2006L0043 — MT — 16.06.2014 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA 2006/43/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2006

dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE

(Test b'relevanza għaż–ŻEE)

(ĠU L 157, 9.6.2006, p.87)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2008/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 81

53

20.3.2008

 M2

DIRETTIVA 2013/34/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta' Ġunju 2013

  L 182

19

29.6.2013

►M3

DIRETTIVA 2014/56/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-16 ta' April 2014

  L 158

196

27.5.2014




▼B

DIRETTIVA 2006/43/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2006

dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE

(Test b'relevanza għaż–ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 44(2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

Billi:

(1)

Attwalment, ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji ( 3 ), is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 4 ), id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn ( 5 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi ta' l-assigurazzjoni ( 6 ) jirrikjedu li l-kontijiet annwali jew il-kontijiet konsolidati jkunu verifikati minn persuna waħda jew aktar li jkollhom il-kompetenza li jwettqu dawn il-verifiki.

(2)

Il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-persuni responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja ġew stabbiliti fit-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE ta' l-10 ta' April 1984 dwar l-approvazzjoni ta' persuni responsabbli sabiex iwettqu l-verifiki statutorji ta' dokumenti dwar kontijiet ( 7 ).

(3)

In-nuqqas ta' approċċ armonizzat għall-verifika statutorja tal-kontijiet fil-Komunità kienet ir-raġuni għalfejn il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha ta' l-1998 dwar “Il-Verifika Statutorja tal-Kontijiet fl-Unjoni Ewropea, ipproponiet id-direzzjoni fil-futur ( 8 ) il-ħolqien ta' Kumitat dwar il-Verifika tal-Kontijiet li jista” jipprepara aktar azzjoni f'koperazzjoni mill-qrib mal-professjoni ta' l-accounting u ma' l-Istati Membri.

(4)

Fuq il-bażi tax-xogħol ta' dak il-Kumitat, il-Kummissjoni, fil-15 ta' Novembru 2000, ħarġet Rakkomandazzjoni dwar l-Assigurazzjoni ta' Kwalità għall-Verifika Statutorja fl-Unjoni Ewropea: rekwiżiti minimi ( 9 ) u, fis-16 ta' Mejju 2002, Rakkomandazzjoni dwar l-Awdituri Statutorji – L-Indipendenza fl-Unjoni Ewropea: Sett ta' Prinċipji Fundamentali ( 10 ).

(5)

Din id-Direttiva timmira lejn armonizzazzjoni għolja, għalkemm mhux totali, tar-rekwiżiti tal-verifika statutorja. Stat Membru li jesiġi l-verifika statutorja jista' jimponi rekwiżiti aktar stretti, sakemm it-test ta' din id-Direttiva ma jipprovdix mod ieħor.

(6)

Il-kwalifiki tal-verifika miksuba mill-awdituri statutorji fuq il-bażi ta' din id-Direttiva għandhom jitqiesu ekwivalenti. Għaldaqstant ma għandux jibqa' possibbli għall-Istati Membri li jinsistu li l-maġġoranza tad-drittijiet tal-votazzjoni f'kumpannija tal-verifika għandhom jinżammu minn awdituri lokalment approvati jew li l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni ta' kumpannija tal-verifika għandha tkun lokalment approvata.

(7)

Il-verifika statutorja tal-kontijiet titlob konoxxenza adegwata ta' materji bħal-liġi tal-kumpanniji, il-liġi fiskali u l-liġi soċjali. Tali konoxxenza għandha tkun ittestjata qabel awditur statutorju minn Stat Membru ieħor jista' jiġi approvat.

(8)

Sabiex jiġu protetti t-terzi, l-awdituri kollha approvati u l-kumpanniji tal-verifika għandhom jiddaħħlu f'reġistru li jkun aċċessibbli għall-pubbliku u li jkun fih tagħrif bażiku dwar l-awdituri statutorji jew dwar il-kumpanniji tal-verifika.

(9)

L-awdituri statutorji għandhom iżommu ruħhom ma' l-ogħla standards ta' etika. Għalhekk huma għandhom ikunu suġġetti għall-etika professjonali li tkopri ta' l-anqas il-funzjoni tagħhom fl-interess pubbliku, l-integrità, l-oġġettività tagħhom, il-kompetenza tagħhom u d-diliġenza dovuta minnhom. Il-funzjoni ta' l-awdituri statutorji fl-interess pubbliku tfisser li hemm komunità usa' ta' persuni u ta' istituzzjonijiet li jserrħu fuq il-kwalità tax-xogħol ta' l-awditur statutorju. Il-kwalità tajba tal-verifika tal-kontijiet tikkontribwixxi sabiex is-swieq jiffunzjonaw b'mod organizzat billi ssaħħaħ l-integrità u l-effiċjenza tar-rapporti finanzjarji. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri implementattivi dwar l-etika professjonali bħala standards minimi. Waqt li tagħmel dan, tista' tieħu kont tal-prinċipji li jinsabu fil-Kodiċi ta' Etika tal-Federazzjoni Internazzjonali ta' l-Accountants (IFAC).

(10)

Huwa importanti li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri jirrispettaw il-privatezza tal-klijenti tagħhom. Għalhekk huma għandhom ikunu marbuta b'regoli stretti dwar il-konfidenzjalità u s-segretezza professjonali li, madankollu, m'għandhomx jimpedixxu l-infurzar adegwat ta' din id-Direttiva. Dawk ir-regoli ta' konfidenzjalità għandhom japplikaw ukoll għal kull awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika li ma baqgħetx involuta f'kompitu speċifiku ta' verifika.

(11)

L-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri għandhom ikunu indipendenti meta jwettqu verifiki statutorji. Huma jistgħu jinfurmaw lill-entità suġġetta għall-verifika dwar kwistjonijiet li jirriżultaw mill-verifika, iżda għandhom jastjenu mill-proċeduri deċiżjonali interni ta' l-entità suġġetta għall-verifika. Jekk isibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn il-livell ta' periklu għall-indipendenza tagħhom, anke wara l-applikazzjoni ta' salvagwardji sabiex jitnaqqas dak il-periklu, ikun wisq għoli, huma għandhom jirriżenjaw jew jastjenu minn dak ix-xogħol ta' verifika. Il-konklużjoni li tkun teżisti relazzjoni li tikkomprometti l-indipendenza ta' l-awditur tista' tkun differenti, fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-awditur u l-entità suġġetta għall-verifika, minn dik fir-rigward tar-relazzjoni bejn in-network u l-entità suġġetta għall-verifika. Fejn koperattiva fis-sens ta' l-Artikolu 2(14), jew entità simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, tkun meħtieġa jew permessa, taħt dispożizzjonijiet nazzjonali, li tkun membru ta' entità tal-verifika li ma tagħmilx profitt, valutazzjoni objettiva, raġonevoli u infurmata ma tikkonkludix li dik ir-relazzjoni bbażata fuq is-sħubija bejn il-membri tikkomprometti l-indipendenza ta' l-awditur indipendenti, sakemm meta tali entità tal-verifika tkun qiegħda twettaq verifika statutorja ta' wieħed mill-membri tagħha, ikunu applikati l-prinċipji ta' indipendenza lill-awdituri li jwettqu dik il-verifika u lil dawk il-persuni li jkunu f'pożizzjoni fejn jistgħu jeżerċitaw xi influwenza fuq il-verifika statutorja. Eżempji ta' periklu għall-indipendenza ta' awditur statutorju jew ta' kumpannija tal-verifika huma interess finanzjarju dirett jew indirett fl-entità suġġetta għall-verifika u fil-forniment ta' servizzi addizzjonali li ma jkunux ta' verifika. Ukoll, il-livell ta' pagamenti riċevuti minn entità suġġetta għall-verifika u/jew l-istruttura tal-pagamenti jistgħu jheddu l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ta' kumpannija tal-verifika. It-tipi ta' salvagwardji li għandhom jiġu applikati sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat dak il-periklu jinkludu projbizzjonijiet, restrizzjonijiet, linji politiċi u proċeduri oħra u l-iżvelar. L-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri għandhom jirrifjutaw li jipprovdu kwalunkwe servizz addizzjonali, li ma jkunx ta' verifika, li jikkomprometti l-indipendenza tagħhom. Il-Kummissjoni tista', bħala standards minimi, tadotta miżuri implementattivi dwar l-indipendenza. Waqt li tagħmel dan, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-prinċipji li jeżistu fir-Rakkomandazzjoni fuq imsemmija tas-16 ta' Mejju 2002. Sabiex tiġi stabbilital-indipendenza ta' l-awdituri, hemm bżonn li jiġi ċċarat il-kunċett ta' “network” li fih joperaw l-awdituri. F'dan ir-rigward, iridu jiġu kkunsidrati ċirkostanzi varji bħal każijiet fejn l-istruttura tista' tiġi meqjusa bħala network għaliex tkun immirata lejn il-qsim tal-profitti jew ta' l-ispejjeż, li jistgħu jidhru wkoll jekk l-awdituri statutorji u/jew il-kumpanniji tal-verifika għandhom klijenti regolari ta' verifika komuni. Il-kriterji sabiex jintwera li jkun hemm network għandhom jiġu ġġudikati u mwieżna fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi fattwali eżistenti kollha, bħal jekk hemmx klijenti regolari komuni.

(12)

F'każijiet ta' awto-reviżjoni jew ta' interess proprju, fejn ikun xieraq sabiex tiġi mħarsa l-indipendenza ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija tal-verifika, għandu jkun l-Istat Membru, u mhux l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika, li jiddeċiedi jekk l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika għandhomx jirriżenjaw jew jastjenu minn xogħol ta' verifika fir-rigward ta' klijenti ta' verifika tagħhom. Madankollu dan m'għandux iwassal għal sitwazzjoni fejn Stati Membri ikollhom xi dmir ġenerali li jimpedixxu awdituri statutorji jew kumpanniji ta' awdituri milli jipprovdu servizzi li ma jkunux ta' verifika lill-klijenti ta' verifika tagħhom. Sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx xieraq, f'każijiet ta' interess propju jew ta' awto-reviżjoni, li awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika ma jwettqux verifiki statutorji, sabiex tiġi mħarsa l-indipendenza ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija tal-verifika, il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għandhom jinkludu l-mistoqsija jekk l-entità ta' interess pubbliku suġġetta għall-verifika ħarġitx titoli trasferibbli li jkunu ammessi għan-negozju f'suq regolat fis-sens tal-punt 14 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq ta' strumenti finanzjarji ( 11 ).

(13)

Huwa importanti li tiġi żgurata, b'mod konsistenti, kwalità għolja fil-verifiki kollha meħtieġa mil-liġi Komunitarja. Il-verifiki statutorji kollha għandhom għalhekk isiru fuq il-bażi ta' standards internazzjonali ta' verifika. Għandhom jiġu adottati miżuri li jimplementaw dawk l-istandards fil-Komunità konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 12 ). Kumitat jew grupp tekniku dwar il-verifika għandu jgħin lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' l-affidabbiltà teknika ta' l-istandards internazzjonali kollha ta' verifika, u għandu wkoll jinvolvi s-sistema ta' korpi pubbliċi ta' superviżjoni ta' l-Istati Membri. Sabiex jintlaħaq l-ogħla livell possibbli ta' armonizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jimponu proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali addizzjonali ta' verifika biss meta dawn joħorġu minn rekwiżiti nazzjonali legali relatati ma' l-iskop tal-verifika statutorja ta' kontijiet annwali jew konsolidati, li tfisser li dawk ir-rekwiżiti ma kinux ġew koperti mill-istandards internazzjonali ta' verifika adottati. L-Istati Membri jistgħu jżommu dawk il-proċeduri addizzjonali ta' verifika sakemm il-proċeduri jew ir-rekwiżiti ta' verifika jiġu koperti bi standards internazzjonali ta' verifika adottati sussegwentement. Jekk, madankollu, l-istandards internazzjonali ta' verifika adottati jinkludu proċeduri ta' verifika li t-twettiq tagħhom joħloq konflitt legali speċifiku mal-liġi nazzjonali li jirriżulta minn rekwiżiti speċifiċi nazzjonali relatati ma' l-ambitu tal-verifika statutorja, l-Istati Membri jistgħu jaqtgħu barra dik il-parti konfliġġenti ta' l-istandard internazzjonali, sakemm dawk il-konflitti jeżistu, bil-kondizzjoni li jkunu applikati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 26(3). Kull żieda jew qtugħ minn Stati Membri għandhom jikkontribwixxu għal livell għoli ta' kredibbiltà tal-kontijiet annwali tal-kumpanniji, u għandhom ikunu fl-interess pubbliku. Dan ta' hawn fuq ifisser li l-Istati Membri jistgħu, bħala eżempju, jesiġu rapport addizzjonali ta' l-awditur għall-bord ta' superviżjoni jew jippreskrivu rekwiżiti oħra ta' rappurtar u verifika bbażati fuq regoli nazzjonali dwar it-tmexxija ta' kumpanniji.

(14)

Sabiex il-Kummissjoni tadotta standard internazzjonali ta' verifika għall-applikazzjoni fil-Komunità, huwa meħtieġ li l-istandard ikun aċċettat internazzjonalment fuq bażi ġenerali u li jkun ġie żviluppat bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet kollha interessati wara proċedura miftuħa u trasparenti, li l-istandard jikkontribwixxi għall-kredibbiltà u għall-kwalità tal-kontijiet annwali u konsolidati u li jservi l-interess pubbliku Ewropew. Il-bżonn li tiġi adottata Dikjarazzjoni Internazzjonali dwar il-Prattika tal-Verifika bħala parti mill-istandard għandu jkun evalwat skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE fuq il-bażi ta' kull każ individwali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li qabel ma tibda l-proċess ta' adozzjoni ssir reviżjoni sabiex jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti ntlaħqux u għandha tirrapporta lill-membri tal-Kumitat stabbilit f'din id-Direttiva dwar ir-riżultat tar-reviżjoni.

(15)

Fil-każ ta' kontijiet konsolidati, huwa importanti li jkun hemm definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn l-awdituri statutorji li jwettqu verifika fuq partijiet komponenti tal-grupp. Għal dan l-iskop, l-awditur tal-grupp għandu jerfa' r-responsabbiltà sħiħa għar-rapport ta' verifika.

(16)

Sabiex tiżdied il-komparabbiltà bejn kumpanniji li japplikaw l-istess standards ta' accounting, u sabiex tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fil-funzjoni tal-verifika, il-Kummissjoni tista' tadotta rapport komuni ta' verifika għall-verifika ta' kontijiet annwali jew konsolidati ppreparat fuq bażi ta' standards ta' accounting approvati internazzjonalment, sakemm ma jkunx ġie adottat standard xieraq għal rapport bħal dan fuq livell Komunitarju.

(17)

L-ispezzjonijiet regolari huma mezz tajjeb sabiex tintlaħaq kwalità għolja ta' verifiki statutorji b'mod konsistenti. Għalhekk, awdituri statutorji u kumpanniji ta' awdituri għandhom ikunu suġġetti għal sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità li tkun organizzata b'mod li jkun indipendenti mill-awdituri statutorji u mill-kumpanniji ta' awdituri riveduti. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 29 dwar sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jekk awdituri individwali jkollhom politika komuni ta' assigurazzjoni ta' kwalità, ikun hemm bżonn biss li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti għall-kumpanniji ta' awdituri. L-Istati Membri jistgħu jorganizzaw sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità b'mod li kull awditur individwali jkun suġġett għal reviżjoni ta' assigurazzjoni ta' kwalità ta' l-anqas kull sitt snin. F'dan ir-rigward, il-fondi għas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni għandhom ikunu ħielsa minn kull influwenza li ma tkunx xierqa. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-kompetenza li tadotta miżuri implementattivi fi kwistjonijiet relevanti għall-organizzazzjoni ta' sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità, u fir-rigward tal-fondi tagħhom, f'każijiet fejn il-fiduċja pubblika fis-sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità tkun kompromessa b'mod serju. L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa li jsibu, permezz tas-sistemi ta' sorveljanza pubblika, approċċ koordinat sabiex iwettqu r-reviżjonijiet ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità bil-ħsieb li jevitaw li jimponu piżijiet żejda fuq il-partijiet konċernati.

(18)

Investigazzjonijiet u pieni adegwati jgħinu sabiex tiġi evitata u korretta l-eżekuzzjoni mhux adegwata ta' verifika statutorja.

(19)

L-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri huma responsabbli li jwettqu xogħolhom bl-attenzjoni dovuta u għalhekk għandhom ikunu responsabbli li jwieġbu għall-ħsara finanzjarja li tkun kawżata minnuqqas ta' diliġenza dovuta. Madankollu, il-kapaċità ta' l-awditur u tal-kumpannija tal-verifika li jkopru ruħhom b'assigurazzjoni ta' indemnità professjonali tista' tkun milquta minn jekk ikunux suġġetti għal responsabbiltà finanzjarja bla limitu. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li teżamina dawn il-kwistjonijiet b'kont meħud tal-fatt li s-sistemi ta' regoli dwar ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli.

(20)

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw sistema effettiva ta' sorveljanza pubblika għall-awdituri statutorji u għall-kumpanniji ta' awdituri fuq il-bażi ta' kontroll fil-pajjiż ta' l-oriġini. L-arranġamenti regolatorji għas-sorveljanza pubblika għandhom jippermettu koperazzjoni effettiva fuq il-livell Komunitarju fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' sorveljanza ta' l-Istati Membri. Is-sistema pubblika ta' sorveljanza għandha tkun immexxija minn persuni mhux prattikanti li jkollhom konoxxenza ta' l-oqsma relevanti tal-verifika statutorja. Dawn il-persuni mhux prattikanti jistgħu jkunu speċjalisti li qatt ma kellhom konnessjoni mal-professjoni tal-verifika jew jistgħu jkunu persuni li kienu prattikanti u li telqu l-professjoni. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jippermettu minoranza ta' persuni prattikanti sabiex tkun involuta fit-tmexxija tas-sistema pubblika ta' sorveljanza. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' xulxin kull meta jkun hemm il-bżonn bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet tagħhom ta' sorveljanza fuq l-awdituri statutorji jew fuq il-kumpanniji ta' awdituri approvati minnhom. Tali koperazzjoni tista' tikkontribwixxi b'mod importanti sabiex tiżgura kwalità għolja b'mod konsistenti tal-verifika statutorja fil-Komunità. Billi huwa meħtieġ li tkun żgurata l-koperazzjoni u l-koordinazzjoni effikaċi bejn awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri fuq il-livell Ewropew, in-nomina ta' entità waħda, responsabbli għall-koperazzjoni, għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta' kull waħda mill-awtoritajiet li tikkopera direttament ma' l-awtoritajiet l-oħra kompetenti ta' l-Istati Membri.

(21)

Sabiex tiġi żgurata konformità ma' l-Artikolu 32(3) dwar il-prinċipji ta' sorveljanza pubblika, persuna mhux prattikanti hija meqjusa li għandha konoxxenza ta' l-oqsma relevanti għall-verifika statutorja permezz tal-ħila professjonali passata tagħha, jew alternattivament minħabba li jkollha konoxxenza ta' mill-anqas wieħed mis-suġġetti elenkati fl-Artikolu 8.

(22)

Il-ħatra ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija tal-verifika għandha ssir mil-laqgħa ġenerali ta' l-azzjonisti jew tal-membri ta' l-entità suġġetta għall-verifika. Sabiex tiġi mħarsa l-indipendenza ta' l-awditur huwa importanti li t-tneħħija tiegħu tkun possibbli biss fejn ikun hemm raġunijiet validi u jekk dawk ir-raġunijiet jiġu komunikati lill-awtorità jew awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza pubblika.

(23)

Billi l-entitajiet ta' interess pubbliku għandhom viżibbiltà ogħla u huma iktar importanti ekonomikament, għandhom japplikaw rekwiżiti aktar stretti fil-każ ta' verifika statutorja tal-kontijiet annwali jew konsolidati tagħhom.

(24)

Il-kumitati tal-verifika u sistemi effettivi ta' kontroll intern jgħinu sabiex ikunu minimizzati r-riskji finanzjarji, operattivi u ta' konformità, u jsaħħu l-kwalità tar-rappurtar finanzjarju. L-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2005 dwar l-irwol ta' diretturi mhux eżekuttivi jew superviżorji ta' kumpanniji elenkati u dwar il-kumitati tal-bord (ta' sorveljanza) ( 13 ), li tesponi kif għandhom ikunu stabbiliti u jiffunzjonaw kumitati ta' verifika. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-verifika jew lill- korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti jkunu mwettqa totalment mill-korp amministrattiv jew ta' sorveljanza. Fir-rigward tad-dmirijiet tal-kumitat tal-verifika, skond l-Artikolu 41, l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika bl-ebda mod ma għandhom ikunu subordinati għall-kumitat.

(25)

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jeżentaw entitajiet ta' interess pubbliku li jkunu intrapriżi ta' investiment kollettiv u li t-titoli trasferibbli tagħhom ikunu ammessi għan-negozju f'suq regolat mir-rekwiżit li jkollhom kumitat ta' verifika. Din l-għażla tqis il-fatt li, fejn l-impriża ta' investiment kollettiv topera biss għall-iskop li jkun hemm ġabra komuni ta' assi, mhux dejjem ikun xieraq li jiġi mqabbad kumitat ta' verifika. Ir-rapportar finanzjarju u r-riskji relatati ma jistgħux jitqabblu ma' dawk ta' entitajiet oħra ta' interess pubbliku. Barra minn hekk, intrapriżi għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u l-kumpanniji li jamministrawhom joperaw f'ambjent regolatorju strettament definit u huma suġġetti għal mekkaniżmi speċifiċi ta' tmexxija bħal kontrolli mwettqa mid-depożitarju tagħhom. Għal dawk l-intrapriżi ta' investiment kollettiv li m'humiex armonizzati mid-Direttiva 85/611/KEE ( 14 ) iżda li huma suġġetti għal salvagwardji simili kif previst b'dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, f'dan il-każ partikolari jitħallew jipprovdu trattament ugwali għall-intrapriżi ta' investiment kollettiv armonizzati mill-Komunità.

(26)

Sabiex tissaħħaħ l-indipendenza ta' awdituri ta' entitajiet ta' interess pubbliku, is-soċju jew soċji essenzjali li jwettqu l-verifika ta' tali entitajiet għandhom jinbidlu fuq bażi ta' rotazzjoni. Sabiex tiġi organizzata tali rotazzjoni, l-Istati Membri għandhom jesiġu l-bidla tas-soċju jew soċji essenzjali li jwettqu l-verifika ta' entità, filwaqt li jippermettu l-kumpannija tal-verifika, li magħha jkunu assoċjati s-soċju jew soċji essenzjali, tibqa' tkun l-awditur statutorju ta' dik l-entità. Fejn Stat Membru jsib li hekk ikun xieraq sabiex jilħaq l-objettivi mixtieqa, dak l-Istat Membru jista', alternattivament, jesiġi l-bidla tal-kumpannija tal-verifika, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42(2).

(27)

Ir-relazzjoni reċiproka bejn is-swieq kapitali tenfażizza l-bżonn ukoll li tiġi żgurata kwalità għolja ta' xogħol imwettaq minn awdituri minn pajjiżi terzi fir-rigward tas-suq kapitali tal-Komunità. Għalhekk, l-awdituri konċernati għandhom ikunu reġistrati sabiex ikunu suġġetti għas-sistema ta' reviżjonijiet ta' assigurazzjoni ta' kwalità u għas-sistema ta' investigazzjonijiet u ta' pieni. Għandhom ikunu possibbli derogi fuq il-bażi ta' reċiproċità, suġġetti għall-ittestjar ta' l-ekwivalenza mwettaq mill-Kummissjoni b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri. Fi kwalunkwe każ, entità li ħarġet titoli trasferibbli f'suq regolat fis-sens tal-punt 14 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE għandha dejjem tkun suġġetta għal verifika minn awditur li jkun reġistrat fi Stat Membru jew li jkun sorveljat minn awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz minn fejn ikun ġej l-awditur, sakemm dak il-pajjiż terz ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru bħala wieħed li jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għar-rekwiżiti Komunitarji fil-qasam ta' prinċipji ta' sorveljanza, ta' sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità u ta' sistemi ta' investigazzjonijiet u ta' pieni, u sakemm il-bażi ta' dan l-arranġament tkun waħda ta' reċiproċità. Filwaqt li sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità ta' pajjiż terz tista' tiġi kkunsidrata bħala ekwivalenti minn Stat Membru, dan ma jfissirx li Stati Membri oħrajn għandhom jaċċettaw dik il-valutazzjoni ta' ekwivalenza nazzjonali, u lanqas din ma għandha tiddetermina minn qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(28)

Il-kumplessità ta' verifiki ta' gruppi internazzjonali titlob koperazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u dawk ta' pajjiżi terzi. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jistgħu jkollhom aċċess għad-dokumenti tax-xogħol tal-verifika u għal dokumenti oħrajn permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet konċernati u fl-istess waqt jiġi faċilitat l-aċċess għal dawn id-dokumenti, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jagħtu aċċess dirett lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi suġġett għall-qbil ta' l-awtorità kompetenti nazzjonali. Waħda mill-kriterji relevanti għall-għoti ta' aċċess hija jekk l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi jissodisfawx ir-rekwiżiti dikjarati mill-Kummissjoni bħala adegwati. Sa meta tittieħed tali deċiżjoni mill-Kummissjoni, u mingħajr preġudizzju għal din, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw jekk ir-rekwiżiti humiex adegwati.

(29)

L-iżvelar ta' informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 36 u 47 għandu jkun konformi mar-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data ( 15 ).

(30)

Il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE u b'kunsiderazzjoni xierqa tad-dikjarazzjoni magħmula mill-Kummissjoni fil-Parlament Ewropew fil-5 ta' Frar 2002 dwar l-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

(31)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tliet xhur mill-ewwel trażmissjoni ta' l-abbozzi ta' emendi u ta' miżuri implementattivi sabiex ikun jista' jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, f'każijiet urġenti u debitament ġustifikati, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jitqassar. Jekk, f'dak il-perjodu, tkun ġiet adottata riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-abbozzi ta' emendi jew ta' miżuri.

(32)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssir meħtieġa l-applikazzjoni ta' sett wieħed ta' standards internazzjonali tal-verifika, l-aġġornament tar-rekwiżiti edukattivi, id-definizzjoni ta' l-etika professjonali u l-implementazzjoni teknika tal-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, sabiex tittejjeb u tiġi armonizzata ulterjorment il-kwalità tal-verifika statutorja fil-Komunità u tiġi faċilitata l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi sabiex tissaħħaħ l-konfidenza fil-verifika statutorja tal-kontijiet, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-firxa u l-effetti ta' din id-Direttiva, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(33)

Bl-iskop li r-relazzjoni bejn l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika u l-entità suġġetta għall-verifika ssir aktar trasparenti, id-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE għandhom jiġu emendati sabiex jesiġu l-iżvelar tal-pagament għall-verifika tal-kont u tal-pagament magħmul għal servizzi mhux ta' verifika tal-kontijiet fin-noti annessi mal-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati.

(34)

Id-Direttiva 84/253/KEE għandha tiġi mħassra għaliex hemm nieqes sett komprensiv ta' regoli li jiżguraw infrastruttura adegwata tal-verifika, bħal sorveljanza pubblika, sistemi dixxiplinarji u sistemi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u għaliex ma tipprovdix b'mod speċifiku għal koperazzjoni regolatorja bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali huwa madankollu ċertament meħtieġ li jkun indikat li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji ta' awdituri li ġew approvati skond id-Direttiva 84/253/KEE jitqiesu bħala approvati skond din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

'SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

'Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-verifika statutorja tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati.

▼M3

L-Artikolu 29 ta' din id-Direttiva ma għandux japplika għall-awditu statutorju ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u konsolidati ta' entitajiet ta' interess pubbliku sakemm dan mhuwiex speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ).

▼B

Artikolu 2

'Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M3

1) “awditu statutorju” tfisser awditjar ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati sa fejn dan ikun:

(a) meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni;

(b) meħtieġ liġi nazzjonali fir-rigward tal-impriżi żgħar;

(c) imwettaq volontarjament fuq it-talba ta' impriżi żgħar li jissodisfaw rekwiżiti legali nazzjonali li jkunu ekwivalenti għal dawk għall-awditjar taħt il-punt (b), fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tiddefinixxi tali awditi bħala awditi statutorji;

▼B

2) “awditur statutorju” tfisser persuna fiżika approvata skond din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru sabiex twettaq verifiki statutorji;

3) “kumpannija tal-verifika” tfisser persuna ġuridika jew kwalunkwe entità oħra, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun approvata skond din id-Direttiva mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru sabiex twettaq verifiki statutorji;

▼M3

4) “entità” ta' awditjar ta' pajjiż terz' tfisser entità, irrispettivament mill-forma legali tagħha, li twettaq awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati ta' kumpannija inkorporata f'pajjiż terz, għajr entità li tkun reġistrata bħala ditta tal-awditjar fi kwalunkwe Stat Membru b'konsegwenza tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 3;

5) “awditur ta' pajjiż terz” tfisser persuna fiżika li twettaq awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati ta' kumpannija inkorporata f'pajjiż terz, għajr persuna li tkun reġistrata bħala awditur statutorju fi kwalunkwe Stat Membru b'konsegwenza tal-approvazzjoni skont l-Artikoli 3 u 44;

▼B

6) “awditur ta' grupp” tfisser l-awditur jew awdituri statutorji jew il-kumpannija jew kumpanniji tal-verifika li jwettqu l-verifika statutorja tal-kontijiet konsolidati;

7) network” tfisser l-istruttura akbar:

 li tkun immirata lejn il-koperazzjoni u li għaliha jappartjenu awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika; u

 li tkun immirata b'mod ċar lejn il-qsim ta' profitti jew ta' spejjeż jew ikollha drittijiet ta' proprjetà, kontroll jew ġestjoni komuni, politika u proċeduri komuni ta' kontroll ta' kwalità, strateġija kummerċjali komuni, l-użu ta' marka kummerċjali komuni, jew parti sinifikattiva tar-riżorsi professjonali;

8) “affiljat ta' kumpannija tal-verifika” tfisser kwalunkwe intrapriża, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, li tkun konnessa ma' kumpannija tal-verifika permezz ta' drittijiet tal-proprjetà, kontroll jew ġestjoni komuni;

9) “rapport ta' verifika tal-kontijiet” tfisser ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 51(a) tad-Direttiva 78/660/KEE u fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE maħruġ mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija tal-verifika;

▼M3

10) “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet maħturin bil-liġi li huma responsabbli għar-regolamentazzjoni u/jew is-sorveljanza ta' awdituri statutorji u ditta tal-awditjar jew ta' aspetti speċifiċi ta' dawn; ir-referenza għal “awtorità kompetenti” fl-Artikolu speċifiku tfisser referenza għall-awtorità responsabbli għall-funzjonijiet imsemmijin f'dak l-Artikolu;

▼M3 —————

▼B

12) “standards internazzjonali ta' l-accounting” tfisser l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IAS), l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Interpretazzjonijiet relatati (l-interpretazzjonijiet SIC-IFRIC), l-emendi sussegwenti lil dawk l-istandards u interpretazzjonijiet relatati, standards futuri u interpretazzjonijiet relatati maħruġa jew adottati mill-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali ta' l-Accounting (IASB);

▼M3

13) “entitajiet ta' interess pubbliku” tfisser:

(a) entitajiet regolati mid-dritt ta' Stat Membru li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(b) istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva;

(c) impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE; jew

(d) entitajiet maħturin mill-Istati Membri bħala entitajiet ta' interess pubbliku, bħal pereżempju impriżi li jkunu ta' rilevanza pubblika sinifikattiva minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta' impjegati tagħhom;

▼B

14) “koperattiva” tfisser Soċjetà Koperattiva Ewropea kif definita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Koperattiva Ewropea (SCE) ( 18 ), jew kwalunkwe koperattiva oħra li għaliha tkun meħtieġa verifika statutorja skond il-liġi Komunitarja, bħal istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fil-punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/12/KE u intrapriżi ta' l-assigurazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/674/KEE;

▼M3

15) “persuna li ma tipprattikax il-professjoni” tfisser kull persuna fiżika li, waqt l-involviment tagħha fit-tmexxija tas-sistema ta' sorveljanza pubblika u matul il-perijodu tat-tliet snin immedjatament qabel dak l-involviment, ma tkunx wettqet awditi statutorji, ma kellha l-ebda drittijiet għal vot f'ditta tal-awditjar, ma kinitx membru tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew superviżorju ta' ditta tal-awditjar u ma kinitx impjegata minn ditta tal-awditjar jew b'xi mod assoċjata ma' ditta tal-awditjar;

▼B

16) “soċju jew soċji essenzjali fil-verifika” tfisser:

(a) l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija tal-verifika għal kompitu partikolari ta' verifika bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja f'isem il-kumpannija tal-verifika; jew

(b) fil-każ ta' verifika ta' grupp, almenu l-awditur jew awdituri statutorji maħtura minn kumpannija tal-verifika bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli sabiex iwettqu l-verifika statutorja fil-livell ta' grupp u l-awditur jew awdituri statutorji maħtura bħala l-persuna jew persuni primarjament responsabbli fil-livell ta' sussidjarji materjali; jew

(ċ) l-awditur jew awdituri statutorji li ffirmaw ir-rapport tal-verifika;

▼M3

17) “impriżi ta' daqs medju” tfisser l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 );

18) “impriżi żgħar” tfisser l-impriżi msemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2013/34/UE;

19) “Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru li fih awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tkun approvata skont l-Artikolu 3(1);

20) “Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li fih awditur statutorju approvat mill-Istat Membru domiċiljari tiegħu jew tagħha j/tipprova j/tikseb approvazzjoni wkoll skont l-Artikolu 14, jew Stat Membru li fih ditta tal-awditjar approvata mill-Istat Membru domiċiljari tagħha tfittex li tiġi reġistrata jew tkun reġistrata skont l-Artikolu 3a.

▼B



KAPITOLU II

'APPROVAZZJONI, EDUKAZZJONI KONTINWA U RIKONOXXIMENT REĊIPROKU

Artikolu 3

'L-approvazzjoni ta' awdituri statutorji u ta' kumpanniji tal-verifika

1.  Il-verifiki statutorji għandhom jiġu mwettqa biss minn awdituri statutorji jew minn kumpanniji tal-verifika li jkunu approvati mill-Istat Membru li jesiġi l-verifika statutorja.

2.   ►M3  Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-awtorità kompetenti biex tkun responsabbli mill-approvazzjoni ta' awdituri statutorji u ditta tal-awditjar. ◄

▼M3 —————

▼B

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu japprovaw bħala awdituri statutorji biss persuni fiżiċi li jissodisfaw ta' l-anqas il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4 u 6 sa 10.

4.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu japprovaw biss bħala kumpanniji tal-verifika lil dawk l-entitajiet li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-persuni fiżiċi li jwettqu l-verifiki statutorji f'isem kumpannija tal-verifika għandhom jissodisfaw ta' l-anqas il-kondizzjonijiet imposti mill-Artikoli 4 u 6 sa 12 u għandhom ikunu approvati bħala awdituri statutorji fl-Istat Membru konċernat;

▼M3

(b) il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot f'entità għandha tkun f'idejn id-ditti tal-awditjar li jkunu approvati fi kwalunkwe Stat Membru jew f'idejn persuni fiżiċi li jissodisfaw tal-anqas il-kondizzjonijiet imposti mill-Artikoli 4 u 6 sa 12. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li persuni fiżiċi bħal dawn iridu jkunu ġew approvati wkoll fi Stat Membru ieħor. Għall-iskop tal-awditu statutorju ta' kooperattivi, banek ta' tfaddil u entitajiet simili kif imsemmijin fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, sussidjarja jew suċċessur legali ta' kooperattiva, bank ta' tfaddil jew entità simili kif imsemmijin fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE l-Istati Membri jistgħu jistipulaw dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn f'rabta mad-drittijiet tal-vot;

▼B

(ċ) il-maġġoranza – sa massimu ta' 75 % – tal-membri tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni ta' l-entità għandha tkun magħmula minn kumpanniji tal-verifika li jkunu approvati fi kwalunkwe Stat Membru jew minn persuni fiżiċi li jissodisfaw ta' l-anqas il-kondizzjonijiet imposti mill-Artikoli 4 u 6 sa 12. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li tali persuni fiżiċi għandhom ikunu approvati wkoll fi Stat Membru ieħor. Fejn tali korp ma jkollux aktar minn żewġ membri, wieħed minn dawn il-membri għandu jissodisfa ta' l-anqas il-kondizzjonijiet f'dan il-punt;

(d) il-kumpannija għandha tissodisfa l-kondizzjoni imposta mill-Artikolu 4.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet addizzjonali biss jekk marbuta mal-punt (ċ). Tali kondizzjonijiet għandhom ikunu proporzjanali ma' l-għanijiet mixtieqa u ma għandhomx jeċċedu dak li huwa strettament meħtieġ.

▼M3

Artikolu 3a

Rikonoxximent tad-ditti tal-awditjar

1.  B' deroga mill-Artikolu 3(1), ditta tal-awditjar li hija approvata fi Stat Membru għandha tkun intitolata li twettaq awditi statutorji fi Stat Membru ieħor dment li s-sieħeb ewlieni ta' awditjar li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar jikkonforma mal-punt (a) tal-Artikolu 3(4) fl-Istat Membru ospitanti.

2.  Ditta tal-awditjar li tixtieq twettaq awditi statutorji fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru domiċiljari tagħha għandha tirreġistra mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti skont l-Artikoli 15 u 17.

3.  L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandha tirreġistra d-ditta tal-awditjar jekk tkun sodisfatta li d-ditta tal-awditjar tkun reġistrata mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari. Fejn l-Istat Membru ospitanti jkun biħsiebu joqgħod fuq ċertifikat li jafferma r-reġistrazzjoni tad-ditta tal-awditjar fl-Istat Membru domiċiljari, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti tista' titlob li ċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari ma għandux ikun ilu aktar minn tliet xhur li nħareġ. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari dwar ir-reġistrazzjoni tad-ditta tal-awditjar.

▼B

Artikolu 4

'Reputazzjoni tajba

L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jagħtu l-approvazzjoni biss lil persuni fiżiċi jew lil kumpanniji ta' reputazzjoni tajba.

Artikolu 5

'L-irtirar ta' l-approvazzjoni

1.  L-approvazzjoni ta' awditur statutorju jew ta' kumpannija tal-verifika tista' tiġi rtirata jekk ir-reputazzjoni ta' dik il-persuna jew kumpannija tkun ġiet serjament kompromessa. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu raġonevoli ta' żmien li fih jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta' reputazzjoni tajba.

2.  L-approvazzjoni ta' kumpannija tal-verifika għandha tiġi rtirata jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet imposti fl-Artikolu 3(4) punti (b) u (ċ) ma għadhiex sodisfatta aktar. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodu raġonevoli ta' żmien sabiex dawk ir-rekwiżiti jiġu sodisfatti.

▼M3

3.  Fejn l-approvazzjoni ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar tiġi rtirata għal kwalunkwe raġuni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fejn l-approvazzjoni tkun ġiet irtirata għandha tikkomunika dak il-fatt u r-raġunijiet għall-irtirar lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri ospitanti fejn l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar wkoll tkun reġistrata skont l-Artikolu 3a, il-punt (c) tal-Artikolu 16(1), u l-punt (i) tal-Artikolu 17(1).

▼B

Artikolu 6

'Kwalifiki edukattivi

Bla preġudizzju għall-Artikolu 11, persuna fiżika tista' tiġi approvata sabiex twettaq verifika statutorja biss wara li tkun laħqet il-livell meħtieġ għad-dħul fl-Università jew livell ekwivalenti, tkun imbagħad kompliet kors ta' tagħlim teoretiku, tkun għamlet taħriġ prattiku u għaddiet minn eżami ta' kompetenza professjonali fil-livell ta' l-eżamijiet finali ta' l-Università jew livell ekwivalenti, organizzat jew rikonoxxut mill-Istat Membru konċernat.

▼M3

L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 għandhom jikkooperaw ma' xulxin bil-għan li tinkiseb konverġenza tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu. Meta jimpenjaw ruħhom f'tali kooperazzjoni, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu żviluppi fl-awditjar u fil-professjoni tal-awditjar, u, b'mod partikolari, il-konverġenza li tkun diġà ntlaħqet mill-professjoni. Huma għandhom jikkooperaw mal-Kumitat tal-Korpi Ewropej ta' Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) u l-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 sa fejn tali konverġenza tkun marbuta mal-awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku.

▼B

Artkolu 7

'Eżami tal-kompetenza professjonali

L-eżami tal-kompetenza professjonali msemmi fl-Artikolu 6 għandu jiżgura l-livell meħtieġ ta' konoxxenza teoretika tas-suġġetti relevanti għall-verifika statutorja tal-kontijiet u l-abbiltà fl-applikazzjoni ta' din il-konoxxenza fil-prattika. Ta' l-inqas parti minn dak l-eżami għandu jkun bil-miktub.

Artikolu 8

'Test tal-konoxxenza teoretika

1.  It-test tal-konoxxenza teoretika inkluż fl-eżami għandu jkopri s-suġġetti li ġejjin b'mod partikolari:

(a) teorija u prinċipji ġenerali ta' l-accounting,

(b) rekwiżiti u standards legali li jirrigwardaw il-preparazzjoni tal-kontijiet annwali u konsolidati,

(ċ) standards internazzjonali ta' l-accounting,

(d) analiżi finanzjarja,

(e)  accounting ta' l-ispejjeż u tal-ġestjoni,

(f) maniġġar tar-riskju u kontroll intern,

(g) il-verifika tal-kontijiet u kapaċitajiet professjonali,

(h) rekwiżiti legali u standards professjonali li jirrigwardaw il-verifika statutorja tal-kontijiet u l-awdituri statutorji,

▼M3

(i) standards internazzjonali ta' awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 26;

▼B

(j) etika professjonali u indipendenza.

2.  Għandu jkopri wkoll ta' l-anqas is-suġġetti li ġejjin sa fejn dawn ikunu relevanti għall-verifika:

(a) il-liġi tal-kumpanniji u t-tmexxija korporattiva,

(b) il-liġi tal-falliment u proċeduri simili,

(ċ) il-liġi fiskali,

(d) il-liġi ċivili u kummerċjali,

(e) il-liġi dwar is-sigurtà soċjali u l-liġi dwar l-impjiegi,

(f) l-informatika u s-sistemi tal-kompjuters,

(g) il-kummerċ, l-ekonomija ġenerali u finanzjarja,

(h) il-matematika u l-istatistika,

(i) il-prinċipjy bażiċi ta' l-amministrazzjoni finanzjarja ta' l-intrapriżi.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 9

'Eżenzjonijiet

1.  Bħala deroga mill-Artikoli 7 u 8, Stat Membru jista' jistipula li persuna li għaddiet minn eżami universitarju jew eżami ieħor ekwivalenti jew li jkollha lawrja universitarja jew kwalifika ekwivalenti f'wieħed jew aktar mis-suġġetti msemmija fl-Artikolu 8 tista' tiġi eżentata mit-test tal-konoxxenza teoretika fis-suġġetti koperti minn dak l-eżami jew minn dik il-lawrja.

2.  B'deroga mill-Artikolu 7, Stat Membru jista' jipprovdi li d-detentur ta' lawrja universitarja jew ta' kwalifika ekwivalenti f'wieħed jew aktar mis-suġġetti msemmija fl-Artikolu 8 jistgħu jiġu eżentati mit-test ta' l-abbiltà li japplika fil-prattika l-konoxxenza teoretika tiegħu ta' tali suġġetti jekk huwa rċieva taħriġ prattiku f'dawk is-suġġetti li jkun attestat minn eżami jew diploma rikonoxxuti mill-Istat.

Artikolu 10

'Taħriġ prattiku

▼M3

1.  Sabiex tkun żgurata l-kapaċità li tapplika l-għarfien teoretiku fil-prattika, li test tiegħu jkun inkluż fl-eżami, il-persuna li titħarreġ għandha tlesti minimu ta' taħriġ prattiku ta' tliet snin fost l-oħrajn fl-awditjar ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati jew dikjarazzjonijiet finanzjarji simili. Tal-inqas żewġ terzi ta' tali taħriġ prattiku għandu jsir ma' awditur statutorju jew ma' ditta tal-awditjar approvata fi kwalunkwe Stat Membru.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taħriġ kollu jitwettaq ma' persuni li jipprovdu garanziji adegwati fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jipprovdu taħriġ prattiku.

Artikolu 11

'Kwalifika permezz ta' esperjenza prattika fit-tul

L-Istati Membri jistgħu japprovaw persuna li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 bħala awditur statutorju, jekk din tista' turi:

(a) li għal 15-il sena kienet involuta f'attivitajiet professjonali li tawha esperjenza suffiċjenti fl-oqsma tal-finanzi, tal-liġi u ta' l-accounting u li għaddiet mill-eżami ta' kompetenza professjonali imsemmi fl-Artikolu 7, jew

(b) li għal seba' snin kienet involuta f'attivitajiet professjonali f'dawk l-oqsma u li, barra minn hekk, kellha t-taħriġ prattiku msemmi fl-Artikolu 10 u għaddiet mill-eżami ta' kompetenza professjonli msemmi fl-Artikolu 7.

Artikolu 12

'Taħriġ prattiku flimkien ma' istruzzjoni teoretika

1.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-perjodi ta' istruzzjoni teoretika fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 8 għandhom jgħoddu għall-perjodi ta' attività professjonali msemmija fl-Artikolu 11, sakemm din l-istruzzjoni tkun attestata minn eżami rikonoxxut mill-Istat. Tali istruzzjoni m'għandhiex tkun ta' anqas minn sena, u ma tistax tnaqqas il-perjodu ta' l-attività professjonali b'aktar minn erba' snin.

2.  Il-perjodu ta' attività professjonali kif ukoll it-taħriġ prattiku ma għandhomx ikunu iqsar mill-kors ta' tagħlim teoretiku flimkien mat-taħriġ prattiku meħtieġa mill-Artikolu 10.

▼M3

Artikolu 13

Edukazzjoni kontinwa

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji jintalbu jieħdu sehem fi programmi xierqa ta' edukazzjoni kontinwa sabiex iżommu fuq livell għoli biżżejjed l-għarfien teoretiku, il-ħiliet u l-valuri professjonali tagħhom, u li n-nuqqas ta' rispett għar-rekwiżiti tal-edukazzjoni kontinwa jkun soġġett għal sanzjonijiet xierqa kif previst fl-Artikolu 30.

Artikolu 14

Approvazzjoni tal-awdituri statutorji minn Stat Membru ieħor

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-approvazzjoni ta' awdituri statutorji li ġew approvati fi Stati Membri oħra. Dawn il-proċeduri m'għandhomx imorru lil hinn mir-rekwiżit li persuna tlesti perijodu ta' adattament kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) jew tgħaddi minn test ta' kapaċità kif imsemmi fil-punti (h) ta' dik id-dispożizzjoni.

2.  L-Istat Membru ospitanti għandu jiddeċiedi jekk l-applikant li qed ifittex approvazzjoni għandu jkun soġġett għal perijodu ta' adattament kif iddefinit fil-punt (g) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/36/KE jew test ta' kapaċità kif iddefinit fil-punt (h) ta' dik id-dispożizzjoni.

Il-perijodu ta' adattament ma għandux jaqbeż it-tliet snin u l-applikant għandu jkun soġġett għal valutazzjoni.

It-test ta' kapaċità għandu jsir b'waħda mil-lingwi permessi mir-regoli dwar il-lingwi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti konċernat. Għandu jkopri biss l-għarfien adegwat tal-awditur statutorju tal-liġijiet u r-regolamenti ta' dak l-Istat Membru ospitanti f'dak li jkun rilevanti għall-awditi statutorji.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas tas-CEAOB bil-għan li tinkiseb konverġenza tar-rekwiżiti tal-perijodu ta' adattament u t-test ta' kapaċità. Għandhom itejbu t-trasparenza u l-prevedibilità tar-rekwiżiti. Għandhom jikkooperaw mas-CEAOB u mal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 sa fejn it-tali konverġenza tkun relatata ma' awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku.

▼B



KAPITOLU III

'REĠISTRAZZJONI

Artikolu 15

'Reġistru pubbliku

▼M3

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jiddaħħlu f'reġistru pubbliku skont l-Artikoli 16 u 17. F'każijiet eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 16 dwar l-iżvelar biss sa fejn ikun meħtieġ biex tittaffa theddida imminenti u sinjifikattiva għas-sigurtà personali ta' kwalunkwe persuna.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awditur statutorju u kumpannija tal-verifika jkunu identifikati fir-reġistru pubbliku permezz ta' numru individwali. L-informazzjoni tar-reġistrazzjoni għandha tinżamm fir-reġistru f'format elettroniku u għandha tkun aċċessibbli elettronikament għall-pubbliku.

3.  Ir-reġistru pubbliku għandu wkoll ikun fih l-isem u l-indirizz ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkunu responsabbli mill-approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 3, mill-assigurazzjoni tal-kwalità kif previst fl-Artikolu 29, mill-investigazzjonijiet u mill-pieni imposti fuq awdituri statutorji u kumpanniji tal-verifika kif previst fl-Artikolu 30, u mis-sorveljanza pubblika kif previst fl-Artikolu 32.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru pubbliku jkun imħaddem kompletament sad-29 ta' Ġunju 2009.

Artikolu 16

'Reġistrazzjoni ta' awdituri statutorji

1.  Fir-rigward ta' awdituri statutorji, ir-reġistru pubbliku għandu jkun fih ta' l-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni;

(b) jekk applikabbli, l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-website u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija jew kumpanniji tal-verifika li jimpjegaw lill-awditur statutorju, jew li magħhom huwa jkun assoċjat bħala soċju jew b'mod ieħor;

(ċ) ir-reġistrazzjoni(jiet) l-oħrajn kollha bħala awditur statutorju ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn u bħala awditur ma' pajjiżi terzi, inklużi l-isem (ismijiet) ta' l-awtorità(jiet) ta' reġistrazzjoni, u, jekk applikabbli, in-numru (i) tar-reġistrazzjoni.

2.  L-awdituri ta' pajjiż terz reġistrati skond l-Artikolu 45 għandhom jiġu indikati hekk b'mod ċar fir-reġistru u mhux bħala awdituri statutorji.

Artikolu 17

'Reġistrazzjoni tal-kumpanniji tal-verifika

1.  Fir-rigward tal-kumpanniji tal-verifika, ir-reġistru pubbliku għandu jkun fih ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni;

(b) il-forma ġuridika;

(ċ) informazzjoni għall-finijiet ta' kuntatt, il-persuna prinċipali għall-finijiet ta' kuntatt u, fejn applikabbli, l-indirizz tal-websajt;

(d) l-indirizz ta' kull uffiċċju fl-Istat Membru;

(e) l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni ta' l-awdituri statutorji kollha impjegati jew assoċjati bħala imseħbin jew b'mod ieħor mal-kumpannija tal-verifika;

(f) l-ismijiet u l-indirizzi professjonali tal-proprjetarji u ta' l-azzjonisti kollha;

(g) l-ismijiet u l-indirizzi professjonali tal-membri kollha tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni;

(h) jekk applikabbli, is-sħubija f'network u lista ta' l-ismijiet u l-indirizzi tal-kumpanniji membri u affiljati jew indikazzjoni tal-post fejn din l-informazzjoni tkun pubblikament disponibbli;

(i) ir-reġistrazzjonijiet l-oħrajn kollha bħala kumpannija tal-verifika ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn u bħala entità tal-verifika ma' pajjiżi terzi, inklużi l-isem (ismijiet) ta' l-awtorità (jiet) ta' reġistrazzjoni, u, jekk applikabbli, in-numru (i) tar-reġistrazzjoni;

▼M3

(j) fejn applikabbli, jekk id-ditta tal-awditjar tkunx reġistrata skont l-Artikolu 3a(3).

▼B

2.  L-entitajiet tal-verifika ta' pajjiżi terzi reġistrati skond l-Artikolu 45 għandhom jiġu indikati hekk b'mod ċar fir-reġistru u mhux bħala kumpanniji tal-verifika.

Artikolu 18

'L-aġġornament ta' l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika javżaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mir-reġistru pubbliku dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tkun tinsab fir-reġistru pubbliku. Ir-reġistru għandu jkun aġġornat mingħajr dewmien wara n-notifika.

Artikolu 19

'Responsabbiltà għall-informazzjoni tar-reġistrazzjoni

L-informazzjoni provduta lill-awtoritajiet kompetenti relevanti skond l-Artikoli 16, 17 u 18 għandha tiġi firmata mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija tal-verifika. Fejn l-awtorità kompetenti tipprovdi għall-għoti ta' l-informazzjoni b'mod elettroniku, dan jista' jseħħ pereżempju permezz ta' firma elettronika kif definita fil-punt 1 ta' l-Artikolu 2 tad-Direrttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru Komunitarju għall-firem elettroniċi ( 21 ).

Artikolu 20

'Lingwa

1.  L-informazzjoni imdaħħla fir-reġistru pubbliku għandha tkun imfassla f'waħda mill-lingwi permessi mir-regoli tal-lingwa applikabbli fl-Istat Membru konċernat.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-informazzjoni tiddaħħal fir-reġistru pubbliku fi kwalunkwe lingwa jew lingwi uffiċjali oħra tal-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li t-traduzzjoni ta' l-informazzjoni tkun ċertifikata.

Fil-każijiet kollha, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li r-reġistru jindika jekk it-traduzzjoni hijiex ċertifikata jew le.



KAPITOLU IV

'ETIKA PROFESSJONALI, INDIPENDENZA, OĠĠETTIVITÀ, KONFIDENZJALITÀ U SEGRETEZZA PROFESSJONALI

Artikolu 21

▼M3

Etika u xettiċiżmu professjonali

▼B

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika kollha jkunu suġġetti għal prinċipji ta' etika professionali, li jkopru ta' l-anqas il-funzjoni tagħhom ta' interess pubbliku, l-integrità u l-oġġettività tagħhom, u l-kompetenza professjonali tagħhom u d-diliġenza dovuta minnhom.

▼M3

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar iwettqu l-awditu statutorju, huma jħaddnu xettiċiżmu professjonali matul l-awditjar kollu, billi jirrikonoxxu l-possibilità ta' dikjarazzjoni skorretta materjali minħabba fatti jew imġiba li jindikaw irregolaritajiet, inklużi frodi jew żbalji, minkejja l-esperjenza fl-imgħoddi tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar tal-onestà u l-integrità tal-amministrazzjoni tal-entità awditjata u tal-persuni inkarigati mill-governanza tagħha.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom iħaddnu xettiċiżmu professjonali b'mod partikolari meta jirrieżaminaw stimi tal-amministrazzjoni marbuta ma' valuri ġusti, il-ħsara tal-assi, il-provvedimenti u l-fluss ta' flus kontanti fil-ġejjieni rilevanti għall-kapaċità tal-entità biex tkompli bħala negozju attiv.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “xettiċiżmu professjonali” tfisser attitudni li tinkludi rieda li persuna tistaqsi, il-ħila li tinnota kondizzjonijiet li jistgħu jindikaw possibilità ta' dikjarazzjoni skorretta minħabba żball jew frodi, u valutazzjoni kritika tal-evidenza tal-awditjar.

▼B

Artikolu 22

Indipendenza u oġġettività

▼M3

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta titwettaq awditu statutorju, awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, u kwalunkwe persuna fiżika f'pożizzjoni li tista' tinfluwenza b'mod dirett jew indirett l-eżitu tal-awditu statutorju, tkun indipendenti mill-entità awditjata u ma tkunx involuta fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità awditjata.

Għandha tintalab indipendenza tal-inqas kemm matul il-perijodu kopert mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jkunu ser jiġu awditjati kif ukoll il-perjodu li matulu ssir l-awditu statutorju.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex tiżgura li, meta twettaq awditu statutorju, l-indipendenza tagħha ma tkun affettwata minn ebda konflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta' negozju jew ta' xorta oħra diretta jew indiretta li tinvolvi lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li tkun qed twettaq l-awditu statutorju u, fejn xieraq, in-netwerk, il-managers, l-awdituri, l-impjegati, kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar, jew kwalunkwe persuna b'konnessjoni diretta jew indiretta mal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar b'kontroll.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar m'għandhomx iwettqu awditu statutorju jekk ikun hemm kwalunkwe theddida ta' awto rieżami, awtointeress, appoġġ, familjarità jew intimidazzjoni maħluqa minn relazzjonijiet finanzjarji, personali, kummerċjali, tal-impjieg jew relazzjonijiet oħra bejn:

 l-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar, in-netwerk tagħha, u kwalunkwe persuna fiżika f'pożizzjoni li tinfluwenza l-eżitu tal-awditu statutorju, u

 l-entità awditjata,

li abbażi tagħhom parti terza oġġettiva, raġonevoli u informata, meta tqis is-salvagwardji applikati, tikkonkludi li l-indipendenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar tkun kompromessa.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju, ditta tal-awditjar, is-sħab ewlenin tal-awditjar tagħhom, l-impjegati tagħhom, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll ta' tali awditur statutorju jew ditta tal-awditjar u li tkun involuta direttament f'attivitajiet ta' awditu statutorju, u persuni assoċjati mill-qrib magħhom fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE ( 22 ) ma jżommux u ma jkunux sidien ta' interess ta' benefiċċju materjali u dirett u ma jinvolvu ruħhom fl-ebda transazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju maħruġ, iggarantit jew appoġġat b'xi mod ieħor minn entità li tkun ġiet awditjata fil-qasam tal-attivitajiet tagħhom ta' awditu statutorju, minbarra interessi li indirettament ikunu sidien tagħhom permezz ta' skemi diversifikati ta' investiment kollettiv, inklużi fondi ġestiti bħal fondi ta' pensjoni jew assigurazzjoni tal-ħajja.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika jirreġistraw fid-dokumenti tal-verifika l-perikli kollha sinifikattivi għall-indipendenza tagħhom, kif ukoll is-salvagwardji applikati sabiex inaqqsu dawk il-perikli.

▼M3

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni jew il-kumpanniji msemmijin fil-paragrafu 2 ma jiħdux sehem f'awditu statutorju ta' kwalunkwe entità awditjata partikolari jew b'xi mod ieħor jinfluwenzaw l-eżitu tagħha jekk huma:

(a) ikunu sidien ta' strumenti finanzjarji tal-entità awditjata, minbarra interessi li indirettament huma jkunu sidien tagħhom permezz ta' skemi diversifikati ta' investiment kollettiv;

(b) ikunu sidien ta' strumenti finanzjarji ta' kwalunkwe entità relatata ma' entità awditjata, li s-sjieda tagħhom tkun tista' tikkawża, jew hija ġeneralment perċepita bħala li tikkawża, konflitt ta' interess, minbarra interessi li huma jkunu indirettament sidien tagħhom permezz ta' skemi diversifikati ta' investiment kollettiv;

(c) kellhom impjieg, relazzjoni ta' negozju jew relazzjoni oħra ma' dik l-entità li tkun ġiet awditjata matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 li tista' tikkawża, ġew ġeneralment tiġi pperċepita bħala li tikkawża, konflitt ta' interess.

▼M3

5.  Il-persuni jew il-kumpanniji msemmijin fil-paragrafu 2 m'għandhomx jitolbu jew jaċċettaw rigali jew favuri ta' flus u mhux ta' flus mingħand l-entità awditjata jew kwalunkwe entità marbuta ma' entità awditjata ħlief f'każ li parti terza oġġettiva, raġonevoli u infurmata tqis il-valur tagħhom bħala trivjali jew irrilevanti.

6.  Jekk, matul il-perijodu kopert mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, entità awditjata tiġi akkwistata minn, amalgamata ma', jew takkwista entità oħra, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tidentifika u tevalwa kwalunkwe interess jew relazzjoni attwali jew reċenti, inkluż kwalunkwe servizz mhux tal-awditjar ipprovdut lil dik l-entità, li, meta jitqiesu s-salvagwardji disponibbli, jistgħu jikkompromettu l-indipendenza u l-ħila tal-awditur li jissokta bl-awditu statutorju wara d-data effettiva tal-amalgamazzjoni jew akkwist.

Kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tieħu dawk il-passi kollha li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintemm kwalunkwe interess jew relazzjoni attwali li tista' tikkomprometti l-indipendenza tagħha u għandha, fejn possibbli, tadotta salvagwardji sabiex iddgħajjef kemm tista' kwalunkwe theddida għall-indipendenza tagħha li tista' tirriżulta minn interessi u relazzjonijiet preċedenti u attwali.

Artikolu 22a

Impjieg minn entitajiet awditjati ta' persuni li kienu awdituri statutorji jew ta' impjegati ta' awdituri statutorji jew ditta tal-awditjar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew sieħeb ewlieni fl-awditjar li jwettaq awditu statutorju f'isem ditta tal-awditjar, qabel ma jkun għadda perijodu ta' mill-inqas sena, jew, fil-każ ta' awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku, perijodu ta' sentejn minn meta huwa jkun waqaf jaqdi rwol ta' awditur statutorju jew sieħeb ewlieni fl-awditjar b'rabta mal-inkarigu tal-awditjar:

(a) ma jiħux pożizzjoni ewlenija ta' tmexxija fi ħdan l-entità awditjata;

(b) fejn applikabbli, ma jsirx membru tal-kumitat tal-awditjar tal-entità awditjata jew, fejn dan il-kumitat ma jkunx jeżisti, tal-korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti għal kumitat tal-awditjar;

(c) isir membru mhux eżekuttiv tal-korp amministrattiv jew membru tal-korp superviżorju tal-entità awditjata.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati u sħab, għajr sħab ewlenin ta' awditjar ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, li jwettqu awditu statutorju, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll ta' tali awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma jiħdux, meta dawn l-impjegati, sħab jew persuni fiżiċi oħra jiġu approvati bħala awdituri statutorji, kwalunkwe rwol imsemmi fil-punti (a), b) u (c) tal-paragrafu 1 qabel ma jkun għadda perijodu ta' mill-inqas sena minn meta kienu direttament involuti fl-inkarigu tal-awditu statutorju.

Artikolu 22b

Tħejjija għall-awditu statutorju u valutazzjoni tat-theddid għall-indipendenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma jaċċettaw jew ikomplu inkarigu għal awditu statutorju, awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandha tivvaluta u tiddokumenta dan li ġej:

 jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikolu 22 ta' din id-Direttiva;

 jekk hemmx theddid għall-indipendenza tagħhom u għas-salvagwadji applikati biex dak it-theddid jiddgħajjef;

 jekk ikollhomx impjegati kompetenti, il-ħin u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-awditjar statutorju b'mod xieraq;

 jekk, fil-każ ta' ditta tal-awditjar, is-sieħeb prinċipali fl-awditjar ikunx approvat bħala awditur statutorju fl-Istat Membru li jkun qed jitlob l-awditu statutorju;

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu rekwiżiti simplifikati għall-awditi msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2.

▼B

Artikolu 23

'Il-konfidenzjalità u s-segretezza professjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u d-dokumenti kollha li għalihom ikollhom aċċess l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika meta jwettqu l-verifika statutorja jkunu protetti b'regoli adegwati ta' konfidenzjalità u ta' segretezza professjonali.

▼M3

2.  Ir-regoli ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali relatati ma' awdituri statutorji jew ma' ditta tal-awditjar ma għandhomx ixekklu l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

3.  Fejn awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tiġi sostitwita b'awditur statutorju jew ditta tal-awditjar oħra, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ta' qabel għandha tipprovdi aċċess lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar l-ġdida għall-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-entità awditjata u l-aħħar awditjar li jkun sar ta' dik l-entità.

▼B

4.  Awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika li ma jkunux għadhom jaħdmu fuq kompitu partikolari ta' verifika u persuna li kienet taħdem bħala awditur statutorju jew kumpannija li kienet twettaq verifiki tal-kontijiet fil-passat, għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' dak ix-xogħol ta' verifika.

▼M3

5.  Fejn awditur statutorju jew ditta tal-awditjar iwettqu awditu statutorju ta' impriża li hija parti minn grupp ta' impriżi li l-impriża prinċipali tiegħu tinsab f'pajjiż terz, ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jwaqqfux it-trasferiment mill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tad-dokumentazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-ħidma ta' awditjar mwettqa għall-awditur tal-grupp li jinsab f'pajjiż terz jekk tali dokumentazzjoni tkun meħtieġa biex isir awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tal-impriża prinċipali.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' impriża li tkun ħarġet titoli f'pajjiż terz jew li tagħmel parti minn grupp li joħroġ dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati statutorji f'pajjiż terz jistgħu jittrasferixxu biss dik id-dokumentazzjoni tal-awditjar jew dokumenti oħra relatati mal-awditjar ta' dik l-entità li huma jkollhom lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi rilevanti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47.

It-trasferiment tal-informazzjoni lill-awditur tal-grupp li jinsab pajjiż terz isir b'konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE u mar-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali.

▼B

Artikolu 24

'L-independenza u l-oġġettivita ta' awdituri statutorji li jwettqu l-verifika statutorja f'isem kumpanniji tal-verifika

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proprjetarji jew l-azzjonisti ta' kumpannija tal-verifika kif ukoll il-membri tal-korpi amministrattivi, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza ta' tali kumpannija, jew ta' kumpannija affiljata, ma jintervjenux fl-eżekuzzjoni tal-verifika statutorja fi kwalunkwe mod li jipperikola l-indipendenza u l-oġġettivita ta' l-awditur statutorju li jwettaq il-verifika statutorja f'isem il-kumpannija tal-verifika.

▼M3

Artikolu 24a

Organizzazzjoni interna ta' awdituri u ditta tal-awditjar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzattivi li ġejjin:

(a) id-ditta tal-awditjar tistabbilixxi politiki u proċeduri xierqa sabiex jiżguraw li s-sidien u l-azzjonisti tagħha kif ukoll il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-kumpannija, jew ta' kumpannija affiljata, ma jintervjenux fit-twettiq ta' awditu statutorju b'xi mod li jippreġudika l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur statutorju li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar;

(b) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ikollhom proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi, mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-kwalità, proċeduri effikaċi għall-valutazzjoni tar-riskju, u arranġamenti effikaċi ta' kontroll u salvagwardja għal sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni;

Dawk il-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-kwalità għandhom ikunu ddisinnjati biex jiżguraw konformità ma' deċiżjonijiet u proċeduri f'kull livell tad-ditta tal-awditjar jew tal-istruttura ta' ħidma tal-awditur statutorju;

(c) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu politiki u proċeduri xierqa biex jiżguraw li l-impjegati tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tiegħu jew tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom u li huma involuti direttament fl-attivitajiet ta' awditu statutorju jkollhom għarfien u esperjenza xierqa għad-dmirijiet assenjati;

(d) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu politiki u proċeduri biex jiżguraw li l-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet importanti tal-awditjar ma ssirx b'tali mod li tiddebolixxi l-kwalità tal-kontroll intern tal-kwalità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar u l-abilità tal-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-konformità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar mal-obbligi stipulati f'din id-Direttiva u, fejn applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014;

(e) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi biex tipprevjeni,tidentifika, telimina jew tiġġestixxi u tiddivulga kwalunkwe theddida għall-indipendenza tagħhom kif imsemmija f'22, 22a u 22b;

(f) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu proċeduri u standards xierqa għat-twettiq ta' awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku, ikkowċjar, superviżjoni u rieżami ta' attivitajiet ta' impjegati u l-organizzazzjoni tal-istruttura tal-fajl tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 24b(5);

(g) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu sistema ta' kontroll intern tal-kwalità sabiex jiżguraw il-kwalità tal-awditu statutorju.

Is-sistema ta' kontroll tal-kwalità mill-inqas tkopri l-politiki u l-proċeduri deskritti fil-punt (f). Fil-każ ta' ditta tal-awditjar, ir-responsabilità tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità taqa' fuq persuna li tkun kwalifikata bħala awditur statutorju;

(h) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa sabiex tiżgura kontinwità u regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu jew tagħha ta' awditu statutorju;

(i) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabbilixxu wkoll arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi għat-trattament u r-reġistrazzjoni ta' inċidenti li jkollhom, jew jista' jkollhom, konsegwenzi serji għall-integrità tal-attivitajiet tagħhom ta' awditu statutorju;

(j) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jkollhom politiki adegwati ta' rimunerazzjoni, inkluż il-kondiviżjoni tal-qligħ, li jipprovdu inċentivi suffiċjenti ta' prestazzjoni sabiex jiżguraw il-kwalità tal-awditjar. B'mod partikolari, l-ammont ta' dħul li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tikseb mill-għoti ta' servizzi mhux ta' awditjar lill-entità li tiġi awditjata ma għandux jifforma parti mill-evalwazzjoni tal-prestazzjoni u l-kumpens ta' kwalunkwe persuna involuta fit-twettiq tal-awditjar jew li kapaċi tinfluwenzah.

(k) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jissorveljaw u jevalwaw l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, il-mekkaniżmi u arranġamenti interni ta' kontroll tal-kwalità stabbiliti tagħhom b'konformità ma' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe defiċenza. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar b'mod partikolari għandhom iwettqu evalwazzjoni annwali tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità, imsemmija fil-punt (g). Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom iżżomm rekords tas-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni u kwalunkwe miżura proposta biex tiġi mmodifikata s-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità.

Il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddokumentati u kkomunikati lill-impjegati tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu rekwiżiti simplifikati għall-awditi msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2.

Kwalunkwe esternalizzazzjoni ta' funzjoni tal-awditjar kif imsemmi fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu ma taffettwax ir-responsabilità tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar lejn l-entità awditjata.

2.  L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom iqisu l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha meta tikkonforma ma' dawn ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti li l-politiki u proċeduri mfassla biex tinkiseb tali konformità huma proporzjonati għad-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar.

Artikolu 24b

Organizzazzjoni tal-ħidma

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awditu statutorju ssir minn ditta tal-awditjar, dik id-ditta tal-awditjar taħtar tal-inqas sieħeb ewlieni wieħed tal-awditjar. Id-ditta tal-awditjar għandha tipprovdi lis-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar b'riżorsi suffiċjenti u b'persunal li jkollu l-kompetenza u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettaq jew iwettqu d-dmirijiet tiegħu/tagħhom b'mod xieraq.

L-assigurazzjoni tal-kwalità, l-indipendenza u l-kompetenza tal-awditjar għandha tkun il-kriterju ewlieni meta d-ditta tal-awditjar tagħżel is-sieħeb jew sħab ewlenin tal-awditjar li jeħtieġ jinħatru.

Is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar għandhom ikunu involuti b'mod attiv fit-twettiq tal-awditu statutorju.

2.  Meta jwettaq l-awditu statutorju, l-awditur statutorju għandu jiddedika biżżejjed ħin għall-inkarigu u jassenja biżżejjed riżorsi biex ikun jista' jaqdi jew tista' taqdi dmirijietu b'mod xieraq.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jżommu rekords ta' kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, tar-Regolament (UE) Nru 537/2014. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar minn dan l-obbligu fir-rigward ta' ksur żgħir. Awdituri statutorji u ditti tal-awditjar għandhom iżommu wkoll ir-rekords ta' kwalunkwe konsegwenza ta' kull ksur, inklużi l-miżuri meħuda biex jiġi indirizzat tali ksur u l-miżuri meħuda sabiex tiġi modifikata s-sistema tagħhom ta' kontroll tal-kwalità interna. Huma għandhom iħejju rapport annwali li jkun fih ħarsa ġenerali lejn kull tali miżura li tkun ittieħdet u tikkomunika dak ir-rapport internament.

Meta awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jitolbu parir minn esperti esterni, huma għandhom jiddokumentaw it-talba li saret u l-parir riċevut.

4.  Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom iżommu rekord tal-kontijiet tal-klijenti. Rekord bħal dan jinkludi d-data li ġejja għal kull klijent tal-awditjar:

(a) l-isem, l-indirizz u s-sede tan-negozju;

(b) fil-każ ta' ditta tal-awditjar, isem is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar;

(c) it-tariffi mitluba għall-awditu statutorju u t-tariffi mitluba għal servizzi oħra fi kwalunkwe sena finanzjarja.

5.  Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom joħolqu fajl tal-awditjar għal kull awditu statutorju.

L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom tal-inqas jiddokumentaw id-data reġistrata skont l-Artikolu 22b(1) ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, l-Artikoli 6 sa 8 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

L-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom iżommu kwalunkwe data u dokumenti oħrajn li jkunu importanti bħala sostenn tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u għall-monitoraġġ tal-konformità ma' din id-Direttiva u rekwiżiti legali oħrajn applikabbli.

Il-fajl tal-awditjar għandu jingħalaq mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data tal-firma tar-rapport tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

6.  L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom iżommu rekords ta' kwalunkwe lment li jitressaq bil-miktub dwar it-twettiq tal-awditi statutorji li saru.

7.  L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rekwiżiti simplifikati fir-rigward tal-paragrafi 3 u 6 għall-awditi msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 2.

▼B

Artikolu 25

'Onorarji għall-verifika

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li regoli adegwati jiġu istitwiti biex jipprovdu li l-onorarji għall-verifiki tal-kontijiet:

(a) ma jkunux influwenzati jew determinati mill-għoti ta' servizzi oħra lill-entità li tagħha ssir il-verifika tal-kontijiet;

(b) ma jistgħux ikunu bbażati fuq kwalunkwe forma ta' kontinġenza.

▼M3

Artikolu 25a

L-ambitu tal-awditu statutorju

Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta' rapportar kif imsemmija fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, l-ambitu tal-awditu statutorju ma jinkludix assigurazzjoni dwar il-vijabilità fil-ġejjieni tal-entità awditjata jew dwar l-effiċjenza jew l-effikaċja li biha l-korp maniġerjali jew dak amministrattiv jamministra jew ser jamministra l-affarijiet tal-entità.

▼B



KAPITOLU V

STANDARDS TAL-VERIFIKA U RAPPURTAR DWAR IL-VERIFIKA

▼M3

Artikolu 26

Standards tal-awditjar

1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jwettqu l-awditi statutorji tal-kontijiet konformement ma' standards internazzjonali tal-awditjar adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 3.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw standards, proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali tal-awditjar ta' kontijiet dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat standard internazzjonali tal-awditjar ta' kontijiet li jkopri l-istess suġġett.

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, “standards internazzjonali tal-awditjar” tfisser Standards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs), Standard Internazzjonali dwar il-Kontroll tal-Kwalità (ISQC 1) u Standards oħra relatati maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) permezz tal-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Aċċertament (IAASB), safejn huma rilevanti għall-awditu statutorju.

3.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a, l-istandards internazzjonali tal-awditjar msemmija fil-paragrafu 1 fil-qasam tal-prattika tal-awditjar, l-indipendenza u l-kontrolli interni tal-kwalità ta' awdituri statutorji u ta' ditta tal-awditjar għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dawk l-istandards fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tadotta l-istandards internazzjonali tal-awditjar biss jekk:

(a) ikunu żviluppati skont il-proċess adatt, taħt sorveljanza pubblika u bi trasparenza, u jkunu ġeneralment aċċettati internazzjonalment;

(b) jikkontribwixxu livell għoli ta' kredibbiltà u kwalità għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/34/KE;

(c) jirriżultaw f'ġid komuni tal-Unjoni; u

(d) ma jemendaw l-ebda rekwiżit ta' din id-Direttiva u ma jissupplimentaw l-ebda rekwiżit tagħha minbarra dawk imsemmija fil-Kapitolu IV u l-Artikoli 27 u 28.

4.  Minkejja t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jimponu proċeduri jew rekwiżiti tal-awditjar ta' kontijiet flimkien ma' standards internazzjonali tal-awditjar adottati mill-Kummissjoni, biss

(a) jekk dawk il-proċeduri jew ir-rekwiżiti tal-awditjar ikunu meħtieġa sabiex jagħtu effett lil rekwiżiti ġuridiċi nazzjonali marbuta mal-ambitu tal-awditi statutorji; jew

(b) safejn dan ikun meħtieġ biex iżidu l-kredibbiltà u l-kwalità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-proċeduri jew ir-rekwiżiti tal-awditjar lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom jew, fil-każ ta' rekwiżiti li diġà jeżistu fil-ħin tal-adozzjoni ta' standard internazzjonali tal-awditjar, mhux aktar tard minn tliet xhur mill-adozzjoni tal-istandard internazzjonali rilevanti tal-awditjar.

5.  Fejn Stat Membru jirrikjedi l-awditu statutorju ta' impriżi żgħar, jista' jipprevedi li l-applikazzjoni tal-istandards tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' tali impriżi. L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni proporzjonata ta' standards tal-awditjar għall-awditi statutorji ta' impriżi żgħar.

Artikolu 27

Awditi statutorji ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati ta' grupp ta' impriżi:

(a) fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, l-awditur tal-grupp għandu jerfa' r-responsabbiltà kollha għar-rapport tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u fejn applikabbli, għar-rapport addizzjonali lill-kumitat tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament;

(b) l-awditur tal-grupp jevalwa l-ħidma tal-awditjar imwettqa minn kwalunkwe awditur ta' pajjiż terz jew minn awditur(i) statutorju/i u minn entità jew entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-awditjar tal-grupp u jiddokumenta n-natura, iż-żmien u l-grad tal-involviment fil-ħidma mwettqa minn dawk l-awdituri, inkluż fejn applikabbli, ir-rieżami tal-awditur tal-grupp ta' partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni tal-awditjar ta' dawk l-awdituri;

(c) l-awditur tal-grupp jeżamina l-ħidma tal-awditjar mwettqa minn awditur(i) ta' pajjiż terz jew awditur(i) statutorju/i, u ta' entità jew entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-fini tal-awditjar tal-grupp u jiddokumentaha.

Id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tkun tali li tippermetti lill-awtorità kompetenti rilevanti teżamina l-ħidma tal-awditur tal-grupp.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awditur tal-grupp għandu jesiġi l-qbil ta' awdituri ta' pajjiż terz, l-awdituri statutorji, l-entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew tal-ditti tal-awditjar ikkonċernati għat-trasferiment tad-dokumentazzjoni rilevanti matul it-twettiq tal-awditjar tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, bħala kondizzjoni tal-affidabbiltà mill-awditur tal-grupp dwar il-ħidma ta' dawk l-awdituri ta' pajjiż terz, awdituri statutorji, entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditti tal-awditjar.

2.  Fejn l-awditur tal-grupp ma jkunx jista' jikkonforma mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, huwa jew hija għandu/ha jieħu/tieħu l-miżuri adatti u jinforma/tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti.

Tali miżuri għandhom, kif adatt, jinkludu t-twettiq ta' ħidma addizzjonali ta' awditu statutorju, jew direttament inkella permezz tal-esternalizzazzjoni ta' tali kompiti, fis-sussidjarja rilevanti.

3.  Fejn l-awditur tal-grupp ikun soġġett għal rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità jew investigazzjoni fir-rigward tal-awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati ta' grupp ta' impriżi, l-awditur tal-grupp, meta jintalab jagħmel dan, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti id-dokumentazzjoni rilevanti li huwa jżomm fir-rigward tal-ħidma tal-awditjar imwettqa rispettivament mill-awdituri ta' pajjiż terz, awdituri statutorji, entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditti tal-awditjar rispettivi għall-fini tal-awditjar tal-grupp, inklużi kwalunkwe dokumenti ta' ħidma rilevanti għall-awditjar tal-grupp.

L-awtorità kompetenti tista' titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma tal-awditjar imwettqa minn kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għall-fini tal-awditjar tal-grupp għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 36.

Fejn impriża prinċipali jew impriża sussidjarja ta' grupp ta' impriżi jiġi awditjat minn awditur jew awdituri jew entità jew entitajiet tal-awditjar minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tista' titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar awditjar imwettqa minn kwalunkwe awditur jew awdituri ta' pajjiż terz jew entità jew entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti minn pajjiżi terzi permezz tal-arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 47.

B'deroga mit-tielet subparagrafu, fejn impriża prinċipali jew impriża sussidjarja ta' grupp ta' impriżi jiġi awditjat minn awditur jew awdituri jew entità jew entitajiet tal-awditjar minn pajjiż terz li ma jkollux arranġament ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 47, l-awditur tal-grupp, meta jintalab dan, ikun responsabbli wkoll mill-iżgurar ta' konsenja adegwata tad-dokumentazzjoni addizzjonali tal-ħidma tal-awditjar imwettqa minn awdituri ta' pajjiż terz jew entitajiet tal-awditjar, inklużi d-dokumenti ta' ħidma relevanti għall-awditjar tal-grupp. Sabiex tiġi żgurata tali konsenja, l-awditur tal-grupp għandu jżomm kopja ta' tali dokumentazzjoni, jew jiftiehem mal-awdituri ta' pajjiż terz jew mal-entitajiet tal-awditjar sabiex huwa jkun jista' jkollu aċċess mhux ristrett għal tali dokumentazzjoni kull meta jitlob li jagħmel dan, jew jieħu kwalunkwe azzjoni adatta oħra. Fejn id-dokumenti ta' ħidma tal-awditjar ma jistgħux jgħaddu minn pajjiż terz għall-awditur tal-grupp minħabba raġunijiet legali jew raġunijiet oħra, id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tinkludi provi li huwa ħa l-proċeduri adatti sabiex ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni tal-awditjar, u fil-każ ta' impediment li mhumiex legali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz konċernat, provi li jsostnu l-eżistenza ta' tali impediment.

Artikolu 28

Rappurtar tal-awditjar

1.  L-awditur(i) statutorju(i) jew id-ditta/i tal-awditjar għandha tippreżenta r-riżultati tal-awditu statutorju f'rapport tal-awditjar. Ir-rapport għandu jitħejja f'konformità mar-rekwiżiti tal-istandards tal-awditjar adottati mill-Unjoni jew l-Istat Membru konċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 26.

2.  Ir-rapport tal-awditjar għandu jsir bil-miktub u għandu:

(a) jidentifika l-entità li d-dikjarazzjonijiet annwali jew konsolidati tagħha huma soġġetti għall-awditu statutorju; jispeċifika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati u d-data u l-perijodu li huma jkopru; u jidentifika l-qafas ta' rappurtar finanzjarju li ġie applikat fit-tħejjija tagħhom;

(b) jinkludi deskrizzjoni tal-ambitu tal-awditu statutorju li għandu, bħala minimu, jidentifika l-istandards tal-awditjar li f'konformità magħhom twettqet l-awditu statutorju;

(c) jinkludi opinjoni tal-awditjar, li għandha tkun mhux kwalifikata, jew kwalifikata jew opinjoni negattiva u li għandha tindika b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew tal-ditta/i tal-awditjar dwar:

(i) jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta f'konformità mal-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju, u,

(ii) fejn ikun il-każ, jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jkunux konformi mar-rekwiżiti statutorji.

Jekk l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar ma jkunux kapaċi jesprimu opinjoni tal-awditjar, ir-rapport għandu jkollu ċaħda tal-opinjoni;

(d) jirreferi għal kwalunkwe kwistjoni oħra li fuqha l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar xeħtu xi dawl permezz ta' enfasi mingħajr ma kkwalifikaw l-opinjoni tal-awditjar;

(e) jinkludi opinjoni u dikjarazzjoni, li t-tnejn li huma għandhom ikunu bbażati fuq il-ħidma li twettqet matul l-awditjar, imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(f) jipprovdi dikjarazzjoni dwar kwalunkwe inċertezza materjali marbuta ma' avvenimenti jew kondizzjonijiet li jistgħu jitfgħu dubju sinifikanti dwar il-kapaċità tal-entità li tkompli bħala negozju avvjat;

(g) jidentifika il-post fejn ikunu stabbiliti l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali marbuta mal-kontenut tar-rapport tal-awditu.

3.  Fejn l-awditu statutorju tkun twettqet minn aktar minn awditur statutorju wieħed jew aktar minn ditta tal-awditjar waħda, l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar għandhom jaqblu dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju u jippreżentaw rapport u opinjoni konġunti. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom fil-paragrafu separat tar-rapport tal-awditjar u jagħtu r-raġuni tan-nuqqas ta' qbil.

4.  Ir-rapport tal-awditjar għandu jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju. Fejn ditta tal-awditjar twettaq l-awditu statutorju, ir-rapport tal-awditjar għandu jiġi ffirmat minn tal-inqas l-awdituri statutorji li wettqu l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Fejn ikunu tqabbdu aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda r-rapport tal-awditjar għandu jiġi ffirmat mill-awdituri statutorji kollha jew għall-inqas mill-awdituri statutorji li jwettqu l-awditu statutorju f'isem kull ditta tal-awditjar. F'ċirkostanzi eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ma jkunx hemm l-obbligu li tali firma/firem tkun/ikunu żvelata/i lill-pubbliku jekk tali żvelar jista' jwassal għal theddida imminenti u sinifikattiva għas-sigurtà personali ta' kwalunkwe persuna.

Fi kwalunkwe każ, l-ismijiet tal-persuni involuti għandhom ikunu mgħarrfa lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

5.  Ir-rapport tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4. Fir-rapportar dwar il-konsistenza tar-rapport dwar il-ġestjoni u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif meħtieġ mill-punt (e) tal-paragrafu 2, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapport dwar il-ġestjoni konsolidat. Fejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali jkunu mehmuża mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, ir-rapporti tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar meħtieġa minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati.

▼B



KAPITOLU VI

'ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ

Artikolu 29

'Sistemi ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità

1.  Kull Stat Membr għandu jiżgura li l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika kollha jkunu suġġetti għal sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità li tilħaq ta' l-inqas il-kriterji li ġejjin:

▼M3

(a) is-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tkun organizzata b'tali mod li tkun indipendenti mill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar analizzati u tkun soġġetta għal sorveljanza pubblika;

▼B

(b) il-finanzjament tas-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandu jkun protett u liberu minn kwalunkwe influenza indebita eventwalment possibbli mill-awdituri statutorji jew mill-kumpanniji tal-verifika;

(ċ) is-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandha jkollha riżorsi adegwati;

(d) il-persuni li jwettqu r-reviżjonijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikollhom edukazzjoni professjonali adegwata u esperjenza relevanti fil-verifika statutorja u fir-rappurtar finanzjarju flimkien ma' taħriġ speċifiku dwar ir-reviżjonijiet għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità;

(e) l-għażla tar-reviżuri għal kompiti speċifiċi ta' reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità għandha sseħħ skond proċedura oġġettiva mfassla sabiex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interessi bejn ir-reviżuri u l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika suġġetti għar-reviżjoni;

(f) l-ambitu tar-reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità, appoġġjata b'kontroll adegwat ta' dokumenti magħżula ta' verifika, għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità ma' standards applikabbli ta' verifika u ma' rekwiżiti ta' indipendenza, tal-kwantità u tal-kwalità tar-riżorsi użati, ta' l-onorarji mitluba għall-verifika u tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità tal-kumpannija tal-verifika;

(g) ir-reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandha tkun is-suġġett ta' rapport li jkun fih il-konklużjonijiet prinċipali tar-reviżjoni għall-finijiet ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità;

▼M3

(h) ir-rieżamijiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità għandhom isiru fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskji u fil-każ ta' awdituri statutorji u ditta tal-awditjar t-twettiq ta' awditi statutorji kif iddefiniti fil-punt (a) tal-punt 1 tal-Artikolu 2 mill-inqas kull sitt snin;

▼B

(i) ir-riżultati ġenerali tas-sistema ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu pubblikati kull sena;

(j) ir-rakkomandazzjonijiet tar-reviżjonijiet tal-kwalità għandhom jiġu applikati mill-awditur statutorju jew mill-kumpannija tal-verifika fi żmien raġonevoli;

▼M3

(k) ir-rieżamijiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità għandhom ikunu adatti u proporzjonati fir-rigward tal-iskala u l-kumplessità tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar rieżaminati.

▼B

Fil-każ li r-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-punt (j) ma jiġux applikati, l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika għandhom, jekk dan ikun applikabbli, ikunu suġġetti għas-sistema ta' azzjonijiet dixxiplinari jew ta' pieni skond l-Artikolu 30.

▼M3

2.  Għall-fini tal-punt (e) tal-paragrafu 1, għall-inqas il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw għall-għażla tal-eżaminaturi:

(a) l-eżaminaturi għandu jkollhom l-edukazzjoni professjonali adatta u l-esperjenza rilevanti fl-awditu statutorju u r-rapportar finanzjarju flimkien ma' taħriġ speċifiku dwar ir-rieżamijiet tal-assigurazzjoni tal-kwalità;

(b) persuna ma titħalliex taġixxi bħala reviżur f'rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar sakemm ikunu għaddew mill-inqas tliet snin minn meta dik il-persuna waqfet tkun sħab jew impjegata ta', jew assoċjata mod ieħor ma', dak l-awditur statutorju jew dik id-ditta tal-awditjar;

(c) l-eżaminaturi għandhom jiddikjaraw li ma hemm l-ebda konflitt ta' interess bejniethom u bejn l-awditur statutorju u d-ditta tal-awditjar li jkunu ser jiġu rieżaminati.

▼M3

3.  Għall-fini tal-punt (k) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu rieżamijiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità tal-awditi statutorji tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati ta' impriżi ta' daqs medju u żgħar, jieħdu kont tal-fatt li l-istandards tal-awditi adottati f'konformità mal-Artikolu 26 jkunu mfassla b'mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-entità awditjata.

▼M3



KAPITOLU VII

INVESTIGAZZJONIJIET U SANZJONIJIET

Artikolu 30

Sistemi ta' investigazzjonijiet u ta' sanzjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm sistemi effettivi ta' investigazzjonijiet u ta' sanzjonijiet sabiex jiskopru, jikkorreġu u jipprevjenu l-eżekuzzjoni mhux adegwata ta' awditjar statutorju.

2.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà ċivili, l-Istati Membri għandhom jipprvodu għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi fir-rigward ta' awdituri statutorji u ditta tal-awditjar, fejn l-awditi statutorji ma jitwettqux konformement mad-dispożizzjonijiet adottati fl-implementazzjoni ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li jkun diġà soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali. F'dak il-każ huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li miżuri meħuda u sanzjonijiet imposti fir-rigward ta' awdituri statutorji u kumpanniji ta' awditi jkunu mgħarrfa b'mod adatt lill-pubbliku. Is-sanzjonijiet għandhom jinkludu l-possibbiltà tal-irtirar tal-approvazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tali żvelar ma għandux ikollu fih data personali fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.

4.  Sas-17 ta' Ġunju 2016 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 30a

Setgħat ta' sanzjonar

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa li jieħdu u/jew jimponu għall-inqas il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, tar-Regolament (UE) Nru 537/2014:

(a) notifika li teħtieġ lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur li tieqaf mill-imġiba u li tastjeni milli tirrepeti dik l-imġiba;

(b) dikjarazzjoni pubblika li tindika li l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur, ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-awtoritajiet kompetenti;

(c) projbizzjoni temporanja ta' mhux aktar minn durata ta' tliet snin, li tillimita lill-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar jew is-sħab ewlieni tal-awditjar milli jwettqu awditi statutorji u/jew jiffirmaw rapporti tal-awditjar;

(d) dikjarazzjoni li r-rapport tal-awditi ma jilħaqx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014;

(e) projbizzjoni temporanja ta' mhux aktar minn durata ta' tliet snin, li tillimita lill-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar jew is-sħab ewlieni tal-awditjar milli jeżerċitaw funzjonijiet f'kumpanniji ta' awditi jew entitajiet ta' interess pubbliku;

(f) l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta' sanzjonar f'konformità ma' din id-Direttiva u d-dritt nazzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) direttament;

(b) f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħra;

(c) permezz ta' applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

3.  L-Istati Membri jistgħu jikkonferixxu setgħat oħra lill-awtoritajiet kompetenti flimkien ma' dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu setgħat lill-awtoritajiet li jissorveljaw entitajiet ta' interess pubbliku, meta ma jkunux maħtura bħala l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, setgħat li jimponu sanzjonijiet għall-ksur ta' kompiti ta' rapportar provduti f'dak ir-Regolament.

Artikolu 30b

Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet

Meta jistabbilixxu regoli skont l-Artikolu 30, l-Istati Membri għandhom jesiġu li meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi, fejn ikun il-każ:

(a) il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b) il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna responsabbli;

(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli, pereżempju kif indikat mill-fatturat totali tal-impriża responsabbli jew il-fatturat totali tal-impriża responsabbli jew id-dħul annwali totali tal-persuna responsabbli, jekk dik il-persuna tkun persuna fiżika;

(d) l-ammonti tal-qligħ iggwadanjat jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli, sa fejn dawn jistgħu jiġu determinati;

(e) il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mal-awtorità kompetenti;

(f) ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

Jista' jittieħed kont ta' fatturi addizzjonali mill-awtoritajiet kompetenti, fejn tali fatturi huma speċifikati fid-dritt nazzjonali.

Artikolu 30c

Pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet u miżuri

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fil-websajt uffiċjali tagħhom għall-inqas kwalunkwe sanzjoni amministrattiva imposta għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 li fir-rigward tagħhom id-drittijiet kollha ta' appell ikunu ġew eżawriti jew ikunu skadew mingħajr dewmien mhux dovut immedjatament wara li l-persuna ssanzjonata tkun ġiet informata dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità ta' persuna fiżika jew ġuridika li fuqha ġiet imposta s-sanzjoni.

Fejn l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet li huma soġġetti għal appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw ukoll fil-websajt uffiċjali tagħhom informazzjoni li tikkonċerna l-istatus u l-eżitu ta' kwalunkwe appell.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet imposti fuq bażi anonima, u b'mod konformi mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) fejn, fil-każ li s-sanzjoni tiġi imposta fuq persuna fiżika, jiġi ppruvat li l-pubblikazzjoni tad-data personali tkun sproporzjonata minn valutazzjoni obbligatorja li tkun saret qabel tal-proporzjonalità ta' tali pubblikazzjoni;

(b) fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;

(c) fejn pubblikazzjoni toħloq ħsara sproporzjonata lill-istituzzjonijiet jew l-individwi involuti.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 tkun għal żmien proporzjonat u għandha tibqa' fuq il-websajt uffiċjali għal minimu ta' perijodu ta' ħames snin wara li d-drittijiet kollha għal appell ikunu ġew eżawriti jew ikunu skadew.

Il-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet u ta' miżuri u ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif stipulati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tali pubblikazzjoni jew kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika ma għandhiex ikollha fiha data personali fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 30d

Appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti f'konformità ma' din id-Direttiva u mar-Regolament (UE) Nru 537/2014 ikunu soġġetti għal dritt ta' appell.

Artikolu 30e

Rapportar ta' ksur

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi sabiex jinkoraġġixxu r-rapportar ta' ksur ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 lill-awtoritajiet kompetenti.

2.  Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għall-inqas għandhom jinkludu:

(a) proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta' rapporti ta' ksur u s-segwitu tagħhom;

(b) protezzjoni ta' data personali dwar kemm il-persuna li rrapportat il-ksur issuspettat jew ikkonfermat kif ukoll il-persuna li tkun akkużata li wettqet, jew li allegatament wettqet dak il-ksur, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE;

(c) proċeduri adatti sabiex jiżguraw id-dritt tal-persuna akkużata li tiddefendi ruħha u li tinstema' qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni li tikkonċernaha u d-dritt li tfittex rimedju effettiv quddiem tribunal kontra kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li tikkonċernaha.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-awditjar jistabbilixxu proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex dawn jirrapportaw ksur potenzjali jew ikkonfermat ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 b'mod intern permezz ta' kanal speċifiku.

Artikolu 30f

Skambju ta' informazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lis-CEAOB annwalment informazzjoni miġbura fir-rigward tal-miżuri, is-sanzjonijiet u l-multi amministrattivi kollha imposti f'konformità ma' dan il-kapitolu. Is-CEAOB għandha tippubblika dik l-informazzjoni f'rapport annwali.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lis-CEAOB il-projbizzjonijiet temporanji kollha msemmija fil-punti (c) u (e) tal-Artikolu 30a(1).

▼B



KAPITOLU VIII

'SORVELJANZA PUBBLIKA U ARRANĠAMENTI REGOLATORJI BEJN L-ISTATI MEMBRI

Artikolu 32

'Il-prinċipji tas-sorveljanza pubblika

▼M3

1.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw sistema effettiva ta' sorveljanza pubblika għall-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar bbażata fuq il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7, u għandhom jinnominaw awtorità kompetenti responsabbli minn tali sorveljanza.

▼B

2.  L-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika kollha għandhom ikunu suġġetti għas-sorveljanza pubblika.

▼M3

3.  L-awtorità kompetenti għandha titmexxa minn persuni mhux prattikanti li jkollhom għarfien tal-oqsma rilevanti tal-awditu statutorju. Huma għandhom jingħażlu f'konformità ma' proċedura ta' nominazzjoni indipendenti u trasparenti.

L-awtorità kompetenti tista' tqabbad persuni prattikanti jwettqu kompiti speċifiċi u tista' wkoll tingħata l-għajnuna minn esperti meta din tkun essenzjali għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tagħha. F'tali każijiet, kemm il-persuni prattikanti kif ukoll l-esperti ma għandhom ikunu involuti fl-ebda teħid ta' deċiżjonijiet tal-awtorità kompetenti.

4.  L-awtorità kompetenti għandu jkollha r-responsabbiltà finali fuq is-sorveljanza ta':

(a) l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar;

(b) l-adozzjoni ta' standards dwar l-etika professjonali, il-kontroll intern tal-kwalità ta' ditta tal-awditjar u tal-awditi, ħlief fejn dawk l-istandards jiġu adottati jew approvati minn awtoritajiet oħra tal-Istati Membri;

(c) it-tkomplija tal-edukazzjoni;

(d) is-sistemi ta' assigurazzjoni tal-kwalità;

(e) is-sistemi dixxiplinarji investigattivi u amministrattivi.

▼M3

4a.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda jew aktar biex twettaq il-kompiti provduti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti waħda biss li terfa' r-responsabbiltà finali għall-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu minbarra għall-fini tal-awditu statutorju ta' kooperattivi, banek tat-tfaddil jew entitajiet simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, jew ta' sussidjarja jew suċċessur leġittimu ta' kooperattiva, bank tat-tfaddil jew entità simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bin-nomina tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jiġu evitati l-konflitti ta' interess.

4b.  L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw jew iħallu lill-awtorità kompetenti tiddelega kwalunkwe kompiti tagħha lil awtoritajiet jew korpi maħturin jew awtorizzati mod ieħor mil-liġi biex iwettqu tali kompiti.

Id-delega għandha tispeċifika l-kompiti delegati u l-kondizzjonijiet li skonthom għandhom jitwettqu. L-awtoritajiet jew il-korpi għandhom jiġu organizzati b'tali mod li jiġu evitati konflitti ta' interess.

Fejn l-awtorità kompetenti tiddelega kompiti lil awtoritajiet jew korpi oħra, hija għandha tkun tista' tieħu lura l-kompetenzi delegati skont il-każ.

▼M3

5.  L-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt, fejn meħtieġ, li tibda u twettaq investigazzjonijiet marbuta mal-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar u d-dritt li tieħu l-azzjoni adatta.

Fejn awtorità kompetenti tingaġġa esperti biex iwettqu kompiti speċifiċi, hi għandha tiżgura li ma hemm l-ebda konflitt ta' interess bejn dawk l-esperti u l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar inkwistjoni. Tali esperti għandhom jikkonformaw mal-istess rekwiżiti ta' dawk previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 29(2).

L-awtorità kompetenti hija mogħtija s-setgħat meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha taħt din id-Direttiva.;

6.  L-awtorità kompetenti għandha tkun trasparenti. Din għandha tinkludi l-pubblikazzjoni tal-programmi annwali ta' ħidma u r-rapporti tal-attività.

7.  Is-sistema ta' sorveljanza pubblika għandha tkun iffinanzjata b'mod adatt u għandu jkollha riżorsi adatti biex tibda u twettaq investigazzjonijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 5. Il-finanzjament tas-sistema ta' sorveljanza pubblika għandu jkun protett u liberu minn kwalunkwe influwenza indebita mill-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar.

▼B

Artikolu 33

'Koperazzjoni bejn is-sistemi tas-sorveljanza pubblika fil-livell Komunitarju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti regolatorji għas-sistemi ta' sorveljanza pubblika jippermettu koperazzjoni effettiva fil-livell Komunitarju bejn l-attivitajiet ta' sorveljanza ta' l-Istati Membri. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jaħtru entità waħda speċifikament responsabbli sabiex tiżgura l-koperazzjoni.

Artikolu 34

'Konoxxenza reċiproka ta' arranġamenti regolatorji bejn l-Istati Membri

1.  L-arranġamenti regolatorji ta' l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tar-regolament skond is-sistema ta' regoli domestiċi u tas-sorveljanza mill-Istat Membru fejn l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika jkunu approvati u fejn l-entità li tagħha ssir il-verifika tal-kontijiet ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

▼M3

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-awditjar approvati fi Stat Membru wieħed biex iwettqu servizzi ta' awditjar fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 3a għandhom ikunu soġġetti għal rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità fl-Istat Membru domiċiljari u s-sorveljanza fl-Istat Membru ospitanti ta' kwalunkwe awditjar li twettaq hemmhekk.

▼M3

2.  Fil-każ ta' awditu statutorju ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, l-Istat Membru li jeħtieġ dak l-awditu statutorju ma jistax jimponix rekwiżiti addizzjonali marbuta mal-awditu statutorju fir-rigward tar-reġistrazzjoni, ir-rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità, l-istandards tal-awditjar, l-etika professjonali u l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li twettaq awditu statutorju ta' sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor.

3.  Fil-każ ta' kumpannija li t-titoli tagħha huma nnegozjati f'suq regolat fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih l-kumpannija għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, l-Istat Membru li fih huma nnegozjati t-titoli jista' ma jimponi l-ebda rekwiżit addizzjonali marbut mal-awditu statutorju fir-rigward tar-reġistrazzjoni, ir-rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità, l-istandards tal-awditjar, l-etika professjonali u l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettaq l-awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati ta' dik il-kumpannija.

▼M3

4.  Fejn awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tkun irreġistrata fi kwalunkwe Stat Membru b'konsegwenza tal-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 44 u dak l-awditur statutorju jew dik id-ditta tal-awditjar tipprovdi rapporti tal-awditjar dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 45(1), l-Istati Membru li fih l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tkun irreġistrata għandu jissoġġetta lil dak l-awditur statutorju jew dik id-ditta tal-awditjar għas-sistemi tiegħu ta' sorveljanza, is-sistemi tiegħu ta' assigurazzjoni tal-kwalità u s-sistemi tiegħu ta' investigazzjoni u sanzjonijiet.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 36

'Segretezza professjonali u koperazzjoni regolatorja bejn l-Istati Membri

▼M3

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli mill-approvazzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-ispezzjoni u d-dixxiplina, l-awtoritajiet kompetenti maħturin f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti għandhom jikkooperaw ma' xulxin kull meta jinħtieġ għall-fini tat-twettiq tar-responsabbiltajiet u l-kompiti rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 537/2014. L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru għandhom jagħtu l-għajnuna lil awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra u lill-Awtoritajiet ta' Superviżjoni Ewropej rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni u jikkooperaw f'investigazzjonijiet marbuta mat-twettiq ta' awditi statutorji.

▼B

2.  L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jkunu impjegati jew li kienu impjegati ma' l-awtoritajiet kompetenti. L-informazzjoni koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra ħlief skond il-liġijiet, regolamenti jew proċeduri amministrattivi ta' Stat Membru.

▼M3

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali. Għaldaqstant l-informazzjoni skambjata tkun koperta mill-obbligu ta' segretezza professjonali, li għaliha huma soġġetti l-persuni impjegati jew dawk li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna oħra li lilha jkunu ġew iddelegati kompiti mill-awtoritajiet kompetenti marbuta mal-finijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

▼B

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta tkun mitluba, u mingħajr dewmien eċċessiv, jipprovdu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1. Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu tali talba għandhom, mingħajr dewmien eċċessiv, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa. L-informazzjoni hekk provduta għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali li għalih ikunu suġġetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati qabel mill-awtoritajiet kompetenti li rċevew l-informazzjoni.

F'każ li l-awtorità kompetenti li tintalab tagħti l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx tista' tipprovdiha mingħajr dewmien eċċessiv hija għandha tagħti r-raġunijiet għal dan lill-awtorità kompetenti li titlob l-informazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jipproċedu fuq talba għal informazzjoni fejn:

(a) l-għoti ta' informazzjoni jista' jolqot ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku ta' l-Istat rikjest jew tikser ir-regoli ta' sigurtà nazzjonali; jew

▼M3

(b) jkunu diġà nfetħu proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru mitlub; jew

(c) tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjonijiet u l-istess persuni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mitlub.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li għalihom huma soġġetti fil-proċeduri ġudizzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jew l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 jistgħu jużawha biss għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom fl-ambitu ta' din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 u fil-kuntest ta' proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji marbuta b'mod speċifiku mal-eżerċizzju ta' dawk il-funzjonijiet.

▼M3

4a.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil awtoritajiet kompetenti jittrasmettu lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' entitajiet ta' interess pubbliku, banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, informazzjoni konfidenzjali intenzjonata għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Tali awtoritajiet jew korpi ma għandhomx jinżammu milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinħtieġu sabiex iwettqu d-doveri tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 537/2014

▼B

5.  Fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu attivitajiet li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, hija għandha tinnotifika dik il-konklużjoni bl-iktar mod speċifiku possibbli lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor għandha tieħu l-azzjoni xierqa. Hija għandha tinforma bir-riżultat lill-awtorità kompetenti li ressqet in-notifika u, sa fejn ikun possibbli, bl-iżviluppi interim sinifikattivi.

6.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' titlob ukoll li titwettaq investigazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, fit-territorju ta' dan ta' l-aħħar.

Hija tista' titlob ukoll li membri mill-persunal tagħha jitħallew jakkumpanjaw il-persunal ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor matul l-investigazzjoni.

L-investigazzjoni għandha tkun suġġetta, matul it-twettiq kollu tagħha, għall-kontroll ġenerali ta' l-Istat Membru li fih tkun qiegħda sseħħ.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li jipproċedu fuq talba sabiex issir investigazzjoni kif previst fl-ewwel subparagrafu, jew fuq talba sabiex il-persunal tagħhom ikunu akkumpanjati minn persunal ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, kif previst fit-tieni subparagrafu, fejn:

▼M3

(a) tali investigazzjoni tista' taffettwa b'mod negattiv is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru mitlub l-informazzjoni jew tikser ir-regoli ta' sigurtà nazzjonali; jew

▼B

(b) ikunu diġà nbdew proċeduri ġudizzjarji fir-rigward ta' l-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru rikjest; jew

(ċ) ikun diġà ngħata ġudizzju finali fir-rigward ta' tali persuni għall-istess azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru rikjest.

▼M3 —————

▼B



KAPITOLU IX

'ĦATRA U TNEĦĦIJA

Artikolu 37

'Ħatra ta' awdituri statutorji jew kumpanniji tal-verifika

1.  L-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika għandhom jinħatru mil-laqgħa ġenerali ta' l-azzjonisti jew tal-membri ta' l-entità suġġetta għall-verifika.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu sistemi jew modalitajiet alternattivi għall-ħatra ta' awditur statutorju jew ta' kumpannija tal-verifika dejjem jekk dawn is-sistemi jew modalitajiet ikunu mfassla sabiex jiżguraw l-indipendenza ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija tal-verifika mill-membri eżekuttivi tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni tal-kumpannija suġġetta għall-verifika.

▼M3

3.  Kwalunkwe klawsola kuntrattwali li tillimita l-għażla mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew il-membri ta' dik l-entità awditjata skont il-paragrafu 1 għal ċerti kategoriji jew listi ta' awdituri statutorji jew ditta tal-awditjar fir-rigward tal-ħatra ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar partikolari sabiex iwettqu l-awditu statutorju ta' dik l-entità għandha tiġi pprojbita. Kwalunkwe tali klawżola eżistenti għandha tkun nulla u bla effett.

▼B

Artikolu 38

'It-tneħħija u r-riżenja ta' awdituri statutorji jew ta' kumpanniji tal-verifika

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri statutorji jew il-kumpanniji ta' awdituri jistgħu jitneħħew biss fejn ikun hemm raġunijiet tajba. Id-differenzi fl-opinjonijiet dwar it-trattamenti ta' l-accounting jew dwar il-proċeduri tal-verifika ma għandhomx ikunu meqjusa bħala raġunijiet tajba għat-tneħħija.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpannija suġġetta għall-verifika kif ukoll l-awditur statutorju jew il-kumpannija tal-verifika jinfurmaw l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza pubblika dwar it-tneħħija jew ir-riżenja waqt iż-żmien tal-ħatra u jagħtu spjegazzjoni xierqa tar-raġunijiet għal dan.

▼M3

3.  F'każ tal-awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku, għandu jkun permissibbli għal

(a) l-azzjonisti, li jirrappreżentaw 5 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital azzjonarju,

(b) il-korpi l-oħra tal-entitajiet awditjati meta ddefiniti mil-leġislazzjoni nazzjonali, jew

(c) l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 ta' din id-Direttiva jew maħturin f'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew, meta previst mil-liġi nazzjonali, mal-Artikolu 20(2), tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

li jressqu kawża quddiem qorti nazzjonali għat-tkeċċija tal-awdituri statutorji jew tal-ditti tal-awditjar fejn ikun hemm raġunijiet tajba biex jagħmlu dan.

▼M3



KAPITOLU X

KUMITAT TAL-AWDITJAR

Artikolu 39

Kumitat tal-awditjar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull entità ta' interess pubbliku jkollha kumitat tal-awditjar. Il-kumitat tal-awditjar għandu jkun jew kumitat awtonomu jew kumitat tal-korp amministrattiv jew tal-korp superviżorju tal-entità awditjata. Għandu jkun magħmul minn membri mhux eżekuttivi tal-korp amministrattiv u/jew membri tal-korp superviżorju tal-entità awditjata u/jew membri maħtura mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata jew, għal entitajiet mingħajr azzjonisti, minn korp ekwivalenti.

Għall-inqas membru wieħed tal-kumitat tal-awditjar għandu jkollu kompetenza fil-kontabbiltà u/jew fl-awditjar.

Il-membri tal-kumitat kolleġjalment għandu jkollhom kompetenza rilevanti għas-settur li fih topera l-entità awditjata.

Il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat tal-awditjar għandha tkun indipendenti mill-entità awditjata. Il-President tal-kumitat tal-awditjar għandu jinħatar mill-membri tiegħu jew mill-korp superviżorju tal-entità awditjata u għandu jkun indipendenti mill-entità awditjata. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-President tal-kumitat tal-awditjar jiġi elett annwalment mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fil-każ ta' entitajiet ta' interess pubbliku li jilħqu l-kriterji stabbiliti fil-punti (f) u (t) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ), il-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-awditjar jistgħu jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju sħiħ, dment li fejn il-President ta' tali korp ikun membru eżekuttiv, huwa jew hija ma jkunx President filwaqt li tali korp ikun qed iwettaq il-funzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar.

Fejn kumitat tal-awditjar jifforma parti mill-korp amministrattiv jew mill-korp superviżorju ta' entità awditjata f'konformità mal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-korp amministrattiv jew il-korp superviżorju kif ikun adatt iwettaq il-funzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar għall-fini tal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 537/2014.

3.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-entitajiet ta' interess pubbliku li ġejjin ma jkunux meħtieġa jkollhom kumitat tal-awditjar:

(a) kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li hija impriża sussidjarja fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE jekk dik l-entità tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 fil-livell ta' grupp;

(b) kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li tkun UCITS kif iddefinita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ) jew fond ta' investiment alternattiv (AIF) kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 );

(c) kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li l-uniku skop kummerċjali tagħha huwa li taġixxi bħala emittent ta' titoli fuq il-bażi ta' assi kif iddefiniti fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 ( 26 );

(d) kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li l-ishma tagħha mhumiex ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' ebda Stat Membru fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE u li, b'mod kontinwu jew ripetut, ħarġet biss titoli ta' dejn ammessi għan-negozjar f'suq regolat, dment li l-ammont nominali totali ta' dawn it-titoli ta' dejn jibqa' taħt il-EUR 100 000 000 u li hija ma ppubblikatx prospett taħt id-Direttiva 2003/71/KE.

L-entitajiet ta' interess pubbliku msemmija fil-punt (c) għandhom jispjegaw lill-pubbliku r-raġunijiet għalfejn huma ma jqisux xieraq il-fatt li jkollhom jew kumitat tal-awditjar inkella korp amministrattiv jew superviżorju fdati bit-twettiq tal-funzjonijiet ta' kumitat tal-awditjar.

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jesiġu jew jippermettu li entità ta' interess pubbliku ma jkollhiex kumitat tal-awditjar dment li jkollha korp jew korpi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal kumitat tal-awditjar, stabbiliti u li qed jiffunzjonaw skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membri li fih tkun irreġistrata l-entità li ser tiġi awditjata. F'tali każ l-entità għandha tiżvela liema korp iwettaq dawk il-funzjonijiet u kif inhuwa magħmul dak il-korp.

5.  Fejn il-membri kollha tal-kumitat tal-awditjar huma membri tal-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kumitat tal-awditjar jkun eżentat mir-rekwiżiti ta' indipendenza stipulati fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 1.

6.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji, jew ta' membri oħra li huma maħtura mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata, il-kumitat tal-awditjar għandha, inter-alia:

(a) jinforma lill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata bl-eżitu tal-awditu statutorju u jispjega kif l-awditu statutorju kkontribwixxiet għall-integrità tar-rappurtar finanzjarju u x'kien ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar f'dak il-proċess;

(b) jimmonitorja l-proċess ta' rapportar finanzjarju u jippreżenta rakkomandazzjonijiet jew proposti sabiex jiżgura l-integrità tiegħu;

(c) jimmonitorja l-effettività tas-sistemi ta' kontroll intern tal-kwalità u dawk tal-ġestjoni tar-riskji tal-impriża u, fejn applikabbli, l-awditjar intern tiegħu li jirrigwarda r-rapportar finanzjarju tal-entità awditjata, mingħajr ma jikser l-indipendenza tiegħu;

(d) jimmonitorja l-awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u konsolidati, b'mod partikolari, il-prestazzjoni tiegħu, filwaqt li jieħu kont ta' kwalunkwe riżultati u konklużjonijiet mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014;

(e) jeżamina u jimmonitorja l-indipendenza tal-awditi statutorji jew id-ditti tal-awditjar f'konformità mal-Artikoli 22, 22a, 22b, 24a u 24b ta' din id-Direttiva, u l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, u b'mod partikolari kemm ikun adatt l-għoti ta' servizzi addizzjonali lill-entità awditjata f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament;

(f) ikun responsabbli għall-proċedura dwar l-għażla tal-awditur(i) statutorju/i jew tal-ditta/i tal-awditjar u jirrakkomanda li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar li tinħatar/jinħatru f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 minbarra meta tkun applikata d-dispożizzjoni tal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014.

▼B



KAPITOLU XI

'ASPETTI INTERNAZZJONALI

Artikolu 44

'Approvazzjoni ta' awdituri minn pajjiżi terzi

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu japprovaw, bil-kondizzjoni ta' reċiproċità, awditur minn pajjiż terz bħala awditur statutorju jekk il-persuna tkun ġabet provi li hija tikkonforma ma' rekwiżiti li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 u 6 sa 13.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14 qabel ma jagħtu approvazzjoni lil awditur minn pajjiż terz li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

Artikolu 45

'Reġistrazzjoni u sorveljanza ta' awdituri u entitajiet tal-verifika minn pajjiżi terzi

▼M3

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom, f'konformità mal-Artikoli 15, 16 u 17, jirreġistraw kull awditur u entità tal-awditjar minn pajjiż terz, fejn dak l-awditur u dik l-entità tal-awditjar minn pajjiż terz jipprovdu rapport tal-awditjar li jikkonċerna d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati ta' impriża [inkorporata] barra l-Unjoni li t-titoli trasferibbli tagħha jkunu ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' dak l-Istat Membru fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, minbarra meta l-impriża inkwistjoni tkun emittent esklużiv ta' titoli ta' dejn pendenti li għalihom tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

(a) huma kienu ammessi għan-negozjar f'suq regolat fi Stat Membru fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 ) qabel il-31 ta' Diċembru 2010 u d-denominazzjoni tiegħu għal kull unità, li fid-data tal-ħruġ, hija tal-inqas EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita oħra, ekwivalenti, fid-data tal-ħruġ, għal tal-inqas EUR 50 000;

(b) huma jkunu ammessi għan-negozjar f'suq regolat fi Stat Membru fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE mill-31 ta' Diċembru 2010 li d-denominazzjoni tiegħu għal kull unità, li fid-data tal-ħruġ, hija tal-inqas EUR 100 000 jew, f'każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita oħra, ekwivalenti, fid-data tal-ħruġ, għal tal-inqas EUR 100 000.

▼B

2.  Għandhom japplikaw l-Artikoli 18 u 19.

3.  L-Istati Membri għandhom iżommu l-entitajiet tal-verifika u l-awdituri, minn pajjiżi terzi, reġistrati taħt is-sistema ta' sorveljanza tagħhom, is-sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità tagħhom u s-sistema ta' investigazzjonijiet u pieni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw awdituri u entitajiet tal-verifika, minn pajjiżi terzi, reġistrati milli jkunu suġġetti għas-sistema ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità tagħhom jekk sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalità ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz, ġudikata bħala ekwivalenti skond l-Artikolu 46, tkun diġà wettqet eżami tal-kwalità ta' l-awditur jew ta' l-entità tal-verifika mill-pajjiż terz matul l-aħħar tliet snin.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46, ir-rapporti tal-verifika li jikkonċernaw kontijiet annwali jew konsolidati previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu maħruġa minn awdituri jew entitajiet tal-verifika minn pajjiż terz li m'humiex reġistrati fl-Istat Membru ma għandhomx ikollhom effett legali f'dak l-Istat Membru.

5.  L-Istati Membri jistgħu jirreġistraw il-kumpanniji tal-verifika minn pajjiżi terzi biss jekk:

▼M3 —————

▼B

(b) il-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni ta' l-entità tal-verifika mill-pajjiż terz tissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10;

(ċ) l-awditur mill-pajjiż terz li jwettaq il-verifika f'isem l-entità tal-verifika mill-pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 10;

▼M3

(d) il-awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu f'konformità ma' standards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 26, kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22, 22b u 25, jew ma' standards u rekwiżiti ekwivalenti;

(e) jippubblikaw fis-sit elettroniku tagħhom rapport annwali ta' trasparenza li jinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 jew jikkonformaw mar-rekwiżiti ekwivalenti tal-iżvelar.

▼M3

5a.  Stat Membru jista' jirreġistra awditur minn pajjiż terz, biss jekk huwa jew hija jissodisfa/tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 5(c), (d) u (e) ta' dan l-Artikolu.

▼M3

6.  Sabiex jiġu żgurati l-kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-punt (d) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tiddeċiedi fuq l-ekwivalenza msemmija fih permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw l-ekwivalenza msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu dment li l-Kummissjoni ma tkunx ħadet tali deċiżjoni.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a bil-għan li tistabbilixxi kriterji ta' ekwivalenza ġenerali li għandhom jintużaw meta jiġi vvalutat jekk il-awditi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitwettqux f'konformità ma' standards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 26 u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22, 24 u 25. Tali kriterji li jkunu applikabbli għall-pajjiżi terzi kollha għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jivvalutaw l-ekwivalenza fil-livell nazzjonali.

▼B

Artikolu 46

'Deroga f'każ ta' ekwivalenza

1.  L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx jew jimmodifikaw ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 45(1) u (3) fuq il-bażi ta' reċiproċità biss jekk dawn l-awdituri jew entitajiet tal-verifika minn pajjiż terz ikunu suġġetti għal sistemi ta' sorveljanza pubblika, ta' assigurazzjoni ta' kwalità u ta' investigazzjonijiet u pieni, fil-pajjiż terz, li jissodisfaw ir-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk ta' l-Artikoli 29, 30 u 32.

▼M3

2.  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tiddeċiedi dwar l-ekwivalenza msemmija fih permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). Ladarba l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiddependu fuq tali ekwivalenza b'mod parzjali jew sħiħ u għaldaqstant ma japplikawx jew jimmodifikaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 45(1) u (3) b'mod parzjali jew sħiħ. L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw l-ekwivalenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew jiddependu fuq il-valutazzjonijiet mwettqa minn Stati Membri oħra sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet tali deċiżjoni. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit ta' ekwivalenza msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tista' tħalli lill-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar konċernati jkomplu l-attivitajiet tagħhom tal-awditjar f'konformità mar-rekwiżiti tal-Istat Membru relevanti matul il-perijodu adatt ta' transizzjoni.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a bil-għan li tistabbilixxi kriterji ta' ekwivalenza ġenerali, fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 29, 30 u 32, li għandhom jintużaw meta jiġi vvalutat jekk is-sorveljanza pubblika, l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-investigazzjoni u s-sistemi ta' sanzjonijiet ta' pajjiż terz ikunux ekwivalenti għal dawk tal-Unjoni. Tali kriterji ġenerali għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jivvalutaw l-ekwivalenza fil-livell nazzjonali fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-pajjiż terz konċernat.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a) il-valutazzjonijiet tagħhom ta' l-ekwivalenza prevista fil-paragrafu 2; u

(b) l-elementi prinċipali ta' l-arranġamenti koperattivi tagħhom ma' sistemi ta' pajjiżi terzi ta' sorveljanza pubblika, ta' l-assigurazzjoni ta' kwalità u ta' investigazzjonijiet u pieni, fuq il-bażi tal-paragrafu 1.

Artikolu 47

'Koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi terzi

▼M3

1.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz ta' dokumenti ta' ħidma ta' awditjar jew ta' dokumenti oħra li jkunu f'idejn l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar bl-approvazzjoni tagħhom, u dikjarazzjonijiet ta' spezzjoni jew ta' investigazzjonijiet marbuta mal-awditi inkwistjoni dment li:

(a) dawk id-dokumenti ta' ħidma ta' awditjar jew dokumenti oħra marbuta ma' awditi ta' kumpanniji li ħarġu titoli f'dak il-pajjiż terz jew li jifformaw parti minn grupp li joħroġ dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji konsolidati f'dak il-pajjiż terz;

▼B

(b) it-trasferiment iseħħ permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz u fuq talba tagħhom;

(ċ) l-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz konċernat jissodisfaw ir-rekwiżiti li jkunu ġew dikjarati adegwati skond il-paragrafu 3;

(d) ikun hemm arranġamenti tax-xogħol fuq il-bażi ta' reċiproċità miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati;

(e) it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz tkun konformi mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE.

2.  L-arranġamenti tax-xogħol imsemmija fil-paragrafu 1 punt (d) għandhom jiżguraw li:

(a) tingħata ġustifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-iskop tat-talba għall-karti tax-xogħol tal-verifika u għal dokumenti oħrajn;

(b) il-persuni impjegati jew li kienu impjegati qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li jirċievu informazzjoni ikunu suġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali;

▼M3

(ba) il-protezzjoni tal-interess kummerċjali tal-entità awditjata, inkluża l-propjetà industrijali u intellettwali tagħha ma tixxekkilx;

▼B

(ċ) l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikunu jistgħu jużaw karti tax-xogħol tal-verifika u dokumenti oħra biss għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom tas-sorveljanza pubblika, ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u ta' l-investigazzjonijiet li jissodisfaw rekwiżiti ekwivalenti għal dawk fl-Artikoli 29, 30 u 32;

(d) it-talba minn awtorità kompetenti ta' pajjiż terz għall-karti tax-xogħol tal-verifika jew dokumenti oħra miżmuma mill-awditur statutorju jew kumpannija tal-verifika tista' tiġi rifjutata:

 fejn l-għoti ta' dawk il-karti jew dokumenti tax-xogħol jolqtu ħażin is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Komunità jew l-Istat Membru rikjest, jew

▼M3

 fejn ikunu diġà nbdew proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru mitlub,

 fejn tkun diġà nqatgħet sentenza finali fir-rigward tal-istess azzjonijiet u dwar l-istess awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru mitlub.

3.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tiddeċiedi dwar l-adegwatezza msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 48a bil-għan li tistabbilixxi kriterji ta' adegwatezza ġenerali li f'konformità magħhom l-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala adatti sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-iskambju ta' dokumenti tal-ħidma tal-awditjar u dokumenti oħra f'idejn awdituri statutorji u ditta tal-awditjar. Il-kriterji ġenerali ta' adegwatezza għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti tal-Artikolu 36 jew fuq riżultati funzjonali essenzjalment ekwivalenti relatati ma' skambju dirett ta' dokumenti ta' ħidma tal-awditjar jew dokumenti oħra f'idejn awdituri statutorji jew ditta tal-awditjar.

▼B

4.  F'każijiet eċċezjonali u b'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika approvati minnhom li jittrasferixxu l-karti tax-xogħol tal-verifika u dokumenti oħra direttament lill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz, sakemm:

(a) ikunu nbdew investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti f'dak il-pajjiż terz;

(b) it-trasferiment ma jkunx f'konflitt ma' l-obbligi li magħhom l-awdituri statutorji u l-kumpanniji tal-verifika għandhom jikkonformaw fir-rigward tat-trasferiment tal-karti tax-xogħol tal-verifika u ta' dokumenti oħra lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tagħhom;

(ċ) ikun hemm arranġamenti tax-xogħol ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru aċċess dirett u reċiproku għall-karti tax-xogħol tal-verifika u għal dokumenti oħra tal-kumpanniji tal-verifika ta' dak il-pajjiż terz;

(d) l-awtorità kompetenti rikjedenti tal-pajjiż terz tavża bil-quddiem l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannijatal-verifika b'kull talba diretta għall-informazzjoni, u tindika r-raġunijiet għaliha;

(e) ikunu rispettati l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2.

▼M3 —————

▼B

6.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-arranġamenti tax-xogħol imsemmija fil-paragrafi 1 u 4.



KAPITOLU XII

'DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 48

'Proċedura ta' kumitat

▼M3

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat (minn hawn 'il quddiem imsemmi “il-Kumitat”). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 ).

2.  Where reference is made to this paragraph, Article 5 of Regulation (EU) No 182/2011 shall apply.

▼M1

2a.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

▼M1

3.  Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, ta’ l-anqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iffunzjonar ta’ dawk is-setgħat. Dak ir-rapport għandu jeżamina, partikularment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għal din id-Direttiva, sabiex tiżgura l-ambitu xieraq tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta' emenda jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata ta' raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex temenda id-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

▼M3

Artikolu 48a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 26(3), 45(6), 46(2) u 47(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-16 ta' Ġunju 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 26(3), 45(6), 46(2) u 47(3)tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din tieħu effett fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma taffettwax il-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikaha fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 26(3), 45(6), 46(2) u 47(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill matul perijodu ta' erba' xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 50

'Tħassir tad-Direttiva 84/253/KEE

Id-Direttiva 84/253/KEE għandha titħassar b'effett mid-29 ta' Ġunju 2006. Ir-riferenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jiftehmu bħala riferenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 51

'Dispożizzjoni transitorja

L-awdituri statutorji jew il-kumpanniji tal-verifika li jkunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond id-Direttiva 84/253/KEE qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 53(1), għandhom jitqiesu bħala approvati skond din id-Direttiva.

Artikolu 52

'Armonizzazzjoni minima

L-Istati Membri li jesiġu l-verifika statutorja jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti, sakemm ma jkunx previst b'mod ieħor minn din id-Direttiva.

Artikolu 53

'Traspożizzjoni

1.  Qabel id-29 ta' Ġunju 2008 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjoniet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza referenzafil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 54

'Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 55

'Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU C 157, 28.6.2005, p. 115.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2006.

( 3 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16).

( 4 ) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE.

( 5 ) ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE.

( 6 ) ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/51/KE.

( 7 ) ĠU L 126, 12.5.1984, p. 20.

( 8 ) ĠU C 143, 8.5.1998, p. 12.

( 9 ) ĠU L 91, 31.3.2001, p. 91.

( 10 ) ĠU L 191, 19.7.2002, p. 22.

( 11 ) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

( 12 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 13 ) ĠU L 52, 25.2.2005, p. 51.

( 14 ) Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

( 15 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 16 ) Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi rigward l-awditu statutorju tal-entitajiet ta' interess pubbliku (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).

( 17 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 18 ) ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1.

( 19 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

( 20 ) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

( 21 ) ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

( 22 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta' April 2004 li timplementa d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-prattiċi aċċettati tas-suq, id-definizzjoni tal-informazzjoni interna b'relazzjoni mad-derivattivi dwar il-kommoditajiet, it-tħejjija ta' listi ta' persuni nterni, in-notifika tat-transazzjonijiet tal-amministraturi u n-notifika ta' transazzjonijiet suspettużi (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70).

( 23 ) Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

( 24 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewroepw u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

( 25 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

( 26 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

( 27 ) Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

( 28 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).