2004R0917 — MT — 01.09.2013 — 007.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 917/2004

tad-29 ta' April 2004

Dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 rigward il-miżuri għat-tittjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-marketing ta' prodotti ta' l-apikoltura.

(ĠU L 163 30.4.2004, p. 83)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1484/2004 tal-20 ta’ Awwissu 2004

  L 273

5

21.8.2004

►M2

COMMISSION REGULATION (EC) No 1913/2006 of 20 December 2006

  L 365

52

21.12.2006

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 811/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007

  L 182

5

12.7.2007

 M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 939/2007 tas-7 ta’ Awwissu 2007

  L 207

3

8.8.2007

 M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 726/2010 tat-12 ta’ Awwissu 2010

  L 213

29

13.8.2010

►M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1212/2012 tas-17 ta' Diċembru 2012

  L 348

7

18.12.2012

►M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 768/2013 tat-8 ta’ Awwissu 2013

  L 214

7

9.8.2013


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 268, 10.10.2013, p.  17 (768/2013)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 917/2004

tad-29 ta' April 2004

Dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 rigward il-miżuri għat-tittjib tal-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-marketing ta' prodotti ta' l-apikoltura.



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 797/20049 ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 797/2004 jieħu post ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 ( 2 ) jistabbilixxi miżuri għall-iskop li jtejjeb il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti min-naħam huma prodotti u marketed. Fl-interess taċ-ċarezza, għandu għalhekk ikun imħassar ir-Rgolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2300/97 tal-20 ta' Novembru 1997 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1221/97 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-produzzjoni u l-marketing tal-għasel ( 3 ) u għandu jkun mibdul b'Regolament ġdid.

(2)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 797/2004 jistqarr li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu programmi ta' apikoltura. Huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-elementi ta' dawn il-programmi li huma meħtieġa li jkunu jinkludu, u l-limitu ta' żmien għat-trasmissjoni lejn il-Kummissjoni.

(3)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn il-programmi nazzjonali għandha tkun ristretta, b'referenza għal kull sehem tal-Istat Membru dwar in-numru totali ta' doqqajs fil-Komunità.

(4)

L-Istati membri għandhom iwettqu monitoraġġ tal-programmi implementati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri ta' monitoraġġ għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni.

(5)

Konsistenza bejn il-miżuri tal-programmi ta' l-apikoltura u miżuri oħrajn permezz ta' diversi strateġiji tal-Komunità għandha tkun assigurata matul l-implementazzjoni tal-programmi. Partikolarment, kwalunkwe kumpens żejjed minnhabba il-għaqda ta' l-għajnuna u xi inkonsistenza oħra fid-definizzjoni tal-miżuri għandu jkun evitat.

(6)

Sabiex tkun imħollija ċerta flessibiltà fl-implementazzjoni tal-programmi, il-limiti finanzjari notifikati għal tali miżuri jistgħu ivarjaw b'ċertu persentaġġ mingħajr, b'dana kollu, ma jeċċedu l-limitu massimu globali għall-programm anwali. Jekk ikun hemm użu tal-flessibiltà permissibbli fl-implementazzjoni tal-programm, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità m'għandhiex teċċedi l-limitu ta' 50 % tal-ispiża attwali kif involuta mill-Istat Membru ikkonċernat.

(7)

Sabiex titħalla aktar flessibiltà fl-implementazzjoni tal-programm, il-miżuri tal-programmi jistgħu ikunu adattati matul l-implementazzjoni tal-programm, b'dana kollu azzjonijietmodifikati għandhom ikunu l-istess miżuri li hemm dispożizzjoni dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004.

(8)

Regoli għandhom ikunu adottati sabiex ikunu stabbiliti r-rati li għandhom ikunu applikati għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali.

(9)

Ir-regoli li jikkonċernaw il-kontenut tiegħu għandhom ikunu stabbiliti sabiex jassiguraw li l-istudji referuti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 797/2004 ikunu mwettqa u aġġornati b'mod konsistenti.

(10)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat għall-Bajd u l-Laħam tat-Tjur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M6

Artikolu 1

Il-programmi nazzjonali referuti fl-Artikolu 105 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 ( 4 ) (minn hawn il-quddiem magħrufa bħala “il-programmi tal-apikoltura”) għandhom:

(a) jiddeskrivu s-sitwazzjoni tas-settur billi jagħmluha possibbli li jkunu aġġornati regolarment id-dettalji strutturali fl-istudju msemmi fl-Artikolu 107 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, billi jkopru b'mod partikolari dawn li ġejjin:

(i) l-għadd totali ta' sigħat;

(ii) l-għadd ta' persuni professjonali li jrabbu n-naħal b'aktar minn 150 doqqajs il-wieħed;

(iii) l-għadd totali ta' doqqajs;

(iv) il-produzzjoni tal-għasel;

(v) il-lista tal-għanijiet tal-programm;

(b) jagħtu deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri involuti, bin-nefqa kkalkolata u l-pjan tal-finanzjament imqassma skont is-sena fuq il-livell nazzjonali u reġjonali, skont l-intestaturi li ġejjin:

(i) l-għajnuna teknika lill-persuni li jrabbu n-naħal;

(ii) il-kontroll tal-varroasis,

(iii) ir-razzjonalizzazzjoni tat-transumanza;

(iv) l-analiżi tal-għasel;

(v) ir-ripopolazzjoni tad-doqqajs;

(vi) il-programmi ta' riċerka applikata;

(c) jirreferu għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli;

(d) jelenkaw l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u l-kooperattivi tat-trobbija tan-naħal li jkunu kkollaboraw mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fit-tħejjija tal-programmi tal-apikoltura;

(e) jistabbilixxu arranġamenti tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni għall-programm tal-apikoltura.

▼B

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifkaw il-programm tagħhom ta' l-apikoltura lejn il-Kummissjoni qabel il-15 ta' April ta' l-ewwel sena tal-perijodu ta' tlett snin applikati mill-programm.

▼M3 —————

▼M7

2.  Kull sena tal-programm tal-apikoltura (“sena tal-apikoltura”) għandha titħaddem għal 12-il xahar konsekuttiv mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu.

3.  Il-miżuri tal-programm tal-apikoltura stipulati għal kull sena tal-apikoltura għandhom ikunu eżegwiti b’mod sħiħ fi ħdan is-sena tal-apikoltura kkonċernata.

Il-pagamenti relatati ma’ miżuri implimentati matul kull sena tal-apikoltura għandhom isiru fi żmien il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fis-16 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena tal-apikoltura u jintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.

▼B

Artikolu 3

Il-programmi tal-Komunità dwar il-finanzjament parzjali ta' l-apikoltura għandhom ikunu ristretti għal kull Stat Membru għall-ammont li jokkorispondi għas-sehem totali tiegħu ta' doqqajs fil-Komunità. Kif mistqarr fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

B'dana kollu, jekk Stat membru wieħed jew aktar ma jkunx(ikunux) innotifika l-programm tiegħu ta' l-apikoltura sal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 2 91), jew ma jkunx uża l-ammont kollu tal-finanzjament parzjali referut fl-ewwel paragrafu, l-ishma tal-istati membri l-oħrajn jistgħu ikunu miżjuda fi proporzjoni tas-sehem tagħhom.

Artikolu 4

L-Istati membri għandhom iwassli lill-Kummisjoni, flimkien mal-programmi tagħhom ta' l-apikoltura, dokumenti li jispeċifikaw kif isir il-monitoraġġ tal-programmi tagħhom.

Il-verifiki tal-monitoraġġ gġandhom ikunu iddisinjati sabiex jivverifikat il-konformità mat-termini li permezz tagħhom l-għajnuna tkun mogħtija skond il-programmi nazzjonali. Dawn għandhom jikkonsistu kemm minn verifiki amministrattiv u wkoll fuq il-post.

Prova suffiċjenti ta' dawn il-kontrolli għandha tkun disponibbli mingħand l-aġenziji tal-pagamenti.

Artikolu 5

1.  L-Istati membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni il-lista tal-miżuri dwar l-apikoltura li huma nklużi fil-programmi operazzjonali nazzjonali permezz ta' l-Objettivi 1 u 2 stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 ( 5 ), qabel id-data referuta fl-Artikolu 2(1).

2.  L-istess miżura ma tistax tkun is-suġġett ta' pagamenti simultanji permezz tar-Regolament (KE) Nru 797/2004 u permezz ta' xi skema oħra ta' għajnuna tal-komunià, partikolarment f'dak li jirrigwardja r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 ( 6 ).

▼M3

Artikolu 6

Sakemm jibqgħu konformi ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 797/2004, il-miżuri tal-programmi dwar l-apikultura jistgħu jiġu adattati matul l-eżerċizzju annwali. Il-limiti finanzjarji ta’ kull waħda mill-miżuri msemmija jistgħu jiġu emendati sakemm ma jinqabiżx il-limitu totali tal-previżjonijiet ta’ l-ispejjeż annwali u li l-kontribut finanzjarju tal-Komunità fil-programmi dwar l-apikultura ma jaqbiżx il-50 % ta’ l-ispejjeż ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’kull abbozz ta’ adattament tal-miżuri matul l-eżerċizzju annwali skond l-ewwel paragrafu minħabba li ma kienx sar hekk fil-programm triannwali kkomunikat inizjalment. Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax, l-adattament previst isir applikabbli mill-ewwel jum tat-tieni xahar minn wara n-notifika msemmija.

▼M6

Sal-15 ta' Diċembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'sommarju tal-implimentazzjoni tan-nefqa mqassma skont l-intestaturi msemmija fl-Artikolu 1(b).

▼M6

Artikolu 6a

In-notifiki msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 7 ).

▼M3 —————

▼M2

Article 8

For the amount referred to in Article 3 the operative event for the exchange rate shall be the same as that referred to in the first subparagraph of Article 7(1) of Commission Regulation (EC) No 1913/2006 ( 8 ).

▼B

Artikolu 9

L-istudji referuti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1221/97 għandhom jirreferu għall-unti indikati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 2300/97 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta' korrelazzjoni kif elenkata fl-Anness III.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M7




ANNESS I



Stat Membru

Ċensiment tan-naħal

Numru ta’ doqqajs

BE

107 800

BG

526 014

CZ

540 705

DK

150 000

DE

711 299

EE

41 400

IE

15 710

EL

1 584 206

ES

2 459 292

FR

1 636 000

▼C1

HR

491 981

▼M7

IT

1 316 774

CY

44 953

LV

83 801

LT

144 969

LU

7 804

HU

1 088 590

MT

3 142

NL

80 000

AT

376 485

PL

1 280 693

PT

566 793

RO

1 550 000

SI

167 000

SK

254 859

FI

50 000

SE

150 000

Ir-Renju Unit

274 000

UE 28

15 704 270

▼B




L-ANNESS II

image




L-ANNESS III



Tabella tal-korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 2300/97

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(1)

L-Artikolu 2(1)

 

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 4, subparagrafi 1 u 2

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 4(3)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 4bis

L-Artikolu 6

 

L-Artikolu 7

L-Artikolu 5

L-Artikolu 8

L-Artikolu 6

L-Artikolu 9

 

L-Artikolu 10

L-Artikolu 7

L-Artikolu 11

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II

L-Anness III



( 1 ) ĠU L 125, 28.04.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 173, 01.07.1997, p. 1.

( 3 ) ĠU L 319, 21.11.1997, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1387/2003, (ĠU L 196, tat-2.8.2003, p. 22).

( 4 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

( 5 ) ĠU L 161, tas-26.06.1999, p. 1.

( 6 ) ĠU L 160, tas-26.06.1999, p. 80.

( 7 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

( 8 ) OJ L 365, 21.12.2006, p. 52.