żjarat fid-djar jew fl-interrogazzjoni formali ta’ persuni fi ħdan il-qafas tal-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni miksuba b’dan il-mod.

Jekk xi appoġġ finanzjarju ►M1  tal-Unjoni ◄ mogħti taħt dan ir-Regolament jiġi sussegwentement allokat lil xi parti terza bħala l-benefiċjarju aħħari, il-benefiċjarju inizjali, li jkun id-destinatarju ta’ l-appoġġ finanzjarju ►M1  tal-Unjoni ◄ , għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-identità ta’ dak il-benefiċjarju aħħari.

Għal dan il-għan, id-dokumenti kollha relatati għandhom jinżammu disponibbli mill-benefiċjarji għal perijodu sa tliet snin wara l-aħħar pagament.

Il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll lill-Istat Membru kkonċernat sabiex iwettaq verifiki fuq il-post fuq azzjonijiet iffinanzjati taħt l-Artikoli 8 u 9. L-uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta’ l-Awdituri, jew ir-rappreżentanti tagħhom, jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-verifiki.

2.  Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l-fondi ►M1  tal-Unjoni ◄ ma jkunux intużaw b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jew f’xi att ►M1  tal-Unjoni ◄  ieħor applikabbli, hija għandha tinnotifika lill-benefiċjarji, inklużi kwalunkwe benefiċjarju finali fis-sens tat-tifsira tal-paragrafu 1, li għandhom ikollhom xahar mid-data ta’ tali notifika sabiex jibagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni.

Jekk il-benefiċjarji ma jwiġbux fi żmien dak il-perjodu jew jekk l-osservazzjonijiet tagħhom ma jwasslux sabiex il-Kummissjoni tibdel fehmtha, il-Kummissjoni għandha tnaqqas jew tikkanċella l-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija jew tissospendi l-pagamenti.

Kull ammont mhux debitament mħallas għandu jingħata lura lill-Kummissjoni. L-imgħax għandu jiġi miżjud ma kwalunkwe ammont li ma tħallasx lura fil-ħin debitu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm arranġamenti adatti għall-kontroll u l-verifika ta’ l-azzjonijiet iffinanzjati skond l-Artikolu 53(7) u Artikolu 165 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

4.  Skond il-prinċipju tas-sovranità nazzjonali, huma biss permezz ta’ ftehim mal-pajjiz terz li l-Kummissjoni tista’ twettaq, jew tkun wettqet, verifiki finanzjarji ta’ fondi mħallsa lil pajjiżi terzi għal miżuri ffinanzjati taħt l-Artikolu 13(a).

Artikolu 29

Evalwazzjoni u rapportar

1.  Ser isir monitoraġġ regolarment ta’ l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament sabiex tiġi segwita l-implimentazzjoni tagħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna ta’ l-azzjonijiet iffinanzjati.

3.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

(a) rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011;

(b) Komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Awissu 2012;

(ċ) rapport ta’ evalwazzjoni ex-post sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.



KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

▼M1

Artikolu 30

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Artikolu 30(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistipula regoli u prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istat Membri tal-eżerċitar mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 15 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 32

Revoka ta’ atti li ma jkunux għadhom applikabbli

Ir-Regolament (KE) Nru 657/2000 u d-Deċiżjonijiet Nru 2000/439/KE u Nru 2004/465/KE huma b'dan imħassra b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007. Madankollu, ir-regoli stabbiliti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3 u fl-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 2000/439/KE u fl-Anness għaliha, kif applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2006, għandhom japplikaw b'analoġija għall-programmi nazzjonali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta għas-snin 2007 u 2008.

▼B

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Opinjoni tal-15 ta’ Diċembru 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1242/2004 (ĠU L 236, 7.7.2004, p. 1).

( 3 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

( 4 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

( 5 ) ĠU L 187, 20.7.1999, p. 70. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/864/KE (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 91).

( 6 ) ĠU L 256, 3.8.2004, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/191/KE (ĠU L 66, 8.3.2006, p. 50).

( 7 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 8 ) ĠU L 80, 31.3.2000, p. 7.

( 9 ) ĠU L 176, 15.7.2000, p. 42. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/703/KE (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 26).

( 10 ) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 114. Verżjoni rettifikata fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 36. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/2/KE (ĠU L 2, 5.1.2006, p. 4).

( 11 ) ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.;

( 12 ) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

( 13 ) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

( 14 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

( 15 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.