2006L0022 — MT — 01.01.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2006/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta Marzu 2006

dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 102 11.4.2006, p. 35)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/4/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-23 ta’ Jannar 2009

  L 21

39

24.1.2009

 M2

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/5/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-30 ta’ Jannar 2009

  L 29

45

31.1.2009

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/403 tat-18 ta' Marzu 2016

  L 74

8

19.3.2016


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 256, 29.9.2009, p.  38 (2009/5/KE)




▼B

DIRETTIVA 2006/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta Marzu 2006

dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85.

Artikolu 2

Sistemi ta' kontroll

1.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw sistema ta' kontrolli adatti u regolari fuq implimentazzjoni korretta u konsistenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1, kemm fit-triq kif ukoll fuq il-post tal-kategoriji kollha tat-trasport.

Dawn il-kontrolli għandhom ikopru kull sena kampjun wiesa' u rappreżentattiv ta' ħaddiema mobbli, xufiera, impriżi u vetturi tal-kategoriji kollha tat-trasport li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/85 u 3821/85.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tkun applikata fit-territorju tagħhom strateġija koerenti ta' infurzar nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jaħtru korp biex jikkordinaw l- azzjonijiet meħuda taħt l-Artikoli 4 u 6, u f'dan il-każ il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu infurmati b'dan.

2.  Sakemm dan ma jkunx diġà l-każ, kull Stat Membru għandu, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2007 jagħti lill-uffiċjali ta' ispezzjonijiet awtorizzati s-setgħat legali adegwati sabiex jippermettilhom li jwettqu l-obbligi ta' spezzjoni kif meħtieġ minn din id-Direttiva.

3.  Kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b'mod li mill-1 ta' Mejju 2007 1 % tal-jiem maħduma minn xufiera ta' vetturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 huma kontrollati. Dan il-perċentwali jiżdied ta' l-inqas għal 2 % wara l-1 ta' Jannar 2008 u ta' l-inqas għal 3 % wara l-1 ta' Jannar 2010.

Wara l-1 ta' Jannar 2012, dan il-perċentwali minimu jista' jiżdied għal 4 % mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), kemm-il darba l-istatistika miġbura skond l-Artikolu 3 tkun turi li, bħala medja, aktar minn 90 % tal-vetturi kontrollati huma attrezzati b'takografu diġitali. Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra l-effettività ta' miżuri eżistenti ta' infurzar, b'mod partikolari d-disponibbiltà ta' tagħrif ta' takografu diġitali fuq il-post.

Mhux anqas minn 15 % tan-numru totali ta' jiem maħduma kontrollati għandhom jkunu kontrollati fit-triq u mhux anqas minn 30 % fuq il-post. Wara l-1 ta' Jannar 2008, mhux anqas minn 30 % tan-numru totali tal-jiem maħduma kontrollati għandhom ikunu kontrollati fit-triq u mhux anqas minn 50 % għandhom ikunu kontrollati fuq il-post.

4.  It-tagħrif mgħoddi lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 għandu jinkludi n-numru ta' xufiera kontrollati fit-triq, in-numru ta' kontrolli fuq il-post, in-numru ta' jiem maħduma kontrollati u n-numru u t-tip ta' okkażjonijiet ta' ksur rappurtati, flimkien ma' reġistru dwar jekk kienux traspurtati passiġġieri jew merkanzija.

Artikolu 3

Statistika

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li statistika miġbura dwar il-kontrolli organizzati skond l-Artikolu 2(1) u (3) tkun imqassma f'dawn il-kategoriji li ġejjin:

(a) għal kontrolli fit-triq:

(i) tip tat-triq, jiġifieri jekk hijx awtostrada, triq nazzjonali jew sekondarja, pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-vettura spezzjonata, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni;

(ii) tip ta' takografu, analogu jew diġitali;

(b) għal kontroll fuq il-post:

(i) tip ta' attività tat-trasport, jiġifieri jekk l-attività hijiex internazzjonali jew nazzjonali; persuni jew merkanzija; fuq akkont personali jew b'kiri jew bi ħlas;

(ii) daqs tal-flotta ta' vetturi tal-kumpannija;

(iii) tip ta' takografu, analogu jew diġitali.

Din l-istatistika għandha tiġi ppreżentata kull sena lill-Kummissjoni, u għandha tkun ippubblikata f'rapport.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom iżommu rekord tad-data miġbura għas-sena ta' qabel.

L-intrapriżi responsabbli għax-xufiera għandhom iżommu għal perijodu ta' sena, d-dokumenti, ir-rekords tar-riżultati u data rilevanti oħra mgħoddija lilhom mill-awtoritajiet ta' l-infurzar dwar kontrolli li jkunu saru fuqhom fl-istabbilimenti tagħhom u/jew fuq ix-xufiera tagħhom fit-triq.

Kull kjarifika ulterjuri meħtieġa tad-definizzjonijiet tal-kategoriji msemmija taħt (a) u (b) għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 4

Kontrolli fit-triq

1.  Kontrolli fit-triq għandhom ikunu organizzati f'diversi postijiet u f'kull ħin u għandhom ikopru parti estiża biżżejjed tan-netwerk tat-toroq b'mod li jkun diffiċli li jiġu evitati l-postijiet tal-kontrolli.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) isir provvidiment biżżejjed għall-punti ta' kontroll dwar toroq eżistenti u ppjanati jew qribhom u, jekk meħtieġ, li stazzjonijiet ta' servizz jew postijiet siguri oħra matul l-awtostradi, jistgħu jservu ta' punti ta' kontroll;

(b) il-kontrolli jsiru skond sistema ta' rotazzjoni każwali, b'bilanċ ġeografiku xieraq,

3.  Il-punti li għandhom ikunu eżaminati fit-toroq huma stabbiliti fil-Parti A ta' l-Anness I. Il-kontrolli jistgħu jiffokaw fuq punt speċifiku jekk ikun meħtieġ skond is-sitwazzjoni.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), kontrolli fit-triq għandhom isiru mingħajr diskriminazzjoni. B'mod partikolari, uffiċjali ta' l-infurzar m'għandhomx jiddiskriminaw minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-vettura;

(b) pajjiż tar-residenza tax-xufier;

(ċ) pajjiż ta' fejn tkun stabbilita l-impriża;

(d) il-punt tat-tluq u d-destinazzjoni tal-vjaġġ;

(e) tip ta' takografu: analogu jew diġitali.

5.  L-uffiċjali ta' l-infurzar għandhom jingħataw:

(a) lista tal-punti prinċipali li għandhom jiġu kontrollati, kif stabbilit fil-Parti A ta' Anness I;

(b) tagħmir standard ta' kontroll, kif stabbilit fl-Anness II.

6.  Jekk, fi Stat Membru, ir-riżultati ta' kontroll li jsir fit-triq fuq ix-xufier ta' vettura reġistrata fi Stat Membru ieħor jagħtu lil wieħed x'jifhem illi ġie mwettaq xi ksur li ma jistax jiġi stabbilit matul il-kontroll minħabba n-nuqqas ta' data meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati għandhom jgħinu lil xulxin sabiex jiċċaraw is-sitwazzjoni.

Artikolu 5

Kontrolli organizzati

L-Istati Membri għandhom, ta' l-anqas sitt darbiet fis-sena, jagħmlu kontrolli flimkien fit-triq ta' xufiera u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet ta' l-infurzar ta' żewġ Stati Membri jew aktar, kull waħda topera fit-territorju tagħha.

Artikolu 6

Kontrolli fuq il-post

1.  Il-kontrolli fil-post għandhom ikunu organizzati fid-dawl ta' l-esperjenza tal-passat fir-rigward tad-diversi tipi ta' trasport u impriżi. Dawn għandhom ukoll jitwettqu jekk ikun instab xi ksur serju tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 jew 3821/85 waqt kontroll fit-triq.

2.  Kontrolli fuq il-post għandhom ikopru l-punti elenkati fil-Parti A u fil-Parti B ta' l-Anness I.

3.  L-uffiċjali ta' l-infurzar għandhom jingħataw:

(a) lista tal-punti prinċipali li għandhom jiġu kontrollati, kif hemm provdut fil-Parti A u fil-Parti B ta' l-Anness I;

(b) tagħmir standard tal-kontroll, kif hemm provdut fl-Anness II.

4.  Matul il-kontroll l-uffiċjal ta' l-infurzar fi Stat Membru għandu jqis kull informazzjoni provduta mill-korp ta' l-infurzar nominat għar-relazzjonijiet fi Stat Membru ieħor kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), li jikkonċerna l-attivitajiet ta' l-impriża f'dak l-Istat Membru l-ieħor.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, kontrolli li jsiru fil-fond ta' l-awtoritajiet kompetenti, abbażi ta' dokumenti rilevanti jew ta' data mogħtija minn impriżi b'talba ta' l-awtoritajiet imsemmija, għandu jkollhom l-istess status bħal kontrolli li jsiru fil-fond ta' impriżi.

Artikolu 7

Relazzjonijiet intrakomunitarji

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru korp li għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a) li jassigura l-kordinazzjoni ma' korpi ekwivalenti fl-Istati Membri l-oħra konċernati fir-rigward ta' azzjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 5;

(b) li jgħaddi l-prospetti ta' l-istatistika li jsiru darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85;

(ċ) ikollu responsabbiltà prinċipali sabiex jassisti l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra skond l-Artikolu 4(6).

Il-korp għandu jkun rappreżentat fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(1).

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-ħatra ta' dan il-korp u l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

3.  L-iskambju ta' data, ta' esperjenza u ta' informazzjoni bejn Stati Membri għandu jkun promoss b'mod attiv, primarjament iżda mhux esklużivament permezz tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(1) u kull korp ieħor li l-Kummissjoni tista' tinnomina skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 8

Skambju ta' tagħrif

1.  Tagħrif li jsir disponibbli bilateralment skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 jew l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 għandu jiġi skambjat bejn il-korpi nominati notifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7(2):

(a) ta' l-anqas darba kull sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

(b) b'talba speċifika minn Stat Membru f'każijiet individwali.

2.  L-Istati Membri għandhom ifittxu li jistabbilixxu sistemi għall-iskambju elettroniku ta' l-informazzjoni. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi metodoloġija komuni għall-iskambju effettiv ta' tagħrif.

Artikolu 9

Sistema li tkejjel ir-riskju

1.  L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema li tkejjel ir-riskju għal impriżi bbażata fuq in-numru u s-serjetà ta' kull ksur tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 jew 3821/85 li impriżi individwali jkunu wettqu. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa d-djalogu bejn l-Istati Membri biex tinkoraġġixxi aktar koerenza bejn dawn is-sistemi ta' valutazzjoni tar-riskju.

2.  Impriżi b'rata għolja ta' riskju għandhom ikunu kkontrollati b'akbar reqqa u aktar spiss. Il-kriterji u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' tali sistema għandhom ikunu diskussi fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12, bl-għan li tiġi stabbilita sistema għall-iskambju ta' tagħrif fuq l-aħjar prattiċi.

3.  Lista inizjali ta' ksur tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 tinsab fl-Anness III.

Bil-ħsieb li jingħataw linji ta' gwida dwar il-kejl tal-piż tal-ksur tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85, il-Kummissjoni tista', kif adegwat, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tadotta l-Anness III tieħu inizjattivi bil-ħsieb li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar firxa komuni ta' ksur tar-regolamenti, maqsuma f'kategoriji skond is-serjetà tagħhom.

Il-kategorija għall-ksur tar-regolamenti l-aktar serju għandha tinkludi dak fejn in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 joħolqu riskju serju ta' riskju ta' mewt jew ta' korriment personali gravi.

Artikolu 10

Rapport

Sa l-1 ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li janalizza l-pieni għal ksur serju li tipprovdi għalihom il-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri.

Artikolu 11

L-aħjar prattika

1.  Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji ta' gwida dwar l-aħjar prattika fl-infurzar.

Dawk il-linji ta' gwida għandhom ikunu ppubblikati f'rapport li jsir darbtejn fis-sena tal-Kummissjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' taħriġ konġunt dwar l-aħjar prattika li għandhom isiru ta' l-anqas darba fis-sena u għandhom jiffaċilitaw skambji, ta' l-anqas darba fis-sena, ta' persunal tal-korpi rispettivi tagħhom għal koperazzjoni intrakomunitarja mal-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra.

3.  Formola elettronika u li tista' tiġi stampata għandha tiġi mħejjija mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), li għandha tintuża meta xufier ikun fuq leave minħabba mard jew leave annwali, jew meta xufier ikun saq vettura oħra li hija eżenti mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85, fil-perijodu msemmi fl-ewwel inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

4.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-uffiċjali ta' l-infurzar huma mħarrġa sew biex iwettqu xogħolhom.

Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, tenut kont tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 13

Miżuri ta' implimentazzjoni

B'talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni, li jkollhom wieħed minn dawn l-għanijiet partikulari:

(a) li tippromwovi approċċ komuni għall-implimentazzjoni tad-Direttiva;

(b) li tħeġġeġ koerenza fl-approċċ bejn awtoritajiet ta' l-infurzar u interpretazzjoni armonizzata tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar;

(ċ) li tiffaċilita d-djalogu bejn is-settur ta' trasport u l-awtoritajiet ta' l-infurzar.

Artikolu 14

Negozjati ma' pajjiżi terzi

Ladarba din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-Komunità għandha tibda negozjati mal-pajjiżi terzi rilevanti bil-ħsieb li jkunu applikati regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva.

Fl-istennija tal-konklużjoni ta' dawn in-negozjati, l-Istati Membri għandhom jinkludu data dwar kontrolli, fuq vetturi minn pajjiżi terzi, fl-informazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85.

Artikolu 15

Aġġornament ta' l-annessi

Emendi għall-Annessi li huma meħtieġa sabiex jiġu adattati għal żviluppi fl-aħjar prattika għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

Artikolu 16

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa l-aktar tard l-1 ta' April 2007. Dawn għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta' din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam iggvernat minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Tħassir

1.  Id-Direttiva 88/599/KEE hija b'dan imħassra.

2.  Kwalunkwe referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu li qed isiru għal din id-Direttiva.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak tal-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

PARTI A

KONTROLLI FIT-TRIQ

Il-punti li ġejjin għandhom, b'mod ġenerali, ikunu koperti minn kontrolli fit-triq:

(1) ħinijiet ta' sewqan kuljum u ta' kull ġimgħa, pawżi u perijodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa; anke l-folji li fihom jitniżżlu r-rekords tal-jiem preċedenti u li għandhom jinġarru abbord il-vettura skond l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 u/jew id-data maħżuna għall-istess perijodu fuq il-kard tax-xufier u/jew fil-memorja tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni skond l-Anness II ta' din id-Direttiva u/jew fil-materjal f'forma stampata;

(2) għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, każijiet fejn tinqabeż il-veloċità awtorizzata tal-vettura, jiġifieri kull perijodu ta' aktar minn minuta li fiha l-veloċità tal-vettura teċċedi d-90 kilometru fis-siegħa għal vetturi fil-kategoriji N3 jew il-105 kilometru fis-siegħa km/h għal vetturi fil-kategorija M3 (kategoriji N3 u M3 huma skond id-definizzjoni fl-Anness II, Parti A tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 1 );

(3) fejn xieraq, veloċitajiet momentanji li jkunu ġew milħuqa mill-vettura kif reġistrati mit-tagħmir ta' reġistrazzjoni f'mhux aktar mill-aħħar 24 siegħa ta' użu tal-vettura;

(4) it-tħaddim tajjeb tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni (li tkun determinata l-possibiltà ta' użu ħażin tat-tagħmir u/jew il-kard tax-xufier u/jew il-folji li fihom jitniżżlu r-rekords) jew, fejn xieraq, il-preżenza tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85;

▼M1

(5) fejn jixraq, u b’attenzjoni xierqa għall-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza, verifikazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni stallat fil-vetturi sabiex jidentifika l-istallazzjoni u/jew l-użu ta' kwalunkwe strument, jew strumenti, intenzjonati biex ikissru, joħonqu, jimmanipulaw jew jibdlu kwalunkwe dejta, jew li huma intenzjonati sabiex ifixklu kwalunkwe parti mill-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-partijiet komponenti tal-apparat tar-reġistrar, jew li jwaqqfu jew jibdlu d-dejta bit-tali modi qabel ma din tiġi kkodifikata.

▼B

PARTI B

KONTROLLI FUQ IL-POST

Il-punti li ġejjin għandhom ikunu kontrollati fuq il-post, flimkien ma' dawk il-punti imsemmija fil-Parti A:

(1) perijodi ta' mistrieħ fil-ġimgħa u ħinijiet ta' sewqan fil-ġimgħa bejn dawn il-perijodi ta' mistrieħ;

(2) osservanza tal-limitu ta' ħinijiet tas-sewqan fuq perijodu ta' ġimgħatejn;

(3) folji li fihom jitniżżlu r-rekords, l-unità ta' vettura u d-data fil-kard tax-xufier u materjal f'forma stampata;

L-Istati Membri jistgħu, jekk ikun xieraq, jikkontrollaw ir-responsabbilità konġunta ta' instigaturi jew aċċessorji oħra fil-katina tat-trasport, bħalma huma dawk li jieħdu ħsieb il-merkanzija trasportata, burdnara jew kuntratturi, jekk ikun instab li twettaq xi ksur, inkluż il-verifika li l-kuntratti għall-provvista tat-trasport jippermettu l-konformità mar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85.




ANNESS II

Tagħmir standard li għandu jkun disponibbli għat-taqsimiet ta' l-infurzar

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tagħmir standard li ġej hu disponibbli għat-taqsimiet ta' l-infurzar li jwettqu d-doveri stabbiliti fl-Anness I:

(1) tagħmir li jista' jniżżel data mill-unità ta' vettura u mill-kard tax-xufier ta' takografi diġitali, jaqra d-data, u janalizza data u/jew jittrasmetti s-sejbiet lejn database ċentrali għal analiżi;

(2) tagħmir li jikkontrolla l-folji tat-takografu;

▼M1

(3) apparat speċifiku tal-analiżi, bis-softwer xieraq, sabiex jivverfika u jikkonferma l-firma diġitali marbuta mad-dejta, kif ukoll softwer speċifiku tal-analiżi sabiex jipprovdi profil iddettaljat dwar il-veloċità tal-vetturi qabel l-ispezzjoni tal-apparat tar-reġistrar tagħhom.

▼M3




ANNESS III

1.    Gruppi ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006



Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ (1)

KAS

KSĦ

KS

KM

A

Ekwipaġġ

A1

Art. 5.1

Ma jitħarsux l-etajiet minimi tal-kundutturi

 

 

X

 

B

Perjodi ta' sewqan

B1

Art. 6.1

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum meta mhux permessal-possibbiltà tal-estensjoni għal limitu ta' 10 sigħat

9s < … < 10s

 

 

 

X

B2

10s ≤ … < 11s

 

 

X

 

B3

11s ≤ …

 

X

 

 

B4

Aktar minn disa' (9) sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

13s30 ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

 

B5

Jinqabeż il-ħin estiż ta' sewqan kuljum ta' 10 sigħat meta l-estensjoni hija permessa

10s < … < 11s

 

 

 

X

B6

11s ≤ … < 12s

 

 

X

 

B7

12s ≤ … X

 

X

 

 

B8

Aktar minn 10 sigħat ta' sewqan kuljum b'50 % jew iżjed mingħajr brejk jew mingħajr mistrieħ ta' mill-inqas 4,5 sigħat

15s ≤ …

u l-ebda brejk/serħan

X

 

 

 

B9

Art. 6.2

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa

56s < … < 60s

 

 

 

X

B10

60s ≤ … < 65s

 

 

X

 

B11

65s ≤ … < 70s

 

X

 

 

B12

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan permess fil-ġimgħa b'25 % jew aktar

70s ≤ …

X

 

 

 

B13

Art. 6.3

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi

90s < … < 100s

 

 

 

X

B14

100s ≤ … < 105s

 

 

X

 

B15

100s ≤ … < 112s30

 

X

 

 

B16

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan massimu totali f'ġimgħatejn (2) konsekuttivi b'25 % jew aktar

112s30 ≤ …

X

 

 

 

C

Brejks

C1

Art. 7

Jinqabeż il-ħin ta' sewqan mhux interrott ta' 4,5 sigħat qabel il-brejk

4s30 < … < 5s

 

 

 

X

C2

5s ≤ … < 6s

 

 

X

 

C3

6s ≤ …

 

X

 

 

D

Perjodi ta' Serħan

D1

Art. 8.2

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' inqas minn 11-il siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum

10s ≤ … < 11s

 

 

 

X

D2

8s30 ≤ … < 10s

 

 

X

 

D3

… < 8s30

 

X

 

 

D4

Perjodu mnaqqas ta' serħan ta' kuljum insuffiċjenti ta' inqas minn disa' (9) sigħat meta t-tnaqqis huwa permess

8s ≤ … < 9s

 

 

 

X

D5

7s ≤ … < 8s

 

 

X

 

D6

… < 7s

 

X

 

 

D7

Perjodu maqsum insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn 3s + 9s

3s + [8s ≤ … < 9s]

 

 

 

X

D8

3s + [7s ≤ … < 8s]

 

 

X

 

D9

3s +[ … < 7s]

 

X

 

 

D10

Art. 8.5

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan ta' kuljum ta' inqas minn disa' (9) sigħat għal vettura b'aktar minn sewwieq wieħed

8s ≤ … < 9s

 

 

 

X

D11

7s ≤ … < 8s

 

 

X

 

D12

… < 7s

 

X

 

 

D13

Art. 8.6

Perjodu mnaqqas insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 24 siegħa

22s ≤ … < 24s

 

 

 

X

D14

20s ≤ … < 22s

 

 

X

 

D15

… < 20s

 

X

 

 

D16

Perjodu insuffiċjenti ta' serħan fil-ġimgħa ta' inqas minn 45 siegħa meta mhux permess perjodu mnaqqas ta' serħan fil-ġimgħa

42s ≤ … < 45s

 

 

 

X

D17

36s ≤ … < 42s

 

 

X

 

D18

… < 36s

 

X

 

 

D19

Art. 8.6

Aktar minn 6 perjodi konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

… < 3s

 

 

 

X

D20

3s ≤ … < 12s

 

 

X

 

D21

12s ≤ …

 

X

 

 

E

Deroga mir-regola ta' 12-il jum

E1

Art. 8.6a

Aktar minn 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa wara l-perjodu preċedenti ta' serhan fil-ġimgħa

… < 3s

 

 

 

X

E2

3s ≤ … < 12s

 

 

X

 

E3

12s ≤ … X

 

X

 

 

E4

Art. 8.6a (b)(ii)

Perjodu ta' serhan fil-ġimgħa jittieħed wara 12-il perjodu konsekuttivi ta' 24 siegħa

65s < … ≤ 67s

 

 

X

 

E5

… ≤ 65s

 

X

 

 

E6

Art. 8.6a (d)

Perjodu ta' sewqan, bejn il-22.00 u s-6.00, ta' aktar minn tliet sigħat qabel il-brejk, jekk il-vettura ma jkollhiex aktar minn sewwieq wieħed

3s < … < 4,5s

 

 

X

 

E7

4,5s ≤ …

 

X

 

 

F

Organizzazzjoni tax-xogħol X29.

F1

Art. 10.1

Relazzjoni bejn il-paga u d-distanza misjuqa jew l-ammont ta' oġġetti trasportati

 

X

 

 

F2

Art. 10.2

L-ebda organizzazzjoni jew l-organizzazzjoni mhux xierqa tax-xogħol tal-kunduttur, l-ebda struzzjoni jew struzzjonijiet mhux xierqa mogħtija lill-kunduttur li jippermettulu li jikkonforma mal-liġi

 

X

 

 

(1)   KAS = Ksur l-Aktar Serju/KSĦ = Ksur Serju Ħafna/KS = Ksur Serju/KM = Ksur Minuri

2.    Gruppi ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Prlament Ewropew utal-Kunsill ( 2 )(Takografu)



Nru

BAŻI ĠURIDIKA

TIPI TA' KSUR

GRAD TA' SERJETÀ

KAS

KSĦ

KS

KM

G

Installazzjoni ta' takografu

G1

Artikoli 3.1 u 22.2

Ma jkunx installat u użat takografu tat-tip approvat (pereżempju: it-takografu ma jkunx installat minn fitters, workshops jew manifatturi tal-vetturi li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-użu ta' takografu mingħajr is-siġilli neċessarji mqiegħda jew sostitwiti minn fitter, minn workshop jew minn manifattur tal-vetturi li huma approvati jew l-użu ta' takografu mingħajr il-pjanċa tal-installazzjoni)

X

 

 

 

H

Użu tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni, tal-karta tas-sewwieq jew tal-folja ta' reġistrazzjoni

H1

Art. 23.1

L-użu ta' takografu mhux spezzjonat minn kumpanija approvata

 

X

 

 

H2

Art. 27

Is-sewwieq għandu fil-pussess tiegħu u/jew juża aktar minn karta tas-sewwieq waħda li hija tiegħu u li hija valida

 

X

 

 

H3

Sewqan b'karta tas-sewwieq falsifikata (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H4

Sewqan b'karta tas-sewwieq li tagħha s-sewwieq mhuwiex id-detentur (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H5

Sewqan b'karta tas-sewwieq li ġiet akkwistata abbażi ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew ta' dokumenti ffalsifikati (meqjus bħala sewqan mingħar karta tas-sewwieq)

X

 

 

 

H6

Art. 32.1

Takografu ma jiffunzjonax tajjeb (pereżempju: it-takografu ma jkunx spezzjonat, ikkalibrat u ssiġillat b'mod tajjeb)

 

X

 

 

H7

Artikoli 32.1 u 33.1

Takografu użat b'mod ħażin (pereżempju: l-użu ħażin b'mod intenzjonat, volontarju jew imponut, nuqqas ta' struzzjonijiet dwar l-użu korrett eċċ.)

 

X

 

 

H8

Art. 32.3

L-użu ta' tagħmir ta' falsifikazzjoni li jkun kapaċi jimmodifika r-reġistrazzjonijiet tat-takografu

X

 

 

 

H9

Falsifikazzjoni, ħabi, suppressjoni jew qerda tad-dejta rreġistrata fuq il-folji tar-reġistrazzjoni jew tad-dejta maħżuna u ddawnlowdjata mit-takografu u/jew mill-karta tas-sewwieq

X

 

 

 

H10

Art. 33.2

L-impriża ma żżommx folji tar-reġistrazzjoni, karti stampati u dejta li titniżżel

 

X

 

 

H11

Id-dejta rreġistrata jew maħżuna mhix disponibbli għal mill-inqas sena

 

X

 

 

H12

Art. 34.1

Il-folji ta' reġistrazzjoni/il-karta tas-sewwieq jintużaw ħażin

 

X

 

 

H13

Irtirar mhux awtorizzat tal-folji jew tal-karta tas-sewwieq li jħalli impatt fuq ir-reġistrazzjoni tad-dejta rilevanti

 

X

 

 

H14

Tintuża folja ta' reġistrazzjoni jew karta tas-sewwieq biex tkopri perjodu itwal minn dak intenzjonat u tintilef xi dejta

 

X

 

 

H15

Art. 34.2

Jintużaw folji ta' reġistrazzjoni jew karti tas-sewwieqa maħmuġin jew danneġġati u d-dejta mhijiex leġibbli

 

X

 

 

H16

Art. 34.3

Ma jsirx input manwali, meta dan ikun meħtieġ

 

X

 

 

H17

Art. 34.4

Ma tintużax il-folja korretta jew il-karta tas-sewwieq tkun fi slott ħażin (aktar minn sewwieq wieħed)

 

 

X

 

H18

Art. 34.5

Il-mekkaniżmu ta' kommutazzjoni jintuża ħażin

 

X

 

 

I

Preżentazzjoni tal-informazzjoni

I1

Art. 36

Rifjut li ssir verifika

 

X

 

 

I2

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet ta' dik il-ġurnata u tat-28 jum preċedenti

 

X

 

 

I3

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

 

I4

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tar-reġistrazzjonijiet manwali u tal-karti stampati li saru matul dik il-ġurnata u matul it-28 jum preċedenti

 

X

 

 

I5

Art. 36

Preżentazzjoni mhux possibbli tal-karta tas-sewwieq, jekk is-sewwieq ikollu waħda

 

X

 

 

J

Funzjonament ħażin

J1

Artikoli 37.1 u 22.1

Takografu mhux imsewwi minn fitter jew minn workshop li huma approvati

 

X

 

 

J2

Art. 37.2

Is-sewwieq ma jniżżilx l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawk il-perjodi ta' ħin li matulhom ma sarux reġistrazzjonijiet meta t-takografu ma jkunx jista' jissewwa jew ikun qed jaħdem ħażin

 

X

 

 



( 1 ) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 27).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).