02006L0001 — MT — 05.06.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA 2006/1/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 033 4.2.2006, p. 82) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA (UE) 2022/738 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ April 2022 |
L 137 |
1 |
16.5.2022 |
ID-DIRETTIVA 2006/1/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Jannar 2006
dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
“vettura” tfisser vettura tal-mutur, trailer, semi-trailer, jew tagħqida ta’ vetturi maħsuba biss għat-trasport ta’ merkanzija;
“vettura mikrija” tfisser kull vettura li għal rimunerazzjoni u għal perjodu stabbilit taż-żmien, titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-impriża li tidħol għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq, għall-kiri jew bi ħlas jew f’isimha fuq il-bażi ta’ kuntratt magħmul ma’ l-impriża li tagħmel il-vetturi disponibbli.
Artikolu 2
Kull Stat Membru għandu jippermetti li fit-territorju tiegħu jintużaw vetturi mikrija minn impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor dment li:
il-kuntratt ikollu x’jaqsam biss mal-kiri tal-vettura mingħajr sewwieq u ma jkunx akkumpanjat b’kuntratt tas-servizz konkluż mill-istess impriża li jkopri l-personal tas-sewqan jew li jakkumpanjaw;
il-vettura mikrija tkun biss għad-dispożizzjoni ta’ l-impriża li tużaha matul il-perjodu taż-żmien tal-kuntratt tal-kiri;
il-vettura mikrija tkun misjuqa mill-personal ta’ l-impriża li tkunu tużaha;
Għandha tingħata prova tal-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, punti (a) sa (d), permezz tal-preżentazzjoni tad-dokumenti li ġejjin f’forma stampata jew elettronika, li għandhom ikunu abbord il-vettura:
il-kuntratt tal-kiri, jew estratt iċċertifikat minn dan il-kuntratt li jindika l-isem tal-kerrej, l-isem ta’ min jikri, id-data u t-tul taż-żmien tal-kuntratt u l-identità tal-vettura;
fejn is-sewwieq ma jkunx il-persuna li tikri l-vettura, il-kuntratt tax-xogħol tas-sewwieq jew estratt iċċertifikat minn dan il-kuntratt li jagħtu b’mod partikulari l-isem ta’ min iħaddem, l-isem ta’ l-impjegat u d-data u t-tul taż-żmien tal-kuntratt tax-xogħol jew karta riċenti tal-paga.
Jekk ikun meħtieġ id-dokumenti riferiti fil-(a) u l-(b) jistgħu jinbidlu b’dokument ekwivalenti maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru.
Artikolu 3
Meta vettura mikrija tkun irreġistrata jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni skont il-liġijiet ta’ Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-impriża tat-trasport bit-triq jista’:
jillimita ż-żmien tal-użu tal-vettura mikrija fit-territorju tiegħu dment li l-użu tal-vettura mikrija mill-istess impriża tat-trasport bit-triq ikun permess għal perijodu ta’ mill-inqas xahrejn konsekuttivi fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari; f’dak il-każ l-Istat Membru jista’ jirrikjedi li l-kuntratt tal-kiri ma jdumx aktar mil-limitu ta’ żmien stabbilit minn dak l-Istat Membru;
jirrikjedi li l-vettura mikrija tiġi rreġistrata skont ir-regoli nazzjonali tar-reġistrazzjoni tiegħu wara perijodu ta’ mhux inqas minn 30 jum; f’dak il-każ l-Istat Membru jista’ jirrikjedi li l-kuntratt tal-kiri ma jdumx aktar mill-perijodu ta’ ċirkolazzjoni qabel ir-rekwiżit tar-reġistrazzjoni;
jillimita l-għadd ta’ vetturi mikrija li jistgħu jintużaw minn impriża dment li l-għadd minimu ta’ vetturi permess għandu jkun tal-inqas 25 % tal-flotta tal-vetturi tal-merkanzija għad-dispożizzjoni tal-impriża skont l-Artikolu 5(1), punt (g), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel l-użu tal-vettura mikrija jew inkella fil-jum meta l-impriża tibda tuża l-vettura mikrija, kif determinat mill-Istat Membru; Madankollu, fil-każ ta’ impriża li jkollha flotta ġenerali ta’ aktar minn vettura waħda u inqas minn erba’ vetturi, għandu jkun permess l-użu ta’ mill-inqas waħda minn tali vetturi; l-għadd minimu skont dan il-punt jirreferi għall-flotta tal-vetturi tal-merkanzija għad-dispożizzjoni tal-impriża abbażi tal-vetturi rreġistrati jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni f’konformità mal-liġijiet ta’ dak l-Istat Membru;
jillimita l-użu ta’ tali vetturi għal operazzjonijiet ta’ trasport f’isem l-impriża li tużahom.
Artikolu 3a
Artikolu 4
Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa r-regolamenti ta’ Stat Membru li jistabbilixxu kondizzjonijiet inqas restrittivi dwar l-użu tal-vetturi mikrija minn dawk speċifikati fl-Artikoli 2 u 3.
Artikolu 5
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2 u 3, din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’:
l-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport ta’ merkanzija bit-triq bħala kiri jew bi ħlas u f’isimhom stess, u, partikolarment, għall-aċċess għas-suq u, rigward ir-restrizzjonijiet fuq il-kwoti dwar il-kapaċitajiet tat-toroq;
il-prezzijiet u l-kondizzjonijiet għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq;
il-formazzjoni tal-prezzijiet tal-kiri;
l-importazzjoni tal-vetturi;
il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-attività jew l-okkupazzjoni ta’ min jikri lil ħaddieħor il-vetturi tat-triq.
Artikolu 5a
Sas-7 ta’ Awwissu 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effetti ta’ din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-użu tal-vetturi mikrija fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura. Ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-impatt fuq is-sikurezza fit-toroq, fuq l-ambjent, fuq id-dħul mit-taxxa u fuq l-infurzar tar-regoli dwar il-kabotaġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009. Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta huwiex meħtieġ li jiġu proposti miżuri addizzjonali.
Artikolu 5b
Artikolu 6
Id-Direttiva 84/647/KEE hija mħassra bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Parti A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendament tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 6)
Direttiva tal-Kunsill 84/647/KEE |
(ĠU L 335, tat-22.12.1984, p.72) |
Direttiva tal-Kunsill 90/398/KEE |
(ĠU L 202, tal-31.7.1990. p.46) |
Parti B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmijin fl-Artikolu 6)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Direttiva 84/647/KEE |
30 ta’ Ġunju 1986 |
Direttiva 90/398/KEE |
31 ta’ Diċembru 1990 |
ANNESS II
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 84/647/KEE |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 1, sentenza tal-bidu |
Artikolu 1, sentenza tal-bidu |
Artikolu 1, l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(a) |
Artikolu 1, it-tieni inċiż |
Artikolu 1(b) |
Artikolu 2, sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(1), sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(1) sa (4) |
Artikolu 2(1), punti (a) sa (d) |
Artikolu 2(5) l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, punt (a) u (b) |
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b) |
Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 paragrafu 1 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5, sentenza tal-bidu |
Artikolu 5, sentenza tal-bidu |
Artikolu 5, l-ewwel inċiż |
Artikolu 5(a) |
Artikolu 5, it-tieni inċiż |
Artikolu 5(b) |
Artikolu 5, it-tielet inċiż |
Artikolu 5(ċ) |
Artikolu 5, ir-raba’ inċiż |
Artikolu 5(d) |
Artikolu 5, il-ħames inċiż |
Artikolu 5(e) |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
— |
— |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
( 3 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/480 tal-1 ta’ April 2016 li jistabbilixxi regoli komuni li jikkonċernaw l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1213/2010 (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 4).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
( 5 ) Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 u (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).