2005R2187 — MT — 20.07.2016 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2187/2005

tal-21 ta' Diċembru 2005

għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98

(ĠU L 349 31.12.2005, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 809/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007

  L 182

1

12.7.2007

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 686/2010 tat-28 ta’ Lulju 2010

  L 199

4

31.7.2010

►M3

REGOLAMENT (UE) Nru 1237/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Diċembru 2010

  L 348

34

31.12.2010

►M4

REGOLAMENT (UE) 2015/812 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2015

  L 133

1

29.5.2015

►M5

REGOLAMENT (UE) 2016/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Lulju 2016

  L 191

1

15.7.2016




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2187/2005

tal-21 ta' Diċembru 2005

għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98



KAPITOLU I

AMBITU TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Materja u ambitu ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni fir-rigward tal-qbid u tal-ħatt ta' riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-baħar taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri u li jinsabu fiż-żona ġeografika speċifikata fl-Anness I.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) tagħmir attiv” tfisser kwalunkwe tagħmir tas-sajd li l-operazzjoni tal-qbid għalih teħtieġ ċaqliq attiv tat-tagħmir, inklużi b'mod partikolari t-tagħmir irmunkat u t-tagħmir ċirkolanti;

(i) xibka tat-tkarkir” tfisser tagħmir li jkun irmunkat b'mod attiv minn bastiment tas-sajd jew aktar u li jikkonsisti fi xbiek li jkollu struttura f'forma ta' kon jew ta' piramida (bħala struttura tat-tagħmir tat-tkarkir) magħluqa fuq wara bi xkora (codend);

(ii)  “tkarkir bil-lasta” (beam trawl) tfisser tagħmir b'xibka tat-tkarkir miftuħa orizzontalment b'tubu ta' l-azzar jew ta' l-injam, il-lasta, u bi xbiek b'katini ta' l-art, tapiti tal-ktajjen (chain mats) jew ktajjen tat-tħarbit (tickler chains) li jkun irmunkat b'mod attiv fil-qiegħ mill-magna tal-bastiment;

(iii) tartarun Daniż” tfisser tagħmir ċirkolanti u rmunkat, operat minn dgħajsa permezz ta' żewġt iħbula twal (ħbula tat-tartarun) imfassal sabiex jidderiġi l-ħut lejn il-fetħa tat-tartarun. It-tagħmir magħmul minn xbiek, simili għax-xibka tat-tkarkir tal-qiegħ fid-disinn u d-daqs, jinkludi żewġ ġwienaħ twal, korp u xkora;

(iv) gangmu” tfisser xbiek jew nassa tal-metall immuntati fuq qafas ta' daqs u forma varjabbli, b'xafra li tobrox, xi drabi bis-snien, fin-naħa t'isfel tagħhom;

(v) tartarun xkora” tfisser tagħmir ċirkolanti magħmul minn xbiek fejn il-qiegħ tiegħu jingħaqad permezz ta' lenza ta' l-ixkora fil-qiegħ tax-xibka, li tgħaddi minn serje ta' anelli tul il-ħabel ta' l-art, li tippermetti li x-xibka tinġibed f'borża u tingħalaq.

(b) tagħmir passiv” tfisser kwalunkwe tagħmir tas-sajd li l-operazzjoni tal-qbid għalih ma teħtieġx ċaqliq attiv tat-tagħmir, u jinkludi għeżuli, xbieki tat-tħabbil, pariti, xbieki bin-nassa, lenez, drajnat u nases. Ix-xbieki jistgħu jikkonsistu minn xibka separata jew aktar attrezzati bi ħbula minn fuq, minn isfel u minn waħda għall-oħra, u jistgħu jiġu armati b'tagħmir għall-ankoraġġ, tal-wiċċ u għan-navigazzjoni.

(i) għeżula” u “xbiek tat-tħabbil” tfisser tagħmir magħmul minn biċċa waħda ta' xbiek u miżmuma wieqfa fl-ilma permezz ta' sufruni u piżijiet. Hija taqbad riżorsi akwatiċi ħajjin bit-tħabbil jew bit-tagħqid;

(ii) parit” tfisser tagħmir magħmul minn biċċtejn xibka jew aktar imdendla flimkien b'mod parallel fuq lenza waħda u miżmuma wieqfa fl-ilma permezz ta' sufruni jew piżijiet;

(iii) lenez” tfisser numru ta' lenez marbuta flimkien, jew imqiegħda fil-qiegħ jew jimxu mal-kurrent, b'kull waħda jkollha numru kbir ta' snanar bil-lixka;

(ċ) snanar” tfisser fil ta' l-azzar, mgħawweġ u misnun, li normalment ikollu l-garġi.

(d) ħin ta' immersjoni” tfisser il-perjodu mill-mument meta x-xbieki jitniżżlu l-ewwel darba fl-ilma sal-mument meta x-xbieki jittellgħu kompletament abbord il-bastiment tas-sajd;

(e) xbieki b'malji kwadri” tfisser kostruzzjoni ta' xbiek immuntat b'tali mod li miż-żewġ settijiet ta' linji paralleli ffurmati mill-ġnub tal-malji, sett wieħed ikun parallel, u l-ieħor f'angolu rett, ma' l-assi t-twil tax-xibka;

(f) xkora” tfisser l-aħħar 8 m tax-xibka tat-tkarkir, li tkun f'forma ta' ċilindru, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza t-tul kollu, jew f'forma konika;

(g) borża ta' rinforz” tfisser biċċa xibka ċilindrika li ddawwar kompletament l-ixkora tax-xibka tat-tkarkir u li tista' tiġi marbuta ma' l-ixkora f'intervalli;

(h) ċinga ta' wara” tfisser iċ-ċinga ċirkolanti li tkun l-aktar lura u marbuta ma' l-ixkora, imkejla meta l-malji jiġu miġbuda fit-tul;

(i) ċinga ta' l-irfigħ” tfisser biċċa ħabel li ddawwar iċ-ċirkonferenza ta' l-ixkora jew tal-borża ta' rinforz, jekk ikun hemm waħda, u marbuta magħha permezz ta' ingases jew ħoloq;

(j) ċinga ċirkolanti” tfisser biċċa ħabel li ddawwar iċ-ċirkonferenza ta' l-ixkora jew tal-borża ta' rinforz u li tkun marbuta magħha;

(k) flapper” tfisser biċċa xbiek marbuta fuq ġewwa ta' tagħmir attiv b'mod li tippermetti l-qabdiet jgħaddu minn quddiem għal wara tat-tagħmir iżda li tillimita l-possibbiltà tagħhom li jerġgħu lura;

(l) baga ta' l-ixkora” tfisser unità, li żżomm fil-wiċċ, marbuta ma' l-ixkora;

(m) ħabel tal-baga” tfisser ħabel li jgħaqqad il-baga ta' l-ixkora ma' dik il-parti tat-tagħmir tas-sajd li tkun miżmuma fil-post jew immarkata;

(n) biċċa ta' estensjoni” tfisser sezzjoni mhux konika tax-xibka tat-tkarkir li jkollha forma ċilindrika, jiġifieri l-istess ċirkonferenza ta' l-ixkora t-tul kollu, li tkun magħquda jew tkompli, bħala estensjoni, ma' l-ixkora;

▼M1

(o) drift-net (għeżul tal-mitlaq)” tfisser: kull għeżul tal-garġi miżmum fuq wiċċ il-baħar jew f’ċerta distanza taħtu permezz ta’ sufri jew apparat li jżomm f'wiċċ l-ilma, li jinġarru mal-kurrent jew liberament jew bid-dgħajsa li jkun imqabbad magħha. Jista’ jkun mgħammar b’apparat intiż biex jistabbilizza x-xibka jew jillimita kemm tinġarr mill-kurrent;

▼M4

(p) qabdiet mhux intenzjonati” tfisser il-qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), għandhom jinħattu, jingħaddu u jinqatgħu mill-kwoti jew għax ikunu taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew inkella għax jaqbżu l-kwantitajiet permessi skont ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet jew il-qabdiet inċidentali.

▼B



KAPITOLU II

XBIEKI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TAGĦHOM



TAQSIMA I

Speċi mmirati

Artikolu 3

Speċi mmirati u daqsijiet minimi tal-malji tax-xbieki

1.  Għal kull wieħed mis-suddiviżjonijiet elenkati fl-Anness I, id-daqsijiet tal-malji tax-xbieki ammissibbli għal kull speċi mmirata għandhom ikunu kif definiti fl-Anness II għas-sajd bit-tkarkir, bit-tartarun Daniż u b'tagħmir simili u kif definiti fl-Anness III għas-sajd bl-għeżuli, bix-xbieki tat-tħabbil u bil-pariti. L-ebda parti mit-tagħmir jew mix-xbieki ma għandha jkollha d-daqs tal-malji inqas mill-iżgħar daqs tal-malji f'kull skala ta' daqsijiet tal-malji.

▼M4

Sajd għal kull speċi msemmija fl-Annessi II u III, l-użu ta' xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u tagħmir simili, għeżula, xbieki tat-tħabbil u pariti b'daqs tal-malji iżgħar mill-għażla ta' daqsijiet speċifikata għall-ispeċi mmirati elenkati f'dawk l-Annessi għandu jiġi pprojbit.

▼B

2.  Il-perċentwali minima ta' l-ispeċi mmirati fost ir-riżorsi akwatiċi ħajjin li jinżammu abbord għal kull suddiviżjoni ġeografika u għal kull skala ta' daqsijiet tal-malji hija stabbilita fl-Anness II u fl-Anness III.

3.  Matul kull vjaġġ ta' sajd meta jinġarru gangmi abbord, għandu jkun projbit li tinżamm abbord u li titniżżel l-art kwalunkwe kwantità ta' riżorsi akwatiċi ħajjin ħlief jekk mill-inqas 85 % tal-piż ħaj tagħha jikkonsisti minn molluski u/jew Furcellaria lumbricalis.

▼M4

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

▼B

4.  L-użu, f'xi suddiviżjoni, ta' għeżuli jew ta' xbieki tat-tħabbil b'daqsijiet tal-malji iżgħar minn dawk imsemmija fl-Anness III għandu jkun projbit.

5.  Għandu jkun projbit l-użu, f'kull suddiviżjoni, ta' pariti b'daqs tal-malji, f'dik il-parti tax-xibka bl-akbar malji, li ma jikkorrispondix ma' waħda mill-kategoriji stabbiliti fl-Anness III ħlief jekk id-daqs tal-malji fil-parti tax-xibka bl-iżgħar malji jkun iżgħar minn 16 mm. Jekk id-daqs ta' l-iżgħar malji ikun inqas minn 16 mm, il-malji kollha ta' daqs akbar minn 16 mm għandhom jikkorrispondu għall-kategoriji stabbiliti fl-Anness III.

6.  Għal kull vjaġġ ta' sajd, għandu jkun projbit li jitniżżlu l-art qabdiet li jkunu saru fis-suddiviżjonijiet elenkati fl-Anness I, u li nżammu abbord, meta ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet korrispondenti stabbiliti fl-Anness II jew l-Anness III.

▼M4

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

▼B

Artikolu 4

Kalkolu ta' perċentwali ta' speċi mmirati

1.  Il-perċentwali ta' speċi mmirati msemmija fl-Annessi II u III għandhom jiġu kalkolati bħala l-proporzjon skond il-piż ħaj ta' l-ispeċi kollha elenkati fl-Annessi II u III li jinżammu abbord wara li jiġu magħżula jew li jitniżżlu l-art.

2.  Il-perċentwali ta' speċi mmirati u ta' speċi oħra għandha tinkiseb billi jiġi kalkolat it-total tal-kwantitajiet kollha ta' l-ispeċi mmirati u ta' speċi oħra elenkati fl-Annessi II u III li jinżammu abbord.

3.  Għandu jittieħed kont tal-kwantitajiet ta' speċi elenkati fl-Annessi II u III li jkunu ġew trasbordati minn xi bastiment tas-sajd meta jiġu kalkolati l-perċentwali ta' speċi mmirati għal dak il-bastiment.

4.  Il-perċentwali ta' speċi mmirati jistgħu jiġu kalkolati abbażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar.



TAQSIMA II

Tagħmir attiv

Artikolu 5

Struttura tat-tagħmir tas-sajd

1.  Ma għandu jintuża l-ebda apparat li jostakola jew li altrimenti jnaqqas id-daqs tal-malji ta' l-ixkora.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess li jitwaħħal man-naħa ta' barra tal-parti ta' isfel ta' l-ixkora ta' kwalunkwe tagħmir attiv, xi kanvas, xibka jew materjal ieħor li jkollu l-għan li jipproteġiha jew inaqqas milli titgħarraq. Dan il-materjal għandu jkun imwaħħal biss tul it-truf ta' quddiem u tal-ġenb ta' l-ixkora.

3.  B'deroga mill-paragrafu 1, għas-sajd bit-tkarkir, bit-tartarun Daniż jew b'tagħmir simili b'daqs tal-malji iżgħar minn 90 mm, għandu jkun permess li titwaħħal borża ta' rinforz man-naħa ta' barra ta' l-ixkora. Id-daqs tal-malji tal-borża tar-rinforz għandu jkun mill-inqas id-doppju ta' dak ta' l-ixkora u fl-ebda każ ma jkun inqas minn 80 mm.

Tista' titwaħħal borża ta' rinforz fil-postijiet li ġejjin:

(a) fit-tarf ta' quddiem,

(b) fit-tarf ta' wara, jew

(ċ) fiċ-ċirkonferenza bejn in-naħa ta' wara u dik ta' quddiem.

Borża tar-rinforz tista' tinqafel

(a) maċ-ċirkonferenza ta' l-ixkora u tal-biċċa ta' l-estensjoni madwar ringiela ta' malji; jew

(b) fit-tul ma' ringiela waħda ta' malji.

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess li:

(a) tintuża f'tagħmir attiv xibka bla ritorn jew flapper. Il-flapper tista' titwaħħal ġewwa l-ixkora jew inkella quddiem l-ixkora. Id-dispożizzjonijiet dwar l-iżgħar daqsijiet tal-malji stabbiliti fl-Anness II ma għandhomx japplikaw għall-flapper. Id-distanza mill-punt fuq quddiem fejn tkun imwaħħla l-flapper sat-tarf ta' wara ta' l-ixkora għandha tkun mill-inqas tliet darbiet daqs it-tul tal-flapper;

(b) jitwaħħal man-naħa ta' barra ta' kwalunkwe parti ta' l-ixkora sensur maħsub għall-kejl tal-volum tal-qabdiet;

(ċ) jintużaw għas-sajd bit-tkarkir, bit-tartarun Daniż jew b'tagħmir simili b'daqs tal-malji iżgħar minn 90 mm, ċineg ċirkolanti u ċinga ta' l-irfigħ imwaħħla man-naħa ta' barra ta' l-ixkora;

(d) tintuża għas-sajd bit-tkarkir, bit-tartarun Daniż jew b'tagħmir simili b'daqs tal-malji ta' 90 mm jew akbar, ċinga ta' l-irfigħ waħda mwaħħla man-naħa ta' barra ta' l-ixkora;

(e) jitwaħħlu sufruni fuq iż-żewġ ċmusi laterali ta' l-ixkora;

(f) tintuża ċinga ta' wara mwaħħla man-naħa ta' barra ta' l-ixkora. Id-distanza bejn iċ-ċinga ta' wara u s-siegla ta' l-għeluq (codline) għandha tkun ta' daqs jew inqas minn 50 cm.

Artikolu 6

Strutturi projbiti speċifiċi

Għandu jkun projbit l-użu ta':

(a) kwalunkwe xkora li fiha n-numru ta' malji, ugwalment imdaqqsa, madwar kwalunkwe ċirkonferenza ta' l-ixkora jiżdied min-naħa ta' quddiem għan-naħa ta' wara;

(b) kwalunkwe estensjoni li ċ-ċirkonferenza tagħha, fi kwalunkwe punt, tkun iżgħar miċ-ċirkonferenza tat-tarf ta' quddiem nett ta' l-ixkora li magħha tkun imwaħħla l-estensjoni;

(ċ) kwalunkwe xkora ta' daqs tal-malji ta' 32 mm jew akbar li jkollha fiha xi malji li mhumiex f'forma ta' djamant jew kwadri;

(d) kwalunkwe xibka tat-tkarkir, tartarun Daniż jew tagħmir simili b'daqs tal-malji ta' 90 mm jew akbar li miegħu jkun hemm imwaħħla xkora b'mod ieħor milli meħjuta f'dik il-parti tax-xibka 'l quddiem mill-ixkora;

(e) kwalunkwe xibka tat-tkarkir, tartarun Daniż jew tagħmir simili b'daqs tal-malji ta' 90 mm jew akbar b'aktar minn 100 malja djamant miftuħa u inqas minn 40 malja djamant miftuħa fi kwalunkwe ċirkonferenza ta' l-ixkora, bl-esklużjoni tal-parti mwaħħla jew taċ-ċmusi;

(f) kwalunkwe xkora li t-tul imġebbed tan-nofs ta' fuq tagħha ma jkunx approssimament daqs it-tul imġebbed tan-nofs ta' isfel.

Artikolu 7

Selettività fis-sajd bit-tkarkir għall-merluzz

Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, tippreżenta lill-Kunsill mhux aktar tard minn Settembru 2007 valutazzjoni tas-selettività għall-merluzz tat-tagħmir attiv li għalih il-merluzz ikun rikonoxxut bħala speċi mmirata.



TAQSIMA III

Tagħmir passiv

Artikolu 8

Dimensjonijiet u l-ħin ta' immersjoni

1.  Meta s-sajd isir bl-użu ta' l-għeżuli, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti, l-użu ta' aktar minn 9 km ta' xbieki għall-bastimenti b'tul totali ta' 12 m jew anqas u ta' 21 km ta' xbieki għall-bastimenti b'tul totali ta' aktar minn 12 m għandu jkun projbit.

2.  Il-ħin ta' immersjoni tax-xbieki msemmija fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż it-48 siegħa.

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, il-ħin ta' l-immersjoni tax-xbieki msemmija fil-paragrafu 1 meta s-sajd isir taħt il-kopertura tas-silġ ma għandux ikun limitat.

Artikolu 9

Restrizzjonijiet dwar xbieki tal-mitlaq

1.  Mill-1 ta' Jannar 2008 'il quddiem, għandhom ikunu projbiti ż-żamma abbord, jew l-użu għas-sajd, ta' xbieki tal-mitlaq.

2.  Fl-2006 u 2007, bastiment jista' jżomm abbord, jew juża għas-sajd, xbieki tal-mitlaq jekk ikun awtorizzat li jagħmel hekk mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li tiegħu itajjar il-bandiera.

3.  Fl-2006 u 2007, in-numru massimu ta' bastimenti li jistgħu jkunu awtorizzati minn Stat Membru li jżommu abbord, jew jużaw għas-sajd, xbieki tal-mitlaq, ma jistax jaqbeż l-40 % u l-20 % rispettivament tal-bastimenti tas-sajd li kienu jużaw ix-xbieki tal-mitlaq matul il-perjodu mill-2001 sa l-2003.

4.  B'deroga mill-paragrafu 3, fis-suddiviżjonijiet 25-32 in-numru massimu ta' bastimenti li jistgħu jkunu awtorizzati minn Stat Membru sabiex iżommu xbieki tal-mitlaq abbord jew sabiex jużawhom għas-sajd ma għandux jaqbeż l-40 % tal-bastimenti tas-sajd li użaw xbieki tal-mitlaq matul il-perjodu mill-2001 sa l-2003.

5.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April ta' kull sena, lista tal-bastimenti awtorizzati li jistagħdu bl-użu tax-xbieki tal-mitlaq.

Artikolu 10

Kondizzjonijiet għax-xbieki tal-mitlaq

1.  Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd li juża x-xbieki tal-mitlaq għandhu jżomm ġurnal ta' abbord li fih huwa għandu jirreġistra l-informazzjoni li ġejja ġurnata b'ġurnata:

(a) it-tul totali tax-xbieki abbord:

(b) it-tul totali tax-xbieki użati f'kull operazzjoni tas-sajd:

(ċ) il-kwantità, id-data u l-pożizzjoni ta' qabdiet sekondarji ta' ċetaċji.

2.  Il-bastimenti tas-sajd kollha li jużaw ix-xbieki tal-mitlaq għandhom iżommu abbord l-awtorizzazzjoni imsemmija fl-Artikolu 9(2).



TAQSIMA IV

Dispożizzjonijiet komuni dwar it-tagħmir u l-użu tiegħu

Artikolu 11

Determinazzjoni tad-daqs tal-malji u l-ħxuna ta' l-ispag

Għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 129/2003 ta' l-24 ta’ Jannar 2003 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi stabbilit id-daqs tal-malji u l-ħxuna ta' l-ispag tax-xbiek tas-sajd ( 2 ).

▼M4

Artikolu 12

L-ilħiq tal-perċentwali ta' qabdiet rekwiżiti

1.  Fejn organiżmi tal-baħar ta' speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt jinqabdu b'eċċess tal-perċentwali permessi speċifikati fl-Annessi II u III, għandu japplika l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

2.  Organiżmi tal-baħar ta' speċi mhux soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jinqabdu b'eċċess tal-perċentwali permessi kif speċifikat fl-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jinħattu iżda għandhom jintefgħu immedjatament lura fil-baħar.

▼B

Artikolu 13

Kondizzjonijiet għall-użu tat-tagħmir

1.  Tagħmir li ma jistax jintuża ġewwa żona ġeografika partikolari jew matul ċertu perjodu għandu jiġi stivat b'tali mod li ma jkunx lest sabiex jintuża fiż-żona projbita jew matul il-perjodu projbit. It-tagħmir ta' riżerva għandu jiġi stivat separatament u b'tali mod li ma jkunx lest sabiex jintuża.

2.  It-tagħmir tas-sajd għandu jitqies li ma jkunx lest sabiex jintuża jekk:

(a) fil-każ ta' xbieki tat-tkarkir, ta' tartaruni Daniżi u ta' tagħmir simili ħlief għat-tkarkir tal-par:

(i) it-twavel tat-tkarkir ikunu marbuta sew man-naħa ta' ġewwa jew ta' barra tal-murata jew mal-gallows,

(ii) il-gerlini jkunu maħlulin minn mat-twavel jew mill-piżijiet tat-tkarkir;

(b) fil-każ ta' tkarkir bil-par il-piżijiet tan-naħa ta' barra ikunu maħlulin u stivati

(ċ) fil-każ ta' lenez, għeżuli, xbieki tat-tħabbil u pariti:

(i) ix-xbieki jkunu stivati taħt kopertura marbuta,

(ii) il-lenez u s-snanar jinżammu f'kaxex magħluqa;

(d) fil-każ ta' tartaruni xkora, il-fil prinċipali jew dak ta' isfel ikun maħlul minn mat-tartarun.

▼M5 —————

▼B



KAPITOLU III

DAQS MINIMU TAL-ĦUT IMNIŻŻEL L-ART

Artikolu 14

Kejl tal-ħut

▼M4

1.  Organiżmu tal-baħar jitqies żgħir jekk id-dimensjonijiet tiegħu jkunu taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni speċifikati fl-Anness IV għall-ispeċi rilevanti u għaż-żona ġeografika rilevanti jew daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni stabbilit mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Ħlief fejn id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jkunu ġew stabbiliti f'att adottat skont l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

▼B

2.  Id-daqs ta' ħuta għandu jitkejjel mill-ponta tal-ħalq magħluq sat-tarf estrem tar-rixa tad-denb.

▼M4

Artikolu 14a

Proċedura għall-istabbiliment ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni fil-kuntest tal-pjani ta' skartar

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, sabiex jiġu adottati l-atti msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għad-durata tiegħu, li tistabbilixxi daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament. Dawn id-daqsijiet għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' att delegat adottat skont l-Artikolu 28b ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni taż-żgħar ta' organiżmi tal-baħar, u jistgħu jidderogaw, fejn xieraq, mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 15

Żamma abbord ta' ħut taħt id-daqs

▼M4

1.  Għal qabdiet ta' organiżmi tal-baħar li għadhom żgħar ta' speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt, għandu japplika l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

1a.  Fejn qabdiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu nħattu, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ miżuri biex jiffaċilitaw il-ħżin tagħhom jew biex isibu suq għalihom, bħall-appoġġ għall-investiment fil-kostruzzjoni u l-adattament ta' postijiet tal-ħatt u postijiet ta' kenn, jew l-appoġġ għal investimenti biex jiżdied il-valur tal-prodotti tas-sajd.

1b.  Organiżmi tal-baħar ta' daqs żgħir ta' speċi mhux soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati, jinħattu, jiġu ttrasportati, maħżuna, mibjugħa, impoġġija għall-wiri jew offruti għall-bejgħ, imma għandhom jintefgħu lura fil-baħar immedjatament.

▼B

2.  Għall-ħut minbarra dawk definiti fl-Anness II bħala speċi mmirati għall-kategoriji ta' daqs tal-malji “iżgħar minn 16 mm” jew “16 sa 31 mm” maqbud bix-xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew b'tagħmir simili ta' daqs tal-malji inqas minn 32 mm, jew b'tartaruni xkora, il-paragrafu 1 ma għandux japplika, bil-kondizzjoni li dawk il-ħut ma jiġux magħżula u ma jiġux mibjugħa, ma jiġux esibiti jew offruti għall-bejgħ għall-konsum uman.

▼M3

Artikolu 15a

Projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva (highgrading)

Kwalunkwe speċi li hija suġġetta għal kwota li tinqabad matul l-operazzjonijiet tas-sajd għandha tittella’ abbord il-bastiment u sussegwentement tinħatt l-art sakemm dan ma jmurx kontra l-obbligi previsti fir-regolamenti tal-Unjoni dwar is-sajd li tistabbilixxi miżuri tekniċi, ta' kontroll u ta' konservazzjoni, b’mod partikolari f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd ( 3 )

▼B



KAPITOLU IV

RESTRIZZJONIJIET RELATATI MA' ĊERTI ŻONI, TIPI TA' SAJD JEW RIŻORSI AKWATIĊI ĦAJJIN

Artikolu 16

Żoni projbiti

Għandu jkun projbit tul is-sena kollha, li jsir sajd bi kwalunkwe tagħmir attiv fiż-żona ġeografika delimitata permezz ta' lossodromji (“rhumb lines”) bejn il-pożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitkejlu skond is-sistema ta' koordinati WGS84:

1. 54° 23′ N, 14° 35′ E

2. 54° 21′ N, 14° 40′ E

3. 54° 17′ N, 14° 33′ E

4. 54° 07′ N, 14° 25′ E

5. 54° 10′ N, 14° 21′ E

6. 54° 14′ N, 14° 25′ E

7. 54° 17′ N, 14° 17′ E

8. 54° 24′ N, 14° 11′ E

9. 54° 27′ N, 14° 25′ E

10. 54° 23′ N, 14° 35′ E

▼M5

Artikolu 16a

Restrizzjoni għas-sajd skont iż-żona

1.  Huwa projbit li titwettaq kwalunkwe attività tas-sajd mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru fiż-żoni magħluqin bit-tgħaqqid f'sekwenza b'linji ta' rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, li jitkejlu f'konformità mas-sistema tal-koordinati WGS84:

(a) Żona 1:

 55° 45′ N, 15° 30′ E

 55° 45′ N, 16° 30′ E

 55° 00′ N, 16° 30′ E

 55° 00′ N, 16° 00′ E

 55° 15′ N, 16° 00′ E

 55° 15′ N, 15° 30′ E

 55° 45′ N, 15° 30′ E

(b) Żona 2:

 55° 00′ N, 19° 14′ E

 54° 48′ N, 19° 20′ E

 54° 45′ N, 19° 19′ E

 54° 45′ N, 18° 55′ E

 55° 00′ N, 19° 14′ E

(c) Żona 3:

 56° 13′ N, 18° 27′ E

 56° 13′ N, 19° 31′ E

 55° 59′ N, 19° 13′ E

 56° 03′ N, 19° 06′ E

 56° 00′ N, 18° 51′ E

 55° 47′ N, 18° 57′ E

 55° 30′ N, 18° 34′ E

 56° 13′ N, 18° 27′ E.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, is-sajd b'għeżul mitfugħa fil-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta' malji b'daqs ekwivalenti għal 157 mm jew aktar jew bil-lanez tal-mitlaq huwa permess. L-ebda rkaptu ieħor ma jinżamm abbord.

▼B

Artikolu 17

Restrizzjonijiet fuq is-sajd għas-salamun u għat-trota tal-baħar

1.  Iż-żamma abbord tas-salamun (Salmo salar) jew tat-trota tal-baħar (Salmo trutta) għandu jkun projbit:

(a) mill-1 ta' Ġunju sal-15 ta' Settembru fl-ilmijiet tas-suddiviżjonijiet 22 sa 31,

(b) mill-15 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru fl-ilmijiet tas-suddiviżjoni 32.

▼M4

Fejn is-salamun (Salmo salar) huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal qabdiet ta' salamun. Fejn it-trota tal-baħar (Salmo trutta) hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt kif jinsab fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal qabdiet tat-trota tal-baħar. Qabdiet mhux intenzjonati ta' salamun (Salmo salar) jew it-trota tal-baħar (Salmo trutta) għandhom jinħattu, u, fil-każ tas-salamun, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd għal salamun (Salmo salar) u għal troti tal-baħar (Salmo trutta) bl-użu ta' kwalunkwe tagħmir tas-sajd fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u kif speċifikat fil-paragrafu 2 għandu jiġi pprojbit.

▼B

2.  Iż-żona ta' projbizzjoni matul l-istaġun magħluq għandha tkun lil hinn minn erba' mili nawtiċi mkejla mil-linji bażi.

▼M4

3.  B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess sajd għas-salamun (Salmo salar) jew it-trota tal-baħar (Salmo trutta) bit-tunnara.

▼B

Artikolu 18

Restrizzjonijiet fuq sajd għas-sallur

Iż-żamma abbord ta' sallur maqbud bi kwalunkwe tagħmir attiv għandha tkun projbita tul is-sena kollha.

▼M3

Artikolu 18a

Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u għall-barbun imperjali

1.  Iż-żamma abbord tal-ispeċijiet ta' ħut li ġejjin għandha tkun ipprojbita meta dawn jinqabdu fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi msemmijin hawn taħt:



Speċijiet

Żona ġeografika

Perjodu

Barbun (Platichthys flesus)

Subdiviżjonijiet 26, 27, 28 u 29, fin-Nofsinhar ta' 59° 30′ N

Mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju

Subdiviżjoni 32

Mill-15 ta' Frar sal-31 ta' Mejju

Barbun imperjali (Psetta maxima)

Subdiviżjonijiet 25, 26 u 28 fin-Nofsinhar ta' 56° 50′ N

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, meta jkun qed isir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi u b’irkaptu simili bid-daqs ta' malji daqs jew akbar minn 105 mm jew b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil u pariti ta' malji ta' 100 mm jew akbar, qabdiet inċidentali ta' barbun u barbun imperjali jistgħu jinżammu abbord jew jinħattu l-art f’limitu ta' 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord jew tinħatt l-art matul il-perijodi ta' projbizzjoni msemmijin fil-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 19

Restrizzjonijiet fuq il-ħatt ta' qabdiet li ma jkunux ġew magħżula

1.  Qabdiet mhux magħżula għandhom jitniżżlu l-art biss fil-portijiet u fl-iskali fejn ikun operat programm ta' kampjunament imsemmi fil-paragrafu 2.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ programm adegwat ta' kampjunament li jippermetti monitoraġġ effettiv tal-ħatt ta' qabdiet mhux magħżula skond l-ispeċi.



KAPITOLU V

MIŻURI SPEĊIFIĊI GĦALL-GOLF TA' RIGA

Artikolu 20

Permess tas-sajd speċjali

1.  Sabiex isir sajd fis-suddiviżjoni 28-1, il-bastimenti għandhom ikollhom permess speċjali tas-sajd maħruġ skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1627/94.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li nħarġilhom il-permess speċjali tas-sajd msemmi fil-paragrafu 1, jiġu inklużi f'lista, li jkun fiha l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni interna tagħhom, li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq website ta' l-Internet, li l-indirizz tiegħu jkun provdut minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

3.  Il-bastimenti inklużi fil-lista għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-qawwa totali tal-magni (kW) tal-bastimenti fil-listi ma għandhiex tkun aktar minn dik osservata għal kull Stat Membru fis-snin 2000 - 2001 fis-suddiviżjoni 28-1; u

(b) il-qawwa tal-magni ta' bastiment ma għandhiex tkun aktar minn 221 kilowatt (kW) fi kwalunkwe waqt.

Artikolu 21

Sostituzzjoni tal-bastimenti jew tal-magni

1.  Kwalunkwe bastiment individwali fil-lista msemmija fl-Artikolu 20(2) jista' jiġi sostitwit b'bastiment jew bastimenti oħra, bil-kondizzjoni li:

(a) tali sostituzzjoni ma twassalx għal żieda fit-total ta' qawwa tal-magni kif indikat fl-Artikolu 20(3)(a) fl-Istat Membru konċernat, u

(b) il-qawwa tal-magni ta' kwalunkwe bastiment ta' sostituzzjoni ma taqbiżx il-221 kW fi kwalunkwe waqt.

2.  Il-magna ta' kwalunkwe bastiment individwali inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 20(2) tista' tiġi sostitwita, bil-kondizzjoni li:

(a) is-sostituzzjoni ta' magna ma twassalx sabiex il-qawwa tal-magni tal-bastiment taqbeż il-221 kW fi kwalunkwe waqt, u

(b) il-qawwa tal-magna ta' sostituzzjoni ma tkunx tali li s-sostituzzjoni twassal għal żieda fil-qawwa totali tal-magni kif indikat fl-Artikolu 20(3) (a) għall-Istat Membru konċernat.

Artikolu 22

Projbizzjoni tat-tkarkir

Fis-suddiviżjoni 28-1, is-sajd bit-tkarkir għandu jkun projbit f'ilmijiet ta' inqas minn 20 m fond.



KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 23

Tagħmir u prattika tas-sajd projbiti

1.  Il-qbid ta' riżorsi akwatiċi ħajjin bl-użu ta' metodi li jinkorporaw l-użu ta' splussivi, ta' sustanzi velenużi jew stupefaċenti, ta' kurrent elettriku jew ta' kwalunkwe tip ta' projettili għandu jkun projbit.

2.  Il-bejgħ, il-wiri jew l-offerta għall-bejgħ ta' riżorsi akwatiċi ħajjin maqbuda bl-użu ta' metodi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu pprojbiti.

Artikolu 24

Riċerka xjentifika

1.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal operazzjonijiet ta' sajd imwettqa biss għall-fini ta' investigazzjonijiet xjentifiċi, suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-operazzjonijiet ta' sajd għandhom jitwettqu bil-permess u taħt l-awtorità ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernati,

(b) l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fl-ilmijiet tagħhom titwettaq ir-riċerka għandhom ikunu ġew mgħarrfa minn qabel dwar l-operazzjonijiet ta' sajd, u

(ċ) il-bastiment li jwettaq l-operazzjonijiet ta' sajd irid iġorr abbord awtorizzazzjoni maħruġa mill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment itajjar il-bandiera.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, ir-riżorsi akwatiċi ħajjin maqbuda għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ma jistgħux jiġu mibjugħa, maħżuna, esibiti jew offruti għall-bejgħ, ħlief jekk:

(a) jissodisfaw id-daqsijiet minimi għall-ħatt elenkati fl-Anness IV u, għar-riżorsi li għalihom ikunu ffissati l-opportunitajiet għas-sajd, tali opportunitajiet ma jkunux eżawriti; jew

(b) jinbiegħu direttament għal finijiet diversi mill-konsum uman.

Artikolu 25

Stokkjar mill-ġdid artifiċjali u trapjant

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal operazzjonijiet ta' sajd imwettqa biss għall-fini ta' stokkjar mill-ġdid artifiċjali jew ta' trapjant ta' riżorsi akwatiċi ħajjin li jitwettqu bil-permess u taħt l-awtorità ta' l-Istat Membru jew ta' l-Istati Membri konċernati. Meta l-istokkjar mill-ġdid artifiċjali jew it-trapjant jitwettqu fl-ilmijiet ta' Stat Membru jew ta' Stati Membri oħra, l-Istati Membri kollha konċernati għandhom ikunu mgħarrfa minn qabel.

Artikolu 26

Miżuri meħuda minn Stati Membri applikabbli biss għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom

1.  L-Istati Membri jistgħu, għall-konservazzjoni u l-immaniġġar ta' l-istokkijiet jew sabiex inaqqsu l-effett tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, jieħdu miżuri tekniċi maħsuba sabiex jillimitaw l-opportunitajiet ta' sajd li:

(a) jissupplementaw miżuri disposti fir-Regolamenti ►M3  tal-Unjoni ◄ dwar is-sajd; jew

(b) imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fir-Regolamenti ►M3  tal-Unjoni ◄ dwar is-sajd.

2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss għas-sajjieda ta' l-Istati Membri konċernati u għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi ►M3  tal-Unjoni. ◄

3.  L-Istat Membru konċernat għandu jikkomunika mingħajr dewmien tali miżuri lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni jekk il-miżuri jikkonformawx mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

5.  Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, hija għandha tadotta deċiżjoni li titlob lill-Istat Membru jirtira jew jimmodifika l-miżuri.

Artikolu 27

Valutazzjoni xjentifika tat-tipi ta' tagħmir

Sa l-1 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir valutazzjoni xjentifika ta' l-effetti ta' l-użu b'mod partikolari ta' l-għeżuli, pariti u xbieki tat-tħabbil fuq ċetaċji u li l-konklużjonijiet tagħha jiġu preżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Regoli implementattivi

Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

▼M4

Artikolu 28a

Proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi fil-kuntest ta' pjani ta' skartar

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, għall-finijiet li tadotta l-atti msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għad-durata tiegħu, li tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sajd jew speċijiet soġġetti għall-obbligu tal-ħatt li jikkonsistu f'miżuri tekniċi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament. Tali miżuri għandhom ikunu adottati permezz ta' att delegat adottat skont l-Artikolu 28b ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bil-għan li tiżdied is-selettività tal-irkaptu jew jitnaqqas jew, sa fejn hu possibbli, jiġu eliminati qabdiet mhux mixtieqa u jistgħu, fejn xieraq, jidderogaw mill-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

▼M5

Artikolu 28aa

Proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi fil-kuntest ta' pjanijiet pluriennali

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, għall-finijiet tal-adozzjoni tal-atti msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u għat-tul ta' żmien tiegħu, li tadotta miżuri tekniċi. Tali miżuri tekniċi għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati adottati f'konformità mal-Artikolu 28b ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u jistgħu, meta jkun xieraq, jidderogaw minn dawn li ġejjin:

(a) l-ispeċifikazzjonijiet tal-ispeċijiet fil-mira, id-daqsijiet tal-malja u d-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stipulati fl-Annessi II, III u IV għal, u msemmija fl-Artikoli 3 u 4 u l-Artikolu 14(1) ta', dan ir-Regolament;

(b) l-istrutturi, il-karatteristiċi u r-regoli għall-użu ta' rkapti attivi stabbiliti fl-Artikolu 5(2), (3) u (4) u l-Artikolu 6 ta', u fl-Anness II għal, dan ir-Regolament;

(c) l-istrutturi, il-karatteristiċi u r-regoli li jirregolaw l-użu ta' rkapti passivi stabbiliti fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament;

(d) il-lista/i u l-koordinati ta' żoni u perjodi fejn japplikaw projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet tas-sajd kif stabbiliti fl-Artikolu 16 u fl-Artikolu 16a ta' dan ir-Regolament;

(e) l-ispeċijiet li għalihom japplika l-Artikolu 18a(1) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll iż-żoni ġeografiċi u l-perjodi ta' applikazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq is-sajd għal ċerti stokkijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu, kif ukoll id-dettalji tekniċi tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 18a(2) ta' dan ir-Regolament.

▼M4

Artikolu 28b

Eżerċizzju ta' delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl- ►M5  Artikoli 14a, 28a u 28aa ◄ għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Ġunju 2015.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl- ►M5  Artikoli 14a, 28a u 28aa ◄ tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tieħu effett fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

5.  Att delegat adottat skont l- ►M5  Artikoli 14a, 28a u 28aa ◄ għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 29

Emendi lill-Annessi

Għandhom jiġu adottati emendi għall-Anness I u għall-Appendiċi 1 u 2 ta' l-Anness II skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Artikolu 30

Emendi lir-Regolament (KE) Nru 1434/98

Ir-Regolament (KE) Nru 1434/98 huwa b'dan emendat kif ġej:

1) fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jiġi mħassar;

2) fl-Artikolu 2, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu mħassra;

3) fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“1.  Il-qabdiet ta' l-aringi li jinqabdu:

 fir-Reġjuni 1 u 2 bi xbieki mkarkra li d-daqs ta' l-iżgħar toqob tagħhom ikun ta' 32 mm jew akbar jew,

 fir-Reġjun 3 bi xbieki mkarkra li d-daqs ta' l-iżgħar toqob tagħhom ikun ta' 40 mm jew akbar jew,

 fir-Reġjuni 1 jew 2 jew 3 bi kwalunkwe tagħmir tas-sajd minbarra bi xbieki mkarkra,

ma għandhomx jinħattu ħlief għall-konsum dirett tal-bniedem sakemm ma jkunux l-ewwel ġew offruti għall-bejgħ għall-konsum dirett tal-bniedem u ma jkunx instab xerrej għalihom.”

;

4) fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“2.  Madankollu, l-aringi li jinqabdu bi kwalunkwe tagħmir tas-sajd taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 2 jistgħu jinħattu għal skopijiet oħra minbarra dak tal-konsum dirett tal-bniedem.”

Artikolu 31

Taħsir

Ir-Regolament (KE) Nru 88/98 huwa b'dan imħassar.

Kull referenza għar-Regolament imħassar għandha tiġi mifhuma bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandha tinqara skond it-Tabella ta' Korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Suddiviżjonijiet taż-żona ġeografika msemmija fl-artikolu 1 li għandhom jiġu mkejla skond is-sistema ta' koordinati WGS84

Suddiviżjoni 22

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn Hasenøre Head (56° 09' N, 10° 44' E) fuq il-kosta tal-Lvant ta' Jutland għal Point Gniben (56° 01' N, 11° 18' E) fuq il-kosta tal-Punent ta' Zealand; imbagħad mal-kosta tal-Punent u l-kosta tan-Nofsinhar ta' Zealand għal punt li jinsab fil-lonġitudini 12° 00' E; minn hemm, lejn in-Nofsinhar għall-gżira ta' Falster; imbagħad mal-kosta tal-Lvant tal-gżira ta' Falster għal Gedser Odde (54° 34' N, 11° 58' E); imbagħad lejn il-Lvant għal-lonġitudini 12° 00' E; imbagħad lejn in-Nofsinhar għall-kosta tal-Ġermanja; imbagħad fid-direzzjoni tal-Lbiċ mal-kosta tal-Ġermanja u l-kosta tal-Lvant ta' Jutland sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 23

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn Gilbjerg Head (56° 08' N, 12° 18' E) fuq il-kosta tat-Tramuntana ta' Zealand għal Kullen (56° 18' N, 12° 28' E) fuq il-kosta ta' l-Isvezja; imbagħad fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mal-kosta ta' l-Isvezja għall-fanal ta' Falsterbo (55° 23' N, 12° 50' E); imbagħad mill-entratura tan-Nofsinhar għas-Sound għall-fanal ta' Stevns (55° 19' N, 12° 28' E) fuq il-kosta ta' Zealand; imbagħad fid-direzzjoni tat-Tramuntana mal-kosta tal-Lvant ta' Zealand sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 24

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda mill-fanal ta' Stevns (55° 19' N, 12° 28' E) fuq il-kosta tal-Lvant ta' Zealand mill-entratura tan-Nofsinhar għas-Sound għall-fanal ta' Falsterbo (55° 23' N, 12° 50' E) fuq il-kosta ta' l-Isvezja; imbagħad mal-kosta tan-Nofsinhar ta' l-Isvezja għall-fanal ta' Sandhammaren (55° 24' N, 14° 12' E); minn hemm għall-fanal ta' Hammerodde (55° 18' N, 14° 47' E) fuq il-kosta tat-Tramuntana ta' Bornholm; imbagħad mal-kosti tal-Punent u tan-Nofsinhar ta' Bornholm għal punt li jinsab fil-lonġitudini 15° 00' E; minn hemm lejn in-Nofsinhar għall-kosta tal-Polonja; imbagħad fid-direzzjoni tal-Punent mal-kosti tal-Polonja u l-Ġermanja għal punt li jinsab fil-lonġitudini 12° 00' E; imbagħad lejn it-Tramuntana għal punt li jinsab fil-latitudini 54° 34' N u lonġitudini 12° 00' E; imbagħad lejn il-Punent għal Gedser Odde (54° 34' N, 11° 58' E); minn hemm, mal-kosta tal-Lvant u tat-Tramuntana tal-gżira ta' Falster sa punt li jinsab fil-lonġitudini 12° 00' E; minn hemm, lejn it-Tramuntana għall-kosta tan-Nofsinhar ta' Zealand; imbagħad fid-direzzjoni tal-Punent u tat-Tramuntana mal-kosta tal-Punent ta' Zealand sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 25

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn punt fuq il-kosta tal-Lvant ta' l-Isvezja fil-latitudini 56° 30' N, u li timxi fid-direzzjoni tal-Lvant għall-kosta tal-Punent tal-gżira ta' Öland; wara li tgħaddi lejn in-Nofsinhar tal-gżira ta' Öland għal punt fuq il-kosta tal-Lvant li jinsab fil-latitudini 56° 30' N, lejn il-Lvant għal-lonġitudini 18° 00' E; imbagħad lejn in-Nofsinhar għall-kosta tal-Polonja; imbagħad fid-direzzjoni tal-Punent mal-kosta tal-Polonja għal punt li jinsab fil-lonġitudini 15° 00' E; imbagħad lejn it-Tramuntana għall-gżira ta' Bornholm; imbagħad mal-kosti tan-Nofsinhar u tal-Punent ta' Bornhom għall-fanal ta' Hammerodde (55° 18' N, 14° 47' E); imbagħad għall-fanal ta' Sandhammaren (55° 24' N, 14° 12' E) fuq il-kosta tan-Nofsinhar ta' l-Isvezja; imbagħad fid-direzzjoni tat-Tramuntana mal-kosta tal-Punent ta' l-Isvezja sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 26

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn punt li jinsab fil-latitudini 56° 30' N u lonġitudini 18° 00' E u li timxi lejn il-Lvant għall-kosta tal-Punent tal-Latvja; imbagħad fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mal-kosti tal-Latvja, il-Litwanja, ir-Russia u l-Polonja għal punt fuq il-kosta Pollakka li jinsab fil-lonġitudini 18° 00' E; imbagħad lejn it-Tramuntana sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 27

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn punt fuq il-kosta ta' l-art prinċipali tal-Lvant ta' l-Isvezja li jinsab fil-latitudini 59° 41' N, u lonġitudini 19° 00' E u li timxi lejn in-Nofsinhar għall-kosta tat-Tramuntana tal-gżira ta' Gotland; imbagħad fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mal-kosta tal-Punent ta' Gotland għal punt li jinsab fil-latitudini 57° 00' N; imbagħad lejn il-Punent għal-lonġitudini 18° 00' E; imbagħad lejn in-Nofsinhar għal-latidudini 56° 30' N, imbagħad fid-direzzjoni tal-Punent għall-kosta tal-Lvant tal-gżira ta' Öland; imbagħad, wara li tgħaddi n-Nofsinhar tal-ġżira ta' Öland, għal punt fuq il-kosta tal-Punent tagħha li jinsab fil-latitudini 56° 30' N; imbagħad lejn il-Punent għall-kosta ta' l-Isvezja; imbagħad fid-direzzjoni tat-Tramunata mal-kosta tal-Lvant ta' l-Isvezja sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 28-1

L-ilmijiet delimitati fil-Punent b'linja miġbuda minn 57° 34.1234' N, 21° 42.9574' E għal 57° 57.4760' N, 21° 58.2789' E, imbagħad lejn in-Nofsinhar għall-punt l-iżjed fin-Nofsinhar tal-peninsula ta' Sõrve u imbagħad f;direzzjoni tal-Grigal mal-kosta tal-Lvant tal-gżira ta' Saaremaa; u fit-Tramuntana b'linja miġbuda minn 58° 30.0' N, 23° 13.2' E għal 58° 30.0' N, 23° 41.1' E.

Suddiviżjoni 28-2

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn punt li jinsab fil-latitudini 58° 30' N, u lonġitudini 19° 00' E u li timxi fid-direzzjoni tal-Lvant għall-kosta tal-Punent tal-gżira ta' Saaremaa; imbagħad, fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mal-kosta tal-Punent ta' Saaremaa għal-latitudini 57° 57.4760' N u lonġitudini 21° 58.2789'E; imbgħad lejn in-Nofsinhar għal punt li jinsab fil-latidudini 57° 34.1234' N u lonġitudini 21° 42.9574'E; imbagħad mal-kosta tal-Latvja għan-Nofsinhar għal punt li jinsab fil-latitudini 56° 30' N; imbagħad lejn il-Punent għal-lonġitudini 18° 00' E; imbagħad lejn it-Tramuntana għal-latitudini 57° 00' N; imbagħad lejn il-Lvant għall-kosta tal-Punent tal-gżira ta' Gotland; imbagħad fid-direzzjoni tat-Tramuntana għal punt fuq il-kosta tat-Tramuntana ta' Gotland li tinsab fil-lonġitudini 19° 00' E; imbagħad fid-direzzjoni tat-Tramuntana sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 29

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn punt fuq il-kosta ta' l-art prinċipali tal-Lvant ta' l-Isvezja li tinsab fil-latitudini 60° 30' N, u li timxi lejn il-Lvant għall-kosta ta' l-art prinċipali tal-Finlandja; imbagħad fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mal-kosti tal-Punent u tal-Lvant tal-Finlandja għal punt fuq il-kosta ta' l-art prinċipali tan-Nofsinhar li jinsab fil-latitudini 23° 00' E; imbgħad lejn in-Nofsinhar għal-latitudini 59° 00' N; imbagħad lejn il-Lvant għall-kosta ta' l-art prinċipali ta' l-Estonja; imbagħad fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mal-kosta ta' l-Estonja għal punt li jinsab fil-latitudini 58° 30' N; imbagħad lejn il-Punent għall-kosta tal-Lvant tal-gżira ta' Saaremaa; imbagħad, wara li tgħaddi t-Tramuntana tal-ġżira ta' Saaremaa, għal punt fuq il-kosta tal-Punent tagħha li jinsab fil-latitudini 58° 30' N; imbagħad lejn il-Punent għal-lonġitudini 19° 00' E; imbagħad fid-direzzjoni tat-Tramuntana għal punt fuq il-kosta tal-Lvant ta' l-art prinċipali ta' l-Isvezja sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 30

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn punt fuq il-kosta tal-Lvant ta' l-Isvezja li jinsab fil-latitudini 63° 30' N u li jimxi lejn il-Lvant għall-kosta ta' l-art prinċipali tal-Finlandja; imbagħad fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mal-kosta tal-Finlandja għal punt li jinsab fil-latitudini 60° 30' N; imbagħad fid-direzzjoni tal-Punent għall-kosta ta' l-art prinċipali ta' l-Isvezja; imbagħad fid-direzzjoni tat-Tramuntana mal-kosta tal-Lvant ta' l-Isvezja sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 31

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn punt fuq il-kosta tal-Lvant ta' l-Isvezja li jinsab fil-latitudini 63° 30' N u li timxi, wara li tgħaddi mit-Tramuntana tal-Golf tal-Bothnia, għal punt fuq il-kosta tal-Punent ta' l-art prinċipali tal-Finlandja li jinsab fil-latitudini 63° 30' N; imbagħad lejn il-Punent sal-punt tat-tluq.

Suddiviżjoni 32

L-ilmijiet delimitati b'linja miġbuda minn punt fuq il-kosta tan-Nofsinhar tal-Finlandja li jinsab fil-latitudini 23° 00' N u li timxi, wara li tgħaddi mil-Lvant tal-Golf tal-Finlandja, għal punt fuq il-kosta tal-Punent ta' l-Estonja li jinsab fil-latitudini 59° 00' N; imbagħad lejn il-Punent għal lonġitudini 23° 00' E; imbagħad lejn it-Tramuntana sal-punt tat-tluq.




ANNESS II



Xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u tagħmir simili: skali ta' daqsijiet tal-malji tax-xbieki, speċi mmirati u perċentwali rekwiżiti ta' qabdiet applikabbli

Speċi mmirati

Skala ta' daqsijiet tal-malji tax-xbieki (mm)

< 16

16 ≤ u < 32

16 ≤ u < 105

32 ≤ u < 90

32 ≤ u < 105

≥ 90 (3)

≥ 105 (2) (3)

Gruppi ta' Suddiviżjonijiet

22-32

22-27

28-32

22-23

24-27

22-23

22-32

Perċentwali minima ta' speċi mmirati

90  (1)

90  (1) (5)

90  (1)

90  (1) (4)

90  (1) (4)

90

100

Sallur tar-ramel (Ammodytidae)

*

*

*

*

*

*

*

Sardin (Sprattus sprattus)

 

*

*

*

*

*

*

Aringi (Clupea harengus)

 

 

*

*

*

*

*

Lingwata (Solea vulgaris)

 

 

 

 

 

*

*

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

 

 

 

 

 

*

*

Merlangu (Merlangius merlangus)

 

 

 

 

 

*

*

Rombu lixx (Scophthalmus rhombus)

 

 

 

 

 

*

*

Dap (Limanda limanda)

 

 

 

 

 

*

*

Barbun ta' l-għajnejn imbiegħda (Platichthys flesus)

 

 

 

 

 

*

*

Il-lingwata lemon sole (Microstomus kitt)

 

 

 

 

 

*

*

Barbun imperjali (Psetta maxima)

 

 

 

 

 

*

*

Merluzz (Gadus morhua)

 

 

 

 

 

 

*

(1)   Il-qabda miżmuma abbord għandha tikkonsisti f'mhux aktar minn 3 % ta' merluzz skond il-piż ħaj.

(2)   Għandhom jiġu awtorizzati biss xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u tagħmir simili bi twieqi tal-ħruġ Bacoma jew bl-ixkora T90 u bil-biċċa ta' l-estensjoni ta' daqs tal-malja tax-xibka u speċifikazzjonijiet kif stabbiliti fl-Appendiċi I u II.

(3)   L-użu ta' tkarkir bil-lasta ma għandux jiġi awtorizzat.

(4)   Il-qabda miżmuma abbord tista' tikkonsisti f'sa 40 % ta' merlangu skond il-piż ħaj.

(5)   Il-qabda miżmuma abbord tista' tikkonsisti f'sa 45 % ta' aringi skond il-piż ħaj.

▼M2




Appendiċi 1

Speċifikazzjonijiet tal-manek BACOMA

Deskrizzjoni

(a)    Daqs tal-manka, tal-biċċa tal-estensjoni u tat-tarf ta’ wara tax-xibka tat-tkarkir

(i) Il-manka għandha tkun magħmula minn żewġ pannelli, magħquda flimkien permezz ta’ ċmus waħda fuq kull naħa ta’ tul indaqs.

(ii) Id-daqs minimu tal-malji djamant għandu jkun ta’ 105 mm. Il-materjal tal-ħjut għandu jkun ta ’ ħajt tal-polyethylene bi ħxuna ta’ spaga waħda ta’ mhux aktar minn 6 mm jew bi ħxuna ta’ spaga doppja ta’ mhux aktar minn 4 mm.

(iii) Għandu jkun projbit l-użu ta’ manek u ta’ biċċiet ta’ estensjoni li jkunu magħmula minn biċċa waħda biss ta’ materjal tax-xibka u li għandhom ċmusa waħda biss.

(iv) L-għadd ta’ malji djamant miftuħa, esklużi dawk fiċ-ċmus, fi kwalunkwe punt fuq kwalunkwe ċirkonferenza ta’ kwalunkwe biċċa ta’ estensjoni ma għandux ikun anqas jew iżjed mill-għadd massimu ta’ malji fuq iċ-ċirkonforenza tan-naħa ta’ quddiem tal-manka (Figura 1).

(b)    Post tat-tieqa

(i) It-tieqa għandha tiddaħħal fil-pannell ta’ fuq tal-manka (Figura 2).

(ii) It-tieqa għandha tispiċċa mhux aktar minn erba’ malji mill-codline, inkluża r-ringiela, immaljata bl-idejn ta’ malji li minnha tgħaddi l-codline (Figura 3 jew 4).

(ċ)    Daqs tat-tieqa

(i) Il-wisa’ tat-tieqa, espressa f’għadd ta’ fillieri (ġnub) tal-malji, għandu jkun daqs in-numru ta’ malji djamant miftuħa fil-pannell ta’ fuq diviż bi tnejn. Jekk meħtieġ, jistgħu jinżammu sa massimu ta’ 20 % tal-għadd ta’ malji djamant miftuħa fil-pannell ta’ fuq maqsuma b’mod ugwali fuq iż-żewġ naħat tal-pannell tat-tieqa (Figura 4).

(ii) It-tul tat-tieqa għandu jkun tal-inqas 5.5 m.

(iii) B’deroga mill-punt ii, it-tul tat-tieqa għandu jkun mill-inqas 6 m jekk senser dedikat għall-kejl tal-volum tal-qabdiet ikun imwaħħal mat-tieqa.

(d)    L-immaljar tat-tieqa

(i) Il-malji għandu jkollhom wisa’ minimu tat-toqba tal-malja ta’ 120 mm. Il-malji għandhom ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba’ naħat kollha tal-immaljar tat-tieqa jkunu maqtugħa fil-fillieri kollha.

(ii) L-immaljar għandu jkun immuntat b’tali mod li l-fillieri jkunu paralleli u perpendikolari mat-tul tal-manka. L-immaljar għandu jkun bi spaga waħda mmaljata mingħajr għoqod jew immaljar bi proprjetajiet selettivi simili u ppruvati. Immaljar mingħajr għoqod ifisser immaljar magħmul minn malji b’erba’ naħat li jkollhom il-kantunieri tal-malji ffurmati bin-nisġa tal-ispag ta’ żewġ naħat maġenb xulxin tal-malja.

(iii) Id-dijametru tal-ħajta singola għandu jkun tal-inqas 5 mm.

(e)    Speċifikazzjonijiet oħra

(i) Għandu jkun hemm ċinga ta’ wara li ma ddurx mat-tieqa tal-ħruġ BACOMA.

(ii) Iż-żubrun tal-manka għandu jkun sferiku u jkollu dijametru mhux akbar minn 40 ċm. Għandu jkun marbut sew mal-codline permezz tal-ħabel taż-żubrun.

(iii) Il-flapper ma għandhiex tirkeb fuq it-tieqa tal-ħruġ BACOMA

Figura 1

It-tagħmir tax-xibka tat-tkarkir jista’ jinqasam fi tliet sezzjonijiet differenti skont l-għamla u l-funzjoni. Il-parti prinċipali tax-xibka tat-tkarkir hija dejjem sezzjoni konika. Il-biċċa tal-estensjoni tkun sezzjoni mhux konika, normalment fabbrikata minn biċċa jew minn żewġ biċċiet ta ’ xbiek. Il-manka hija wkoll sezzjoni mhux konika, spiss magħmula minn spag doppju sabiex ikollha reżistenza aħjar kontra d-deterjorazzjoni qawwija mill-użu. Il-parti taħt iċ-ċinga tal-irfigħ tissejjaħ borża tal-irfigħ.

image

Figura 2

A

Biċċa tal-estensjoni

B

Manka

C

Tieqa tal-ħrib, pannell ta’ malji kwadri

1

Pannell ta’ fuq, massimu ta’ 50 malja djamant miftuħa

2

Pannell t’isfel, massimu ta’ 50 malja djamant miftuħa

3

Ċmus

4

Ċirku jew ħajta tal-ġuntura

5

Ċinga tal-irfigħ

6

Ċinga ta’ wara

7

Codline

8

Distanza tat-tieqa mill-codline (Figuri 3 u 4)

9

Ħabel taż-żubrun

10

Żubrun tal-manka

image

Figura 3

IMMUNTAR TAL-PANNELL TAT-TIEQA

A

Pannell ta’ malji kwadri 120 mm (25 filliera)

B

It-tgħaqqid flimkien tal-pannell ta’ malji maċ-ċmusa

C

It-tgħaqqid flimkien ta’ pannell ta’ malja kwadra ma’ xibka ta’ malja djamant

D

Xibka ta ’ malji djamant ta’ 105 mm (massimu ta’ 50 malja miftuħa)

E

Id-distanza tal-pannell tat-tieqa mill-codline. It-tieqa għandha tispiċċa mhux aktar minn erba’ malji mill-codline, inkluża r-ringiela mmaljata bl-idejn, ta’ malji li minnha tgħaddi l-codline

F

Ringiela ta’ malji tal-codline immaljati bl-idejn

image

Figura 4

IMMUNTAR TAL-PANNELL TAT-TIEQA

A

Pannell ta’ malja kwadra ta’ 120 mm (20 filliera)

B

It-tgħaqqid flimkien tal-pannell ta’ malji maċ-ċmusa

C

It-tgħaqqid flimkien ta’ pannell ta’ malja kwadra ma’ xibka ta’ malja djamant

D

Xibka ta’ malja kwadra ta’ 105 mm (mhux aktar minn 50 malja miftuħa)

E

Id-distanza tal-pannell tat-tieqa mill-codline. It-tieqa għandha tispiċċa mhux aktar minn 4 malji mill-codline, inkluża r-ringiela, immaljata bl-idejn ta’ malji li minnha tgħaddi l-codline.

F

Ringiela ta’ malji tal-codline immaljati bl-idejn

G

Massimu ta’ 10 % fuq iż-żewġ naħat ta’ malji miftuħa tat-tip D

image




Appendiċi 2

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAX-XIBKA TAT-TKARKIR T90

(a)    Definizzjoni

1. Ix-xbieki tat-tkarkir T90 huma definiti bħala x-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni Daniżi u rkapti simili li għandhom manka u biċċa ta’ estensjoni prodotta minn tip ta’ xbieki bl-għoqiedi forma ta’ djamant imdawra 90° biex id-direzzjoni prinċipali kif inhi għaddejja l-ispaga tax-xibka tkun parallela għad-direzzjoni tal-irmunkar.

2. Id-direzzjoni ta’ kif inhi għaddejja l-ispaga tax-xibka f’xibka standard bl-għoqiedi jiffurmaw il-malji tax-xibka djamant (A) u f’xibka mdawra 90° (B) huwa muri fil-Figura 1 hawn taħt.

Figura 1

image

(b)    Id-daqs tal-malja u l-kejl

Id-daqs tal-malja għandu jkun tal-anqas 120 mm. B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 517/2008 ( 5 ), id-daqs tal-malja fil-manka u fil-biċċa ta’ estensjoni għandhom jitkejlu b’mod perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-irkaptu tas-sajd.

(ċ)    Ħxuna tal-ispaga

Il-materjal tal-ispaga tal-manka u tal-biċċa tal-estensjoni għandu jkun magħmul minn spag tal-polyethylene bi ħxuna ta’ spaga waħda ta’ mhux aktar minn 6 mm jew bi ħxuna doppja tal-ispaga ta’ mhux aktar minn 4 mm. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għar-ringiela li tinsab fuq wara nett tal-malji jekk hemm codline iffittjata mal-manka.

(d)    Kostruzzjoni

1. Il-manka u l-estensjoni ta’ malji mdawra (T90) għandhom isiru minn żewġ pannelli ta’ dimensjonijiet indaqs, b’mill-anqas 50 malja fit-tul, u bl-orjentazzjoni tal-malja kif deskritt hawn fuq, magħquda flimkien minn żewġt iċmus laterali.

2. L-għadd ta’ malji miftuħa fi kwalunkwe ċirkonferenza jrid ikun kostanti mill-parti ta’ quddiem tal-estensjoni lejn il-parti li tinsab fuq wara nett tal-manka.

3. Fil-punt fejn jingħaqdu tal-manka jew tal-biċċa tal-estensjoni mal-parti konika tax-xibka tat-tkarkir, l-għadd ta’ malji fiċ-ċirkonferenza tal-manka jew tal-biċċa tal-estensjoni trid tkun ta’ 50 % tal-aħħar ringiela ta’ malji tal-parti konika tax-xibka tat-tkarkir.

4. Fil-Figura 2 hawn taħt jintwerew manka u biċċa tal-estensjoni.

(e)    Ċirkonferenza

L-għadd ta’ malji fi kwalunkwe ċirkonferenza fil-manka u l-biċċa tal-estensjoni, esklużi dawk fil-ġuntura u ċ-ċmus għandu jkun ta’ mhux anqas minn 50.

(f)    Ċrieki tal-ġuntura

Ix-xifer ta’ quddiem tal-pannelli li jifforma kemm il-manka kif ukoll il-biċċa tal-estensjoni għandu jkun iffittjat b’ringiela ta’ nofs malji mmaljati. Ix-xifer ta’ wara tal-pannell tal-manka għandu jkun iffittjat b’ringiela sħiħa ta’ malji mmaljati li tkun kapaċi tiggwida l-codline.

(g)    Żubrun tal-manka

Iż-żubrun tal-manka għandu jkun sferiku u jkollu dijametru mhux akbar minn 40 ċm. Għandu jkun marbut sew mal-codline permezz tal-ħabel taż-żubrun.

Figura 2

image

▼B




ANNESS III



Għeżuli, xbieki tat-tħabbil u pariti: skali ta' daqsijiet tal-malji tax-xbieki u speċi mmirati

Speċi mmirati

Skala ta' daqsijiet tal-malji tax-xbieki (mm)

16 ≤ u < 110

32 ≤ u < 110

90 ≤ u < 156 (2)

110 ≤ u < 156

≥ 157

Gruppi ta' Suddiviżjonijiet

28–32

22–27

22–32

22–23

22–32

Perċentwali minima ta' speċi mmirati

90  (1)

90  (1)

90

90

100

Sardin (Sprattus sprattus)

*

*

*

*

*

Aringi (Clupea harengus)

*

*

*

*

*

Lingwata (Solea vulgaris)

 

 

*

*

*

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

 

 

*

*

*

Merlangu (Merlangius merlangus)

 

 

*

*

*

Rombu lixx (Scophthalmus rhombus)

 

 

*

*

*

Dap (Limanda limanda)

 

 

*

*

*

Barbun ta' l-għajnejn imbiegħda (Platichthys flesus)

 

 

*

*

*

Il-lingwata lemon sole (Microstomus kitt)

 

 

*

*

*

Barbun imperjali (Psetta maxima)

 

 

*

*

*

Merluzz (Gadus morhua)

 

 

 

*

*

Salamun (Salmo salar)

 

 

 

 

*

(1)   Il-qabda miżmuma abbord għandha tikkonsisti f'mhux aktar minn 3 % ta' merluzz skond il-piż ħaj.

(2)   Tali skala ta' daqsijiet tal-malji tax-xbieki għandha tkun ammissibbli sa 30 ta' Ġunju 2006.




ANNESS IV



Daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Speċi

Zona ġeografika

►M4  Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ◄

Merluzz (Gadus morhua)

Suddiviżjoni 22-32

38 cm

Barbun ta' l-għajnejn imbiegħda (Platichthys flesus)

Suddiviżjonijiet 22 sa 25

23 cm

Suddiviżjonijiet 26 sa 28

21 cm

Suddiviżjonijiet 29 sa 32, fin-nofsinhar minn 59° 30' N

18 cm

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Suddiviżjonijiet 22 sa 32

25 cm

Barbun imperjali (Psetta maxima)

Suddiviżjonijiet 22 sa 32

30 cm

Rombu lixx (Scophthalmus rhombus)

Suddiviżjonijiet 22 sa 32

30 cm

Sallur (Anguilla anguilla)

Suddiviżjonijiet 22 sa 32

35 cm

Salamun (Salmo salar)

Suddiviżjonijiet 22 sa 30 u 32

60 cm

Suddiviżjoni 31

50 cm

Trota tal-baħar (Salmo trutta)

Suddiviżjonijiet 22 sa 25 u 29 sa 32

40 cm

Suddiviżjonijiet 26 sa 28

50 cm




ANNESS V



Tabella ta' korrelazzjoni

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 88/98

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 14

Artikolu 3(3)

Artikolu 15(1)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

Artikolu 4

Artikolu 5(1) u (3)

Artikolu 3

Artikolu 5(2)

Artikolu 6

Artikolu 11

Artikolu 7

Artikolu 5

Artikolu 8(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 16

Artikolu 8(4)

Artikolu 13(3)

Artikolu 8(a)

Artikolu 9

Artikolu 8(b)

Artikolu 10

Artikolu 9(1)

Artikolu 17

Artikolu 9(2)

Artikolu 8(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 23(1)

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(4)

Artikolu 11

Artikolu 24

Artikolu 12

Artikolu 25

Artikolu 13

Artikolu 26

Artikolu 14

Artikolu 28

Artikolu 15

Artikolu 31

Artikolu 16

Artikolu 32

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness IV

Anness IV

Annessi II u III

Anness V

Appendiċi 1 ta' l-Anness II

Anness VI

Anness V



( 1 ) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

( 2 ) ĠU L 22, 25.1.2003, p. 5.

( 3 ) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

( 4 ) Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).

( 5 ) ĠU L 151, 11.6.2008, p. 5.