02004R0725 — MT — 20.04.2009 — 002.004


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 725/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-31 ta' Marzu 2004

dwar it-titjib tas-sigurtà fuq il-vapuri u fil-faċilitajiet tal-portijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

▼B

(ĠU L 129 29.4.2004, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-23 ta’ Jannar 2009

  L 29

53

31.1.2009

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 161, 16.6.2022, p.  122 (Nru 725/2004)




▼B

▼C1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 725/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-31 ta' Marzu 2004

dwar it-titjib tas-sigurtà fuq il-vapuri u fil-faċilitajiet tal-portijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

▼B



Artikolu 1

Għanijiet

1.  
L-għan prinċipali ta' dan ir-Regolament huwa li jintroduċI u jimplimenta miżuri Komunitarji sabiex ikun hemm titjib fis-sigurtà fuq ►C1  il-vapuri ◄ użati f'kummerċ internazzjonali u fit-tbaħħir domestiku, u wkoll fil-faċilitajiet fil-portijiet, quddiem it-theddidiet minn atti llegali intenzjonati.
2.  
Dan ir-Regolament huwa wkoll intiż sabiex jipprovdi bażi għall-interpretazzjoni, implimentazzjoni u l-evalwazzjoni komuni, minn naħa tal-Komunità, tal-miżuri speċjali għal titjib fis-sigurtà fuq il-baħar hekk kif adottati mill-Konferenza Diplomatika tal-IMO fit-12 ta' Diċembru 2002, li emendat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà fuq il-Baħar 1974 (Konvenzjoni SOLAS) u li stabbilixxiet il-KodiċI Internazzjonali tas-Sigurtà fuq ►C1  il-Vapuri ◄ u fil-Portijiet (KodiċI ISPS).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

1. 

“miżuri speċjali sabiex titjieb s-sigurta' marittima tal-Konvenzjoni SOLAS” tfisser l-emendi, kif mehmuża ma' l-Anness I ta' dan ir-Regolament, li jpoġġu l-Kapitolu ġdid XI-2 fl-Anness tal-Konvenzjoni SOLAS tal-IMO, fil-verżjoni aħħarija tagħha.

2. 

“Il-Kodiċi ISPS” tfisser il-Kodiċi Internazzjonali ta' Sigurtà tal-IMO għall-Vapuri u Portijiet, fil-verżjoni aħħarija tagħha.

3. 

“Il-Parti A tal-Kodiċi ISPS” tfisser il-Preambolu u l-ħtigijiet obbligatorji li jiffurmaw il-Parti A tal-Kodici ISPS, li hu mehmuż bħala l-Anness II ma' dan ir-Regolament, u li fih hemm id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI-2 tal-Anness tal-Konvenzjoni SOLAS, fil-verżjoni aħħarija tagħha.

4. 

“Il-Parti B tal-Kodiċi ISPS” tfisser il-linji gwida li jiffurmaw il-Parti B tal-Kodiċi ISPS, kif mehmuż bħala l-Anness III ta' dan ir--Regolament, dwar id-dispożizzjonijiet tal-kapitlu XI-2 tal-Anness tal-Konvenzjoni SOLAS, kif emendata, u tal-Parti A tal-Kodiċi ISPS, fil-verżjoni aħħarija tagħha.

5. 

“is-sigurta' marittima” tfisser diversi miżuri preventivi bl-intenzjoni li jipproteġu t-trasport bil-baħar u l-portijiet kontra t-theddid ta' atti kriminali internazzjonali.

6. 

“punt kruċjali għas-sigurtà marittima” tfisser persuna nominata minn kull Stat Membru biex isservi bħala referenza għall-Kummisjoni u għall-Istati Membri l-oħra u biex jgħin, isegwi u jinforma fuq it-twettiq tal-mizuri tas-sigurtà marittima stabbiliti f'dan ir-Regolament.

7. 

“awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima” tfisser awtorità nominata minn Stat Membru biex tikkoordina, timplimenta u tħares il-miżuri tas-sigurtà stabbiliti minn dan ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam mal-vapuri u/jew ma' waħda jew aktar mill-faċilitajiet tal-port. Il-kompetenzi ta' din l-awtorità jistgħu jiġu mibdula skond ix-xogħol mogħti lilha ( 1 ).

8. 

“Trasport bil-baħar internazzjonali” ifisser kull servizz ta' trasport marittimu bil-vapur minn kull port ta' Stat Membru għal port barra minn dak l-Istat Membru, jew viċiversa.

9. 

“Trasport domestiku bil-baħar” ifisser kull servizz ta' trasport bil-baħar fl-ibħra tal-iStat Membru għall-istess port jew portijiet oħrajn li qiegħdin fl-istess Stat Membru.

10. 

“servizzi skedati” tfisser serje ta' vjaġġi organizzati b'tali mod sabiex joffru servizz li jgħaqqad żewġ portijiet jew aktar:

(a) 

jew fuq bażi ta' skeda ta' ħinijiet ippubblikata;

(b) 

jew b'regolarità jew frekwenza tali sabiex tikkonstitwixxi servizz sistematiku stabbilit.

11. 

“faċilità tal-port” tfisser il-lokalita' fejn jiltaqgħu il-vapur u l-port; dan jinkludi lokalitajiet ta' rmiġġ, mollijiet u dħul minn fuq il-baħar, kif xieraq.

12. 

“L-Interface ta' bejn il-vapur u l-port” tfisser il-movimenti li jseħħu meta vapur jiġi affettwat minnufih u direttament b'azzjonijiet li jinvolvu l-moviment ta' persuni jew merkanzija, jew is-servizzi li jipprovdi l-port minn jew lejn il-vapur.

13. 

“att illegali intenzjonat” ifisser att intenzjonat, li min-natura tiegħu jew fil-kuntest li jsir, jista' jikkawża ħsara lill-vapuri li qed jiġu wżati għal traffiku bil-baħar kemm lokali jew internazzjonali, lill-passiġġieri u l-merkanzija tagħhom, jew il-faċilitajiet tal-port konnessi magħhom.

Artikolu 3

Miżuri konġunti u kamp ta' applikazzjoni

1.  
Fir-rigward tat-trasport bil-baħar internazzjonali, l-Istati Membri għandhom japplikaw bis-sħiħ, sa l-1 a' Lulju 2004, il-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurtà marittima kif misjuba fil-Konvenzjoni SOLAS u Parti A tal-Kodiċi ISPS, skond il-kondizzjonijiet u b'rispett lejn il-vapuri, il-kumpaniji u s-servizzi tal-port, kif riferuti hemm ġew.
2.  
Fir-rigward tat-trasport domestiku bil-baħar, l-Istati Membri għandhom japplikaw bis-sħiħ, sa l-1 ta' Lulju 2005, il-miżuri speċjali tal-Konvenzjoni SOLAS u Parti A tal-Kodiċi ISPS sabiex tiżdied is-sigurtà għall-vapuri tal-passiġġieri tal-Klassi A, kif mfissra fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/EC tas-17 ta' Marzu 1998 fuq regoli tas-sigurtà u kriterji għall-vapuri tal-passiġġieri ( 2 ), li jħaddmu servizzi lokali u għall-kumpaniji tagħhom, kif definit fir-regolament IX-1 tal-Konvenzjoni SOLAS, u għas-servizzi tal-port li jservuhom.
3.  
L-Istati Membri għandhom, wara li jagħmlu evalwazzjoni obbligatorja tar-riskji għas-sigurtà, jiddeċiedu sa fejn se japplikaw, sa l-1 ta' Lulju 2007, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għall-kategoriji differenti ta' vapuri li joperaw servizzi lokali, minbarra dawk li jinsabu fil-paragrafu 2, il-kumpaniji tagħhom u s-servizzi tal-port offruti lilhom. Il-livell ta' sigurtà m'għandux jiġi kompromess b'din id-deċiżjoni.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummisjoni meta se jiġu fis-seħħ dawn id-deċiżjonijiet, kif ukoll l-analiżi li jsiru minn żmien għal żmien, u li jridu jsiru mhux aktar minn kull ħames snin.

4.  
Meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet konformi mal-paragrafi 1,2 u 3, l-Istati Membri għandhom jimxu skond il-linji gwida li jinsabu f'Parti B tal-Kodiċi ISPS.
5.  

L-Istati Membri għandhom jimxu mal-paragrafi li ġejjin ta' Parti B tal-Kodiċi ISPS daqs li kieku kienu obbligatorji:

— 
1.12 (reviżjoni għall-pjanijiet ta' sigurtà għall-vapuri),
— 
1.16 (evalwazzjoni tas-sigurtà fil-port).
— 
4.1 (protezzjoni tal-kunfidenzalità tal-pjanijiet u evalwazzjoni tas-sigurtà),
— 
4.4 (organizzazzjonijiet tas-sigurtà rikonoxxuti),
— 
4.5 (il-kompetenzi minimi għall-organizzazzjonijiet tas-sigurtà rikonoxxuti),
— 
4.8 (it-tpoġġija tal-livell ta' sigurtà),
— 
4.14, 4.15, 4.16 (punti ta' riferiment u informazzjoni għall-pjanijiet tas-sigurtà għas-servizzi tal-portijiet),
— 
4.18 (dokumenti ta' identifikazzjoni),
— 
4.24 (L-applikazzjoni tal-miżuri ta' sigurtà mill-vapuri kif irrakkomandati mill-Istat li fl-ibħra territorjali tiegħu ikunu qed ibaħħru dawn il-vapuri),
— 
4.28 (livell ta' mmanneġjar),
— 
4.41 (komunikazzjoni ta' informazzjoni meta ma' jinagħtax permess għad-dħul ġo port jew meta il-vapur ikun imkeċċi mill-port),
— 
4.45 (vapuri li ġejjin minn Stat li m'hux parti mill-Konvenzjoni),
— 
6.1 (l-obbligazzjoni tal-kumpanija li tipprovdi lill-kaptan tal-baħar b'infomazzjoni fuq min iħaddem il-vapur),
— 
8.3 sa 8.10 (livelli minimi għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-vapur),
— 
9.2 (livelli minimi għall-pjanijiet tas-sigurtà tal-vapur),
— 
9.4 (l-awtonomija ta' l-organizzazzjonijiet tas-sigurtà rikonoxxuti),
— 
13.6 u 13.7 (frekwenza ta' eżerċizzji u taħriġ fis-sigurtà għall-ekwipaġġ tal-vapur, u għall-ħaddiema tal-kumpanija u uffiċjali tas-sigurtà tal-vapur),
— 
15.3 sa 15.4 (livelli minimi għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-port),
— 
16.3 u 16.8 (livelli minimi għall-pjan ta' sigurtà tal-port),
— 
18.5 u 18.6 (frekwenza ta' eżerċizzji u taħriġ ta' sigurtà fil-port u għall-uffiċjali tas-sigurtà tal-port).
6.  
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 15.4 tal-Parti A tal-Kodiċi ISPS, ir-reviżjoni minn żmien għal żmien ta' l-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-portijiet provduta fil-paragrafu 1.16 ta' Parti B tal-Kodiċi ISPS, għandha tiġi magħmula mill-inqas sa ħames snin wara li l-evalwazzjoni tkun ġiet magħmula jew emendata.
7.  
Dan ir-Regolament m'għandux jiġi applikat għall-vapuri tal-gwerra u ►C1  vapuri ◄ tas-suldati, vapuri tal-merkanzija ta' inqas minn 500 tunnellaġġ gross, vapuri mhux mħaddma b'mezzi mekkaniċi, vapuri antiki tal-injam, ►C1  vapuri ◄ tas-sajd u ►C1  vapuri ◄ li m'humiex użati f'attivitajiet kummerċjali.
8.  
Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta pjanijiet ta' sigurtà tal-vapuri u tal-port jiġu approvati, dawn il-pjanijiet ikollhom id-dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw li s-sigurtà tal-vapuri li għalihom japplika dan ir-Regolament, ma jkunux kompromessi minn xi vapur jew interface ta' xi port, jew attività ma' vapuri li ma humiex soġġetti għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Komunikazzjoni ta' informazzjoni

1.  
Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-IMO, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, l-informazzjoni meħtieġa skond ir-regolament 13 (Komunikazzjoni ta' informazzjoni) tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni SOLAS.
2.  
Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri id-dettalji ta' l-uffiċjali li għandhom jiġu kkuntattjati, kif muri fil-paragrafu 4.16 ta' Parti B tal-Kodiċi ISPS meta vapur jiġi mkeċċi jew ma jitħalliex jidħol ġo port tal-Komunità.
3.  
Kull Stat Membru għandu jagħmel lista tal-portijiet ikkonċernati fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-port li tkun ġiet effetwata, u jistabbilixxu l-iskop tal-miżuri meħuda biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tar-regolament 2 (estensjoni ta' l-applikazzjoni għall-portijiet li mhux regolarment iservu għal vjaġġi internazzjonali), tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni SOLAS.

Kull Stat Membru għandu jikkomunika din il-lista lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004. Il-Kummissjoni u kull Stat Membru kkonċernat għandhom jinagħtaw dettalji suffiċjenti tal-miżuri meħuda.

Artikolu 5

Arranġament alternattiv tas-sigurtà jew arranġament ekwivalenti tas-sigurtà

1.  
Għall-ħtieġa ta' dan ir-Regolament, ir-regolament 11 (arranġament alternattiv tas-sigurtà) tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni SOLAS, jista' jkun applikat għal trasport bil-baħar li jopera fi ħdan il-Komunità, u li jopera fuq rotot skedati u li juża l-portijiet assoċjati.
2.  
Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jikonkludu bejniethom, kull Stat għalih innifsu, l-arranġament bilaterali jew multilaterali stipulat mir-regolament SOLAS. L-Istati Membri jistgħu, partikolarment, jikkunsidraw dawn l-arranġamenti biex iġibu “l quddiem trasport bil-baħar fuq distanzi qosra fi ħdan il-Komunità.”

L-Istati Membri kkonċernati għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-ftehim li jkun sar, u jipprovdu dettalji suffiċjenti tal-miżuri sabiex il-Kummisjoni tkun tista' tikkonsidra jekk il-ftehim jikkompromettix il-livell ta' sigurta ta' vapuri oħrajn li mhumiex parti mill-ftehim. Id-dettalji tal-miżuri li huma direttament parti mis-sigurtà nazzjonali, jekk ikun hemm, jistgħu jitħallew barra mill-avviż lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni teżamina jekk il-ftehim jiggarantix livell adekwat ta' protezzjoni, partikolarment skond il-ħtiġijiet tal-paragrafu 2 tar-Regolament 11 tas-SOLAS, hawn fuq imsemmija, u jekk dan huwiex konformi mal-liġi tal-Komunità fit-tħaddim proprju tas-suq intern. Jekk il-ftehim ma' jissodisfax dawn il-kriterji, l-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni, fi żmien erba' xhur, skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 11(3); f'dawn il-każi, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iħassru jew ibiddlu l-ftehim kif meħtieġ.

3.  
Ir-reviżjoni minn żmien għall-żmien ta' dan il-ftehim, kif stipulat fil-paragrafu 4 tar-regolament 11 tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurtà marittima, għandha ssir mhux aktar minn kull ħames snin.
4.  
L-Istati Membri għandhom jadottaw, għat-trasport lokali bil-baħar u għall-portijiet kif previst fl-Artikolu 3(2) u 3(3) ta' dan ir-Regolament, ftehim ekwivalenti għas-sigurtà kif stipulat f'regolament 12 (ftehim ta' sigurtà ekwivalenti) tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni SOLAS, sakemm dan il-ftehim tas-sigurtà huwa effettivi daqs dawk mniżżla fil-Kapitolu XI-2 tal-Konvenzjoni SOLAS, u d-dispożizzjonijiet obbligatorji u relevanti tal-KodiċI ISPS.

l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu lill-Kummissjoni dettalji suffiċjenti ta' dan il-ftehim, meta jiġu addottati, u r-riżultat tar-reviżjonijiet li jsiru minn żmien għall-żmien, u mhux aktar tard minn ħames snin wara li dawn ikunu ġew addottati jew evalwati.

Il-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta' ftehim bħal dan għandu jkun suġġett għal stħarriġ mill-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 9(4), (5) u (6) ta' dan ir-Regolament, skond il-proċeduri spjegati hemmhekk.

Artikolu 6

Informazzjoni tas-sigurtà li għandha tiġI mogħtija qabel id-dħul ġo port ta' Stat Membru.

1.  
Meta vapur li hu suġġett għall-miżuri speċjali sabiex tiżdied is-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni SOLAS u tal-Kodiċi ISPS jew ta' l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, juri l-intenzjoni sabiex jidħol ġo port ta' Stat Membru, l-awtorità kompetenti għas-sigurtà marittima ta' l-Istat Membru għandu jitlob li jkun provdut bl-informazzjoni kif stipulata fil-paragrafu 2.1 tar-regolament 9 (Vapuri li jridu jidħlu ġo port ta' Gvern kontraenti), tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni SOLAS. Din l-awtorità għandha tgħarbel, sa kemm hu possibbli, l-informazzjoni mogħtija u, fejn xieraq, tapplika l-proċeduri kif stipulati fil-paragrafu 2 tar-regolament SOLAS.
2.  

L-informazzjoni muriha fil-paragrafu 1 għandha tiġi mogħtija.

(a) 

mill-inqas 24 siegħa qabel; jew

(b) 

l-aktar tard, il-ħin li l-vapur ikun se jitlaq l-aħħar port, jekk il-ħin tal-vjaġġ ikun se jkun inqas minn 24 siegħa; jew

(ċ) 

jekk il-port of call ma jkunx known jew jekk ikun mibdul matul il-vjaġġ, hekk kif il-port of call ikun known.

3.  
Għandu jinsamm rapport tal-proċeduri li jkunu ġew użati in respect ta' kull vapur li hu suġġett ta' incident ta' sigurta, kif definit fil-paragrafu 1.13 tar-regolament 1 (definizzjonijiet) tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurta marittima tal-Konvenzjoni SOLAS.

Artikolu 7

Eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta' informazzjoni tas-sigurta qabel id-dħul ġo port

1.  

L-Istati Membri jistgħhu jażentaw is-servizzi skedati magħmula bejn portijiet li qegħdin fit-territorju tagħhom mir-regolament stabiliti f'Artiklu 6 billi il-kondizzjonijet li ġejjin għandhom jiġu mħarrsa:

(a) 

il-kumpanija li tħaddem is-servizzi skedati kif qegħda murrija fuq iżomm u updates lista tal-vapuri kkonċernati u jibgħatuha lill-awtorita kompetenti għas-sigurta marittima għall-port concerned,

(b) 

għal kull vjaġġ magħmul, l-informazzjoni preskritta fil-paragrafu 2.1 tar-regolament 9 tal-miżuri speċjali bex tiżdied is-sigurta marittima tal-Konvenzjoni SOLAS għandha tkun disponibbli għat-talba tal-awtorita kompetenti tas-sigurta marittima. Il-kumpanija għandha testabilixxa sistema interna biex tisgura, li fuq talba għal 24 siegħa kull jum u mingħajr dewmien, din l-informazzjoni tkun mibgħuta lill-awtorita kompetenti għas-sigurta marittima.

2.  
Meta sevizz skedat internazzjonali jiġi operat bejn tnejn jew aktar mill-Istati Membri, kull Stat Membru involut għandu jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jingħata eżenzjoni ta' dan is-servizz, in accordance mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
3.  
L-Istati Membri għandhom jiċċekjaw minn żmien għal żmien li dawn il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2 qed jiġu eżegwiti. Fejn mill-anqas waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ma jiġux esegwiti, L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-privileġġ ta'l-eżenzjoni mill-kumpanija kkonċernata.
4.  
L-Istati Membri għandhom jagħmlu lista ta' kumpaniji u vapuri li ngħataw l-eżenzjoni taħt dan l-Artiklu, u din il-lista għandha tiġ revista. Għandhom jikomunikaw il-listi u r-reviżjonijiet thereof lill-Kummisjoni u lil kull Stat Membru kkonċernat.
5.  
Minkejja id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 u 2, Stat Membru, jista' fuq security grounds u għal kull kas għalih, jitlob li d-dispożizzjonijiet ta' l-informazzjoni preskritta fil-paragrafu 2.1 tar-regolament 9 tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurta marittima tal-Konvenzjoni SOLAS qabel d-dħul ġol-port.

Artikolu 8

Spezzjonar ta' sigurta' fil-portijiet ta' L-Istati Membri

1.  
Verifika ta' ċertifikat, kif muri fil-paragrafu 1.1 tar-regolament 9 (Kontroll ta' vapuri fil-port) tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurta' marittima tal-Konvenzjoni SOLAS, għandu jkun mwettaq fil-port jew mill-awtorita kompetenti għas-sigurta marittima kif definit fl-Artikolu 2(7) ta' dan ir-Regolament jew minn spetturi kif definit f'Artiklu 2(5) tad-Direttiva 95/21/EC.
2.  
Fejn l-uffiċjal li qed imexxi il-verifika taċ-ċertifikat kif interpretata fil-paragrafu 1 ikollu bażi soda biex jemmen li vapur mhuwiex f'konforma mar-regolamenti tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurta' marittima tal-Konvenzjoni SOLAS u tal-Kodiċi ISPS, pero dan ma jamilx parti mill-awtorita li f'dak L-Istat Membru hi responsabbli għat-twettiq tal-miżuri provduta fil-paragrafu 1.2 u 1.3 ta' regolament 9 tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurta marittima tal-Konvenzjoni SOLAS, u/hi għandu/għandha jirreferi is-sitwazzjoni lis-said awtorita minnufih.

Artikolu 9

Implimentazzjoni u ċċekjar konformita'

1.  
L-Istati Membri għandhom iwettqu x-xogħol ta' amministrazzjoni u kontroll meħtieġ f'konforma għall-forniment tal-miżuri speċjali biex tiżdied is-sigurta marittima tal-Konvenzjoni SOLAS u tal-KodiċI ISPS. Huma għandhom jiżguraw li r-riżorsi neċċessarji kollha huma allokati u provduti b'mod effettiv għall-implimentazzjoni tal-forniment ta' dan ir-Regolament.
2.  
L-Istati Membri għandhom jagħtu punt fokali għas-sigurta marittima sal-1 ta' Lulju 2004.
3.  
Kull Stat Membru għandu jadotta programm nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
4.  
Sitt xhur wara id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri relevanti b'refrenza għall-Artiklu 3, il-Kommissjoni, b'kooperazzjoni mal-punt fokali b'referenza għall-paragrafu 2, għandu jibda serje ta' spezzjonijiet, li jinkludu spezzjonijiet ta' kampjun addatat tal-faċilitajiet tal-port u kumpaniji relevanti, biex l-Istati Membri josservaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jikkunsidraw d-data pprovduta mill-punt fokali b'referenza għall-paragrafu 2, li jinkludu osservar ta' rapporti. Il-proċeduri biex jiġu amministrati dawn l-ispezzjonijiet għandhom jiġu addottati f'konformita mal-proċeduri b'referenza għall-Artiklu 11(2).
5.  
L-uffiċjali mqabbda mill-Kummisjoni biex imexxu dawn l-ispezzjonijiet f'konformita ma' paragrafu 4 għandhom jeżerċitaw il-poteri tagħhom fuq turija ta' awtorizazzjoni bil-miktub maħruġa mill-Kommissjoni, n-natura tas-suġġett għandha tiġi speċifikata, l-intenzjoni ta l-ispezzjoni u d-data ta meta din se tibda. Il-Kommissjoni għandha fi żmien qabel l-ispezzjonijiet tinforma lill-Istati Membri konċernati b'dawn l-ispezzjonijiet.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu għal dawn l-ispezzjonijiet u għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet u n-nies kkonċernati għandhom wkoll jissottomettu għal dawn l-ispezzjonijiet.

6.  
Il-Kommissjoni għandha tikkomunika r-rapporti ta' l-ispezzjoni lill-Istati Membri kkonċernati, fejn ikunu ndikati biżżejjed dettalji tal-miżuri meħuda biex jirrimedjaw xi nuqqasijiet fi żmien tlett xhur tal-wasla tar-rapport. Ir-rapport u l-lista ta' miżuri meħuda għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat b'referenza għal Artiklu 11(1).

Artikolu 10

Integrazzjoni ta' emendi għal strumenti internazzjonali

1.  
L-istrumenti internazzjonali applikabli b'referenza għal Artiklu 2, li huma applika b'konforma ma Artiklu 3(1), għandhom ikunu dawk li daħlu bis-seħħ, ma' dan għndhom jinkludu l-emendi l-aktar reċenti, bl-eċċezjoni ta l-emendi eskluzi mill-iskop ta' dan ir-Regolament minħabba proċeduri ta' iċċekjar f'konformita' stabilita b'paragrafu 5.

▼M2

2.  
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-integrazzjoni ta' emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 rigward il-vapuri li joperaw servizzi lokali u l-portijiet li jagħtuhom is-servizzi, li għalihom japplika dan ir-Regolament, sakemm dawn jikkostitwixxu aġġornar tekniku tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni SOLAS u tal-Kodiċi ISPS. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4); għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(5). Il-proċedura għall-iċċekkjar tal-konformità stabbilita fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tapplika f'dawn il-każijiet.
3.  

Il-Kummissjoni tista' tadotta dispożizzjonijiet sabiex tiddefinixxi proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Kodiċi ISPS, mingħajr ma twessa’ l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).

Għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(5).

▼B

4.  
Għall-għan ta' dan ir-Regolament u b'ħarsa biex jitnaqqsu riskji ta' konflitti bejn il-legislazzjoni ta' Kommunita marittima u strumenti internazzjonali, l-Stati Membri u l-Kommissjoni għandhom jikooperaw, peres ta' laqgħat ta' koordinazzjoni u/jew mezzi oħra adattati, biex jiġi definit, kif xieraq, pożizzjoni komuni jew avviċinament fil-kompetenza tal-fora internazzjonali.
5.  
Proċedura biex tiġi ċċekjata l-konformita hhawnhekk stabbilita biex teskludi kull emendi għal strument internazzjonali mill-iskop tar-Regolament, ladarba, fuq basi ta' evalwazzjoni mill-Kommissjoni, ikun hemm iskju ċar li emenda bħal din tnaqqas il-livell ta' sigurta marittima jew tkun inkompatibli mall-legislazzjoni tal-Kommunita.

Il-proċedura biex tiġi ċċekjata l-konformita tista' tiġi wżata biss biex isiru emendi għal dar-Regolament fl-oqsma li jitrattaw espliċitament il-proċedura b'referenza għal Artiklu 11(2) u jeżerċitaw strettament fi struttura l-implimentazzjoni tal-awtorita konferiti fuq il-Kommissjoni.

6.  
Fiċ-ċirkustanza referuta fil-paragrafu 5, il-proċedura biex tiġi ċċekjata l-konformita tista' tiġI mibdija mill-Kummissjoni, li, fejn xieraq, għandha taġġixxi fuq talba ta' Stat Membru.

Wara l-adottar ta l-emenda lejn strument internazzjonali. il-Kummissjoni għandha tagħti, mingħajr dewmien, lill-Kumitat iffurmat f'Artiklu 11(1), proposti għall-miżuri bl-għan li jeskludu l-emendi inkwistjoni minn dar-Regolament.

Il-proċedura biex tiġi ċċekjata l-konformita, li tinkludi il-proċeduri strutturati f'Artiklu 5(6) tad-Deċizjoni 1999/468/EC, jekk applikabli, għandha tiġi kompluta mil-inqas xahar qabel l-iskadenza ta' żmien stabilit internazzjonalment għal qbil taċitu tal-emenda kkonċernata jew id-data prevista għad-dħul fis-seħħ ta' din l-emenda.

7.  
F'kas ta' riskju kif inhu riferut fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 5, L-Istati Membri, matul il-proċedura tal-iċċekjar tal-konformita, għandhom iżommu milli jieħdu inizjattiva li twassal biex tintegra l-emenda f'legiżlazzjoni nazzjonali jew li tapplika l-emenda lill-istrument internazzjonali kkonċernat.
8.  
Kull emendi relevanti għall-istrumenti internazzjonali li huma integrati fil-leġiżlazzjoni marittima tal-Komunità, bi qbil ma' paragrafi 5 u 6, għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal fini ta' informazzjoni.

▼M2

Artikolu 11

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2.  

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3.  

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 6(b) u (c) rispettivament tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu stabbiliti għal xahar.

4.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
5.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 12

Kunfidenzalità

Biex jiġi applikat dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha b'konforma mad-dispożizzjonijiet tad-Deċisjoni tal-Kummissjoni 2001/844/EC, ECSC, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 wara li r-Regoli interni tal-Proċedura ( 3 ) jiġu emendati, tieħu l-miżuri xierqa biex tħares b'kunfidenzalita l-informazzjoni li hi jkollha aċċess għalija jew li tkun ikomunikata lilha mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti.

Kull personàl li jkun qed jagħmel spezzjonijiet ta' sigurtà, jew jimmaniġja informazzjoni kunfidenzali relatata ma' dan ir-Regolament, għandu jkollu livell xieraq ta' stħarriġ ta' sigurtà mill-Istati Membri tan-nazzjonalita tal-personàl ikkonċernat.

Artikolu 13

Tixrid ta' Informazzjoni

1.  
Mingħajr ma' jsir ebda preġudizzju għad-dritt ta' aċċess ta' dokumenti kif inhuma mpoġġija fir-Regolament (EC) Nru. 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess mill-pubbliku għad-dokumenti ( 4 ) tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, ir-rapporti ta'ispezzjoni u t-tweġibiet tal-Istati Membri kif stipulati fl-Artikolu 4(3), 5(2), 5(4) u 9(6) għandhom ikunu sigrieti u ma jiġux ippublikati. Dawn għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u li għandhom jikkomunikawhom biss lill-persuni interessati fuq bażi li dawn ikunu jridu jkunu jafu, f'konforma mar-regoli nazzjonali applikabbli għat-tixrid ta' informazzjoni delikata.
2.  
L-Istati Membri għandhom, kemm hu possibli, f'konforma mal-liġi nazzjonali, jittrattaw b'kunfidenzalità, l-informazzjoni li tinqala' mir-rapporti ta' ispezzjoni u t-tweġibiet tal-Istati Membri meta jintqalu lil-Stati Membri oħra.
3.  
Sakemm m'huwiex ċar jekk ir-rapporti u t-tweġibiet tal-ispezzjoni huma jew mhumiex se jintwerew, L-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' L-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 14

Sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu ntrodotti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

This Regulation shall enter into force on the twentieth day li ġejjin that of its publication in the Official Journal of the l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2004, aparti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(2) u (3), u 9(4) li għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data speċifikati hawnhekk.

Dan ir-Regolament għandu jorbot kollu kemm hu fil-kumplessità tiegħu u jkun direttament applikabli għall-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I

EMENDI LILL-ANNESS TAL-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTA TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974 KIF EMENDATA

“KAPITLU XI-2   MIŻURI SPEĊJALI BIEX TIŻDIED IS-SIGURTA MARITTIMA

Regolament 1   Definizzjonijiet

1 Għall-fini ta' dan il-Kapitolu, ladarba mhux definit b'mod ieħor:

.1 

Trasportatur bl-ingrossa tfisser trasportatur bl-ingrossa kif definit fir-Regolament IX/1.6.

.2 

Tanker tal-kimiċi tfisser tanker tal-kimiċi kif definit fir-Regolament VII/8.2.

.3 

Trasportatur tal-gas tfisser trasportatur tal-gas kif definint fir-Regolament VII/11.2.

.4 

Vapur ta' veloċità għolja tfisser vapur kif definit fir-Regolament X/1.2.

.5 

Unità mobbli u offshore tat-titqib tfisser unità mobbli u offshore tat-titqib li titmexxa b'mod mekkaniku kif definit fir-Regolament IX/1, mhux fil-lokalità.

.6 

Tanker taż-żejt tfisser tanker taż-żejt kif definit fir-Regolament II-1/2.12..

.7 

Kumpanija tfisser kumpanija kif definit fir-Regolament IX/1.

.8 

L-interface ta' bejn il-vapur u l-port tfisser l-attività li sseħħ meta vapur ikun affettwat, direttament u immedjatament, mill-azzjonijiet li jkun fihom ċaqliq ta' personàl, merkanzija u l-forniment ta' servizzi mill-port lejn jew mill-vapur.

.9 

Il-port huwa lokalità, kif determinat mill-Gvern Kontraenti jew mill-Awtorità Maħtura, fejn iseħħ l-interface ta' bejn il-vapur u l-port. Dan jinkludi postijiet għall-ankoraġġ, rmiġġi u l-avviċinament minn naħa tal-baħar, kif inhu xieraq.

.10 

L-attività bejn vapur u ieħor tfisser kull attività li tinvolvi trasferiment ta' pesonàl jew merkanzija minn vapur għall-ieħor, imma li ma tinvolvix l-użu ta' xi port.

.11 

Awtorità Maħtura tfisser l-organizzazzjoni(jiet) jew l-amministrazzjoni(jiet) magħżula, minn ħdan il-Gvern Kontraenti, li jkollhom ir-responsabbilità li jiżguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà fil-portijiet u l-interface bejn il-vapur u l-port, minn naħa tal-port.

.12 

Il-Kodiċi Internazzjonali tas-Sigurtà fuq il-Vapuri u fil-Portijiet (ISPS) tfisser il KodiċI Internazzjonali tas-Sigurtà fuq il-Vapuri u fil-Portijiet li hi magħmula mill-Parti A (liema dispożizzjonijiet għandhom jiġu meqjusa bħala obbligatorji), u mill-Parti B (liema dispożizzjonijiet għandhom jiġu meqjusa bħala rakkomandabbli), kif adottata, fit-12 ta' Diċembru, 2002, mir-Riżoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Gvernijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà fuq il-Baħar, 1974, u kif tista' tkun mibdula mill-Organizzazzjoni, bil-kondizzjoni li:.

.1 

l-emendi għall-Parti A tal-KodiċI ikunu adottati, jidħlu fis-seħħ u jsiru effettivi skond l-Artikolu VIII tal-Konvenzjoni preżenti li titkellem dwar il-proċeduri li jridu jittieħdu meta jsir tibdil fl-Aness, ħlief fil-Kapitolu 1, u.

.2 

l-emendi għall-Parti B ikunu adottati mill-Kumitat tas-Sigurtà Marittima skond ir-Regoli tal-Proċeduri tiegħu.

.13 

Inċident kontra s-Sigurtà tfisser kull att suspettuż jew kull ċirkustanza li thedded is-sigurtà ta' vapur, inklużi unitajiet mobbli u offshore tat-titqib u vapuri ta' veloċità għolja, jew ta' port, ta' interface bejn port u vapur, kif ukoll kull attività bejn vapur u ieħor.

.14 

Il-livell ta' Sigurtà tfisser il-grad ta' riskju li dak l-inċident kontra s-sigurtà ikun ippruvat jew isir.

.15 

Id-dikjarazzjoni tas-sigurtà tfisser il-ftehim milħuq bejn vapur u port, jew inkella bejn vapur u ieħor, u li tispeċifika il-miżuri ta' sigurtà li jkunu se jittieħdu mill-partijiet.

.16 

Organizzazzjoni tas-sigurtà rikonoxxuta tfisser organizzazzjoni li hija kompetenti fis-suġġett tas-sigurtà, u li għandha tagħrif biżżejjed tal-operazzjonijiet tal-vapuri u tal-portijiet, u li hija awtorizzata li tagħmel evalzazzjoni, verifika, li tapprova jew li tiċċertifika, kif mitlub minn dan il-Kapitolu jew mill-Parti A tal-Kodiċi ISPS.

2 It-terminu ‘vapur’, meta użat fir-regolamenti 3 sa 13, jinkludi wkoll unitajiet mobbli u offshore tat-titqib, kif ukoll vapuri ta' veloċità għolja.

3 It-terminu ‘vapuri kollha’, meta użat f'dan il-kapitolu, tfisser kull vapur li għalih japplika dan il-kapitolu.

4 It-terminu ‘Gvern Kontraenti’, meta użat fir-regolamenti 3, 4, 7, 10, 11, 12, u 13, jinkludi riferenza għall-‘Awtorità Maħtura’.

Regulation 2   Application

1

Dan il-kapitlu japlika għall-:

.1 

it-tip ta' vapuri li ġejjin li jkunu mqabbda biex jaħdmu vjaġġi internazzjonali:.

.1.1. 

vapuri tal-passiġġieri, li jinkludu vapuri tal-passiġġieri ta' veloċità kbira;.

.1.2. 

vapuri tal-merkanzija, li jinkludu ►C1  vapuri ◄ ta' veloċità kbira, ta' 500 grossa tunellata jew aktar; u.

.1.3. 

unitajiet mobbli u offshore tat-titqib; u.

.2 

portijiet li jservu lil dawn il-vapuri li mqabbdin biex iħaddmu vjaġġ internazzjonali.

2

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1.2, il-Gvernijiet li jqabbdu l-Kuntratti għandhom jiddeċċiedu sa fejn se tlaħħaq l-applikazzjoni ta' dan il-kapitlu u tas-sezzjonijiet relevanti ta' parti A tal-Kodiċi ISPS għal dawk il-portijiet li qegħdin fit-territtorju tagħhom u li, jservu avolja huma wżati minn vapuri li mhumiex mqabbda għall-vjaġġi internazzjonali, ikunu meħtieġa li kultant iservu lill-vapuri li jaslu jew jitilqu għall-vjaġġ iinternazzjonali.

2.1

Il-Contracting Governments għandhom jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom, taħt paragrafu 2, fuq assesjar tas-sigurtà tal-portijiet mwettqa f'konformamad-dispożizzjonijiet ta' parti A tal-Kodiċi ISPS.

2.2

Kull deċiżjoni li l-Contracting Government jagħmel, taħt paagrafu 2, m'għandux jikomprometti l-livell ta' sigurtà maħsub biex jintlaħaq b'dan il-kapitlu jew b'parti A tal-Kodiċi ISPS.

3

Dan il-kapitlu m'għandux japlika għall-vapuri tal-gwerra, awżiljarji navali jew vapuri oħra li huma jew joperaw mill-Contracting Government u huma wżati biss mill-Gvern għal servizzi li mhumiex.

4

L-ebda ħaġa minn dan il-kapitlu m'għandu jippreġudika id-driiujiet u l-obbligazzjonijiet tal-Istati taħt il-liġi internazzjonali.

Regolament 3   Obbligazzjonijiet tal-Contracting Governments dwar is-sigurtà

1 L-amministazzjonijiet għandhom jiffissaw livelli ta' sigurtà u jiżguraw d-dispożizzjonijiet ta'informazzjoni tal-livell ta' sigurtà lill-vapuri li huma intitolati li jbaħħru bil-bandiera tagħhom. Meta jsiru bidliet fil-livell ta' sigurtà, l-informazzjoni tal-livell ta' sigurtà għandha tiġi aġġornata kif iddettata fiċ-ċirkustanzi.

2 Contracting Governments għandhom jiffissaw livelli ta' sigurtà u jiżguraw d-dispożizzjonijiet għal-informazzjoni tal-livell tas-sigurtà għal-portijiet li qegħdin fit-territorju tagħhom, u lill-vapuri qabel ma' jidħlu ġo port jew waqt li jkunu f'port li qiegħed fit-territorju tagħhom. Meta jsiru bidliet fil-livell ta' sigurtà, l-informazzjoni tal-livell ta' sigurtà għandha tiġI aġġornata kif iddettata fiċ-ċirkustanzi.

Regolament 4   Kondizzjonijiet Meħtieġa għall-Kumpaniji u vapuri

1 Il-kumpaniji għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet meħtieġa li huma relevanti f'dan il-kapitolu u f'parti A tal-Kodiċi ISPS, u jikkunsidraw l-għajnuna mgħotija f'parti B tal-Kodiċi ISPS.

2 Il-vapuri għandhom iħarrsu l-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan il-kapitolu u ta' parti A tal-Kodiċi ISPS, u jikkunsidraw l-għajnuna mgħotija f'parti B tal-Kodiċi ISPS, u din il-konfirmità għandha tkun ivverifikat u ċċertifikata kif inhu previst f'parti A tal-Kodiċi ISPS.

3 Qabel ma' vapur jidħol f'port, jew waqt li jkun f'port li jaqa' fit-territorju tal-Contracting Government, il-vapur għandu jħares ir-regolamenti għal-livell ta' sigurtà li jkunu ffissati mill-Contracting Government, jekk il-livell ta' sigurtà huwa iktar għoli mis-sigurtà ffissata mill-Amministrazzjoni ta' dak il-vapur.

4 Il-vapuri għandhom mingħajr dewmien eċċessiv jirreagixxu għal kull bidla biex ikun hemm sigurtà aktar għolja.

5 Meta vapur ma jkunx f'konforma mal-kondizzjonijiet meħtieġa ta' dan il-Kapitolu jew ta' parti A tal-Kodiċi ISPS, jew ma jistax ikun konformi mal-kondizzjonijiet meħtieġa għas-sigurtà ffissati mill-Amministrazzjoni jew minn Contracting Government li huma applikabbli għall-vapur, hemmhekk il-vapur għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jsir interface jew qabel ma' jidħol fil-port, skond liema jiġI l-ewwel.

Regolament 5   Responsabbilitajiet speċifiċi tal-Kumpaniji

Il-Kumpaniji għandha taċċerta ruħha li f'kull ħin, l-kap jkollu disponnibli abbord, informazzjoni li minnha l-uffiċjali awtorizzati mill-Contracting Government jistgħu jistabbilixxu.

.1 

min hu responsabbli biex jaħtar 'l membri tal-ekwipaġġ jew persuni oħra, li jaħdmu jew huma mqabbdin biex jaħdmu f'kull livellfuq il-vapur, għal-kummerċ ta' dak il-vapur;

.2 

min hu responsabbli biex jiddeċiedi l-impjegar tal-vapur; u.

.3 

f'każijiet fejn il-vapur jiġI mħaddem taħt kondizzjonijiet ta' grupp/i charter li huma l-gruppi ta' dawn il-grupp/i charter.

Regolament 6   Sistema ta' sigurtà għas-sejħa ta' allarm fuq il-vapur

1 Il-vapuri kollha għandhom jiġu pprovduti b'sistema ta' sigurtà għas-sejħa ta' allarm fuq il-vapur, kif imniżżel hawn taħt:.

.1 

vapuri mibnija fl-1 ta' Lulju 2004 jew wara;

.2 

vapuri tal-passiġġieri, li jinkludu vapuri tal-passiġġieri ta' veloċità għolja, mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2004, mhux aktar tard mill-ewwel stħarriġ tal-installazzjoni tar-radju wara 1 ta; Lulju 2004;

.3 

tankers taż-żejt, tankers tal-kimika, trasportaturi tal-gass, trasportaturi bl-ingrossa u vapur tal-merkanzija b'veloċità għolja, ta' 500 grossa tunnellata jew aktar mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2004, u mhux aktar tard mill-ewwel stħarriġ tal-installazzjoni tar-radju wara l-1 ta' Lulju 2004; u

.4 

vapuri tal-merkanzija oħra ta' 500 grossa tunnellata u aktar u unitajiet mobbli offshore ta' titqib mibnija qabel 1 ta' Lulju 2004, u mhux aktar tard mill-ewwel stħarriġ tal-installazzjoni tar-radio wara l-1 ta' Lulju 2006.

2. Is-sistema ta' sigurtà għas-sejħa ta' allarm fuq il-vapur, meta tkun attivata, għandha:

.1 

jagħti bidu u jitrażmetti sejħa ta' allarm bejn vapur u art lill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Amministrazzjoni, li f'dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jinkludu 'l Kumpanija, l-identifikazzjoni tal-vapur, il-lokazzjoni tiegħu u indikazzjoni jekk il-vapur ikunx mhedded jew jekk ikunx kompromess;

.2 

ma jintbatx is-sejħa ta' allarm lil ebda vapur ieħor;

.3 

ma jissejjaħx allarm abbord il-vapur; u.

.4 

jitkompla s-sejħa ta' allarm sakemm tiġi mneħħija l-kapaċità li tiffunzjona u/jew titpoġġa f'postha.

3 Is-sistema ta' sigurtà għas-sejħa ta' allarm fuq il-vapur għandha:.

.1 

tasal li tkun attivata minn pont ta' navigazzjoni u, mill-inqas, lokazzjoni oħra; u.

.2 

timxi mal-istandards ta' prestazzjoni li m'għandhomx ikunu inferjuri ma dawk addottati mill-Organizzazzjoni.

4 Il-postijiet fejn is-sistema għas-sejħa ta' allarm fuq il-vapur tiġi attivata għandhom ikunu magħmula biex ma jitħallewx l-inizjattiva involontarja tas-sejħa ta'allarm fuq il-vapur.

5 Il-ħtiġijiet neċessarji tas-sistema għas-sejħa ta' allarm fuq il-vapur għandhom ikunu f'konforma mal-użu tal-installazzjoni tar-radju magħmula f'konforma mal-ħtiġijiet neċċessarji ta' kapitolu IV, b'kondizzjoni li l-ħtiġijiet neċċessarji ta' dan ir-regolament jiġu mħarrsa.

6 Meta l-Amministrazzjoni tirċievi notifikazzjoni ta' sejħa għall-għajnuna minn vapur, l-Amministrazzjoni għandha tgħarraf immedjatament, lill-Istat/i li qegħdin fil-viċinanza ta' fejn qed jopera l-vapur.

7 Meta Contracting Government jirċievi notifikazzjoni ta' sejħa għall-għajnuna minn vapur li mhux intitollat li jtajjar il-bandiera tiegħu, il-Contracting Government għandu javża mal-ewwel lill-Amministrazzjoni relevanti u, jekk xieraq, lill-Istat/i li qegħdin fil-viċinanza ta/fejn qed jopera il-vapur.

Regulation 7   Theddid lill-vapuri

1 Contracting Governments għandhom jistabbilixxu sigurtà u jiżguraw d-dispożizzjoni tal-informazzjoni tas-sigurtà lill-vapuri li qed joperaw fl-ibħra tagħhom jew li jkunu ikommunikaw l-intenzjoni biex jidħlu fl-ibħra tagħhom.

2 Contracting Governments għandhom jiprovdu post fejn dawn il-vapuri jkunu jistgħu isaqsu għall-għajnuna jew assisstenza u fejn dawn il-vapuri jkunu jistgħu jirrappurtaw kull tħassib fuq is-sigurtà ta' vapuri oħra, fuq movimenti Iu komunikazzjoni.

3 Jekk kien identifikat riskju ta' attakk, il-Contracting Government kkonċernat għandu javża lill-vapuri kkonċernati u lill-Amministrazzjoni ta':

.1 

is-sigurtà li hemm dak il-ħin;.

.2 

kull miżura ta' sigurtà li għandha tiġi adottata mill-vapuri kkonċernati biex jipproteġġu lilhom infushom minn attakk, b'konforma mad-dispożizzjonijiet ta' parti A tal-KodiċI ISPS; u.

.3 

miżuri ta' sigurtà li l-Istat li jorganizza l-għassa tal-kosta jkun iddeċieda li jpoġġi fis-seħħ, fejn xieraq.

Regolament 8   Il-prudenza tal-kap għas-sigurtà tal-vapur

1 Il-kap m'għandux ikun mġiegħel mill-Kumpanija, mil-kerrej jew minn kull persuna oħra milli jieħu jew jeżegwixxi deċizzjoni li, fil-ġudizzju professjonali tal-kap, huwa neċessarju biex tinżamm is-sigurtà tal-vapur. Dan jinkludi ċaħda għall-aċċess lill-persuni (ħlief dawk identifikati li huma awtorizzati mill-Contracting Government) jew l-effetti personali tagħhom u ċaħda biex jagħbu l-merkanzija, li tinkludi kontejners u unitajiet tat-trasport ta' merkanzija magħluqa.

2 Jekk fil-ġudizzju personali tal-kap, jinqala' konflitt bejn il-ħtiġijiet neċessarji għas-sigurtà tal-vapur, waqt li dan qiegħed jopera, il-kap għandu jattwa il-ħtiġijiet neċessarji biex tinżamm is-sigurtà fuq il-vapur. F'dal-kas, il-kap jista' jimplimenta miżuri ta' sigurtà temporanji u għandu jinforma minnufih lill-Amministrazzjoni u jekk ikun il-bżonn lill-Contracting Government, il-port fejn il-vapur qiegħed jopera jew fejn hu maħsub li se jidħol. Kull miżura ta' sigurtà temporanja għandha, taħt dan ir-regolament, tkun tal-għola grad possibli u tkun proporzjonata mas-sigurtà li hi aċċetata. Meta dawn il-każijiet ikunu identifikati, l-Amministrazzjoni għandha tiżgura li dawn il-konflitti jiġu solvuti u li l-possibbilita li jerġghu jiġru tkun minimizzata.

Regolament 9   Miżuri ta' kontroll u konformità

1

kontroll fuq vapuri fil-port

1.1

Għall-fini ta' dan il-kapitolu, kull vapur li għalih japplika dan il-kapitolu, huwa suġġett ta' kontroll, meta dan ikun f'port ta' Contracting Government ieħor, minn uffiċjali li huma awtorizzati mill-Gvern u li jistgħu jkunu dawk li jkunu qed iwettqu il-funzjoni ta' regolament I/19. Dan il-kontroll għandu jkun limitat għall-verifikazzjoni li abbord ikun hemm Ċertifikat Internazzjonali għas-Sigurta' tal-Vapur li hu validu jew Interim International Ship Security Certificate maħruġ taħt id-dispożizzjonijiet ta' parti A tal-Kodiċi ISPS (Ċertifikat), li, jekk ikun validu għandu jkun aċċettat, kemm il-darba jkun hemm raġunijiet ċari li juru li l-vapur mhuwiex f'konforma mal-ħtiġijiet neċessarji ta' dan il-kapitolu jew ta' parti A tal-Kodiċi ISPS.

1.2

Kemm il-darba jkun hemm raġunijiet ċari, jew ma jiġix ipprezentat ċertifikat validu, l-uffiċjali awtorizzati mill-Contracting Government għandhom jimponu waħda jew aktar mill-miżuri ta' kontroll in relation to il-vapur kif muri fil-paragrafu 1.3. Kull miżura addottata għandha tkun proporzjonata, u għandha tingħata konsiderazzjoni il-gwida f'parti B tal-Kodiċi ISPS.

1.3

Dawn il-miżuri għall-kontroll huma li ġejjin: ispezzjonijiet fuq il-vapur, postponiment għall-vapur, detenzjoni tal-vapur, restrizzjonijiet fuq il-ħidma tal-vapur li jinkludi l-moviment fil-port, jew l-espulsjoni tal-vapur mill-port. Dawn il-miżuri ta' kontroll jistgħu ikunu addizzjonali jew b'mod alternattiv jinkludu miżuri oħra li jkunu inqas amministrattivi jew korrettivi.

2

Vapuri li huma maħsuba li se jidħlu fil-port ta' Contracting Government ieħor

2.1

Għall-għan ta' dan il-Kapitolu, il-Contracting Government jista' jkun jenħtieġ li l-vapuri li bi ħsiebhom jidħlu fil-portijiet tagħhom jipprovdu din l-informazzjoni li ġejja lill-uffiċjali tal-Gvern biex jiżguraw konformità ma' dan il-kapitolu qabel ma' jsir dħul fil-port bl-għan li jiġu evittati li jkunu imposti miżuri ta' kontroll u passi:.

.1 

li l-vapur għandu jkollu Ċertifikat validu u l-isem tal-awtorità li tkun ħarġitu;.

.2 

is-sigurtà li qed tiġ mħaddma mill-vapur;.

.3 

is-sigurtà li ġiet mħaddma mill-vapur f'portijiet oħra fejn ġie kondott l-interface ta' vapur/port f'limitu ta' żmien speċifikat fil-paragrafu 2.3;.

.4 

miżuri ta' sigurtà speċjali jew addizzjonali li kienu meħuda mill-vapur f'portijiet oħra fejn ġie kndott l-interface f'limitu ta' żmien speċifikat fil-paragrafu 2.3;.

.5 

li l-proċeduri ta' sigurtà jkunu miżmuma waqt l-attivita bejn vapuri f'limitu ta' żmien speċifikat fil-paragrafu 2.3; jew.

.6 

informazzjoni prattika oħra relatata mas-sigurtà (mhux dettalji tas-sigurtà tal-vapur) wara li tingħata konsiderazzjoni tal-gwida mgħotija f'parti B tal-Kodiċi ISPS.

Jekk mitluba mill-Contracting Government, il-vapur jew il-Kumpanija għandhom joffru konferma, li hi aċċettata mill-il-Contracting Government, tal-informazzjoni meħtieġa hawn fuq.

2.2

Kull vapur bl-intenzjoni li jidħol f'port ta' Contracting Government,u li għalih japplika dan il-kapitolu, għandu jipprovdi l-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2.1 fuq it-talba tal-uffiċjali awtorizzati mill-Gvern. Il-kaptan jista' jirrifjuta li jipprovdi din l-informazzjoni bil-konsegwenza li jekk jonqos li jagħmel hekk tista' twassal li l-vapur ma jitħalliex jidħol fil-port.

2.3

Il-vapur għandu jżomm reġistrazzjonijiet tal-informazzjoni kif imniżżla fil-paragrafu 2.1 għall-aħħar 10 sejħiet fil-port.

2.4

Jekk, wara l-irċevuta tal-informazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 2.1, l-uffiċjali awtorizzati mill-Contracting Government tal-port li fih il-vapur irrid jidħol, jkollhom raġuni ċari biex jaħsbu li l-vapur mhuwiex f'konformità mal-ħtiġijiet ta' dan il-kapitolu jew ta' parti A tal-Kodiċi ISPS, dawn l-uffiċjali għandhom jippruvaw jistabbilixxu komunikazzjoni ma' u bejn il-vapur u l-Amministrazzjoni biex ikunu jistgħu jirranġa din is-sitwazzjoni. Jekk din il-komunikazzjoni ma twassalx għal sitwazzjoni aħjar, jew jekk dawn l-uffiċjali għandhom raġuni soda biżżejjed biex jaslu li jgħidu li l-vapur mhuwiex f'konforma mal-ħtiġijiet ta' dan il-kapitolu jew ta' parti A tal-Kodiċi ISPS, dawn l-uffiċjali jistgħu jieħdu passi kontra dak il-vapur kif stabbilit fil-paragrafu 2.5. Kull pass li jittieħed għandu jkun proporzjonat, wara li tingħata konsiderazzjoni mill-għajnuna mogħtija f'parti B tal-Kodiċi ISPS.

2.5

Il-passi huma li ġejjin:.

.1 

ħtieġa li s-sitwazzjoni ta' non-compliance tiġI rranġata;.

.2 

ħtieġa li l-vapur jipproċedi għall-lokalità speċifikata li qegħda fit-territorju jew fl-ibħra tal-Gvern Kontraenti;.

.3 

spezzjonijiet tal-vapur, jekk il-vapur ikun qiegħed fl-ibħra territorjali tal-Gvern Kontraenti, u jkollu intenzjoni li jidħol f'port ta' l-istess Gvern; jew.

.4 

ċaħda għad-dħul fil-port.

Qabel ma' dawn il-miżuri jiġu fis-seħħ, il-vapur għandu jinforma lill-Gvern Kontraenti tal-intenzjonijiet tiegħu. Fuq din l-informazzjoni, il-kap jista' jirtira l-intenzjoni li jidħol fil-port. F'dawn il-każi, dan ir-regolament m'għandux jiġi applikat.

3.

Dispsozzjonijiet addizzjonali

3.1

Fil-kas li:.

.1 

jkun hemm imposizzjoni ta' provvedimenti, jekk din il-miżura tkun ta' livell amministrattiv jew korrettiv inqas kif stabbilit fil-paragrafu 1.3; jew.

.2 

tittieħed xi waħda mill-passi stabbiliti fil-paragrafu 2.5, l-uffiċjal awtorizzat mill-Gvern Kontraenti għandu jinforma, bil-miktub, lill-Amministrazzjoni, fejn jispeċifika il-provvedimenti li ġew imposti jew il-passi meħuda u għalfejn ittieħdu. Il-Gvern Kontraenti li jkun impona il-provedimenti jew il-passi stabbiliti, għandu jgħarraf lil-organizzazzjoni rikonoxxuta ta' sigurtà, li ħarġet iċ-Ċertifikat kontra l-vapur ikkonċernat u lill-Organizzazzjoni, kull darba li l-miżuri ta' sigurtà jkunu imposti jew il-passi meħuda.

3.2

Meta d-dħul fil-port jiġI miċħud jew il-vapur jiġI mitlub jitlaq mill-port, l-awtoritajiet tal-Istat fejn hemm il-port għandu jikkomunika il-fatti kif inhuma lill-awtoritajiet tal-Istat tal-port li jkun se jmur fih, kif xieraq, meta dan ikun magħruf, u kull Stat li għandu kosta, kif xieraq, wara li jkunu kkunsidrati gwidi li għandhom jiġu magħmula mill-Organizzazzjoni. Il-kunfidenzalità u s-sigurtà ta' din in-notifikazzjoni għandha tkun żgurata.

3.3

Ċaħda għad-dħul fil-port, skon paragrafi 2.4 u 2.5, jew it-tkeċċija mill-port, skond paragrafi 1.1 sa 1.3, għandhom ikunu imposti meta uffiċjali awtorizzati mill-Gvern Kontraenti jkollhom raġunijiet validi biex jaħsbu li l-vapur qed ipoġġi theddida lis-sigurtà u l-ħarsien tan-nies, jew ta' vapuri jew propjetà u m'hemmx mezzi oħra biex jitneħħa din it-theddia.

3.4

Il-provedimenti stabbiliti fil-paragrafu 1.3 u l-passi stabbiliti fil-paragrafu 2.5 għandhom ikunu imposti biss, skond dan ir-regolament, sakemm in-non compliance li ilaħħqu mal-provedimenti ikunu korretti għas-sudisfazzjon tal-Gvern Koerenti, wara li jkunu ikkunsidrati l-azzjonijiet proposti mill-vapur jew mill-Amministrazzjoni, jekk ikun hemm.

3.5

Meta Gvern Koerenti jeżerċita kontroll taħt paragrafu 1 jew jieħu passi taħt paragrafu 2:.

.1 

kull sforz possibli għandu jkun magħmul biex jiġi evitat li vapur ikollu jinżamm jew ikun ittardjat bla bżonn. Jekk vapur ikun miżmum jew ittardjat bla bżonn, għandu jkun intitolat għall-kumpens fuq it-telf jew danni li jkun soffra; jew.

.2 

aċċess neċċessarju fuq il-vapur m'għandux ma' jitħalliex għal emerġenza jew għal raġunijiet umanitarji u għas-sigurtà.

Regolament 10   Regolamenti għall-portijiet

1 Il-portijiet għandhom joqogħdu għall-ħtiġijiet relevanti ta' dan il-kapitolu u ta' parti A tal-Kodiċi ISPS, wara li jkun ġiet kkunsidrata l-gwida mogħtija f'parti B tal-Kodiċi ISPS.

2 Il-Gvernijiet Koerenti li għandhom port jew portijiet li qegħdin fit-territorju tagħhom, li jifhom jaqgħu dawn ir-regolamenti, għandhom jiżguraw li:.

.1 

assessjar tas-sigurtà tal-portijiet tkun magħmula, revista u approvata b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' parti A tal-Kodiċi ISPS.

.2 

il-pjan għas-sigurtà tal-port għandha tkun magħmula, revista u approvata b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-parti A tal-Kodiċi ISPS.

3 Il-Gvernijiet Koerenti għandhom jindikaw u jikkomunikaw il-miżuri meħtieġa li għandhom jiġu ndirizzati fil-pjan għas-sigurtà tal-port għall-livelli ta' sigurtà differenti, fosthom meta s-sottomissjoni ta' Dikjarazzjoni tas-Sigurtà tkun meħtieġa.

Regolament 11   Arranġamenti alternattivi ta' sigurtà

1 Il-Gvernijiet Koerenti għandhom, meta jimplimentaw dal-kapitolu u parti A tal-Kodiċi ISPS, jikkonkludu bil-miktub ftehim bilaterali jew multilaterali ma' Gvernijiet Kontraenti oħra fuq ftehim alternattiv ta' sigurtà għall vjaġġi internazzjonali qosra fuq rotot fissi bejn portijiet li qegħdin fit-territorji tagħhom.

2 Ftehim bħal dan m'għandux jikkomprometti is-sigurtà ta' vapuri oħra jew ta' portijiet li mhumiex koperti bil-ftehim.

3 L-ebda vapur li mhuwiex kopert b'dan il-ftehim m'għandu jagħmel attivitajiet bejn vapuri ma' vapuri li mhumiex koperti b'dan il-ftehim.

4 Dan il-ftehim għandu jkun revist minn żmien għall-żmien, wara li tkun ġiet ikkunsidrata l-esperjenza miġbura kif ukoll bidliet fiċ-ċirkustanzi partikolari jew it-theddid għas-sigurtà tal-vapuri, il-portijiet u r-rotot koperti bil-ftehim.

Regolament 12   Arranġamenti ekwivalenti ta' sigurtà

1 L-Amministrazzjoni għandha tħalli vapur jew gruppi ta' vapuri li huma intitolati li jtajjru l-bandiera tagħha biex jimplimentaw miżuri ekwivalenti ta' sigurtà lil dawk preskritti f'dan il-kapitolu jew f'parti A tal-Kodiċi ISPS, provided li dawn il-miżuri ta' sigurtà huma effettivi bħal dawk preskritti f'dan il-kapitolu jew f'parti A tal-Kodiċi ISPS. L-Amministrazzjoni li tħalli dawn il-miżuri ta' sigurtà għandha tikkomunika d-dettalji ta' dan lill-Organizzazzjoni.

2 Meta dan il-kapitolu u parti A tal-Kodiċi ISPS tiġI implimentata, il-Gvern Koerenti għandu jħalli l-port partikolari jew gruppi ta' portijiet li qegħdin fit-territorju tiegħu, barra minn dawk li qegħdin koperti bil-ftehim milħuq f'regolament 11, biex jimplimentaw il-miżuri ta' sigurtà ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dan il-kapitolu jew parti A tal-Kodiċi ISPS, bil-kondizzjoni li dawn il-miżuri ta' sigurtà huma at least effettivi kif stabbilit f'dan il-kapitolu jew parti A tal-Kodiċi ISPS. Il-Gvern Koerenti li jħalli jseħħu dawn il-miżuri ta' sigurtà, għandu jikkomunika d-dettalji ta' dan lill-Organizzazzjoni.

Regulation 13   Komunikazzjoni ta' informazzjoni

1

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004, iwasslu lill-Organizzazzjoni u jagħmlu disponibbli l-informazzjoni li jkunu jridu l-Kumpanniji u l-vapuri:

.1 

l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt ta' l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom li jkunu responsabbli għas-sigurtà tal-vapuri u tal-faċilitajiet tal-port;

.2 

il-postijiet fit-territorju tagħhom koperti mill-pjani approvati għas-sigurtà tal-faċilitajiet tal-port;

.3 

l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk li ġew innominati biex ikunu disponibbli l-ħin kollu biex jirċievu u jaġixxu fuq allarm ta' sigurtà bejn vapur u art, kif stabbilit fir-regolament 6.2.1;

.4 

l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk li jkunu ġew innominati biex joqgħodu disponibbli l-ħin kollu biex jirċievu u jaġixxu fuq kwalunkwe komunikazzjonijiet mill-Gvernijiet Kontraenti li jkunu qed jeżerċitaw il-miżuri ta' kontroll u ta' konformità, kif stabbilit fir-regolament 9.3.1; u,

.5 

l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk innominati biex ikunu disponibbli l-ħin kollu u jipprovdu pariri jew assistenza lill-vapuri u biex il-vapuri jirrapportaw lilhom kwalunkwe problemi ta' sigurtà; msemmija fir-regolament 7.2; u minn hemm 'il quddiem jaġġornaw informazzjoni ta' dan it-tip hekk kif iseħħu tibdiliet li jikkonċernawha. L-Organizzazzjoni għandha twassal dettalji bħal dawn lill-Gvernijiet Kontraenti għall-informazzjoni ta' l-uffiċjali tagħhom.

2

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004, jikkomunikaw lill-Organizzazzjoni l-ismijiet u d-dettalji għall-kuntatt ta' kwalunkwe organizzazzjonijiet għas-sigurtà awtorizzati li jkunu rikonoxxuti biex jaħdmu f'isimhom flimkien mad-dettalji tar-reponsabbilità speċifika u l-kondizzjonijiet ta' l-awtorità mogħtija lill-organizzazzjonijiet bħal dawn. Informazzjoni bħal din għandha tiġi aġġornata hekk kif iseħħ tibdil li jikkonċerna lilha. L-Organizzazzjoni għandha twassal dettalji bħal dawn lill-Gvernijiet Kontraenti oħra għall-informazzjoni ta' l-uffiċjali tagħhom.

3

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom, mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004 iwasslu lista lill-Organizzazzjoni li turi l-pjanijiet approvati għas-sigurtà tal-faċilità tal-port li jinstabu fit-territorju tagħhom flimkien mal-post jew il-postijiet koperti minn kull pjan approvat għas-sigurtà tal-faċilità tal-port u d-data ta' l-approvazzjoni tiegħu u minn hemm ‘il quddiem għandhom jikkomunikaw ukoll meta jseħħ it-tibdil li ġej’:

.1 

tibdiliet fil-post jew postijiet koperti minn pjan approvat għas-sigurtà tal-faċilità tal-port ser jibdew jew diġà bdew. F'każi bħal dawn l-informazzjoni li għandha tiġi mwassla għandha tindika t-tibdil fil-post jew postijiet koperti mill-pjan u d-data ta' meta tibdiliet bħal dawn ikunu ser jibdew jew ġew fis-seħħ;

.2 

pjan approvat għas-sigurtà tal-faċilità tal-port, li kien inkluż fil-lista mogħtija lill-Organizzazzjoni minn qabel, għandu jiġi irtirat jew ġie irtirat. F'każi bħal dawn, l-informazzjoni li għandha titwassal għandha turi d-data li fiha l-irtirar għandu jibda jgħodd jew seħħ. F'dawn il-każi, it-twassil ta' l-informazzjoni għandu jsir lill-Organizzazzjoni l-aktar malajr li hu prattikament possibli; u.

.3 

żidiet għandhom jintgħamlu lill-lista tal-pjanijiet approvati għas-sigurtà tal-faċilità tal-port. F'każi bħal dawn, l-informazzjoni li għandha titwassal għandha turi l-post jew postijiet koperti mill-pjan u d-data ta' l-approvazzjoni.

4

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom, f'perjodi ta' ħames snin wara l-1 ta' Lulju 2004, jibgħatu lill-Organizzazzjoni lista riveduta u aġġornata li turi l-pjani kollha approvati għas-sigurtà tal-faċilitajiet tal-port li jinstabu fit-territorju tagħhom flimkien mall-post jew postijiet koperti minn kull pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port u d-data ta' l-approvazzjoni tagħhom (u d-data ta' l-approvazzjoni ta' xi emendi tagħhom) li għandha tieħu post informazzjoni kollha mogħtija lill-Organizzazzjoni, wara l-paragrafu 3, waqt -il ħames snin ta' qabel.

5

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom iwasslu l-informazzjoni li jkun intlaħaq ftehim skond ir-regolament 11 lill-Organizzazzjoni. L-informazzjoni li tiġi mwassla għandha tinkludi:

.1 

l-ismijiet tal-Gvernijiet Kontraenti li jkunu laħqu l-ftehim;

.2 

il-faċilitajiet tal-port u r-rotti fissi koperti mill-ftehim;

.3 

iż-żmien stabbilit għar-reviżjoni tal-ftehim;

.4 

id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim; u.

.5 

l-informazzjoni fuq il-konsultazzjonijiet kollha li jkunu saru ma' Gvernijiet Kontraenti oħra;

u minn hemm 'il quddiem għandhom iwasslu, l-aktar malajr li hu prattikament possibli, l-informazzjoni ta' meta l-ftehim ġie emendat jew spiċċa lill-Organizzazzjoni.

6

Kwalunkwe Gvern Kontraenti li jippermetti, taħt id-dispożizzjonijiet tar-regolament 12, kwalunkwe arranġamenti ekwivalenti għas-sigurtà b'rispett lejn vapur intitolat li jtajjar il-bandiera tiegħu jew b'rispett lejn faċilità tal-port li tinstab fit-territorju tiegħu, għandu jwassal lill-Organizzazzjoni il-partikolarijiet ta' dan.

7

L-Organizzazzjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni l-informazzjoni mwassla skond il-paragrafu 3 lill-Gvernijiet Kontraenti l-oħra meta tiġi mitluba tagħmel dan.”




L-ANNESS II

“KODIĊI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ TAL-VAPURI U TAL-FAĊILITAJIET TAL-PORT

PREAMBOLU

1. Il-Konferenza Diplomatika dwar is-Sigurtà Marittima li nżammet f'Londra f'Diċembru 2002 adottat disposizzonijiet ġodda fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 u f'dan il-Kodiċi biex issaħħaħ is-sigurtà marittima. Dawn il-ħtiġiet ġodda jiffurmaw il-qafas internazzjonali li bih vapuri u faċilitajiet tal-port jistgħu jikkooperaw biex jintebħu u jwarrbu l-azzjonijiet li jheddu s-sigurtà fis-settur tat-trasport marittimu.

2. Wara l-ġrajjiet traġiċi tal-11 ta' Settembru 2001, it-tnejn u għoxrin sessjoni ta' l-Assemblea ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (‘l-Organizzazzjoni’), f'Novembru 2001, unanimament qablet fuq l-iżviluppar ta' miżuri ġodda li jikkonċernaw is-sigurtà tal-vapuri u tal-faċilitajiet tal-port għall-addozzjoni permezz ta' Konferenza tal-Gvernijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Saħħa fuq il-Baħar, 1974 (magħrufa bħala l-Konferenza Diplomatika dwar is-Sigurtà Marittima) f'Diċembru 2002. Il-Preparamenti għall-Konferenza Diplomatika kienu fdati f'idejn il-Kumitat tas-Sigurtà Marittima (MSC) ta' l-Organizzazzjoni fuq bażi ta' sottomessjonijiet magħmula mill-Istati Membri, organizzazzjonijet intergovernattivi u organizzazzjonijiet mhux governattivi fi stat konsultattiv ma' l-Organizzazzjoni.

3. L-MSC, waqt l-ewwel sessjoni straordinarja tiegħu, li saret ukoll f'Novembru 2001, biex jitħaffef l-iżviluppar u l-adozzjoni tal-miżuri xierqa tas-sigurtà, stabbilixxa l-Grupp ta' Ħidma Intersessjonali fuq is-Sigurtà Marittima ta' l-MSC. L-ewwel laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma Intersessjonali fuq is-Sigurtà Marittima ta' l-MSC saret f'Mejju 2002, u r-riżultat tad-diskussjonijiet tagħha kien irrapportat, u ikkonsidrat mill-ħamsa u sebgħin sessjoni ta' l-MSC f'Mejju 2002, meta l-Grupp ta' Ħidma ad hoc ġie stabbilit biex jiżviluppa aktar il-proposti magħmula. Il-ħamsa u sebgħin sessjoni ta' l-MSC ikkonsidrat ir-rapport ta' dak il-Grupp ta' Ħidma u irrakkommandat li x-xogħol għandu jiġi mgħoddi lill-Grupp ieħor ta' Ħidma Intersessjonali ta' l-MSC, li sar f'Settembru 2002. Is-sitta u sebgħin sessjoni tal-MSC ikkonsidrat ir-riżultat tas-sessjoni ta' Settembru 2002 tal-Grupp ta' Ħidma Intersessjonali ta' l-MSC u x-xogħol miżjud mill-Grupp ta' Ħidma ta' l-MSC li sar flimkien mas-sitta u sebgħin sessjoni tal-Kumitat ta' Diċembru 2002, eżatt qabel il-Konferenza Diplomatika, u waslet għall-ftehim fuq il-verżjoni finali tat-testi proposti li għandhom jiġu ikkonsidrati mill-Konferenza Diplomatika.

4. Il-Konferenza Diplomatika (mid-9 sat-13 ta' Diċembru 2002) adottat ukoll emendi għad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74) waqt li aċċellerat l-implimentazzjoni tal-ħtieġa biex tiġi taqbel mas-Sistemi Awtomatiċi ta' Identifikazzjoni u adottat regolamenti ġodda fil-kapitolu XI-1 tas-SOLAS 74 li jkopru l-immarkar tan-Numru ta' l-Identifikazzjoni tal-Vapur u l-karreġjata ta' Reġistrazzjoni Sinossi Kontinwa. Il-Konferenza Diplomatika adottat ukoll numru ta' risoluzzjonijiet tal-Konferenza, inkużi dawk li jkopru l-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta' dan il-Kodiċi, il-kooperazzjoni teknika, u x-xogħol ta' kooperazzjoni ma' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-Organizzazzjoni Dinija tad-Dwana. Ġie rikonoxxut li tista' tkun meħtieġa li ssir reviżjoni u emendar ta' x'uħud mid-dispożizzjonijiet -il ġodda li jikkonċernaw is-sigurtà marittima wara li jkun tlesta x-xogħol taż-żewġ Organizzazzjonijiet.

5. Id-dispożizzjonijiet tal-kapitolu XI-2 tas-SOLAS 74 u ta' dan il-Kodiċi japplikaw għall-vapuri u għall-faċilitajiet tal-port. L-estensjoni tas-SOLAS 74 biex tkopri l-faċilitajiet tal-port ġiet miftehma fuq bażi li SOLAS 74 offriet l-aktar mezzi veloċi biex jiġu assigurati l-miżuri meħtieġa għas-sigurtà li jkunu mdaħħla fis-seħħ u l-effett minnufiħ tagħhom. Madankollu, intlaħaq qbil ukoll li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-faċilitajiet tal-port għandhom jgħoddu biss b'mod konġunt għall-vapur u l-port. Il-kwistjoni aktar vasta dwar is-sigurtà ta' l-inħawi ta' madwar il-port se tkun is-suġġet ta' aktar xogħol konġunt bejn l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Intlaħaq qbil ukoll li d-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw ukoll għar-reazzjoni proprja għall-attakki jew għal xi attivitajiet neċessarji ta' tindif wara li jkun seħħ attakk bħal dan.

6. Meta sar l-abbozz tad-dispożizzjoni, ingħatat attenzjoni biex tkun aċċertata l-kompatibilità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, 1978, kif emendata, il-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Immaniġġjar tas-Sigurtà (IIS) u s-sistema armonizzata ta' l-istħarriġ u ċ-ċertifikazzjoni.

7. Id-dispożizzjonijiet jirrappreżentaw tibdil sinifikanti fl-approċċ ta' l-industriji marittimi internazzjonali rigward il-kwistjoni ta' sigurtà fis-settur tat-trasport marittimu. Huwa rikonoxxut li dawn jistgħu jqiegħdu aktar piż fuq ċerti Gvernijiet Kontraenti. L-importanza tal-kooperazzjoni teknika biex tgħin lill-Gvernijiet Kontraenti jimplimentaw id-dispożizzjonijiet hija bil-wisq rikonoxxuta.

8. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għandha tinħtieġ kooperazzjoni u ftehim effettiv kontinwu bejn dawk kollha involuti, jew li jużaw, il-vapuri u l-faċilitajiet tal-port, inklużi l-persunal tal-vapur, il-persunal tal-port, il-passiġġieri, l-interessi tal-merkanzija, l-amministrazzjonijiet tal-port u tal-vapur u dawk fl-Awtoritajiet Lokali u Nazzjonali b'responsabbilitajiet ta' sigurtà. Il-prattiċi u l-proċeduri eżistenti għandhom jiġu riveduti u mibdula jekk ma jkunux jipprovdu livell aċċettabli ta' sigurtà. Fl-interessi ta' sigurtà marittima aktar effettiva, l-industriji tal-port u tal-ġarr permezz tal-baħar kif ukoll l-Awtoritajiet Nazzjonali u Lokali għandhom iġorru aktar responsabbilitajiet.

9. Il-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi għandhom jiġu ikkonsidrati waqt l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' sigurtà stabbiliti fil-kapitolu XI-2 tas-SOLAS 74 u fil-parti A tal-Kodiċi. Madankollu, huwa rikonoxxut li l-grad ta' l-applikazzjoni tal-linji ta' gwida jista' jiddependi fuq in-natura tal-faċilità tal-port u tal-vapur, il-kummerċ partikolari u/jew il-merkanzija tiegħu.

10. L-ebda aspett minn dan il-Kodiċi m'għandu jiġi interpretat jew applikat b'mod li jkun inkonsistenti mar-rispett proprju lejn id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet kif stabbiliti fl-istrumenti internazzjonali, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mal-ħaddiema marittimi jew mar-refuġjati, inkluż id-Dikjarazzjoni ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fuq il-Prinċipji Fundamentali u fuq id-Drittijiet għall-Post tax-Xogħol kif ukoll l-istandards internazzjonali li jikkonċernaw il-ħaddiema marittimi u tal-port.

11. Jirrikonoxxu li l-Konvenzjoni għall-Iffaċilitar tat-Traffiku Marittimu, 1965, kif emendata, tipprovdi biex il-membri barranin ta' l-ekwipaġġ jingħataw il-permess mill-awtoritajiet pubbliċi biex jinżlu fuq l-art, bil-kondizzjoni li l-formalitajiet tal-wasla tal-vapur ikunu ntlaħqu u l-awtoritajiet pubbliċi ma jkollhomx għalfejn jiċħdu l-permess għall-inżul minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika, sigurtà pubblika jew ordni pubblika, il-Gvernijiet Kontraenti, meta japprovaw il-pjani għas-sigurtà tal-vapuri u tal-faċilitajiet tal-port, għandhom ikunu konxji mill-fatt li l-persunal tal-vapur jaħdmu u jgħixu fuq il-vapur u jkollhom bżonn żmien mingħajr xogħol fuq l-art u aċċess għall-faċilitajiet ta' kura u saħħa ibbażati fuq l-art, inkluż il-kura medika.

PARTI A

ĦTIĠIET OBBLIGATORJI RIGWARD ID-DISPOSIZZJONIJIET TAL-KAPITOLU XI-2 TA' L-ANNESS GĦALL-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-ĦAJJA FUQ IL-BAĦAR, 1974, KIF EMENDATA

1   ĠENERALI

1.1   Introduzzjoni

Din il-parti tal-Kodiċi Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Vapuri u tal-Faċilitajiet tal-Port tinkludi dispożizzjonijiet obbligatorji li jissemmew fil-kapitolu XI-2 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar,1974, kif emendati.

1.2   Għanijiet

L-għanijiet ta' dan il-Kodiċi huma:.

.1 

li jistabbilixxu bażi internazzjonali li tinvolvi l-kooperazzjoni bejn il-Gvernijiet Kontraenti, l-aġenziji Governattivi, l-amministrazzjonijiet lokali u l-industriji tal-port u tal-ġarr permezz tal-baħar sabiex isiru magħrufa t-theddid għas-sigurtà u biex jittieħdu l-miżuri preventivi kontra l-inċidenti tas-sigurtà li jolqtu l-vapuri u l-faċilitajiet tal-port li jintużaw fil-kummerċ internazzjonali;

.2 

li jistabbilixxu r-rwoli u r-responsabbilitajiet rispettivi tal-Gvernijiet Kontraenti, ta' l-aġenziji Governattivi, ta' l-amministrazzjonijiet lokali u ta' l-industriji tal-port u tal-ġarr permezz tal-baħar, fuq il-livell nazzjonali u internazzjonali, għall-assigurazzjoni tas-sigurtà marittima;

.3 

li jassiguraw il-ġbir kmieni u effiċjenti u l-iskambjar ta' l-informazzjoni li tkun relatata mas-sigurtà;

.4 

li jipprovdu metodoloġija għall-istimi tas-sigurtà li twassal biex ikun hemm pjani u proċeduri lesti li jintużaw f'każ ta' tibdil fil-livelli tas-sigurtà; u.

.5 

li jassiguraw fiduċja li miżuri għas-sigurtà marittima, adattati u proporzjonati, ikunu fis-seħħ

1.3   Ħtiġiet funzjonali

Sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu, dan il-Kodiċi jinkorpora numru ta' ħtiġiet funzjonali. Dawn jinkludu, imma m'humiex limitati għall-:.

.1 

ġbir u l-ispezzjonar ta' informazzjoni rigward it-theddid għas-sigurtà u l-iskambjar ta' din l-informazzjoni mal-Gvernijiet Kontraenti xierqa;

.2 

ħtieġa għall-manutenzjoni tal-protokolli tal-komunikazzjoni għall-vapuri u għall-faċilitajiet tal-port;

.3 

prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat fuq vapuri, faċilitajiet tal-port u ż-żoni restritti tagħhom;

.4 

prevenzjoni milli jiġu introdotti armi mhux awtorizzati, tagħmir li jqabbad in-nar jew splussivi fuq vapuri jew fil-faċilitajiet tal-port;

.5 

provvediment ta' mezzi biex tingħata l-allarm f'każ ta' theddid għas-sigurtà jew inċidenti tas-sigurtà;

.6 

ħtieġa ta' pjanijiet għas-sigurtà tal-vapuri u tal-faċilitajiet tal-port li jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet tas-sigurtajiet.

.7 

ħtieġa ta' taħriġ, drills u eżerċizzji biex tiġi aċċertata l-familjarità mal-pjanijiet u mal-proċeduri għas-sigurtà

2   DEFINIZZJONIJIET

2.1 Għall-iskop ta' din il-parti, kemm-il darba ma jkunx speċifikament ipprovdut mod ieħor:.

.1 

Konvenzjoni tfisser Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974, kif emendata.

.2 

Regolament ifisser regolament tal-Konvenzjoni.

.3 

Kapitolu jfisser Kapitolu tal-Konvenzjoni.

.4 

Pjan għas-sigurtà tal-vapur tfisser pjan żviluppat biex jassigura l-applikazzjoni tal-miżuri fuq il-vapur li jkunu mfassla biex jipproteġu l-persuni abbord, il-merkanzija, l-unitajiet għat-trasport tal-merkanzija, l-imħażen tal-vapur jew il-vapur mir-riskji ta' inċident tas-sigurtà

.5 

Pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port tfisser pjan żviluppat biex tkun aċċertata l-applikazzjoni ta' miżuri maħsuba biex jipproteġu l-faċilità tal-port u l-vapuri, in-nies, il-merkanzija, l-unitajiet għat-trasport tal-merkanzija u l-imħażen tal-vapur li jinstabu fil-faċilità tal-port mir-riskji ta' inċident tas-sigurtà

.6 

Uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur tfisser il-persuna fuq il-vapur, li tkun trid tagħti kont lill-imgħallem u li tkun inkarigata mill-Kumpannija biex tieħu ħsieb is-sigurtà tal-vapur, inklużi l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur, u l-koordinazzjoni ma' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija u l-uffiċjali għas-sigurtà tal-faċilità tal-port.

.7 

Uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija tfisser il-persuna nominata mill-Kumpannija biex tassigura li titwettaq valutazzjoni fuq is-sigurtà tal-vapur; li jiġi żviluppat pjan għas-sigurtà tal-vapur, u li dan jiġi sottomess għall-approvazzjoni, u wara jiġi implimentat u miżmum tajjeb, u għall-koordinazzjoni ma' l-uffiċjali għas-sigurtà tal-faċilità tal-port u ma' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur.

.8 

Uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port tfisser il-persuna nominata biex tkun responsabbli mill-iżvilupp, l-implimentazzjoni, ir-reviżjoni u l-manutenzjoni tal-pjan għas-sigurtà tal-faċilita tal-port u għall-koordinazzjoni ma' l-uffiċjali għas-sigurtà tal-vapur u ma' l-uffiċjali għas-sigurtà tal-kumpannija.

.9 

Il-Livell ta' Sigurtà 1 tfisser il-livell li fuqu l-miżuri minimi ta' protezzjoni li jkunu xierqa għas-sigurtà għandhom dejjem jiġu miżmuma.

.10 

Il-Livell ta' Sigurtà 2 tfisser il-livell li fuqu miżuri protettivi addizzjonali li jkunu xierqa għas-sigurtà għandhom ikunu miżmuma tajjeb għall-perjodu ta' żmien minħabba r-riskju akbar ta' xi inċident tas-sigurtà

.11 

Il-Livell ta' Sigurtà 3 tfisser il-livell li fuqu aktar miżuri protettivi speċifiċi għas-sigurtà għandhom jiġu miżmuma tajjeb għall-perjodu ta' żmien limitat meta jkun probabbli jew imminenti li ser iseħħ xi inċident tas-sigurtà, għalkemm jista' ma jkunx possibli li jiġi identifikat l-għan speċifiku.

2.2 It-terminu ‘vapur’, meta użat f'dan il-Kodiċi, jinkludi unitajiet mobbli li jħaffru u li jinstabu barra mix-xatt u ►C1  vapur ◄ ta' veloċità kbira kif definit fir-regolament XI-2/1.

2.3 It-terminu ‘Gvern Kontraenti’ b'konnessjoni ma' kwalunkwe referenza għall-faċilità tal-port, meta użat fit-taqsimiet minn 14 sa 18, jinkludi referenza għall-Awtorità Nominata.

2.4 Termini li m'humiex definiti b'mod ieħor f'din il-parti għandu jkollhom l-istess tifsira bħat-tifsira mogħtija lilhom fil-kapitoli I u XI-2.

3   APPLIKAZZJONI

3.1

Dan il-Kodiċi japplika għal:

.1 

tipi ta' vapuri li ġejjin li huma mqabbda biex jaħdmu fuq vjaġġi internazzjonali:

.1 

vapuri tal-passiġġieri, inklużi ►C1  l-vapuri ◄ tal-passiġġieri li jaħdmu b'veloċità kbira;

.2 

vapuri tal-merkanzija, inklużi ►C1  l-vapuri ◄ ta' veloċità kbira, ta' 500 grossa ta' tunnellaġġ u aktar; u.

.3 

unitajiet mobbli li jħaffru u li jinstabu barra mix-xatt; u.

.2 

faċilitajiet tal-port li jaqdu dawk il-vapuri li jkunu mqabbda biex jaħdmu fuq vjaġġi internazzjonali.

3.2

Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-taqsima 3.1.2, il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jiddeċiedu sa fejn għandha tapplika din il-Parti tal-Kodiċi għall-dawk il-faċilitajiet tal-port fit-territorju tagħhom li, għalkemm ikunu użati l-aktar minn vapuri li ma jkunux imqabbda biex jaħdmu fuq vjaġġi internazzjonali, ikunu meħtieġa, xi kultant, biex jaqdu vapuri li jaslu jew ikunu ser jitilqu fuq vjaġġ internazzjonali.

3.2.1

1 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom, skond it-taqsima 3.2, fuq il-valutazzjoni ta' sigurtà għall-faċilità tal-port magħmula skond din il-Parti tal-Kodiċi.

3.2.2

Kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed minn Gvern Kontraenti, skond is-taqsima 3.2, m'għandhiex tikkomprometti l-livell tas-sigurtà li jkun meħtieġ minn dan il-kapitolu XI-2 jew minn din il-Parti tal-Kodiċi.

3.3

Dan il-Kodiċi ma japplikax għall-vapuri tal-gwerra, vapuri li jissuplimentaw jew vapuri oħrajn li jkunu proprjetà jew jiġu mħaddma minn Gvern Kontraenti u li jkunu użati biss għas-servizz mhux kummerċjali tal-Gvern.

3.4

It-taqsimiet minn 5 sa 13 ta' din il-parti japplikaw għall-Kumpanniji u għall-vapuri speċifikati fir-regolament XI-2/4.

3.5

It-taqsimiet 5 u minn 14 sa 18 ta' din il-parti japplikaw għall-faċilitajiet tal-port speċifikati fir-regolament XI-2/10.

3.6

Xejn minn dan il-Kodiċi m'għandu jolqot id-drittijiet jew l-obbligi ta' l-Istati skond il-liġi internazzjonali.

4   IR-RESPONSABBILITAJIET TAL-GVERNIJIET KONTRAENTI

4.1 Skond id-dispożizzjonijiet tar-regolament XI-2/3 u XI-2/7, il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu livelli ta' sigurtà u jipprovdu linji ta' gwida għall-protezzjoni minn inċidenti tas-sigurtà. Livelli aktar għolja tas-sigurtà jindikaw probabbiltà akbar ta' inċident tas-sigurtà. Fatturi li għandhom jiġu ikkonsidrati meta jiġi stabbilit il-livell xieraq tas-sigurtà jinkludu:.

.1 

il-grad ta' kemm l-informazzjoni ta' theddid tkun kredibbli;

.2 

il-grad ta' kemm l-informazzjoni ta' theddid tkun issostanzjata;

.3 

il-grad ta' kemm l-informazzjoni ta' theddid tkun speċifika jew imminenti; u.

.4 

il-potenzal tal-konsegwenzi ta' inċident ta' sigurtà bħal dan.

4.2 Il-Gvernijiet Kontraenti, meta jistabbilixxu il-livell tas-sigurtà 3, għandhom joħorġu, skond kif ikun neċessarju, istruzzjonijiet xierqa u għandhom jipprovdu informazzjoni relatata mas-sigurtà lill-vapuri u lill-faċilitajiet tal-port li jistgħu ikunu milquta.

4.3 Il-Gvernijiet Kontraenti jistgħu jgħaddu ċerti doveri tagħhom li jkunu relatati mas-sigurtà lill-organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta skond il-kapitolu XI-2 u din il-Parti tal-Kodiċi bl-eċċezzjoni ta':

.1 

it-twaqqif tal-livell tas-sigurtà applikabbli;

.2 

l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità tal-port u l-emendi li jinħolqu bħala riżultat ta' l-approvazzjoni tal-valutazzjoni;

.3 

l-għażla tal-faċilitajiet tal-port li jkunu meħtieġa jinnominaw uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.4 

l-approvazzjoni ta' pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port u l-emendi li jinħolqu bħala riżultat ta' l-approvazzjoni tal-pjan;

.5 

it-tħaddim ta' miżuri ta' kontroll u ta' konformità skond ir-regolament XI-2/9; u.

.6 

l-istabbiliment tal-ħtiġiet għad-Dikjarazzjoni tas-Sigurtà

4.4 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom, sa fejn huma jikkonsidraw bħala xieraq, jeżaminaw l-effettività tal-pjanijiet għas-sigurtà tal-vapur jew tal-pjanijiet għas-sigurtà tal-faċilità tal-port, jew ta' l-emendi ta' pjanijiet bħal dawn, li huma jkunu approvaw, jew, fil-każ tal-vapuri, tal-pjanijiet li jkunu ġew approvati f'isimhom.

5.   DIKJARAZZJONI TAS-SIGURTÀ

5.1 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jiddeċiedu meta Dikjarazzjoni tas-Sigurtà tkun meħtieġa billi jevalwaw ir-riskju li jinħoloq mill-kollaborazzjoni ta' xogħol bejn vapur u port jew mill-attività bejn vapur u vapur għall-persuni, il-proprjetà jew l-ambjent.

5.2 Vapur jista' jitlob it-twettiq ta' Dikjarazzjoni tas-Sigurtà meta:.

.1 

il-vapur ikun qed jaħdem b'livell ta' sigurtà aktar għoli mill-faċilità tal-port jew minn vapur ieħor li jkun qed jaħdem miegħu;

.2 

jkun hemm ftehim għad-Dikjarazzjoni tas-Sigurtà bejn il-Gvernijiet Kontraenti li jkopru ċertu vjaġġi internazzjonali jew vapuri speċifiċi fuq dawn il-vjaġġi;

.3 

tkun saret theddida għas-sigurtà jew ikun seħħ inċident tas-sigurtà li jinvolvi l-vapur jew il-faċilità tal-port, skond kif ikun applikabbli;

.4 

il-vapur ikun qiegħed f'port li ma jkunx meħtieġ li jkollu pjan jew li jiġi implimentat pjan approvat għas-sigurtà tal-faċilità tal-port; jew.

.5 

il-vapur ikun qed iwettaq attivitajiet minn vapur għall-ieħor ma' vapur ieħor li ma jkunx meħtieġ li jkollu pjan jew li jiġi implimentat pjan approvat għas-sigurtà tal-vapur.

5.3 Talbiet għat-twettiq ta' Dikjarazzjoni għas-Sigurtà, li jaqgħu taħt din it-taqsima, għandhom jiġu irrikonoxxuti mill-faċilità tal-port jew mill-vapur applikabbli.

5.4 Id-Dikjarazzjoni tas-Sigurtà għandha titlesta mil-:

.1 

l-imgħallem jew mill-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur f'isem il-vapur(i); u, jekk ikun xieraq,

.2 

l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port jew, jekk il-Gvern Kontraenti jiddeċiedi mod ieħor, minn kwalunkwe korp ieħor li jkun responsabbli għas-sigurtà fuq l-art, f'isem il-faċilità tal-port.

5.5 Id-Dikjarazzjoni tas-Sigurtà għandha tindirizza l-ħtiġiet tas-sigurtà li jistgħu jiġu użati f'kollaborazzjoni bejn il-faċilità tal-port u l-vapur (jew bejn vapuri) u għandhom jindikaw ir-responsabbilitajiet ta' kull wieħed minn dawn.

5.6 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jispeċifikaw, bi ħsieb fuq id-dispożizzjonijiet tar-regolament XI-2/9.2.3, il-perjodu minimu li għandhom jinżammu fih id-Dikjarazzjonijiet tas-Sigurtà mill-faċilitajiet tal-port li jkunu fit-territorju tagħhom.

5.7 L-amministrazzjonijiet għandhom jispeċifikaw, bi ħsieb fuq id-dispożizzjonijiet tar-regolament XI-2/9.2.3, il-perjodu minimu li għandhom jinżammu fih id-Dikjarazzjonijiet tas-Sigurtà tal-vapuri li jkunu intitolati jtajru l-bandiera tagħhom.

6   L-OBBLIGI TAL-KUMPANNIJA

6.1 Il-Kumpannija għandha tassigura li l-pjan għas-sigurtà għall-vapur ikun fih dikjarazzjoni ċara li tenfasizza l-awtorità ta' l-imgħallem. Il-Kumpanija għandha tistabbilixxi fil-pjan għas-sigurtà tal-vapur li l-imgħallem għandu jkollu l-awtorità u r-reponsabbilità fuq kollox biex jieħu deċiżjonijiet b'rispett lejn is-salvagwardja u s-sigurtà tal-vapur u biex jitlob l-assistenza tal-Kumpannija jew ta' kwalunkwe Gvern Kontraenti skond kif ikun meħtieġ

6.2 Il-Kumpannija għandha tassigura li l-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija, l-imgħallem u l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur ikunu mogħtija l-appoġġ neċessarju biex iwettqu d-doveri u r-responsabbilitajiet tagħhom skond il-kapitolu XI-2 u din il-Parti tal-Kodiċi.

7.   IS-SIGURTÀ TAL-VAPUR

7.1

Vapur huwa meħtieġ jaħdem fuq il-livelli tas-sigurtà stabbiliti mill-Gvernijiet Kontraenti skond kif elenkat hawn taħt.

7.2

Fil-livell tas-sigurtà 1, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitwettqu, b'miżuri xierqa, fuq il-vapuri kollha, fuq konsiderazzjoni għal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi, sabiex jiġu identifikati u jittieħdu l-miżuri ta' prevenzjoni kontra l-inċidenti tas-sigurtà:

.1 

l-assigurazzjoni tal-prestazzjoni tad-doveri kollha tas-sigurtà tal-vapur;

.2 

il-kontroll ta' l-aċċess għall-vapur;

.3 

il-kontroll ta' l-imbarkazzjoni tal-persuni u l-effetti tagħhom;

.4 

il-moniteraġġ ta' żoni ristretti biex jiġi assigurat li persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess;

.5 

il-moniteraġġ taż-żoni tal-gverta u taż-żoni ta' madwar il-vapur;

.6 

is-sorveljanza tal-ġestjoni tal-merkanzija u ta' l-imħażen tal-vapur; u.

.7 

l-assigurazzjoni li l-komunikazzjoni tas-sigurtà tkun disponibbli.

7.3

Fil-livell tas-sigurtà 2, miżuri ta' protezjoni addizzjonali, speċifikati fil-pjan għas-sigurtà tal-vapur, għandhom jiġu implementati għal kull attività speċifikata fit-taqsima fuq konsiderazzjoni għal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

7.4

Fil-livell tas-sigurtà 3, aktar miżuri ta' protezzjoni speċifiċi, speċifikati fil-pjan għas-sigurtà tal-vapur, għandhom jiġu implementati għal kull attività speċifikata fit-taqsima 7.2, fuq konsiderazzjoni għal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

7.5

Kull meta l-livell tas-sigurtà 2 jew 3 jiġi stabbilit mill-amministrazzjoni, il-vapur għandu japprova li jkun irċieva l-istruzzjonijiet dwar il-bidla fil-livell tas-sigurtà

7.6

Qabel ma jidħol f'port jew waqt li qiegħed f'port li hu fit-territorju ta' Gvern Kontraenti li jeħtieġ livell tas-sigurtà 2 jew 3, il-vapur għandu jagħti prova li rċieva din l-istruzzjoni u għandu jikkonferma lill-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port il-bidu ta' l-implementazzjoni tal-miżuri u l-proċeduri xierqa kif speċifikat fil-pjan tas-sigurtà tal-vapur, u fil-każ ta' livell tas-sigurtà 3, fl-istruzzjonijiet maħruġa mill-Gvern Kontraenti li rrikjeda l-livell tas-sigurtà 3. Il-vapur għandu jirrapporta kwalunkwe diffikultajiet li jinħolqu fl-implementazzjoni. F'każi bħal dawn, l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port u l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur għandhom jikkombinaw u jikoordinaw l-azzjonijiet xierqa.

7.7

Jekk vapur ikun meħtieġ mill-Amministrazzjoni li jistabbilixxi, jew ikollu diġà, livell aktar għoli ta' sigurtà minn dak li jkun hemm fil-port li jkollu l-ħsieb jidħol fih jew li diġà jkun qiegħed fih, il-vapur għandu jinforma, bla dewmien, bil-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-Gvern Kontraenti ta' fejn tinstab il-faċilità tal-port u lill-uffiċjal għas-sigurtà tal-port.

7.7.1

F'każi bħal dawn, l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur għandu jikkollabora ma' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port u jikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa, jekk ikun neċessarju.

7.8

Amministrazzjoni li teħtieġ li l-vapuri li jtajru l-bandiera tagħha jkollhom livell tas-sigurtà 2 jew 3 f'port ta' Gvern Kontraenti ieħor għandha tinforma lill-Gvern Kontraenti mingħajr dawmien.

7.9

Meta l-Gvernijiet Kontraenti jistabbilixxu livelli tas-sigurtà u jassiguraw il-provvista ta' informazzjoni dwar il-livell tas-sigurtà għall-vapuri li jaħdmu fil-baħar territorjali tagħhom, jew għall-vapuri li jikkomunikaw l-intenzjoni li jidħlu fil-baħar territorjali tagħhom, vapuri ta' dan it-tip għandhom jiġu mitluba biex iżommu l-viġilanza u biex jagħmlu rapport immedjatament lill-Amministrazzjoni tagħhom u lil kwalunkwe Stati tal-kosta li jkunu viċin dwar kull informazzjoni li huma jkollhom u li jkun hemm il-probabbiltà li tista' tolqot s-sigurtà marittima f'dik iż-żona.

7.9.1

Meta jinforma vapuri bħal dawn bil-livell tas-sigurtà applikabbli, Gvern Kontraenti għandu, fuq konsiderazzjoni lejn il-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi, jinforma wkoll lil dawk l-vapuri bi kwalunkwe miżura ta' sigurtà li dawn ikollhom jieħdu u, fejn hu xieraq, bil-miżuri li jkunu ttieħdu mill-Gvern Kontraenti biex jipprovdi protezzjoni kontra t-theddida.

8.   IL-VALUTAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-VAPUR

8.1 Il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-vapur hija parti essenzali u integrali tal-proċess ta' l-iżviluppar u l-aġġornar tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur.

8.2 L-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpanija għandu jassigura li l-valutazzjoni tas-sigurtà tal-vapur issir minn persuni b'kapaċitajiet xierqa biex jevalwaw is-sigurtà tal-vapur, skond din it-taqsima, fuq konsiderazzjoni lejn il-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

8.3 B'suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 9.2.1, organizzazzjoni tas-sigurtà rikonoxxuta tista' tagħmel il-valutazzjoni tas-sigurtà ta' vapur għall-vapur speċifiku.

8.4 Il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-vapur għandha tinkludi stħarriġ fil-post tas-sigurtà u, ta' l-anqas, l-elementi li ġejjin:.

.1 

l-identifikazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà, proċeduri u operazzjonijiet eżistenti:.

.2 

l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-operazzjonijiet prinċipali abbord il-vapur li tkun essenzali l-protezzjoni tagħhom;

.3 

l-identifikazzjoni ta' theddid possibbli għall-operazzjonijiet priċipali abbord il-vapur u l-probabbiltà li dawn iseħħu, biex il-miżuri ta' sigurtà jiġu stabbiliti u magħżula skond il-prijorità; u.

.4 

L-identifikazzjoni tal-limitazzjonijiet, inklużi l-fatturi umani, fl-infrastruttura, fil-politika u fil-proċeduri.

8.5 Il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-vapur għandha tiġi dokumentata, riveduta, aċċettatta u miżmuma mill-Kumpanija.

9   PJAN GĦAS-SIGURTÀ TAL-VAPUR

9.1

Kull vapur għandu jġorr abbord pjan għas-sigurtà tal-vapur approvat mill-Amministrazzjoni. Il-pjan għandu jagħmel dispożizzjonijiet għat-tlett livelli tas-sigurtà skond id-definizzjoni f'din il-Parti tal-Kodiċi.

9.1.1

Suġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 9.2.1, organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta tista' tipprepara l-pjan għas-sigurtà tal-vapur għall-vapur speċifiku.

9.2

L-Amministrazzjoni tista' tafda r-reviżjoni u l-approvazzjoni tal-pjani għas-sigurtà tal-vapur, jew ta' l-emendi għall-pjan li kien approvat minn qabel, lill-organizzazzjonijiet għas-sigurtà rikonoxxuti.

9.2.1

F'każi bħal dawn, l-organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta li twettaq ir-revizjoni u l-approvazzjoni tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur, jew l-emendi tiegħu, għall-vapur speċifiku m'għandhiex tiġi involuta la fil-preparazzjoni tal-valutazzjoni tas-sigurtà tal-vapur, la fil-pjan għas-sigurtà tal-vapur, u l-anqas fl-emendi li jkunu qed jiġu riveduti.

9.3

Is-sottomissjoni tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur, jew ta' l-emendi ta' pjan li kien approvat qabel, għall-approvazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-valutazzjoni tas-sigurtà fuq liema bażi l-pjan jew l-emendi, jiġu żviluppati.

9.4

Pjan bħal dan għandu jiġi żviluppat, fuq konsiderazzjoni lejn il-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi u għandu jiġi miktub bil-lingwa jew lingwi li jintużaw waqt ix-xogħol fuq il-vapur. Jekk il-lingwa jew il-lingwi użati m'humiex l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, traduzzjoni għall-waħda minn dawn il-lingwi għandha tkun inkluża. Il-pjan għandu jindirizza ta' l-anqas dan li ġej:.

.1 

il-miżuri maħsuba biex jipprevenu l-armi, s-sostanzi perikolużi u t-tagħmir maħsub biex jiġi użat kontra persuni, vapuri jew portijiet u li l-ġarr tagħhom ma jkunx awtorizzat biex isir abbord il-vapur;

.2 

L-identifikazzjoni taż-żoni restritti u tal-miżuri għall-prevenzjoni ta' l-aċċess mhux awtorizzat fihom;

.3 

il-miżuri għall-prevenzjoni ta' l-aċċess mhux awtorizzat għall-vapur;

.4 

il-proċeduri ta' reazzjoni għal theddid għas-sigurtà jew tal-ksur tas-sigurtà, inklużi d-dispożizzjonijiet għall-manutenzjoni ta' l-operazzjonijiet kritiċi fuq il-vapur jew tal-kollaborazzjoni bejn vapur u port.

.5 

il-proċeduri ta' reazzjoni għal kwalunkwe istruzzjonijiet tas-sigurtà li l-Gvernijiet Kontraenti jistgħu jagħtu fil-livell tas-sigurtà 3;

.6 

il-proċeduri għall-evakwazzjoni f'każ ta' theddid għas-sigurtà jew vjolazzjonijiet tas-sigurtà;

.7 

id-doveri tal-persunal abbord il-vapur li jkollhom responsabbilitajiet dwar sigurtà u ta' persunal oħrajn abbord il-vapur fuq l-aspetti tas-sigurtà;

.8 

il-proċeduri għall-verifika u għall-attivitajiet tas-sigurtà;

.9 

il-proċeduri dwar taħriġ, drills u eżerċizzji li jikkonċernaw il-pjan;

.10 

il-proċeduri għall-kollaborazzjoni ma' l-attivitajiet tas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.11 

il-proċeduri għar-reviżjoni perjodika tal-pjan u għall-aġġornament;

.12 

il-proċeduri għat-tħabbir ta' inċidenti dwar is-sigurtà;

.13 

l-identifikazzjoni ta' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur;

.14 

l-identifikazzjoni ta' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija, inklużi d-dettalji tiegħu għal kuntatt kontinwu ta' 24 siegħa;

.15 

il-proċeduri biex ikun aċċertat it-twettiq ta' l-ispezzjoni, l-ittestjar, ir-regolarizzazzjoni, u l-manutenzjoni ta' kwalunkwe apparat ta' sigurtà ipprovdut abbord.

.16 

il-frekwenza ta' l-ittestjar u r-regolarizzazzjoni ta' kwalunkwe apparat ta' sigurtà ipprovdut abbord;

.17 

l-identifikazzjoni tal-lokazzjonijiet fejn ikunu ipprovduti l-postijiet ta' tħaddim tas-sistema ta' allarm għas-sigurtà tal-vapur; u.

.18 

l-proċeduri, l-istruzzjonijiet u l-linji ta' gwida għall-użu tas-sistema ta' allarm għas-sigurtà tal-vapur, inklużi l-ittestjar, it-tħaddim, il-waqfien mit-tħaddim u l-arranġament mill-ġdid u biex jiġu limitati l-allarmi foloz.

9.4.1

Il-persunal li jwettqu l-verifiki interni ta' l-attivitajiet tas-sigurtà speċifikati fil-pjan jew li jevalwaw l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu indipendenti mill-attivitajiet li jkunu qed jiġu ivverifikati sakemm dan ma jkunx possibli minħabba l-kobor u n-natura tal-Kumpannija jew tal-vapur.

9.5

L-Amministrazzjoni għandha tistabbilixxi liema mit-tibdiliet m'għandhomx jiġu implimentati għall-pjan approvat tas-sigurtà tal-vapur jew għal kwalunkwe apparat ta' sigurtà li jkun speċifikat fi pjan approvat sakemm l-emendi relevanti għall-pjan ma jkunux ġew approvati mill-Amministrazzjoni. Dawn it-tip ta' tibdiliet għandhom ikunu effettivi mill-inqas daqs dawk il-miżuri preskritti fil-kapitolu XI-2 u f'din il-Parti tal-Kodiċi.

9.5.1

In-natura tat-tibdiliet għall-pjan dwar is-sigurtà tal-vapur jew ta' l-apparat għas-sigurtà li jkunu speċifikament approvati mill-Amministrazzjoni, skond it-taqsima 9.5, għandha tiġi iddokumentata b'mod li din l-approvazzjoni tkun tidher b'mod ċar. Din l-approvazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-vapur u għandha tiġi ippreżentata flimkien maċ-Ċertifikat Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Vapur (jew iċ-Ċertifikat Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Vapur Temporanju). Jekk dawn it-tibdiliet ikunu temporanji, hekk kif il-miżuri jew l-apparat li jkun ġie approvat oriġinarjament jerġa' jitqiegħed fis-seħħ, din id-dokumentazzjoni ma jkolliex għalfejn tibqa' tinżamm fuq il-vapur.

9.6

Il-pjan jista' jinżamm f'format elettroniku. F'dak il-każ, hu għandu jiġi protett bi proċeduri li jkunu immirati biex jipprevenu t-tħassir, il-qerda jew l-emendar tiegħu mhux awtorizzat.

9.7

Il-pjan għandu jiġi protett mill-aċċess mhux awtorizzat jew milli jiġi svelat.

9.8

Pjani għas-sigurtà tal-vapur m'humiex suġġetti għall-ispezzjoni minn uffiċjali li jkunu awtorizzati minn xi Gvern Kontraenti biex iwettqu miżuri ta' kontroll jew ta' konformità skond ir-regolament XI-2/9, apparti f'ċirkostanzi speċifikati fit-taqsima 9.8.1.

9.8.1

Jekk l-uffiċjali awtorizzati minn Gvern Kontraenti ikollhom raġunijiet validi għal xiex jemmnu li l-vapur ma jkunx konformi mal-ħtiġiet tal-kapitolu XI-2 jew parti A ta' dan il-Kodiċi, u l-uniku mezz biex tiġi ivverifikata u rimedjata din in-nuqqas ta' konformità ikun billi jiġu riveduti l-ħtiġiet relevanti tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur, għandu jingħata aċċess limitat għat-taqsimiet speċifiċi tal-pjan li jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità, iżda bil-kunsens biss tal-Gvern Kontraenti, jew ta' l-imgħallem tal-vapur ikkonċernat. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-pjan li huma relatati mat-taqsima 9.4 sub-taqsimiet 2., 4., 5., 7., 15., 17. u 18. ta' din il-Parti tal-Kodiċi huma ikkonsidrati bħala informazzjoni kunfidenzali, u ma jistgħux ikunu suġġetti għall-ispezzjoni, sakemm ma jkunx intlaħaq qbil mod ieħor mill-Gvernijiet Kontraenti ikkonċernati.

10   REĠISTRI

10.1 Ir-reġistrazzjonijiet ta' l-attivitajiet li ġejjin li huma indirizzati fil-pjan għas-sigurtà tal-vapur għandhom jinżammu fuq il-vapur għal mill-inqas il-perjodu minimu ta' żmien kif speċifikat mill-Amministrazzjoni, waqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet tar-regolament XI-2/9.2.3:.

.1 

taħriġ, drills u eżerċizzji;

.2 

theddid għas-sigurtà u inċidenti dwar is-sigurtà;

.3 

vjolazzjonijiet tas-sigurtà;

.4 

tibdil fil-livell tas-sigurtà;

.5 

komunikazzjonijiet rigward is-sigurtà diretta tal-vapur bħal theddid speċifiku għall-vapur jew għall-faċilità tal-port li l-vapur ikun jinsab jew kien diġà jinsab fiha;

.6 

il-verifiki u r-reviżjonijiet interni ta' l-attivitajiet tas-sigurtà;

.7 

ir-reviżjoni perjodika ta' il-valutazzjoni għas-sigurtà tal-vapur;

.8 

ir-reviżjoni perjodika tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur;

.9 

l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe emendi għall-pjan; u.

.10 

l-manutenzjoni, ir-regolarizzazzjoni u l-ittestjar ta' kwalunkwe apparat ta' sigurtà li jkun ipprovdut fuq il-vapur, inkluż l-ittestjar tas-sistema ta' allarm għas-sigurtà tal-vapur.

10.2 I r-reġistrazzjonijiet għandhom jinżammu fil-lingwa jew lingwi li jintużaw waqt ix-xogħol fuq il-vapur. Jekk il-lingwa jew il-lingwi użati ma jinkludux l-Ingliż, il-Fanċiż jew l-Ispanjol, traduzzjoni waħda għal dawn il-lingwi għandha tiġi ipprovduta.

10.3 Ir-reġistri jistgħu jinżammu f'format elettroniku. F'każ bħal dan, huma għandhom jiġu protetti permezz ta' proċeduri immirati li jipprevenu t-tħassir, il-qerda jew l-emendar tagħhom mhux awtorizzati.

10.4 Ir-reġistri għandhom ikunu protetti minn aċċess mhux awtorizzat jew milli jiġu svelati.

11   UFFIĊJAL GĦAS-SIGURTÀ TAL-KUMPANNIJA

11.1 Il-Kumpannija għandha tinnomina uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija. Il-persuna innominata bħala uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija tista' sservi bħala l-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija fuq wieħed jew aktar vapuri, skond in-numru jew it-tipi ta' vapuri li l-Kumpannija tħaddem, waqt li jkun identifikat b'mod ċar għal-liema vapuri din il-persuna tkun responsabbli. Kumpannija tista', skond in-numru jew it-tipi ta' vapuri li tħaddem, tinnomina diversi persuni bħala uffiċjali għas-sigurtà tal-kumpannija kemm -il darba jkun identifikat b'mod ċar għal-liema vapur kull persuna tkun responsabbli.

11.2 Flimkien ma' dawk speċifikati f'oqsma oħra ta' din il-Parti tal-Kodiċi, id-doveri u r-responsabbilitajiet ta' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal li:.

.1 

javża fuq il-livell ta' theddid li l-vapur probabbli jiltaqa'miegħu, billi juża stimi xierqa dwar is-sigurtà u informazzjoni oħra relevanti;

.2 

jassigura li jitwettqu l-istimi għas-sigurtà tal-vapur;

.3 

jassigura l-iżvilupp, is-sottomissjoni għall-approvazzjoni, u wara l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur;

.4 

jassigura li l-pjan għas-sigurtà tal-vapur ikun modifikat, kif xieraq, sabiex jikkoreġi n-nuqqasijiet u jissodisfa l-ħtiġiet għas-sigurtà tal-vapur individwali;

.5 

jagħmel arranġamenti għall-verifiki interni u reviżjonijiet ta' l-attivitajiet tas-sigurtà;

.6 

jagħmel arranġamenti għall-verifiki tal-vapur li jsiru fil-bidu u xi żmien wara mill-Amministrazzjoni jew mill-organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta;

.7 

jassigura li n-nuqqasijiet u n-nuqqas ta' konformitajiet li jkunu identifikati waqt il-verifiki interni, ir-reviżjonijiet perjodiċi, l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-verifiki tal-konformità jkunu indirizzati u trattati minnufiħ;

.8 

jżid il-kuxjenza għas-sigurtà u l-attenzjoni bir-reqqa;

.9 

jassigura taħriġ adegwat għall-persunal responsabbli mis-sigurtà tal-vapur;

.10 

jassigura komunikazzjoni u kooperazzjoni effettiva bejn l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur u l-uffiċjali relevanti għas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.11 

jassigura l-konsistenza bejn il-ħtiġiet għas-sigurtà u l-ħtiġiet għas-salvagward;

.12 

jassigura li, jekk jintużaw pjani għall-vapuri ta' l-istess għamla jew pjani għas-sigurtà tal-flotta, il-pjan għal kull vapur ikun jirrifletti b'mod preċiż l-informazzjoni speċifika dwar il-vapur; u.

.13 

jassigura li kwalunkwe arranġamenti alternattivi jew ekwivalenti li jkunu approvati għal xi vapur jew grupp ta' vapuri partikolari jiġu implimentati u miżmuma tajjeb.

12   UFFIĊJAL GĦAS-SIGURTÀ TAL-VAPUR

12.1 Uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur għandu jiġi innominat fuq kull vapur.

12.2 Flimkien ma' dawk speċifikati f'oqsma oħra ta' din il-Parti tal-Kodiċi, id-doveri u r-responsabbilitajiet ta' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal li:.

.1 

jwettaq ispezzjonijiet regolari ta'sigurtà tal-vapur biex jassigura li l-miżuri xierqa ta' sigurtà ikunu qed jiġu miżmuma tajjeb;

.2 

jżomm tajjeb u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur, inklużi kwalunkwe emendi għall-pjan;

.3 

jikkoordina l-aspetti tas-sigurtà li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-merkanzija u l-imħażen tal-vapur ma' persunal oħrajn abbord il-vapur u ma' l-uffiċjali relevanti għas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.4 

jipproponi tibdiliet fil-pjan għas-sigurtà tal-vapur;

.5 

jirrapporta lill-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija kwalunkwe nuqqasijiet jew nuqqas ta' konformitajiet li jiġu identifikati waqt il-verifiki interni, ir-reviżjonijiet perjodiċi, l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-verifiki ta' konformità u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe azzjonijiet korrettivi;

.6 

jżid il-kuxjenza għas-sigurtà u l-attenzjoni bir-reqqa abbord;

.7 

jassigura li taħriġ adegwat jingħata kif xieraq lill-persunal abbord il-vapur;

.8 

jirrapporta l-inċidenti kollha dwar is-sigurtà;

.9 

jikkoordina l-implimentazzjoni tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur flimkien ma' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija u l-uffiċjal relevanti għas-sigurtà tal-faċilità tal-port; u.

.10 

jassigura li l-apparat għas-sigurtà, jekk ipprovdut, ikun imħaddem, ittestjat, regolarizzat u miżmum tajjeb.

13   TAĦRIĠ, DRILLS U EŻERĊIZZJI FUQ IS-SIGURTÀ TAL-VAPUR

13.1 L-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija u l-persunal approprjat li jkunu ibbażati fuq l-art għandhom ikollhom it-tagħrif u jkunu rċivew taħriġ, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

13.2 L-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur għandu jkollu tagħrif u jkun irċieva taħriġ, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-Parti B ta' dan il-Kodiċi.

13.3 Il-persunal abbord il-vapur li jkollhom doveri u responsabbilitajiet speċifiċi għandhom jifhmu r-responsabbilitajiet tagħhom għas-sigurtà tal-vapur kif spjegati fil-pjan għas-sigurtà tal-vapur u għandhom ikollhom tagħrif u abbiltà biżżejjed biex iwettqu d-doveri mogħtija lilhom, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

13.4 Sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur, għandhom jitwettqu drills kull intervall ta' żmien approprjat hekk kif għandu jittieħed kont ta' l-għamla tal-vapur, it-tibdil fil-persunal tal-vapur, il-faċilitajiet tal-port li għandha ssir żjara fihom u ċ-ċirkostanzi l-oħra relevanti, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

13.5 L-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija għandu jassigura l-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjani għas-sigurtà tal-vapur billi jieħu sehem f'eżerċizzji kull intervall ta' żmien approprjat, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

14   SIGURTÀ GĦALL-FAĊILITÀ TAL-PORT

14.1

Faċilità ta' port hija meħtieġa sabiex taġixxi fuq il-livelli ta' sigurtà stabbiliti mill-Gvernijiet Kontraenti li fit-territorju tagħhom il-faċilità tkun allokata. Il-proċeduri u l-miżuri ta' sigurtà fil-faċilità tal-port għandhom jiġu applikati b'tali mod li jikkawżaw ftit li xejn interferenza, jew ftit li xejn iwasslu għall-ittardjar ta' passiġġieri, vapuri, persunal ta' vapuri u visitaturi, oġġetti u servizzi.

14.2

Fuq il-livell ta' sigurtà 1, l-attivitajiet li ġejjin għandhom jitwettqu permezz ta' miżuri xierqa fil-faċilitajiet kollha ta' port, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi, sabiex ikunu identifikati u jittieħdu l-miżuri preventivi kontra l-inċidenti ta' sigurtà:.

.1 

l-assigurazzjoni tat-twettiq tad-doveri kollha dwar is-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.2 

il-kontroll tad-dħul għall-faċilità tal-port;

.3 

il-moniteraġġ tal-faċilità tal-port, inkluż l-ankraġġ u ż-żona(i) ta' rmiġġ;

.4 

il-moniteraġġ ta' żoni restritti sabiex ikun aċċertat li l-persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess;

.5 

is-sorveljanza fuq il-ġestjoni tal-merkanzija;

.6 

is-sorveljanza fuq il-ġestjoni ta' l-imħażen tal-vapur; u.

.7 

l-assigurazzjoni li l-komunikazzjoni tas-sigurtà tkun disponibbli minnufiħ

14.3

Fuq il-livell ta' sigurtà 2, miżuri protettivi addizjonali, kif speċifikati fil-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port, għandhom jiġu implimentati għal kull attività spjegata fit-taqsima 14.2, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

14.4

Fuq il-livell ta' sigurtà 3, aktar miżuri protettivi speċifiċi, kif spjegati fil-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port, għandhom jiġu implimentati għal kull attività spjegata fit-taqsima 14.2, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

14.4.1

Barra minn hekk, fuq il-livell ta' sigurtà 3, il-faċilitajiet tal-port ikunu meħtieġa jirrispondu u jimplimentaw kwalunkwe istruzzjonijiet ta' sigurtà mogħtija mill-Gvern Kontraenti f'liema territorju il-faċilità tal-port tkun allokata.

14.5

Meta uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port jiġi avżat li l-vapur jiltaqa' ma' diffikultajiet biex ikun konformi mal-ħtiġiet tal-kapitolu XI-2 jew ta' din il-parti jew fl-implimentazzjoni tal-proċeduri u l-miżuri xierqa kif spjegati fil-pjan għas-sigurtà tal-vapur, u fil-każ tal-livell ta' sigurtà 3 wara kwalunkwe istruzzjonijiet ta' sigurtà mogħtija mill-Gvern Kontraenti f'liema territorju l-faċilità tal-port tkun allokata, l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port u l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur għandhom jiftehmu u jikkoordinaw azzjonijiet xierqa.

14.6

Meta uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port ikun avżat li vapur ikun fuq livell ta' sigurtà għola minn dak tal-faċilità tal-port, l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandu jirrapporta din il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti u għandu jiftihem ma' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur u jikkoordina azzjonijiet xierqa, jekk ikun meħtieġ

15   VALUTAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-FAĊILITÀ TAL-PORT

15.1

Il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità tal-port hija parti integrali u essenzali fil-proċess ta' żvilupp u aġġornament tal-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port.

15.2

Il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandha ssir mill-Gvern Kontraenti f'liema territorju il-faċilità tal-port tkun allokata. Gvern Kontraenti tista' tawtorizza organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxenti biex twettaq il-valutazzjoni dwar is-sigurtà tal-faċilità tal-port fuq faċilità ta' port allokata fit-territorju tal-Gvern imsemmi.

15.2.1

Meta valutazzjoni dwar is-sigurtà tal-faċilità tal-port tkun twettqet minn organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta, il-valutazzjoni dwar is-sigurtà għandha tiġi riveduta u approvata għal konformità ma' din it-taqsima mill-Gvern Kontraenti f'liema territorju l-faċilità tal-port tkun allokata.

15.3

Il-persuni li jwettqu l-valutazzjoni għandhom ikollhom il-kapaċitajiet xierqa biex jevalwaw is-sigurtà tal-faċilità tal-port skond din it-taqsima, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

15.4

Il-valutazzjonijiet dwar is-sigurtà tal-faċilità tal-port għandhom jiġu riveduti u aġġornati kull tant żmien, u jittieħed kont tat-theddid li jkun qed jinbidel u/jew tat-tibdiliet żgħar fil-faċilità tal-port, u għandhom jiġu riveduti u aġġornati dejjem meta jseħħu tibdiliet kbar fil-faċilità tal-port.

15.5

Il-valutazzjoni dwar is-sigurtà tal-faċilità tal-port għandha mill-inqas tinkludi l-elementi li ġejjin:.

.1 

l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' assi u infrastruttura importanti li l-protezzjoni tagħha tkun essenzali;

.2 

l-identifikazzjoni tal-possibbiltà ta' theddid għall-assi u l-infrastruttura u l-probabbiltà li dawn iseħħu, sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti u mogħtija aktar importanza ċertu miżuri ta' sigurtà;

.3 

l-identifikazzjoni, l-għażla u l-għażla skond il-prijorità tal-kontro-miżuri u t-tibdiliet fil-proċedura u l-livell tagħhom ta' effiċjenza fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà; u.

.4 

l-identifikazzjoni tal-punti dgħajjfa, inklużi l-fatturi umani, fl-infrastruttura, fil-politika u fil-proċeduri.

15.6

Il-Gvern Kontraenti jista' jagħti permess biex il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità tal-port tkopri aktar minn faċilità waħda ta' port jekk l-operatur, il-lokazzjoni, it-tħaddim, l-apparat u d-disinn ta' dawn il-faċilitajiet ta' port ikunu jixxiebħu. Kull Gvern Kontraenti li jagħti lok għal dawn l-arranġamenti għandu jgħaddi d-dettalji tagħhom lill-Organizzazzjoni.

15.7

Meta tintemm il-valutazzjoni dwar is-sigurtà tal-faċilità tal-port, għandu jiġi ippreparat rapport, li jkun jikkonsisti minn sommarju dwar it-twettiq tal-valutazzjoni, mid-deskrizzjoni ta' kull vulnerabbiltà li tkun instabet waqt il-valutazzjoni u minn deskrizzjoni tal-kontro-miżuri li jkunu jistgħu jittieħdu sabiex jiġu indirizzati l-vulnerabbilitajiet kollha. Ir-rapport għandu jkun protett mill-aċċess mhux awtorizzat u milli jiġi svelat.

16   PJAN GĦAS-SIGURTÀ TAL-FAĊILITÀ TAL-PORT

16.1

Pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandu jiġi żviluppat u miżmum tajjeb, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità tal-port għal kull faċilità ta' port, liema pjan ikun adattat b'mod konġunt għall-vapur u l-port. Il-pjan għandu jagħmel dispożizzjonijiet għat-tliet livelli ta' sigurtà, kif imsemmi f'din il-Parti tal-Kodiċi.

16.1.1

Bla ħsara għas-dispożizzjonijiet tat-taqsima 16.2, organizzazzjoni rikonoxxuta għas-sigurtà tista' tipprepara l-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għal xi waħda mill-faċilitajiet ta' port speċifiċi.

16.2

Il-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandu jkun approvat mill-Gvern Kontraenti li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-faċilità tal-port.

16.3

Dan il-pjan għandu jiġi żviluppat fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi u għandu jkun fil-lingwa li tintuża waqt ix-xogħol fil-faċilità tal-port. Il-pjan għandu mill-inqas jindirizza dan li ġej:.

.1 

il-miżuri maħluqa biex jipprevenu l-armi u s-sustanzi l-oħra kollha perikolużi u t-tagħmir li jkun immirat għall-użu kontra l-persuni, l-vapuri jew il-portijiet, u li l-ġarr tagħhom ma jkunx awtorizzat, milli jkun introdott fil-faċilità tal-port jew abbord il-vapur;

.2 

il-miżuri maħluqa biex jipprevenu l-aċċess mhux awtorizzat għall-faċilità tal-port, għall-vapuri ankrati fil-faċilità, u għaż-żoni restritti tal-faċilità;

.3 

il-proċeduri dwar ir-reazzjonijiet għat-theddid tas-sigurtà jew għall-vjolazzjonijiet tas-sigurtà, inklużi dispożizzjonijiet għaż-żamma fi stat tajjeb ta' l-operazzjonijiet kritiċi tal-faċilità tal-port jew tal-kollaborazzjoni bejn vapur u port;

.4 

il-proċeduri dwar ir-reazzjonijiet għal kwalunkwe istruzzjonijiet ta' sigurtà li l-Gvern Kontraenti li fit-territorju tiegħu tkun allokata il-faċilità tal-port ikun jista' jagħti fuq il-livell tas-sigurtà 3;

.5 

il-proċeduri għall-evakwazzjoni f'każ ta' theddid għas-sigurtà jew vjolazzjonijiet tas-sigurtà;

.6 

id-doveri tal-persunal fil-faċilità tal-port li jkunu responsabbli mis-sigurtà u l-persunal l-oħrajn tal-faċilità dwar l-aspetti tas-sigurtà;

.7 

il-proċeduri għall-kollaborazzjoni ma' l-attivitajiet ta' sigurtà tal-vapur;

.8 

il-proċeduri għar-reviżjoni perjodika tal-pjan u l-aġġornament;

.9 

il-proċeduri għat-tħabbir ta' inċidenti dwar is-sigurtà;

.10 

l-identifikazzjoni ta' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port, inklużi d-dettalji għall-kuntatt kontinwu miegħu ta' 24 siegħa;

.11 

il-miżuri li jassiguraw is-sigurtà ta' l-informazzjoni inkluża fil-pjan;

.12 

il-miżuri mfassla biex jassiguraw is-sigurtà effettiva tal-merkanzija u ta' l-apparat għall-ġestjoni tal-merkanzija fil-faċilità tal-port;

.13 

il-proċeduri għall-ivverifikar tal-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.14 

il-proċeduri dwar ir-reazzjoni f'każ li s-sistema ta' allarm għas-sigurtà ta' vapur fuq xi vapur partikolari fil-faċilità tal-port tkun imħaddma; u.

.15 

l-proċeduri għall-iffaċilitar ta' żmien mingħajr xogħol fuq l-art għall-persunal tal-vapur jew tat-tibdiliet fil-persunal, kif ukoll għall-aċċess ta' visitaturi fuq il-vapur, inklużi r-rappreżentanti ta' l-organizzazzjonijiet dwar ix-xogħol u dwar is-saħħa u l-benesseri tal-baħħara.

16.4

Il-persunal li jwettaq il-verifiki interni ta' l-attivitajiet tas-sigurtà kif speċifikati fil-pjan jew li jevalwa l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu indipendenti mill-attivitajiet li jkun qed jiġu ivverifikati kemm-il darba dan ma jkunx prattiku minħabba l-kobor u n-natura tal-faċilità tal-port.

16.5

Il-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port jista' jkun mgħaqqad jew ikun parti mill-pjan għas-sigurtà tal-port jew minn kwalunkwe pjan jew pjani oħrajn ta' emerġenza fil-port.

16.6

Il-Gvern Kontraenti li fit-territorju tiegħu tkun allokata l-faċilità tal-port għandu jistabbilixxi liema tibdiliet mill-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port m'għandhomx jiġu implimentati kemm-il darba l-emendi relevanti għall-pjan ma jkunux ġew approvati minnu.

16.7

Il-pjan jista' jinżamm f'format elettroniku. F'dan il-każ, hu għandu jkun protett permezz ta' proċeduri immirati li jipprevenu t-tħassir, il-qerda jew l-emendar tiegħu mhux awtorizzat.

16.8

Il-pjan għandu jkun protett mill-aċċess mhux awtorizzat u milli jiġi svelat.

16.9

Il-Gvernijiet Kontraenti jistgħu jagħtu permess biex il-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port ikopri aktar minn faċilità waħda ta' port jekk l-operatur, il-lok, it-tħaddim, l-apparat u d-disinn ta' dawn il-faċilitajiet ta' port ikunu jixxiebħu. Kull Gvern Kontraenti li jagħti lok għal dawn l-arranġamenti alternattivi għandu jgħaddi d-dettalji tagħhom lill-Organizzazzjoni.

17   UFFIĊJAL GĦAS-SIGURTÀ TAL-FAĊILITÀ TAL-PORT

17.1 Uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandu jkun innominat għal kull faċilità ta' port. Persuna tista' tkun nominata bħala l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għal waħda jew aktar faċilitajiet ta' port.

17.2 Flimkien ma' dawk speċifikati f'oqsma oħra ta' din il-Parti tal-Kodiċi, id-doveri u r-responsabbilitajiet ta' l-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal:.

.1 

it-twettiq ta' stħarriġ dettaljat dwar is-sigurtà tal-faċilità tal-port, fuq konsiderazzjoni tal-valutazzjoni relevanti dwar is-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.2 

l-assigurazzjoni tat-twettiq u l-manutenzjoni tal-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.3 

l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.4 

it-twettiq b'mod regolari ta' ispezzjonijiet fuq is-sigurtà tal-faċilità tal-port sabiex tkun aċċertata l-kontinwazzjoni tal-miżuri xierqa għas-sigurtà;

.5 

ir-rakkomandazzjoni u l-inkorporazzjoni, kif xieraq, ta' modifiki fil-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port sabiex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet u sabiex jiġi aġġornat il-pjan biex b'hekk dan jieħu kont tat-tibdiliet relevanti fil-faċilità tal-port;

.6 

iż-żieda ta' kuxjenza għas-sigurtà u l-attenzjoni bir-reqqa tal-persunal fil-faċilità tal-port;

.7 

l-assigurazzjoni tal-provvediment ta' taħriġ adegwat għall-persunal responsabbli mis-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.8 

it-twassil ta' informazzjoni lill-awtoritajiet relevanti u ż-żamma ta' reġistri dwar dawk il-każi meta kienet mhedda s-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.9 

l-implimentazzjoni ikkoordinata tal-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port flimkien ma' l-uffiċjal(i) għas-sigurtà tal-vapur jew tal-Kumpannija approprjata;

.10 

il-koordinazzjoni mas-servizzi ta' sigurtà, kif xieraq;

.11 

l-assigurazzjoni li jintlaħqu l-istandards għall-persunal responsabbli mis-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.12 

l-assigurazzjoni li l-apparat tas-sigurtà, jekk disponibbli, ikun imħaddem, ittestjat, regolarizzat u miżmum tajjeb.

.13 

l-għoti ta' għajnuna lill-uffiċjali għas-sigurtà tal-vapur biex tkun ikkonfermata l-identità, meta tintalab, ta' dawk jkunu jridu jitilgħu fuq il-vapur.

17.3 L-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandu jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa sabiex ikun jista' jaqdi d-doveri u r-responsabbilitajiet imponuti fuqu permezz tal-kapitolu XI-2 u din il-Parti tal-Kodiċi.

18   TAĦRIĠ, DRILLS U EŻERĊIZZJI FUQ IS-SIGURTÀ TAL-FAĊILITÀ TAL-PORT

18.1 L-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port u l-persunal approprjat għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandhom ikollhom it-tagħrif u jkunu rċevew t-taħriġ, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

18.2 Il-persunal fil-faċilità tal-port li jkollhom doveri speċifiċi ta' sigurtà għandhom jifhmu d-doveri u r-responsabbilitajiet tagħhom għas-sigurtà tal-faċilità tal-port, kif deskritti fil-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port, u għandhom ikollhom t-tagħrif u l-kapaċità biżżejjed biex iwettqu d-doveri tagħhom, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

18.3 Sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port, għandhom jitwettqu drills kull intervall ta' żmien approprjat, fuq konsiderazzjoni tat-tipi ta' operazzjoni tal-faċilità tal-port, it-tibdil fil-persunal tal-faċilità tal-port, it-tip ta' vapur li l-faċilità tal-port tkun qed isservi u ċ-ċirkostanzi l-oħra relevanti, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

18.4 L-uffiċjal għas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandu jassigura l-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port billi jieħu sehem f'eżerċizzji kull intervall ta' żmien approprjat, fuq konsiderazzjoni tal-linji ta' gwida mogħtija fil-parti B ta' dan il-Kodiċi.

19   VERIFIKA U ĊERTIFIKAZZJONI GĦALL-VAPURI

19.1   Verifiki

19.1.1

Kull vapur li japplika għalih dan il-Kodiċi għandu jkun suġġett għall-verifiki speċifikati hawn taħt:.

.1 

verifika fil-bidu qabel il-vapur jibda jopera jew qabel iċ-ċertifikat meħtieġ skond it-taqsima 19.2 jinħareġ għall-ewwel darba, liema verifika għandha tinkludi verifika kompluta tas-sistema tiegħu ta' sigurtà u ta' l-apparat kollu ta' sigurtà li jkun assoċjat u li jkun kopert bid-dispożizzjonijiet relevanti tal-kapitolu XI-2, ta' din il-Parti tal-Kodiċi u tal-pjan approvat għas-sigurtà tal-vapur. Din il-verifika għandha tassigura li s-sistema ta' sigurtà u l-apparat kollu ta' sigurtà fuq il-vapur li jkun assoċjat ikun konformi b'mod totali mal-ħtiġiet applikabbli tal-kapitolu XI-2 u din il-Parti tal-Kodiċi, ikun f'kondizzjoni sodisfaċenti u adattat għas-servizz li jkun intiż għalih fuq il-vapur;

.2 

verifika ta' tiġdid kull intervall ta' żmien kif speċifikat mill-Amministrazzjoni, liema żmien iżda ma jkunx itwal minn ħames snin, minbarra fejn tkun applikabbli t-taqsima 19.3. Din il-verifika għandha tassigura li s-sistema ta' sigurtà u l-apparat kollu ta' sigurtà li jkun assoċjat ikun konformi b'mod totali mal-ħtiġiet applikabbli tal-kapitolu XI-2, din il-Parti tal-Kodiċi u l-pjan approvat għas-sigurtà tal-vapur, ikun f'kondizzjoni sodisfaċenti u adattat għas-servizz li jkun intiż għalih fuq il-vapur;

.3 

mill-inqas verifika waħda intermedjarja. Jekk titwettaq verifika waħda biss intermedjarja din għandha titwettaq bejn it-tieni u t-tielet anniversarju mid-data taċ-ċertifikat kif speċifikat fir-regolament I/2(n). Il-verifika intermedjarja għandha tinkludi ispezzjoni fuq is-sistema ta' sigurtà u fuq l-apparat kollu ta' sigurtà tal-vapur li jkun assoċjat sabiex ikun assigurat li kollox jibqa' jaħdem b'mod sodisfaċenti għas-servizzi li jkunu intiżi għalihom fuq il-vapur. Din il-verifika intermedjarja għandha tiġi endorsjata fuq iċ-ċertifikat;

.4 

kwalunkwe verifiki addizzjonali kif stabbilit mill-Amministrazzjoni.

19.1.2

Il-verifiki tal-vapuri għandhom jitwettqu mill-uffiċjali ta' l-Amministrazzjoni. L-Amministrazzjoni tista', madankollu, tafda x-xogħol tal-verifiki f'idejn organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta kif imsemmi fir-regolament XI-2/1.

19.1.3

F'kull każ, l-Amministrazzjoni ikkonċernata għandha tiggarantixxi t-twettiq u l-effiċjenza tal-verifika u għandha tintrabat u tassigura li twettaq l-arranġamenti meħtieġa sabiex tissodisfa dan l-obbligu.

19.1.4

Is-sistema ta' sigurtà u l-apparat kollu ta' sigurtà tal-vapur li jkun assoċjat għandhom jinżammu fi stat tajjeb wara l-verifiki sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti XI-2/4.2 u XI-2/6, ta' din il-Parti tal-Kodiċi u tal-pjan approvat għas-sigurtà tal-vapur. Wara li kwalunkwe verifika taħt it-taqsima 19.1.1 tkun tlestiet, l-ebda bidliet ma jistgħu jsiru fuq is-sistema tas-sigurtà u fuq kwalunkwe tagħmir relatat mas-sigurtà jew fil-pjan approvat għas-sigurtà tal-vapur mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' l-Amministrazzjoni.

19.2   Ħruġ jew approvazzjoni ta' ċertifikat

19.2.1

ċertifikat Internazzjonali fuq is-Sigurtà tal-Vapur għandu jinħareġ wara l-bidu jew it-tiġdid tal-verifika skond id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 19.1.

19.2.2

ċertifikat bħal dan għandu jinħareġ jew jiġi endorsjat mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta li taħdem f'isem l-Amministrazzjoni.

19.2.3

Gvern Kontraenti ieħor jista', fuq talba ta' l-Amministrazzjoni, jitlob biex il-vapur ikun verifikat u, jekk ikun sodisfatt li d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 19.1.1 ikunu qed jiġu segwiti, għandu joħroġ jew jawtorizza l-ħruġ ta' ċertifikat Internazzjonali fuq is-Sigurtà tal-Vapur u, fejn ikun xieraq, jendorsja jew jawtorizza l-approvazzjoni ta' dak iċ-ċertifikat fuq il-vapur, skond dan il-Kodiċi.

19.2.3.1

Kopja taċ-ċertifikat u kopja tar-rapport tal-verifika għandhom jiġu mgħoddija minnufih lill-Amministrazzjoni li tagħmel it-talba.

19.2.3.2

ċertifikat maħruġ b'dan il-mod għandu jinkludi dikjarazzjoni li tgħid li hu nħareġ fuq talba ta' l-Amministrazzjoni u li għandu jkollu l-istess saħħa u jirċievi l-istess rikonoxximent bħaċ-ċertifikat maħruġ taħt it-taqsima 19.2.2.

19.2.4

Iċ-ċertifikat Internazzjonali fuq is-Sigurtà tal-Vapur għandu jkun magħmul b'mod li jixbaħ il-mudell mogħti fl-appendiċi ta' dan il-Kodiċi. Jekk il-lingwa użata mhix l-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol, it-test għandu jinkludi traduzzjoni għal wahda minn dawn il-lingwi.

19.3   Tul ta' żmien u validità taċ-ċertifikat

19.3.1

ċertifikat Internazzjonali fuq is-Sigurtà tal-Vapur għandu jinħareġ għall-perjodu speċifikat mill-Amministrazzjoni, li m'għandux jaqbeż il-ħames snin

19.3.2

Meta l-verifika ta' tiġdid titlesta fi żmien tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti, iċ-ċertifikat -il ġdid għandu jibda jgħodd mid-data li fiha titlesta l-verifika ta' tiġdid sa data li ma tkunx taqbeż -il ħames snin mid-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti.

19.3.2.1

Meta l-verifika ta' tiġdid titlesta wara d-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti, iċ-ċertifikat -il ġdid għandu jkun validu mid-data li fiha titlesta l-verifika ta' tiġdid sa data li ma tkunx taqbeż -il ħames snin mid-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti.

19.3.2.2

Meta l-verifika ta' tiġdid titlesta aktar minn tliet xhur qabel id-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti, iċ-ċertifikat -il ġdid għandu jkun validu mid-data li fiha titlesta l-verifika ta' tiġdid sa data li ma tkunx taqbeż -il ħames snin mid-data li fiha tkun tlestiet il-verifika ta' tiġdid.

19.3.3

Jekk ċertifikat jinħareġ għall-perjodu ta' anqas minn ħames snin, l-Amministrazzjoni tista' ttawwal il-validità taċ-ċertifikat għall-perjodu itwal mid-data ta' l-iskadenza sa perjodu massimu speċifikat fit-taqsima 19.3.1, dejjem jekk il-verifiki msemmija fit-taqsima 19.1.1 li japplikaw għal ċertifikat li jinħareġ għall-perjodu itwal minn ħames snin ikunu saru b'mod xieraq.

19.3.4

Jekk verifika ta' tiġdid titlesta u ċertifikat ġdid ma jkunx jista' jinħareġ jew ma jkunx jista' jitpoġġa abbord il-vapur qabel id-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti, l-Amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta li taħdem f'isem l-Amministrazzjoni tista' tendorsja ċ- ċertifikat eżistenti u dan iċ -ċertifikat għandu jkun aċċettat bħala validu għall-perjodu miżjud li m'għandux jiżboq -il ħames snin mid-data ta' l-iskadenza.

19.3.5

Jekk vapur, fiż-żmien meta jiskadi ċ-ċertifikat, ma jkunx f'port li jkollu jiġi verifikat fih, l-Amministrazzjoni tista' ttawwal il-perjodu tal-validità taċ ċertifikat imma din l-estensjoni għandha tiġi aċċettata biss għall-għan li l-vapur jitħalla jlesti l-vjaġġ għall-port li fih għandu jiġi vverifikat, dan għandu jiġri biss f'każi fejn jidher xieraq u raġonevoli li jiġri dan. L-ebda ċertifikat m'għandu jiġi mtawwal għall-perjodu itwal minn tliet xhur, u l-vapur li jingħata l-estensjoni m'għandux, mal-wasla tiegħu fil-port li fih għandu jiġi ivverifikat, ikun intitolat permezz ta' din l-estensjoni jħalli l-port mingħajr ma jkollu ċertifikat ġdid. Meta l-verifika ta' tiġdid titlesta, iċ-ċertifikat -il ġdid għandu jgħodd sa data li ma tkunx taqbeż -il ħames snin mid-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti qabel ma tkun ingħatat l-estensjoni.

19.3.6

ċertifikat maħruġ għall-vapur li jaħdem fuq vjaġġi qosra u li ma jkunx imtawwal taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija f'din it-taqsima jista' jiġi mtawwal mill-Amministrazzjoni għall-perjodu ta' xahar mid-data ta' l-iskadenza indikata fuqu. Meta l-verifika ta' tiġdid titlesta, iċ-ċertifikat -il ġdid għandu jkun validu sa data li ma tkunx taqbeż -il ħames snin mid-data ta' l-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti qabel ma l-estensjoni tkun aċċettata.

19.3.7

Fil-każ li verifika intermedjarja titlesta qabel -il perjodu msemmi fit-taqsima 19.1.1,:.

.1 

id-data ta' l-iskadenza li tidher fuq iċ-ċertifikat għandha tiġi emendata permezz ta' approvazzjoni għal data li m'għandiex tkun aktar tard minn tliet snin wara d-data li fiha l-verifika intermedjarja titlesta;

.2 

id-data ta' l-iskadenza tista' tibqa' kif tkun dejjem jekk waħda jew aktar verifiki jseħħu b'tali mod li l-intervalli massimi bejn il-verifiki stabbiliti mit-taqsima 19.1.1 ma jiġux maqbuża.

19.3.8

ċertifikat maħruġ taħt it-taqsima 19.2 m'għandux jibqa' validu fi kwalunkwe minn dawn il-każi li ġejjin:.

.1 

jekk il-verifiki ma jitlestewx fil-perjodi speċifikati taħt it-taqsima 19.1.1;

.2 

jekk iċ-ċertifikat ma jkunx endorsjat skond it-taqsima 19.1.1.3 u 19.3.7.1, fejn din tkun applikabbli;

.3 

Meta Kumpannija tassumi r-responsabbilità tat-tmexxija ta' vapur li qabel ma kienx taħt it-tmexxijja ta' dik il-Kumpannija; u.

.4 

mat-trasferiment tal-vapur għall-bandiera ta' Stat ieħor.

19.3.9

F'każ ta':.

.1 

trasferiment ta' vapur għall-bandiera ta' Gvern Kontraenti ieħor, il-Gvern Kontraenti li tiegħu il-vapur kien intitolat ixejjer il-bandiera għandu, mill-aktar fis possibli, jgħaddi lill-Amministrazzjoni li qed tirċievi kopja jew l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam maċ-ċertifikat Internazzjonali fuq is-Sigurtà tal-Vapur li l-vapur kien qed iġorr qabel it-trasferiment u kopji tar-rapporti tal-verifika disponibbli, jew.

.2 

Kumpannija li tassummi r-reponsabbilità tat-tmexxija ta' vapur li ma jkunx taħt it-tmexxija ta' dik il-Kumpannija, il-Kumpannija ta' qabel għandha, mill-aktar fis possibbli, tgħaddi lill-Kumpannija li qed tirċievi kopji ta' kwalunkwe informazzjoni li għandha x'taqsam maċ-ċertifikat Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Vapur jew tiffaċilita l-verifiki msemmija fit-taqsima 19.4.2.

19.4

ċertifikat Temporanja

19.4.1

Iċ-ċertifikatI msemmija fit-taqsima 19.2 għandhom jinħarġu biss meta l-Amministrazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat tkun kompletament sodisfatta li l-vapur jikkonformi mal-ħtiġiet tat-taqsima 19.1. Madanakollu, wara l-1 ta' Lulju 2004, għall-iskopijiet ta':.

.1 

vapur mingħajr ċertifikat mal-wasla jew qabel id-dħul tiegħu jew id-dħul mill-ġdid tiegħu fis-servizz;

.2 

trasferiment ta' vapur minn bandiera ta' Gvern Kontraenti għall-bandiera ta' Gvern Kontraenti ieħor;

.3 

trasferiment ta' vapur għall-bandiera ta' Gvern Kontraenti minn Stat li mhux Gvern Kontraenti; jew.

.4 

Kumpannija li qed tieħu r-resposabbiltà tat-tmexxija ta' vapur li qabel ma kienx immexxi minn dik il-Kumpannija

sakemm iċ-ċertifikat imsemmi fit-taqsima19.2 jinħareġ, l-Amministrazzjoni tista' titlob il-ħarġa ta' ċertifikat Internazzjonali Temporanju tas-Sigurtà tal-Vapur, f'forma li tkun tixbaħ il-mudell mogħti fl-appendiċi ta' din il-Parti tal-Kodiċi.

19.4.2

ċertifikat Internazzjonali Temporanju tas-Sigurtà tal-Vapur jista' jinħareġ biss meta l-Amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta, f'isem l-Amministrazzjoni, tkun ivverifikat li:.

.1 

l-valutazzjoni meħtieġa tas-sigurtà tal-vapur minn din il-Parti tal-Kodiċi tkun tlestiet;

.2 

kopja tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur li tilħaq il-ħtiġiet tal-kapitolu XI-2 u parti A ta' dan il-Kodiċi tkun ipprovvduta abbord, ġiet sottomessa għar-reviżjoni u l-approvazzjoni, u qegħda tiġi implementata fuq il-vapur;

.3 

vapur għandu sistema ta' l-allarm għas-sigurtà li tilħaq il-ħtiġiet tar-regolament XI-2/6, fejn meħtieġ;

.4 

l-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija:.

.1 

assigura:.

.1 

ir-reviżjoni tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur sabiex ikun konformi ma' din il-Parti tal-Kodiċi;

.2 

li l-pjan ikun ġie sottomess għall-approvazzjoni; u.

.3 

li l-pjan ikun qed jiġi implimentat fuq il-vapur; u.

.2 

stabbilixxa l-arranġamenti meħtieġa, inkluż l-arranġamenti għal drills, eżerċizzji u verifiki interni, li permezz tagħhom l-uffiċjal għas-sigurtà tal-kumpannija jkun sodisfatt li l-vapur ikun ser itemm b'suċċess il-verifika meħtieġa skond it-taqsima 19.1.1.1, fi żmien 6 xhur;

.5 

arranġamenti saru għat-tħejjija tal-verifiki meħtieġa skond it-taqsima 19.1.1.1.;

.6 

l-imgħallem, l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur u l-persunal l-oħrajn tal-vapur li jkollhom doveri speċifiċi jkunu familjari mad-doveri u r-responsabbiltajiet tagħhom kif speċifikati f'din il-Parti tal-Kodiċi; u bid-dispożizzjonijiet relevanti tal-pjan għas-sigurtà tal-vapur imqiegħda abbord; u jiġu mogħtija informazzjoni bħal din fil-lingwa li tintuża waqt ix-xogħol mill-persunal tal-vapur jew fil-lingwi li huma jifhmu; u.

.7 

l-uffiċjal għas-sigurtà tal-vapur jilħaq il-ħtiġiet ta' din il-Parti tal-Kodiċi.

19.4.3

ċertifikat Internazzjonali Temporanju tas-Sigurtà tal-Vapur jista' jinħareġ mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta li tkun awtorizzata taħdem f'isimha.

19.4.4

ċertifikat Internazzjonali Temporanju tas-Sigurtà tal-Vapur għandu jkun validu għall-6 xhur, jew sakemm jinħareġ iċ-ċertifikat meħtieġ mit-taqsima 19.2, skond liem minnhom jiġi l-ewwel, u ma jistax jiġi mtawwal.

19.4.5

L-ebda Gvern Kontraenti m'għandu jawtorizza l-ħruġ sussegwenti u konsekuttiv ta' ċertifikat Internazzjonali Temporanju tas-Sigurtà tal-Vapur għall-vapur jekk, skond l-Amministrazzjoni jew l-organizzazzjoni għas-sigurtà rikonoxxuta, wieħed mill-għanijiet tal-vapur jew ta' Kumpannija waqt it-talba għal dan iċ-ċertifikat ikun li tiġi evitata l-konformità totali mal-kapitolu XI-2 u ma' din il-Parti tal-Kodiċi għall-perjodu ta' żmien li jaqbeż dak taċ-ċertifikat Temporanju tal-bidu kif imsemmi fit-taqsima 19.4.4.

19.4.6

Għall-iskopijiet tar-regolament XI-2/9, Gvernijiet Kontraenti jistgħu, qabel jaċċettaw ċertifikat Internazzjonali Temporanju tas-Sigurtà tal-Vapur bħala ċertifikat validu, jassiguraw li l-ħtiġiet tat-taqsimiet minn 19.4.2.4 sa 19.4.2.6 ikunu intlaħqu.”




L-Anness għall-Parti A

L-Anness 1

Formola taċ-Ċertifikat Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Vapuri

image

►(1) M1  

image

image

image




L-Anness 2

Formola taċ-Ċertifikat Internazzjonali Proviżorju tas-Sigurtà tal-Vapuri

image

►(1) M1  




L-ANNESS III

“IL-PARTI B

GWIDA DWAR ID-DISPOSIZZJONIJIET TAL-KAPITOLU XI-2 TA' L-ANNESS GĦALL-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI GĦAS-SIGURTÀ FUQ IL-BAĦAR, 1974 KIF EMENDATA U L-PARTI A TA' DAN IL-KODIĊI

1.   INTRODUZZJONI

Ġenerali

1.1 Il-preambolu ta' dan il-kodiċi jindika li l-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi jistabbilixxu il-qafas ġdid internazzjonali tal-miżuri biex tittejjeb is-sigurtà marittima u li permezz tiegħu il-vapuri u l-faċilitajiet tal-port jistgħu jikkooperaw biex jiskopru u jipprevenu atti li jheddu s-sigurtà fis-settur tat-trasport marittimu.

1.2 Din l-introduzzjoni turi, b' mod konċiż, il-proċessi mistennija fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-arranġamenti meħtieġa biex tinkiseb u tinżamm l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI-2 u tal-parti A ta' dan il-Kodiċi u tidentifika l-elementi ewlenin li fuqhom tiġi offruta l-gwida. Il-gwida hija prevista fil-paragrafi 2 sa 19. Tistabbixxi wkoll kunsiderazzjonijiet essenzali li għandhom jiġu kkunsidrati fl-applikazzjoni tal-gwida dwar il-vapuri u l-faċilitajiet tal-port.

1.3 Jekk l-interess tal-qarrej huwa dwar il-vapuri biss, huwa rrakkomandat ħafna li din il-Parti tal-Kodiċi xorta tinqara kollha, partikolarment il-paragrafi li jittrattaw il-faċilitajiet tal-port. L-istess japplika għal dawk li l-interess ewlieni tagħhom huwa l-faċilitajiet tal-port; għandhom jaqraw ukoll il-paragrafi li jittrattaw il-vapuri.

1.4 Il-gwida prevista fil-paragrafi li ġejjin hija primarjament dwar il-protezzjoni tal-vapur meta jkun fil-faċilità ta' port. Jista' jkun hemm, madankollu, sitwazzjonijiet fejn vapur jista' jhedded il-faċilità tal-port, e.g. minħabba li, ġaladarba fil-faċilità tal-port, jista' jintuża bħala bażi biex jinbeda xi attakk. Meta jkunu kkunsidrati l-miżuri xierqa ta' sigurtà kontra t-theddid fuq is-siġurtà mill-vapuri, dawk li jagħmlu l-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità tal-port jew li jħejju l-pjan tas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandhom jikkunsidraw li jagħmlu l-adattamenti xierqa għall-gwida offruta fil-paragrafi li ġejjin.

1.5 Il-qarrej huwa avżat li xejn m' għandu jinqara jew jiġi interpretat fil-Parti tal-Kodiċi f'kunflitt ma' kwalunkwe mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI-2 jew il-parti A ta' dan il-Kodiċi u li d-dispożizzjonijiet imsemmija fuq dejjem jipprevalu u jħassru kwalunkwe inkonsistenza mhux intenzjonata li setgħet kienet espressa bi żball f'din il-Parti tal-Kodiċi. Il-gwida prevista f'din il-Parti tal-Kodiċi għandha dejjem tinqara, tiġi nterpretata u applikata b' mod li huwa konsistenti ma' l-iskopijiet, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi.

Responsabbiltajiet tal-Gvernijiet Kontraenti

1.6 Il-Gvernijiet Kuntraaenti għandhom, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi, responsabbiltajiet varji, li, fost oħrajn, jinjludu:

— 
l-istabbiliment ta' livell ta' sigurtà applikabbli;
— 
l-approvazzjoni tal-pjan ta' sigurtà għall-vapuri (SSP) u l-emendi relevanti għal xi pjan approvat qabel;
— 
il-verifika ta' l-osservanza tal-vapuri mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi u l-ħruġ lill-vapuri taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà Internazzjonali tal-Vapuri;
— 
ikunu stabbiliti liema mill-faċilitajiet tal-port li jinsabu fit-territorju tagħhom huma meħtieġa li jinnominaw uffiċjal għas-sigurtà tal-port (PFSO) li jkun responsabbli għat-tħejjija tal-pjan ta' sigurtà għall-faċilità tal-port;
— 
tkun żgurata t-tlestija u l-approvazzjoni ta' l-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità tal-port (PFSA) u ta' kwalunkwe emendi sussegwenti għal xi evalwazzjoni approvata qabel;
— 
l-approvazzjoni tal-pjan ta' sigurtà għall-faċilità tal-port (PFSP) u kwalunkwe emendi sussegwenti għal xi pjan approvat qabel;
— 
eserċitar ta' miżuri għall-kontroll u l-osservanza;
— 
l-eżaminazzjoni tal-pjanijiet approvati; u
— 
il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u lill-industriji tal-merkanzija u tal-portijiet.

1.7 Il-Gvernijiet Kontraenti jistgħu jinnominaw, jew jistabbilixxu, Awtoritajiet Nominati fil-Gvern biex jassumu, fil-kuntest tal-faċilitajiet tal-port, id-dmirijiet tagħhom ta' sigurtà taħt il-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi u jippermettu organizzazzjonijiet tas-sigurtà rikonoxxuti biex iwettqu ċertu xogħol dwar faċilitajiet tal-port, imma d-deċiżjoni finali dwar l-aċċettazzjoni u l-approvazzjoni ta' dan ix-xogħol għandha tittieħed mill-Gvern Kontraenti jew l-Awtorità Nominata. Amministrazzjonijiet jistgħu ukoll jiddelegaw ċertu dmirijiet ta' sigurtà, dwar il-vapuri, lil organizzazzjonijiet ta' sigurtà rikonoxxuti. Id-dmirijiet u l-attivitajiet li ġejjin ma jistgħux jiġu ddelegati lil organizzazzjonijiet ta' sigurtà rikonoxxuti:

— 
l-istabbiliment ta' livell ta' sigurtà applikabbli;
— 
ikunu stabbiliti liema mill-faċilitajiet tal-port li jinsabu fit-territorju tal-Gvern Kontraenti huma meħtieġa li jinnominaw PFSO u li jħejju PFSP;
— 
l-approvazzjoni ta' PFSA jew emendi sussegwenti għal xi evalwazzjoni approvata qabel;
— 
l-approvazzjoni ta' PFSP jew emendi sussegwenti għal xi pjan approvat qabel;
— 
eserċitar ta' miżuri għall-kontroll u l-osservanza; u
— 
li jkunu stabbiliti l-ħtiġijiet għal Dikjarazzjoni ta' Sigurtà.

L-istabbiliment tal-livell ta' sigurtà

1.8 L-istabbiliment tal-livell ta' sigurtà applikabbli fi kwalunkwe żmien partikolari huwa r-responsabbiltà tal-Gvernijiet Kontraenti u jista' japplika għall-vapuri u l-faċilitajiet tal-port. Il-parti A ta' dan il-Kodiċi tiddefenixxi tlett livelli ta' sigurtà għall-użu internazzjonali. Dawn huma:

— 
Livell ta' sigurtà 1, normali; il-livell li fih normalment joperaw il-valuri u l-faċilitajiet tal-port;
— 
Livell ta' sigurtà 2, imtella'; il-livell applikat għaż-żmien li jkun hemm riskju għoli ta' inċident ta' sigurtà; u
— 
Livell ta' sigurtà 3, eċċezzjonali; il-livell applikat għall-perjodu ta' żmien li fih ikun hemm riskju probabbli jew imminenti ta' inċident ta' sigurtà.

Il-Kumpannija u l-vapur

1.9 Kwalunkwe Kumpannija li tħaddem vapuri li għalihom japplika l-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi għandha tinnomina CSO għall-Kumpannija u SSO għal kull wieħed mill-vapuri tagħha. Id-dmirijiet, ir-responsabbiltajiet u l-ħtiġijiet tat-taħriġ ta' dawn l-uffiċjali u l-ħtiġijiet għad-drills u l-eserċizzji huma ddefeniti fil-parti A ta' dan il-Kodiċi.

1.10 Ir-responsabbiltajiet ta' l-uffiċjal tas-sigurtà tal-kumpannija jinkludu, fil-qosor fost oħrajn, li jiżgura li l-evalwazzjoni tas-sigurtà ta' vapur (SSA) issir kif suppost, li jitħejja SSP u jkun sottomess għall-approvazzjoni mill-, jew f'isem, l-Amministrazzjoni u wara jitpoġġa abbord kull vapur li għalih tapplika l-parti A ta' dan il-Kodiċi u li dwaru dik il-persuna tkun inħatret bħala l-CSO.

1.11 L-SSP għandu jindika miżuri ta' sigurtà operazzjonali u fiżiċi li l-vapur innifsu għandu jieħu biex jiżgura li dejjem jaħdem fil-livell ta' sigurtà 1. Il-pjan għandu jindika wkoll il-miżuri ta' sigurtà addizzjonali, jew intensivi, li l-vapur innifsu jista' jieħu biex jimxi lejn u jaħdem fil-livell ta' sigurtà 2 meta jingħata struzzjonijiet biex jagħmel hekk. Barra minn hekk, il-pjan għandu jindika wkoll l-azzjonijiet preparatorji possibbli li l-vapur jista' jieħu biex jippermetti rispons pront għall-istruzzjonijiet li jistgħu jinħarġu lill-vapur minn dawk li jwieġbu għal inċident ta' sigurtà jew theddida tiegħu fil-livell ta' sigurtà 3.

1.12 Il-vapuri li għalihom japplikaw il-ħtiġijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi huma mitluba li jkollhom, u jħaddmu skond dawn il-ħtiġijiet, SSP approvat minn, jew f'isem, l-Amministrazzjoni. Is-CSO u l-SSO għandhom josservaw ir-relevanza kontinwa u l-effettività tal-pjan, inkluż li jsiru verifiki interni. Emendi fi kwalunkwe wieħed mill-elementi ta' pjan approvat, li l-Amministrazzjoni tkun iddeċidiet li jeħtieġu approvazzjoni, għandhom ikunu sottomessi għal reviżjoni u l-approvazzjoni qabel ma jkunu inkorporati fil-pjan approvat u jkunu implimentati mill-vapur.

1.13 Il-vapur għandu jkollu ċ-Ċertifikat Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Vapuri li jindika li l-vapur iħares il-ħtiġijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi. Il-Parti A ta' dan il-Kodiċi tinkludi d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-vapur mal-ħtiġijiet fuq il-bażi ta' verifika inizjali, mġedda jew intermedja.

1.14 Meta vapur ikun fil-port jew ikun dieħel f'port ta' Gvern Kontraenti, il-Gvern Kontraenti għandu d-dritt, taħt id-dispożizzjonijiet tar-regolament XI-2/9, li jeserċita kontrolli u miżuri ta' konformità varji fuq il-vapur. Il-vapur ikun suġġett għall-ispezzjonijiet ta' kontroll tal-port ta' l-Istat imma dawn l-ispezzjonijiet normalment ma jestendux sa' l-eżaminazzjoni ta' l-SSP innifsu ħlief f'ċirkostanzi speċifiċi. Il-vapur jista' wkoll ikun suġġett għal miżuri addizzjonali ta' kontroll jekk il-Gvern Kontraenti li jeserċita l-miżuri ta' kontroll u l-konformità ikollu raġunijiet biex jemmen li s-sigurtà tal-vapur jew il-faċilitajiet tal-port li serva, ġew kompromessi.

1.15 Il-vapur jeħtieġ li jkollu wkoll informazzjoni abbord, li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Gvernijiet Kontraenti jekk issir talba, li tindika min hu responsabbli għall-impieg tal-persunal tal-vapur u min hu responsabbli għad-deċiżjonijiet dwar aspetti varji li jikkonċernaw l-impieg tal-vapur.

Il-faċilità tal-port

1.16

Kull Gvern Kontraenti għandu jiżgura l-kompletezza ta' PFSA għal kull waħda mill-faċilitajiet tal-port, li jinsabu fit-territorju tiegħu, li jservu vapuri ingaġġati fuq vjaġġi internazzjonali. Din l-istima tista' ssir mill-Gvern Kontraenti, xi Awtorità nominata jew organizzazzjoni ta' sigurtà rikonoxxuta. Il-PFSA irid ikun approvat mill-Gvern Kontraenti jew l-Awtorità nominata konċernata. L-approvazzjoni ma tistax tkun iddelegata. L-istima tas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandha tkun riveduta perjodikament.

1.17

Il-PFSA huwa fundamentalment analiżi tar-riskji ta' l-aspetti kollha ta' l-operazzjoni tal-faċilità tal-port sabiex ikun stabbilit liema parti/jiet tagħha huma aktar suxxettibbli, u/jew għandhom probabilità aktar, li jkunu suġġett ta' attakk. Riskju ta' sigurtà huwa funzjoni ta' theddida ta' attakk flimkien mal-vulnerabilità ta' l-objettiv u l-konsegwenzi ta' attakk.

L-istima trid tinkludi l-komponenti li ġejjin:

— 
l-istabbiliment u t-theddida apparenti għall-istallazzjonijiet u l-infrastruttura tal-port;
— 
l-identifikazzjoni tal-vulnerabilitajiet potenzali; u
— 
il-kalkolu tal-konsegwenzi ta' l-inċidenti.

Malli titlesta l-analiżi, ikun possibbli li ssir stima komplessiva tal-livell ta' riskju. Il-PFSA jgħin biex ikunu stabbiliti liema faċilitajiet tal-port jeħtieġ li jaħtru PFSO u jħejju PFSP.

1.18

Il-faċilitajiet tal-port li jridu jħarsu il-ħtiġijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi huma mitluba li jinnominaw PFSO. Id-dmirijiet, ir-responsabbiltajiet u l-ħtiġijiet ta' taħriġ ta' dawn l-uffiċjali għad-drills u l-eserċizzji huma spjegati fil-parti A ta' dan il-Kodiċi.

1.19

Il-PFSP għandu jindika l-miżuri ta' sigurtà operazzjonali u fiżiċi li l-vapur innifsu għandu jieħu biex jiżgura li dejjem jaħdem fil-livell ta' sigurtà 1. Il-pjan għandu jindika wkoll il-miżuri ta' sigurtà addizzjonali, jew intensivi, li l-vapur innifsu jista' jieħu biex jimxi lejn u jaħdem fil-livell ta' sigurtà 2 meta jingħata struzzjonijiet biex jagħmel hekk. Barra minn hekk, il-pjan għandu jindika wkoll l-azzjonijiet preparatorji possibbli li l-vapur jista' jieħu biex jippermetti rispons pront għall-istruzzjonijiet li jistgħu jinħarġu lill-vapur minn dawk li jwieġbu għal inċident ta' sigurtà jew theddida tiegħu f'il-livell ta' sigurtà 3.

1.20

Il-faċilitajiet tal-port li jridu jħarsu l-ħtiġijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi huma mitluba li jkollhom, u jħaddmu skond dawn il-ħtiġijiet, PFSP approvat mill-Gvern Kontraenti jew mill-Awtorità nominata. Il-PFSO għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-pjan u josservaw ir-relevanza kontinwa u l-effettività tiegħu, inkluż li jiġu kkummissjonati verifiki interni ta' l-applikazzjoni tal-pjan. Emendi fi kwalunkwe wieħed mill-elementi ta' pjan approvat, li l-Gvern Kuntratta jew l-Awtorità nominata ikunu iddeċidew li jeħtieġu approvazzjoni, għandhom ikunu sottomessi għal reviżjoni u l-approvazzjoni qabel ma jkunu inkorporati fil-pjan approvat u jkunu implimentati mill-faċilità tal-port. Il-Gvern Kontraenti jew l-Awtorità nominata konċernata jista' jipprova l-effettività tal-pjan. Il-PFSA li jkopri l-faċilità tal-port jew li fuqu l-iżvilupp tal-pjan ġie bbażat għandu jkun rivedut regolarment. Dawn l-attivitajiet kollha jistgħu iwasslu għal emendi fil-pjan approvat. Kwalunkwe emendi għal elementi speċifiċi ta' xi pjan approvat ikollhom jiġu sottomessi għall-approvazzjoni tal-Gvern Kontraenti jew ta' l-Awtorità nominata.

1.21

Il-vapuri li jużaw il-faċilitajiet tal-port jistgħu ikunu suġġetti għall-ispezzjonijiet ta' kontroll tal-port ta' l-Istat u miżuri ta' kontroll addizzjonali stabbiliti fir-regolament XI-2/9. L-awtoritajiet relevanti jistgħu jitolbu li jkunu pprovduti b' informazzjoni dwar il-vapur, it-tgħabija tiegħu, il-passiġġieri u l-persunal tal-vapur qabel ma l-vapur jidħol fil-port. Jista' jkun hemm ċirkostanzi li fihom vapur ma jitħalliex jidħol fil-port.

Informazzjoni u komunikazzjoni

1.22

Il-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi jitolbu li l-Gvernijiet Kontraenti jipprovdu ċertu informazzjoni lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u biex l-informazzjoni tkun disponibbli sabiex ikun hemm komunikazzjoni effettiva bejn il-Gvernijiet Kontraenti u bejn l-uffiċjali tas-sigurtà tal-kumpanniji/l-uffiċjali tas-sigurtà tal-vapuri u l-uffiċjal tas-sigurtà tal-faċilità tal-port.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1 L-ebda gwida m' hi prevista għad-definizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu XI-2 jew il-part A ta' dan il-Kodiċi.

2.2 Għall-iskop ta' din il-Parti tal-Kodiċi:

.1 

‘taqsima’ tfisser taqsima mill-parti A tal-Kodiċi u hija indikata bħala ‘taqsima A/< segwita minn numru tat-taqsima >’.

.2 

‘paragrafu’ tfisser paragrafu ta' din il-Parti tal-Kodiċi u huwa indikat bħala ‘paragrafu < segwit minn numru tal-paragrafu >’; u.

.3 

‘Gvern Kontraenti’, meta użata fil-paragrafi 14 sa 18, tfisser il-‘Gvern Kontraenti li fit-territorju tiegħu tinsab il-faċilità tal-port’ u tinkludi referenza għall-Awtorità nominata.

3.   APPLIKAZZJONI

Ġenerali

3.1 Il-gwida mogħtija f'din il-Parti tal-Kodiċi għandha tiġi kkunsidrata fl-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi..

3.2 Madankollu, għandu jkun rikonoxxut li l-grad ta' l-applikazzjoni tal-gwida fuq il-vapuri jiddependi fuq it-tip tal-vapur, it-tgħabijiet u/jew il-passiġġieri tiegħu, ix-xejra tal-kummerċ tiegħu u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet tal-port viżitati mill-vapur.

3.3 Bl-istess mod, skond il-gwida fuq il-faċilitajiet tal-port, il-grad ta' l-applikazzjoni ta' din il-gwida jiddependi fuq il-faċilitajiet tal-port, it-tipi ta' vapuri li jużaw il-faċilità tal-port, it-tipi tat-tgħabijiet u/jew il-passiġġieri, u ix-xejriet tal-kummerċ tal-vapuri viżitanti.

3.4 Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi m' humiex intiżi li japplikaw għall-faċilitajiet tal-port li huma ddisinjati u użati primarjament għal skopijiet militari.

4.   RESPONSABBILTAJIET TAL-GVERNIJIET KONTRAENTI

Is-sigurtà ta' l-istimi u l-pjanijiet

4.1 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa biex ikun evitat svelar mhux awtorizzat ta', jew adeżjoni għal, materjal ta' natura sensittiva għas-sigurtà li jikkonċerna l-istimi tas-sigurtà tal-vapuri (SSA), il-pjanijiet tas-sigurtà tal-vapuri (SSP), l-istimi tas-sigurtà tal-faċilitajiet tal-port (PFSA) u l-pjanijiet tas-sigurtà tal-faċilitajiet tal-port (PFSP), u għal stimi jew pjanijiet individwali.

Awtoritajiet Nominati

4.2 Il-Gvernijiet Kontraenti jistgħu jidentifikaw Awtorità Nominata fi ħdan il-Gvern biex tassumi d-dmirijiet tiegħu tas-sigurtà li jikkonċernaw il-faċilitajiet tal-port kif stabbilit fil-Kapitolu XI-2 jew il-parti A ta' dan il-Kodiċi.

Organizzazzjonijiet ta' sigurtà rikonoxxuti

4.3

Il-Gvernijiet Kontraenti jistgħu jawtorizzaw organizzazzjonijiet ta' sigurtà rikonoxxuti (RSO) biex jassumu ċertu attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà, inkluż:

.1 

l-approvazzjoni ta' pjanijiet tas-sigurtà tal-vapuri, jew emendi fihom, f'isem l-Amministrazzjoni;

.2 

il-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-vapuri mal-ħtiġijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi f'isem l-Amministrazzjoni; u.

.3 

it-tmexxija ta' stima tas-sigurtà ta' faċilità ta' port mitluba mill-Gvern Kontraenti.

4.4

RSO jista anke jagħti parir jew jipprovdi għajnuna lill-kumpanniji jew il-faċilitajiet tal-port fuq materji ta' sigurtà, inkluż stima tas-sigurtà ta' vapur, pjanijiet tas-sigurtà ta' vapur, stima tas-sigurtà ta' faċilità ta' port u pjanijiet tas-sigurtà ta' faċilità ta' port. Dan jista' jinkludi it-tlestija ta' SSA jew SSP jew PFSA jew PFSP. Jekk xi RSO ikun għamel xi SSA jew SSP, dak l-RSO m' għandux jitħalla japprova hu stess dak l-SSP.

4.5

Meta jawtorizzaw RSO, il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lill-kompetenza ta' dik l-organizzazzjoni. RSO trid tkun kapaċi turi:

.1 

kompetenza fl-aspetti relevanti ta' sigurtà;

.2 

għerf xieraq dwar l-operazzjonijiet tal-vapuri u l-portijiet, inkluż għerf dwar id-disinjar u l-kostruzzjoni tal-vapuri jekk jipprovdu servizzi dwar il-vapuri u għerf dwar id-disinjar u l-kostruzzjoni tal-portijiet jekk jipprovdu servizzi dwar il-faċilitajiet tal-port;

.3 

il-kapaċità tagħhom li jagħmlu stima tar-riskji ta' sigurtà probabbli li jistgħu jiġru waqt operazzjonijiet ta' vapuri u faċilitajiet tal-portijiet, inkluż il-punti diverġenti tal-vapur/port, u kif għandhom jiġu minimizzati riskji bħal dawn;

.4 

l-abbiltà tagħhom li jżommu u jtejbu il-kompetenza tal-persunal tagħhom;

.5 

l-abbiltà tagħhom li josservaw il-kredibilità kontinwa tal-persunal tagħhom;

.6 

l-abbiltà tagħhom li jżommu miżuri xierqa li jevitaw svelar mhux awtorizzat ta', jew adeżjoni għal, materjal ta' natura sensittiva għas-sigurtà;

.7 

l-għerf tagħhom tal-ħtiġijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi u l-leġislazzjoni u l-ħtiġijiet ta' sigurtà nazzjonali u internazzjonali relevanti;

.8 

l-għerf tagħhom tat-theddid u x-xejriet tas-sigurtà kurrenti;

.9 

l-għerf tagħhom ta' l-għarfien u l-kxif ta' armi, sustanzi u mekkaniżmi perikolużi;

.10 

l-għerf tagħhom ta' l-għarfien, fuq bażi mhux diskriminatorja, tal-karatteristiċi u x-xejriet ta' l-imġieba tal-persunal li x'aktarx jistgħu jheddu s-sigurtà;

.11 

l-għerf tagħhom tal-metodi ta' teknika użati biex ikunu evaduti miżuri ta' sigurtà; u.

.12 

l-għerf tagħhom ta' l-apparat u s-sistemi ta' sigurtà u sorveljanza u l-limitazzjonijiet operazzjonali tagħhom.

Meta jiddelegaw dmirijiet speċifiċi lil xi RSO, il-Gvernijiet Kontraenti, inkluż l-Amministrazzjonijiet, għandhom jiżguraw li l-RSO għandha l-kompetenzi meħtieġa biex twettaq dan il-kompitu.

4.6

Organizzazzjoni rikonoxxuta, kif imsemmija fir-regolament I/6 u li taderixxi mal-ħtiġijiet tar-regolament XI-1/1, tista' tinħatar bħala RSO sakemm din ikollha l-kompetenza xierqa li tikkonċerna s-sigurtà elenkata fil-paragrafu 4.5.

4.7

Operatur ta' awtorità ta' port jew faċilità ta' port jista' jinħatar bħala RSO sakemm dan ikollu l-kompetenza xierqa li tikkonċerna s-sigurtà elenkata fil-paragrafu 4.5.

L-istabbiliment tal-livell tas-sigurtà

4.8 Meta jkun stabbilit il-livell tas-sigurtà, il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkunsidraw informazzjoni dwar theddid ġenerali u speċifika. Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu il-livell ta' sigurtà li japplika għall-vapuri jew il-faċilitajiet tal-port f'wieħed minn tlett livelli:

— 
Il-livell ta' sigurtà 1, normali; il-livell li fih normalment joperaw il-valuri u l-faċilitajiet tal-port;
— 
Il-livell ta' sigurtà 2, imtella'; il-livell applikat għaż-żmien li jkun hemm riskju għoli ta' inċident ta' sigurtà; u
— 
Il-livell ta' sigurtà 3, eċċezzjonali; il-livell applikat għall-perjodu ta' żmien li fih ikun hemm riskju probabbli jew imminenti ta' inċident ta' sigurtà

4.9 L-istabbiliment tal-livell ta' sigurtà 3 għandu jkun miżura eċċezzjonali li tapplika biss meta jkun hemm informazzjoni kredibbli dwar il-probabilità jew l-imminenza ta' inċident ta' sigurtà. Il-livell ta' sigurtà 3 għandu jkun stabbilit biss għat-tul tat-theddida ta' sigurtà identifikata jew l-inċident attwali ta' sigurtà. Waqt li l-livelli ta' sigurtà jistgħu jinbidlu mill-livell ta' sigurtà 1, għall-livell ta' sigurtà 2 u għall-livell ta' sigurtà 3, huwa wkoll possibli li l-livelli ta' sigurtà jinbidlu direttament mill-livell ta' sigurtà 1 għall-livell ta' sigurtà 3.

4.10 F'kull ħin il-kaptan tal-vapur għandu r-responsabbiltà aħħarija għas-sigurtà tal-vapur. Anke fil-livell ta' sigurtà 3 il-kaptan jista' jitlob għal klarifikazzjoni jew tibdil fl-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li jwieġbu għal inċident ta' sigurtà, jew theddida tiegħu, jekk m' hemmx raġunijiet li jemmen li l-konformità ma' xi waħda mill-istruzzjonijiet tista' tipperikola s-sigurtà tal-vapur.

4.11 Is-CSO jew l-SSO għandhom jikkooperaw malajr kemm jista' jkun mal-PFSO tal-faċilità tal-port li l-vapur huwa intenzjonat li jżur biex jistabbilixxu il-livell ta' sigurtà applikabbli għal dak il-vapur fil-faċilità tal-port. Ġaladarba jkun stabbilit kuntatt mal-vapur, il-PFSO għandu javża lill-vapur bi kwalunkwe tibdil sussegwenti fil-livell ta' sigurtà tal-faċilità tal-port u għandu jipprovdi lill-vapur bi kwalunkwe informazzjoni ta' sigurtà relevanti.

4.12 Waqt li jista' jkun hemm ċirkostanzi meta vapur individwali jista' jkun qiegħed jaħdem f'livell ta' sigurtà ogħla minn dak tal-faċilità tal-port li jkun qiegħed iżur, ma jista' jkun hemm ebda ċirkostanzi meta vapur ikollu livell ta' sigurtà aktar baxx minn dak tal-faċilità tal-port li jkun qiegħed iżur. Jekk xi vapur għandu livell ta' sigurtà ogħla minn dak tal-faċilità tal-port li jkun maħsub li se juża, is-CSO jew l-SSO għandhom javżaw lill-PFSO mingħajr dewmien. Il-PFSO għandu jagħmel stima tas-sitwazzjoni partikolari f'konsultazzjoni mas-CSO jew l-SSO u jaqblu fuq miżuri xierqa ta' sigurtà mal-vapur, li jistgħu jinkludu t-tlestija u l-iffirmar ta' Dikjarazzjoni ta' Sigurtà

4.13 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkunsidraw kif informazzjoni dwar tibdil fil-livelli ta' sigurtà għandha tiġi ċċirkolata malajr. Jista' jkun li l-Amministrazzjonijiet ikunu jixtiequ li jużaw il-messaġġi NAVTEX jew l-Avviżi lill-baħħara bħala l-metodu għan-notifika ta' tibdil bħal dan fil-livelli tas-sigurtà lill-vapur u lis-CSO u l-SSO. Jew, jista' jkun li jridu jikkunsidraw metodi oħra ta' komunikazzjoni li jipprovdu kopertura jew veloċità ekwivalenti jew aħjar. Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu mezzi ta' notifika lill-PFSO dwar it-tibdil fil-livelli ta' sigurtà. Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jiġbru u jżommu d-dettalji tal-kuntatti f'lista ta' dawk li jeħtieġ li jkunu nfurmati bit-tibdil fil-livelli ta' sigurtà. Billi il-livell ta' sigurtà m' għandux jitqies bħala partikolarment sensittiv, l-informazzjoni primarja ta' theddid tista' tkun sensittiva ħafna. Il-Gvernijiet Kontraenti għandu jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lit-tip u d-dettall ta' l-informazzjoni mogħtija u l-metodu li bih tingħata l-informazzjoni lill-SSO, is-CSO u l-PFSO.

Il-punti ta' kuntatt u l-informazzjoni dwar il-pjanijiet tas-sigurtà tal-faċilità tal-port

4.14 Fejn faċilità ta' port ikollha PFSP, dan il-fatt għandu jkun ikkomunikat lill-Organizzazzjoni u dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni wkoll tas-CSO u l-SSO. Ebda dettalji oħra tal-PFSP m' għandhom jiġu ppubblikati ħlief li qiegħed fis-seħħ. Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu jew punti ta' kuntatt ċentrali inkella reġjonali, jew mezzi oħra biex jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar il-postijiet fejn huma fis-seħħ il-PFSP, flimkien mad-dettalji ta' kuntatt għall-PFSO relevanti. L-eżistenza ta' punti ta' kuntatt bħal dawn għandha tkun pubbliċizzata. Jistgħu jipprovdu wkoll informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet ta' sigurtà rikonoxxuti maħtura biex jaġixxu f'isem il-Gvern Kontraenti, flimkien mad-dettalji tar-responsabbiltà speċifika u l-kondizzjonijiet ta' l-awtorità ddelegati lil dawn l-organizzazzjonijiet ta' sigurtà rikonoxxuti.

4.15 Fil-każ ta' port li m' għandux PFSP (u għalhekk m' għandux PFSO), il-punt ta' kuntatt ċentrali jew reġjonali għandu jkun kapaċi li jidentifika persuna kwalifikata adattata fuq l-art li tkun tista' tirranġa biex jidħlu fis-seħħ miżuri xierqa ta' sigurtà, jekk meħtieġ, għat-tul taż-żjara tal-vapur.

4.16 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jipprovdu wkoll id-dettalji tal-kuntatt ta' l-uffiċjali tal-Gvern li lilhom l-SSO, l-CSO jew il-PFSO ikun jista' jagħmel rapport dwar preokkupazzjonijiet ta' sigurtà. Dawn l-uffiċjali tal-Gvern għandhom jagħmlu stima ta' rapporti bħal dawn qabel tittieħed azzjoni xierqa. Dawn il-preokkupazzjonijiet irrapportati jista' jkollhom effett fuq il-miżuri ta' sigurtà li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Gvern Kontraenti ieħor. F'dan il-każ, il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkunsidraw li jikkuntattjaw lill-kontropartijiet tagħhom fil-Gvern Kontraenti l-ieħor biex jiddiskutu jekk hux xieraq li tittieħed azzjoni ta' rimedju. Għal dan l-iskop, id-dettalji tal-kuntatt ta' l-uffiċjali tal-Gvern għandhom ikunu kkomunikati lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

4.17 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom ukoll ipoġġu l-informazzjoni indikata fil-paragrafi 4.14 sa 4.16 għad-dispożizzjoni ta' Gvernijiet Kontraenti oħra meta ssir talba.

Dokumenti ta' identifikazzjoni

4.18 Il-Gvernijiet Kontraenti huma nkuraġġiti biex joħorġu dokumenti xierqa ta' identifikazzjoni lill-uffiċjali tal-Gvern li għandhom id-dritt li jitilgħu fuq il-vapuri jew jidħlu fil-faċilitajiet tal-port waqt il-qadi tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom u biex jistabbilixxu proċeduri li bihom tkun tista' tiġi vverifikata l-awtentiċità ta' dokumenti bħal dawn.

Pjattaformi fissi u fil-wiċċ tal-baħar w unità mobbli ta' offshore drilling fuq il-post

4.19 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu miżuri ta' sigurtà xierqa għal pjattaformi fissi u fil-wiċċ tal-baħar w unità mobbli ta'offshore drilling fuq il-post biex jippermettu l-interazzjoni mal-vapuri li huma obbligati li jħarsu id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi.

Vapuri li m' humiex obbligati li jħarsu l-parti A ta' dan il-Kodiċi

4.20 Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu miżuri ta' sigurtà xierqa biex itejbu is-sigurtà tal-vapuri li għalihom ma japplikawx il-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi u biex jiżguraw li kwalunkwe dispożizzjonijiet ta' sigurtà li japplikaw għal vapuri bħal dawn jippermettu l-interazzjoni mal-vapuri li għalihom tapplika l-parti A ta' dan il-Kodiċi.

Theddid għall-vapuri u inċidenti oħra fuq il-baħar

4.21

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jipprovdu gwida ġenerali dwar il-miżuri ikkunsidrati xierqa biex inaqqsu r-riskju ta' sigurtà fuq vapuri li jtajjru l-bandiera tagħhom waqt li jkunu fuq il-baħar. Għandhom jipprovdu parir speċifiku fuq l-azzjoni li tkun trid tittieħed skond il-livelli ta' sigurtà 1 sa 3, jekk:

.1 

hemm tibdil fil-livell ta' sigurtà li japplika għall-vapur waqt li jkun fuq il-baħar, e.g. minħabba l-lok ġeografiku li jkun qiegħed jaħdem fih jew dwar il-vapur innifsu; u.

.2 

hemm inċident ta' sigurtà jew theddida tiegħu li jinvolvi l-vapur waqt li jkun fuq il-baħar.

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jistabbilixxu l-aħjar metodi u proċeduri għal dawn l-iskopijiet. Fil-każ ta' attakk imminenti, il-vapur għandu jfittex li jistabbilixxi komunikazzjoni diretta ma' dawk responsabbli fl-Istat tal-bandiera biex iwieġbu għall-inċidenti ta' sigurtà

4.22

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom ukoll jistabbilixxu punt ta' kuntatt għall-parir fuq is-sigurtà għal kwalunkwe vapur li:

.1 

għandu d-dritt li jtajjar il-bandiera tagħhom; jew.

.2 

jaħdem fl-ibħra territorjali tagħhom jew li jkun ikkomunika l-intenzjoni li jidħol fl-ibħra territorjali tagħhom.

4.23

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom ukoll joffru li jagħtu pariri lill-vapuri li jaħdmu fl-ibħra territorjali tagħhom jew li jkunu ikkomunikaw l-intenzjoni li jidħlu fl-ibħra territorjali tagħhom, li jistgħu jinkludu pariri:

.1 

biex jalteraw jew idewmu l-passaġġ maħsub tagħhom;

.2 

biex jinnavigaw fi traġitt partikolari jew jipproċedu lejn lok speċifiku;

.3 

dwar id-disponibbiltà ta' kwalunkwe persunal jew apparat li jista' jitpoġġa fuq il-vapur;

.4 

biex jikkoordinaw il-passaġġ, il-wasla fil-port u t-tluq mill-port, biex jippermettu li jkunu skortati minn inġenji ta' l-għassa jew inġenji ta' l-ajru (fixed-wing jew elikotteru).

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom ifakkru lill-vapuri li jaħdmu fl-ibħra territorjali tagħhom jew li jkunu ikkomunikaw l-intenzjoni li jidħlu fl-ibħra territorjali tagħhom, dwar kwalunkwe postijiet ta' restrizzjoni temporanja li jkunu ppubblikaw.

4.24

Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jirrakkomandaw lill-vapuri li jaħdmu fl-ibħra territorjali tagħhom jew li jkunu ikkomunikaw l-intenzjoni li jidħlu fl-ibħra territorjali tagħhom, biex jimplementaw malajr, għall-protezzjoni tal-vapur u għall-protezzjoni ta' vapuri oħrajn fil-viċinanzi, kwalunkwe miżuri ta' sigurtà li l-Gvern Kontraenti ikun ta parir li jittieħdu.

4.25

Il-pjanijiet imħejjija mill-Gvernijiet Kontraenti għall-iskopijiet mogħtija fil-paragrafu 4.22 għandhom jinkludu informazzjoni fuq punt ta' kuntatt xieraq, disponibbli fuq il-bażi ta' 24 siegħa, fi ħdan il-Gvern Kontraenti inkluż l-Amministrazzjoni. Dawn il-pjanijiet għandhom jinkludu wkoll informazzjoni fuq iċ-ċirkostanzi li fihom l-Amministrazzjoni tikkunsidra li għandha tintalab l-għajnuna mill-Istati kostali fil-viċin, u fuq proċedura għall-kooperazzjoni bejn il-PFSO u l-SSO.

Ftehim ta' sigurtà alternattivi

4.26 Il-Gvernijiet Kontraenti, meta jikkunsidraw kif jimplimentaw il-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi, jistgħu jikkonkludu ftehim jew aktar ma' wieħed jew aktar mill-Gvernijiet Kontraenti. L-iskop ta' ftehim huwa limitat għal vjaġġi qosra internazzjonali fuq rotti fissi bejn il-faċilitajiet tal-port fit-territorju tal-partijiet għall-ftehim. Meta jikkonkludu ftehim, u wara, il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw ma' Gvernijiet Kontraenti u Amministrazzjonijiet oħra li jkollhom interess fl-effetti tal-ftehim. Vapuri li jtajjru l-bandiera ta' Stat li m' huwiex parti għall-ftehim għandu jitħalla jaħdem biss fuq rotot fissi koperti bil-ftehim jekk l-Amministrazzjoni tagħhom taqbel li l-vapur għandu jħares id-dispożizzjonijiet tal-ftehim u titlob lill-vapur biex jaghmel dan. Fl-ebda każ ma jista' ftehim jikkomprometti il-livell ta' sigurtà tal-vapuri u l-faċilitajiet tal-port mhux koperti minnu, u speċifikament, il-vapuri kollha koperti bi ftehim bħal dan jistgħu ma jmexxux attivitajiet bejn vapur u ieħor ma' vapuri mhux koperti. Kwalunkwe azzjoni operazzjonali meħuda mill-vapuri koperti bil-ftehim għandha tkun koperta bih. It-tħaddim ta' kull ftehim għandu jkun eżaminat kontinwament u emendat meta tinħass il-ħtieġa u fi kwalunkwe każ għandu jkun irrivedut kull 5 snin.

Arranġamenti ekwivalenti għall-faċilitajiet tal-port

4.27 Għal ċerti faċilitajiet tal-port speċifiċi b' operazzjonijiet limitati jew speċjali imma bi traffiku aktar milli okkażjonali, jista' jkun xieraq li tkun żgurata l-konformità b' miżuri ta' sigurtà ekwivalenti għal dawk imniżżla fil-Kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi. Dan jista', b' mod partikolari, ikun il-każ ta' stazzjonijiet abbinati ma' fabbriki, jew mollijiet mingħajr operazzjonijiet frekwenti.

L-ammont ta' nies impjegati

4.28 Biex tistabbilixxi l-ammont minimu ta' sigurtà tan-nies biex jaħdmu fuq il-vapur, l-Amministrazzjoni trid tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet dwar l-ammont minimu ta' sigurtà ta' nies biex jaħdmu stabbiliti bir-regolament V/14 jindirizzaw biss in-navigazzjoni bla periklu tal-vapur. L-Amministrazzjoni għandha wkoll tikkunsidra kwalunkwe xogħol addizzjonali li jista' jirriżulta mill-implimentazzjoni ta' l-SSP u tiżgura li l-vapur għandu nies suffiċjenti biex jaħdmu b' mod effettiv. Meta tagħmel hekk, l-Amministrazzjoni għandha tivverifika li l-vapuri jistgħu jimplimentaw is-siegħat ta' mistrieh u miżuri oħra biex jindirizzaw l-għejja li ġew iċċirkolati bil-liġi nazzjonali, fil-kuntest tad-dmirijiet kollha ta' fuq il-vapur assenjati lil-persunal varju tal-vapur.

Kontroll u miżuri ta' konformità

Ġenerali

4.29 Ir-regolament XI-2/9 jiddeskrivi l-kontroll u l-miżuri ta' konformità applikabbli għal vapuri taħt il-kapitolu XI-2. Hu maqsum fi tlett taqsimiet distinti; il-kontroll ta' vapuri li diġa qegħdin f'port, il-kontroll ta' vapuri intenzjonati li jidħlu f'port ta' Gvern Kontraenti ieħor, u kwalunkwe dispożizzjonijiet addizzjonali applikabbli għaż-żewġ sitwazzjonijiet.

4.30 Ir-regolament XI-2/9.1, Il-kontroll ta' vapuri f'port, jimplimenta sistema għall-kontroll ta' vapuri waqt li jkunu f'port ta' art barranija fejn uffiċċjali awtorizzati tal-Gvern Kontraenti (‘uffiċċjali awtorizzati’) għandhom id-dritt li jitilgħu fuq il-vapur biex jivverifikaw li ċ-ċertifikati meħtieġa huma kif suppost. Imbagħad, jekk ikun hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li l-vapur mhux konformi, jistgħu jittieħdu miżuri ta' kontroll bħal spezzjonijiet addizzjonali jew detenzjoni. Dan jirrifletti s-sistemi ta' kontroll preżenti. Ir-regolament XI-2/9.1 huwa mibni fuq sistemi bħal dawn u jippermetti li jittieħdu miżuri addizzjonali (inkluż it-tkeċċija ta' vapur minn xi port bħala miżura ta' kontroll) meta uffiċċjali awtorizzati ikollhom raġunijiet ċari biex jemmnu li l-vapur mhux konformi mal-ħtiġijiet tal-kapitolu XI-2 jew il-parti A ta' dan il-Kodiċi. Ir-regolament XI-2/9.3 jiddeskrivi s-salvagwardji li jippromwovu implimentazzjoni ġusta u proporzjonata ta' dawn il-miżuri addizzjonali.

4.31 Ir-regolament XI-2/9.2 japplika miżuri ta' kontroll biex tkun żgurata l-konformità għall-vapuri intenzjonati li jidħlu f'port ta' Gvern Kontraenti ieħor u jintroduċi kunċett ta' kontroll totalment differenti fil-kapitolu XI-2, li japplika għas-sigurtà biss. Taħt dan ir-regolament, jistgħu jiġu mplimentati miżuri qabel ma l-vapur jidħol fil-port, biex tkun żgurata aħjar is-sigurtà. L-istess bħal fir-regolament XI-2/9.1, din is-sistema ta' kontroll addizzjonali hija bbażata fuq il-kunċett ta' raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li l-vapur mhux konformi mal-kapitolu XI-2 jew il-parti A ta' dan il-Kodiċi, u jinkludi salvagwardji sinifikanti fir-regolamenti XI-2/9.2.2 u XI-2/9.2.5 kif ukoll fir-regolament XI-2/9.3.

4.32 Raġunijiet ċari li l-vapur mhux konformi tfisser xiehda jew informazzjoni ta' min jorbot fuqha li l-vapur ma jikkorrispondix mal-ħtiġijiet tal-kapitolu XI-2 jew il-parti A ta' dan il-Kodiċi, meta tkun ikkunsidrata il-gwida mogħtija f'din il-Parti tal-Kodiċi. Xiehda bħal din jew informazzjoni ta' min jorbot fuqha tista' tirriżulta mill-ġudizzju professjonali ta' l-uffiċjal awtorizzat jew mill-osservazzjonijiet magħmula waqt il-verifika taċ-Ċertifikat Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Vapuri jew iċ-Ċertifikat Proviżorju Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Vapuri maħruġa skond il-parti A ta' dan il-Kodiċi (‘Ċertifikat’) jew minn sorsi oħra. Anke jekk ikun hemm Ċertifikat validu fuq il-vapur, l-uffiċċjali awtorizzati xorta jista' jkollhom raġunijiet ċari biex jemmnu bbażati fuq il-ġudizzju professjonali tagħhom li l-vapur mhux konformi.

4.33 Eżempji ta' raġunijiet ċari possibbli taħt ir-regolamenti XI-2/9.1 u XI-2/9.2 jistgħu jinkludu, meta jkun relevanti:,

.1 

xiehda minn reviżjoni taċ-ċertifikat li mhux validu jew li skada;

.2 

xiehda jew informazzjoni ta' min jorbot fuqha li jeżistu nuqqasijiet serji fl-apparat ta' sigurtà, fid-dokumentazzjoni jew l-arranġamenti meħtieġa mill-kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi;

.3 

rapport jew ilment li, fil-ġudizzju professjonali ta' l-uffiċċjal awtorizzat, fih informazzjoni ta' min jorbot fuqha li tindika biċ-ċar li l-vapur mhux konformi mal-ħtiġijiet tal-kapitolu XI-2 jew il-parti A ta' dan il-Kodiċi;

.4 

xiehda jew osservazzjoni magħmula minn uffiċċjal awtorizzat bl-użu tal-ġudizzju professjonali li l-kaptan jew il-persunal tal-vapur mhux familjari mall-proċeduri ta' sigurtà essenzali abbord il-vapur jew li ma jistax jagħmel drills li għandhom x' jaqsmu mas-sigurtà tal-vapur jew li proċeduri jew drills bħal dawn ma sarux;

.5 

xiehda jew osservazzjoni magħmula minn ufficjal awtorizzat bl-użu tal-ġudizzju professjonali li membri ewlenin tal-persunal tal-vapur ma jistgħux jistabilixxu komunikazzjoni xierqa ma' membri ewlenin oħra tal-persunal tal-vapur li għandhom responsabbiltajiet ta' sigurtà fuq il-vapur;

.6 

xiehda jew informazzjoni ta' min jorbot fuqha li fuq il-vapur ġew imbarkati persuni jew tgħabbiet ħażna jew merkanzija minn faċilità ta' port jew minn fuq vapur ieħor fejn jew il-faċilità tal-port jew il-vapur l-ieħor ikunu qegħdin jiksru il-kapitolu XI-2 jew il-parti A ta' dan il-Kodiċi, u il-vapur ikkonċernat la għamel Dikjarazzjoni ta' Sigurtà, u lanqas ma ħa miżuri ta' sigurtà xierqa, speċjali jew addizzjonali jew ma żammx proċeduri ta' sigurtà xierqa;

.7 

xiehda jew informazzjoni ta' min jorbot fuqha li fuq il-vapur ġew imbarkati persuni jew tgħabbiet ħażna jew merkanzija minn faċilità ta' port jew minn xi sors ieħor (e.g. trasferiment minn fuq vapur ieħor jew elikotteru) fejn jew il-faċilità tal-port jew is-sors l-ieħor mhux meħtieġa li jikkonformaw mal-kapitolu XI-2 jew il-parti A ta' dan il-Kodiċi, u l-vapur ma ħax miżuri ta' sigurtà xierqa, speċjali jew addizzjonali jew ma żammx proċeduri ta' sigurtà xierqa; u.

.8 

il-vapur li għandu Ċertifikat Internazzjonali Proviżorju tas-Sigurtà tal-Vapuri maħruġ sussegwentament u konsekutivament kif deskritt fit-taqsima A/19.4 u, skond il-ġudizzju professjonali ta' uffiċjal awtorizzat, wieħed mill-iskopijiet li l-vapur jew Kumpannija titlob għal ¬ertifikat bħal dan huwa biex tevita li tikkonforma b' mod sħiħ mal-kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi lil hinn mill-perjodu taċ-Ċertifikat Proviżorju kif deskritt fit-taqsima A/19.4.4.

4.34 L-implikazzjonijiet fil-liġi internazzjonali tar-regolament XI-2/9 huwa partikolarment relevanti, u r-regolament irid jiġi implimentat billi wieħed iżomm f'moħħu r-regolament XI-2/2.4, għaliex f'ċerti sitwazzjonijiet teżisti l-possibiltà fejn jistgħu jittieħdu miżuri li jaqgħu barra mill-iskop tal-kapitolu XI-2, jew fejn id-drittijiet tal-vapuri milquta, barra mill-kapitolu XI-2, għandhom jiġu kkunsidrati. Għalhekk, ir-regolament XI-2/9 ma jippreġudikax lill-Gvern Kontraenti milli jieħu miżuri li għandhom bażi ta', u huma konsistenti, mal-liġi internazzjonali biex tiżgura s-sigurtà ta' persuni, vapuri, portijiet u proprjetà oħra f'każijiet fejn il-vapur, għalkemm konformi mal-kapitolu XI-2/9 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi, xorta huwa meqjus li jirrapreżenta riskju ta' sigurtà

4.35 Meta Gvern Kontraenti jimponi miżuri ta' kontroll fuq vapur, l-Amministrazzjoni għandha, mingħajr dewmien, tiġi kkuntatjatha u mgħotija biżżejjed informazzjoni sabiex l-Amministrazzjoni tkun tista tikkopera bis-sħiħ mal-Gvern Kontraenti.

Kontroll ta' vapuri fil-port

4.36 Fejn in-nuqqas ta' konfomità huwa jew difett f'parti mill-apparat jew dokumentazzjoni ħażina li twassal għad-detenzjoni tal-vapur u n-nuqqas ta' konformità ma jistax jiġi rrimedjat fil-port ta' l-ispezzjoni, il-Gvern Kontraenti jista' jħalli lill-vapur ibaħħar lejn port ieħor kemm-il-darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet maqbula bejn l-Istat tal-port u l-Amministrazzjoni jew il-kaptan.

Vapuri intenzjonati li jidħlu f'port ta' Gvern Kontraenti ieħor

4.37 Ir-regolament XI-2/9.2.1 jelenka l-informazzjoni li l-Gvernijiet Kontraenti jistgħu jitolbu minn vapur bħala kondizzjoni tad-dħul fil-port. Punt wieħed ta' informazzjoni elenkat hu l-konferma ta' xi miżuri speċjali jew addizzjonali meħuda mill-vapur matul l-aħħar 10 żjarat tiegħu fil-port Eżempji jistgħu jinkludu:

.1 

rendikonti tal-miżuri meħuda waqt żjara f'faċilità ta' port li tinsab fit-territorju ta' Stat li mhux Gvern Kontraenti, speċjalment dawk il-miżuri li normalment ikunu pprovduti mill-faċilitajiet tal-port li jinsabu fit-territorji ta' Gvernijiet Kontraenti; u.

.2 

kwalunkwe Dikjarazzjonijiet ta' Sigurtà li kienu marbuta bihom mal-faċilitajiet tal-port jew vapuri oħra.

4.38 Punt ieħor ta' informazzjoni elenkat, li jista' jintalab bħala kondizzjoni tad-dħul fil-port, huwa l-konferma li nżammu proċeduri ta' sigurtà xierqa matul attivitajiet bejn vapur u ieħor imwettqa matul il-perjodu ta' l-aħħar 10 żjarat fil-faċilità tal-port. Normalment ma jkunx mitlub li jkunu nklużi rendikonti ta' trasferimenti ta' piloti jew ta' uffiċċjali tad-dwana, immigrazzjoni jew sigurtà lanqas bunkering, lightering, u tgħabija ta' merkanzija u ħatt ta' skart mill-vapur fil-faċilitajiet tal-port minħabba li dawn normalment jaqgħu taħt l-awspiċi tal-PFSP. Eżempji ta' informazzjoni li tista tingħata jinkludu:

.1 

rendikonti ta' miżuri meħuda waqt li l-vapur kien ingaġġat f'attivita minn vapur għal ieħor ma' vapur li jtajjar il-bandiera ta' Stat li mhux Gvern Kontraenti, speċjalment dawk il-miżuri li normalment ikunu pprovduti minn vapuri li jtajru l-bandiera ta' Gvern Kontraenti;

.2 

rendikonti tal-miżuri meħuda waqt li l-vapur kien ingaġġat f'attivita minn vapur għal ieħor ma' vapur li jtajjar il-bandiera ta' Gvern Kontraenti iżda li mhux miltub li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi, bħal ma hija kopja ta' xi ċertifikat ta' sigurtà maħruġ lil dak il-vapur taħt dispożizzjonijiet oħra; u.

.3 

f'każ li persuni jew merkanzija meħlusa mill-baħar jinsabu abbord, kull informazzjoni magħrufa dwar dawn il-persuni jew merkanzija, li tinkludi l-identitajiet tagħhom meta jkunu magħrufa u r-riżultati ta' kwalunkwe spezzjonijiet magħmula f-isem il-vapur biex jistabilixxu l-istatus ta' sigurtà ta' dawk meħlusa. Mhux l-intenzjoni tal-kapitolu XI-2 jew il-parti A ta' dan il-Kodiċi li dawk li jkunu f'diffikultà fil-baħar idumu biex, jew ma jitħallewx, jinħelsu u jittieħdu f'post ta' sigurtà. L-unika intenzjoni tal-kapitolu XI-2 u l-parti A ta' dan il-Kodiċi hija li tkun ipprovduta informazzjoni biżżejjed u xierqa lill-Istati biex iżommu l-integrità tas-sigurtà tagħhom.

4.39 Eżempji ta' informazzjoni prattika oħra li tikkonċerna s-sigurtà li tista tintalab bħala kondizzjoni qabel ma vapur jidħol fil-port biex tassisti fl-assigurazzjoni tas-sigurtà ta' persuni, faċilitajiet ta' port, vapuri u proprjeta oħra tinkludi:

.1 

informazzjoni li tinsab fir-Rendikont tas-Sommarju Kontinwu;

.2 

il-lok fejn ikun jinsab il-vapur fil-ħin li jsir ir-rapport;

.3 

il-ħin li fih il-vapur ikun mistenni jasal fil-port.

.4 

il-lista ta' l-ekwipaġġ;

.5 

deskrizzjoni ġenerali tat-tgħabija abbord il-vapur;

.6 

il-lista tal-passiġġieri; u.

.7 

informazzjoni mitluba taħt ir-regolament XI-2/5.

4.40 Ir-regolament XI-2/9.2.5 jippermetti lill-kaptan ta' vapur, wara li jkun infurmat li l-Istat kostali jew tal-port se jimplimenta miżuri ta' kontroll taħt ir-regolament XI-2/9.2, li jirtira l-intenzjoni li l-vapur jidħol fil-port. Jekk il-kaptan jirtira din l-intenzjoni, ir-regolament XI-2/9 ma jibqax japplika, u kwalunkwe passi oħrajn li jittieħdu jridu jkunu bbażati fuq,u konsistenti, mal-liġi internazzjonali.

Dispożizzjonijiet addizzjonali

4.41 Fil-każijiet kollha fejn vapur ma jitħalliex jidħol f'port jew jitkeċċa minn port, il-fatti magħrufa kollha jridu jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet ta' l-Istati relevanti. Din il-komunikazzjoni għandha tikkonsisti f'dan li ġej, meta jkunu magħrufa:

.1 

l-isem tal-vapur, il-bandiera tiegħu, in-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Vapur, is-sinjal tas-sejħa, it-tip tal-vapur u t-tgħabija;

.2 

ir-raġuni li għaliha l-vapur ma tħalliex jidħol fil-port jew tkeċċa mill-port u mill-inħawi tal-port;

.3 

jekk relevanti, in-natura tan-nuqqas ta' konformità li tikkonċerna s-sigurtà;

.4 

jekk relevanti, dettalji ta' attentati li saru biex jiġi ikkoreġut xi nuqqas ta' konformità, li jinkludi kwalunkwe kondizzjonijiet imposti fuq il-vapur għal matul il-vjaġġ;

.5 

port(ijiet) viżitati qabel u l-port taż-żjara ddikjarata li jmiss;

.6 

il-ħin tat-tluq u l-ħin mistenni tal-wasla f'dawk il-portijiet;

.7 

kwalunkwe struzzjonijiet mogħtija lill-vapur, e.g., rapportar fuq ir-rotta tiegħu;

.8 

informazzjoni disponibbli dwar il-livell ta' sigurtà li fih qieghed jaħdem il-vapur fil-preżent;

.9 

informazzjoni dwar kwalunkwe komunikazzjonijiet li l-Istat tal-port kellu ma l-Amministrazzjoni;

.10 

l-punt ta' kuntatt fl-Istat tal-port li jagħmel ir-rapport bl-iskop li tinkiseb aktar informazzjoni;

.11 

il-lista ta' l-ekwipaġġ; u,

.12 

kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti.

4.42 L-Istati relevanti li għandhom jiġu kkuntattjati għandhom jinkludu dawk tal-passaġġ intenzjonat tal-vapur fil-port li jmiss, partikolarment jekk il-vapur huwa intenzjonat li jidħol fl-ibħra territorjali ta' dak l-Istat kostali. Stati oħra relevanti jistgħu jinkludu il-portijiet viżitati qabel, biex b' hekk tkun tista' tinkiseb aktar informazzjoni u jissolvew kwistjonijiet ta' sigurtà li jikkonċernaw il-portijiet ta' qabel.

4.43 Fl-eżerċitar tal-miżuri ta' kontroll u konformità, l-uffiċċjali awtorizzati għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżuri jew passi imposti huma proporzjonati. Miżuri jew passi bħal dawn għandhom ikunu raġonevoli u ta' severità u tul minimu meħtieġ biex ikun ikkoreġut jew imtaffi n-nuqqas ta' konformità

4.44 Il-kelma ‘dewmien’ fir-regolament XI-2/9.3.5.1 tirreferi wkoll għal sitwazzjonijiet fejn, skond l-azzjonijiet meħuda taħt dan ir-regolament, il-vapur jiġi mċaħħad inġustament milli jidħol fil-port jew il-vapur jitkeċċa inġustament mill-port.

Vapuri ta' Stati mhux imsieħba u vapuri ta' daqs iżgħar minn tal-Konvenzjoni

4.45 Fil-każ ta' vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat li mhux Gvern Kontraenti mal-Konvenzjoni u mhux Membru tal-Protokoll SOLAS ta' l-1988 ( 5 ), il-Gvernijiet Kontraenti m' għandhomx jitrattaw aħjar lil vapuri bħal dawn. Ghalhekk, il-ħtiġijiet tar-regolament XI-2/9 u l-gwida pprovduta f'din il-parti tal-Kodiċi għandhom jiġu applikati għal dawk il-vapuri.

4.46 Vapuri ta' daqs iżgħar minn tal-Konvenzjoni huma suġġetti għal miżuri li bihom l-Istati jżommu s-sigurtà. Miżuri bħal dawn għandhom jittieħdu bl-attenzjoni dovuta lejn il-ħtiġijiet tal-kapitolu XI-2 u l-gwida pprovduta f'din il-Parti tal-Kodiċi.

5.   DIKJARAZZJONI TA' SIGURTA'

Ġenerali

5.1   Dikjarazzjoni tas-Sigurtà (DoS) għandha tkun kompluta meta l-Gvern tal-faċilità tal-port li qiegħed Jikkuntratta jqis li hi neċessarja jew meta l-vapur iqis li hi neċessarja.

5.1.1 Il-bżonn ta' DoS jista' jkun indikat mir-riżultati ta' l-assessjar tas-sigurtà fil-faċilità tal-port (PFSA) u r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom id-DoS hija rikjesta għandhom ikunu mniżżla fi pjan għas-sigurtà tal-faċilità tal-port (PFSP)

5.1.2 Il-bżonn ta' DoS jista' jkun indikat minn Amministrazzjoni għal vapuri intitolati li jtajru l-bandiera tagħha jew bħala riżultat ta' assessjar tas-sigurtà tal-vapuri (SSA) u għandha tkun imniżżla fil-pjan tas-sigurtà tal-vapur (SSP),

5.2   Aktarx li d-DoS tiġi rikjesta f'livelli ogħla ta' sigurtà, meta vapur ikollu livell ogħla ta' sigurtà mill-faċilità tal-port, jew vapur ieħor li jingħaqad miegħu biex jaħdmu flimkien, u għal għaqda ma' vapur/port ieħor biex jaħdmu flimkien jew attivitajiet minn vapur għal vapur li jfissru riskju ogħla għal persuni, għall-propjetà jew għall-ambjent għal raġunijiet speċifiċi għal dak il-vapur, inkluż it-tagħbija jew il-passiġġieri tiegħu jew iċ-ċirkostanzi fil-faċilità tal-port jew kombinazzjoni ta' dawn il-fatturi.

5.2.1 Fil-każ li vapur jew Amministrazzjoni, f'isem il-vapuri intitolati li jtajru l-bandiera tagħha, jitolbu t-tkomplija tad-DoS, l-uffiċċjal tas-sigurtà tal-faċilità tal-port (PFSO) jew l-uffiċċjal tas-sigurtà tal-vapur (SSO) għandu jirrikonoxxi t-talba u jiddiskutu l-miżuri xierqa tas-sigurtà

5.3

PFSO tista' wkoll tibda DoS qabel ma l-vapur/port jingħaqad ma' ieħor biex jaħdmu flimkien li jkunu ġew identifikati fil-PFSA approvata bħala li hi ta' konċern partikolari. Eżempji jistgħu jinkludu t-tlugħ u l-iżbark tal-passiġġieri, u t-trasferiment, it-tagħbija u l-ħatt ta' oġġetti perikolużi jew sostanzi perikolużi. Il-PFSA jista' wkoll jindika faċilitajiet fi jew qrib żoni popolati b'mod qawwi jew operazzjonijiet ekonomikament sinifikanti li għandu jkollhom DoS

5.4

L-għan ewlieni ta' DoS hu biex jassigura li jintlaħaq qbil bejn il-vapur u l-faċilità tal-port jew ma' vapuri oħra li jingħaqdu miegħu biex jaħdmu flimkien rigward i—miżuri ta' sigurtà rispettivi li kull wieħed minnhom għandu jieħu skond id-dispożizzjonijiet tal-pjanijiet rispettivi approvati dwar is-sigurtà

5.4.1 Id-DoS maqbula għandha tiġi ffirmata u datata sew mill-faċilità tal-port u l-vapur(i), kif inhu applikabbli, biex tindika konformità mal-Kapitolu XI-2 u parti A ta' dan il-KodiċI u għandha tinkludi t-tul tagħha, il-livell jew livelli ta' sigurtà relattivi u d-dettalji relevanti ta' kuntatt.

5.4.2 Bidla fil-livell tas-sigurtà jista' jitlob li titkompla DoS ġdida jew reveduta.

5.5

Id-DoS għandha titkompla bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol jew b'lingwa komuni sew għall-faċilità tal-port u għall-vapur jew għall-vapuri, kif japplika.

5.6

DoS mudell hi nkluża fl-appendiċi 1 ta' din il-Parti tal-Kodiċi. Dan il-mudell hu għal DoS bejn vapur u faċilità ta' port. Jekk id-DoS se tkopri żewġ vapuri dan il-mudell għandu jiġi aġġustat b'mod xieraq.

6.   OBBLIGI TAL-KUMPANIJA

Ġenerali

6.1

Regolament XI-2/5 titlob lill-Kumpanija tipprovdi lill-kaptan tal-vapur b'informazzjoni biex tilqa' t-talbiet tal-Kumpanija taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament. Din l-informazzjoni għandha tinkludi punti bħal:

.1 

partijiet responabbli mill-ħatra ta' persunal għal fuq il-vapur, bħal kumpaniji ta' l-immaniġġjar tal-vapuri, aġenti li jfornu l-ekwipaġġ, kuntratturi, konċessjonarji (per eżempju, ħwienet tal-bejgħ bl-imnut, każinos, eċċ.);

.2 

partijiet responsabbli mid-deċiżjoni tar-reklutaġġ ta' ħaddiema fuq il-vapur, inkluż kiri ta' vapur għal tul ta' żmien jew għal vjaġġ partikolari jew kiri ta' vapur mingħajr membri ta' l-ekwipaġġ, jew entità oħra li qed taġixxi f'din il-kapaċità; u.

.3 

f'każijiet fejn il-vapur hu mħaddem skond it-termini taċ-charter party, id-dettalji ta' fejn jistgħu jiġu kkuntattjati dawk il-partijiet, inkluż il-ħin u l-vjaġġ taċ-charterers.

6.2

Skond ir-regolament XI-2/5, il-Kumpanija hi obbligata li taġġorna u żżomm din l-informazzjoni kurrenti kif u meta jsiru l-bidliet.

6.3

Din l-informazzjoni għandha tkun bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol.

6.4

Rigward vapuri mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2004, din l-informazzjoni għandha tirrifletti l-kondizzjoni attwali f'dik id-data.

6.5

Rigward vapuri mibnija fl-1 ta' Lulju 2004 jew wara u għal vapuri mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2004 li ma kinux fis-servizz fl-1 ta' Lulju 2004, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta sa mid-data li fiha l-vapur daħal fis-servizz u għandha tirrifletti l-kondizzjoni attwali tiegħu f'dik id-data.

6.6

Wara l-1 ta' Lulju 2004, meta vapur jitneħħa mis-servizz, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta sa minn meta l-vapur jerġa' jidħol fis-servizz u għandha tirrifletti l-kondizzjoni attwali f'dik id-data.

6.7

Informazzjoni mogħtija qabel li ma tirrrelatax mal-kondizzjoni attwali f'dik id-data m'għandhiex għalfejn tinżamm abbord.

6.8

Meta r-responsabilità għall-operazzjoni tal-vapur tiġi assunta minn Kumpanija oħra, l-informazzjoni li tirrelata mal-Kumpanija li kienet tħaddem il-vapur m'għandhiex għalfejn titħalla abbord.

Barra minn hekk, gwida relattiva oħra hi mogħtija taħt sezzjonijiet 8, 9 u 13.

7.   SIGURTA' TAL-VAPURI

Gwida relevanti hi pprovduta taħt sezzjonijiet 8, 9 u 13.

8.   ASSESSJAR TAS-SIGURTA' TAL-VAPUR

Assessjar tas-sigurtà

8.1 L-uffiċċjal tas-sigurtà tal-kumpanija (CSO) hu responsabbli milli jassikura li l-assessjar tas-sigurtà tal-vapur (SSA) isir fuq kull wieħed mill-vapuri fil-flotta tal-Kumpanija li hi mitluba li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' Kapitolu XI-2 u parti A ta' dan il-Kodiċi li għalih hi responabbli s-CSO. Waqt li s-CSO m'għandhiex għalfejn twettaq personalment id-doveri kollha assoċjati mal-post, ir-responsabilità aħħarija biex jiġi assigurat li dawn twettqu sew tibqa' f'idejn is-CSO individwali.

8.2 Qabel ma jinbeda l-SSA, is-CSO għandha tassigura li ttieħed vantaġġ ta' l-informazzjoni kollha disponibbli fuq l-assessjar tat-theddid għall-portijiet li fihom se jieqaf il-vapur jew li minnhom se jitiligħu jew jinżlu l-passiġġieri u dwar il-faċilitajiet tal-port u l-miżuri protettivi tagħhom. Is-CSO għandha tistudja rapporti li saru qabel dwar bżonnijiet simili tas-sigurtà. Fejn hu possibbli, is-CSO għandha tiltaqa' ma' persuni xierqa fuq il-vapur u fil-faċilitajiet tal-port biex tiddiskuti r-raġuni u l-metodoloġija ta' l-assessjar. Is-CSO għandha ssegwo kull gwida speċifika offruta mill-Gvernijiet li qegħdin Jikkuntrattaw.

8.3 SSA għandha tindirizza dawn l-elementi li ġejjin abbord jew fil-vapur:

.1 

sigurtà fiżika;

.2 

integrità strutturali;

.3 

sistemi għall-protezzjoni ta' min jaħdem fuq il-vapur;

.4 

politiki proċedurali;

.5 

sistemi tar-radju u tat-telekomunikazzjoni, li jinkludu sistemi u networkstal-kompjuter; u.

.6 

żoni oħra li jistgħu, jekk iddanneġġati jew użati għal osservazzjoni illiċita, ikunu ta' riskju għall-persuni, għall-propjetà, jew għal operazzjonijiet abbord il-vapur jew fil-faċilità tal-port.

8.4 Dawk involuti fit-twettiq ta' SSA għandhom ikunu kapaċi jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom fir-rigward ta':

.1 

għarfien ta' theddid u s-sekwenza ta' theddid kurrenti għas-sigurtà;

.2 

rikonoxxenza u skoperta ta' armi, sostanzi u għodod perikolużi;

.3 

rikonoxxenza, fuq bażi non-diskriminatorja, ta' karatteristiċi u sekwenzi fl-imġieba ta' persuni li aktarx jheddu s-sigurtà;

.4 

tekniċi użati biex jevitaw miżuri tas-sigurtà;

.5 

metodi użati biex jikkawżaw xi inċident fis-sigurtà;

.6 

effetti ta' splussivi fuq stutturi u tagħmir fuq il-vapur.

.7 

sigurtà tal-vapur.

.8 

prattiċi tan-negozju meta vapur/port jingħaqdu biex jaħdmu flimkien;

.9 

pjanijiet ta' kontinġenza, preparazzjoni għall-emerġenzi u r-rispons;

.10 

sigurtà fiżika;

.11 

sistemi tar-radju u tat-telekomunikazzjoni, inkluż is-sistemi tal-kompjuters u n-networks;

.12 

inġinerija marittima; u.

.13 

operazzjonijiet tal-vapur u tal-port.

8.5 Is-CSO għandha tikseb u tirreġistra l-informazzjoni meħtieġa biex tagħmel l-assessjar, inkluż:

.1 

it-tqassim ġenerali tal-vapur;

.2 

Il-lokazzjoni ta' żoni li għandu jkollhom aċċess ristrett, bħall-pont tan-nagivazzjoni, spazji tal-makkinarju f'kategorija A u stazzjonijiet oħra tal-kontroll, kif definiti f'kapitolu II-2, eċċ:

.3 

il-post u l-funzjoni ta' kull punt ta' aċċess attwali jew potenzali għall-vapur;

.4 

bidliet fil-marea li jista' jkollhom impatt fuq il-vulnerabilità jew is-sigurtà tal-vapur;

.5 

l-ispazji tal-merkanzija u l-arranġamenti ta' l-istivar;

.6 

il-postijiet fejn jinżammu l-ħażniet tal-vapur u t-tagħmir essenzali għall-manteniment;

.7 

il-postijiet fejn jinżammu bagolli mhux akkompanjati;

.8 

it-tagħmir ta' l-emerġenza u ta' l-istand-bydisponibili biex iforni servizzi essenzali;

.9 

in-numru ta' nies jaħdmu fuq il-vapur, kwalunkwe doveri ta' sigurtà li jeżistu u r-rekwiżiti ta' prattiċi tat-taħriġ eżistenti mitluba mill-Kumpanija;

.10 

tagħmir eżistenti tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' passiġieri u ta' nies li jaħdmu fuq il-vapur;

.11 

rotot ta' ħarbiet u evakwazzjoni u stazzjonijiet għall-immuntar li għandhom jiġu sostnuti biex jassiguraw evakwazzjoni ta' emerġenza mill-vapur li tkun ordnata u sigura.

.12 

ftehim eżistenti ma' kumpaniji privati tas-sigurtà li jipprovdu servizzi tas-sigurtà fuq il-vapur u anki meta l-vapur jankra; u.

.13 

miżuri ta' sigurtà u proċeduri fis-seħħ eżistenti, li jinkludu l-ispezzjoni u, il-proċeduri ta' kontroll, sistemi ta' identifikazzjoni, tagħmir ta' sorveljanza u monitoraġġ, dokumenti u komunikazzjoni għall-identifikazzjoni tal-ħaddiema fuq il-vapur, sistemi ta' allarm, sistemi ta' dawl, u sistemi għall-kontroll ta' l-aċċess u sistemi oħra xierqa.

8.6 L-SSA għandu jeżamina kull punt ta' aċċess identifikat, li jinkludi l-gvieret miftuħa għall-elementi, u jevalwa l-potenzal tiegħu għall-użu minn individwi li jistgħu jfittxu li jiksru s-sigurtà. Dan jinkludi punti ta' aċċess disponibili għal individwi li għandhom aċċess leġittimu kif ukoll dawk li jfittxu li jkollhom dħul mhux awtorizzat.

8.7 L-SSA għandu jikkonsidra t-tkomplija tar-relevanza tal-miżuri tas-sigurtà u l-linji ta' gwida eżistenti, proċeduri u operazzjonijiet, sew taħt kondizzjonijiet ta' rutina u ta' emerġenza, u għandu jiddetermina l-linji ta' gwida tas-sigurtà inkluż:

.1 

iż-żoni ristretti;

.2 

il-proċeduri ta' rispons għan-nar jew kondizzjonijiet oħra ta' emerġenza;

.3 

il-livell ta' superviżjoni tan-nies li jaħdmu fuq il-vapur, passiġġieri, viżitaturi, bejjiegħa, tekniċi li jaħdmu fit-tiswija, ħaddiema li jaħdmu fit-tarznari, eċċ;

.4 

il-frekwenza u l-effettività ta' rondi tas-sigurtà;

.5 

is-sistemi ta' kontroll ta' l-aċċess, inkluż is-sistemi ta' identifikazzjoni;

.6 

is-sistemi ta' komunikazzjonijiet u proċeduri tas-sigurtà;

.7 

il-bibien, l-ostakoli u d-dwal tas-sigurtà; u

.8 

it-tagħmir u s-sistemi tas-sigurtà u tas-sorveljanza, jekk hemm.

8.8 L-SSA għandu jikkonsidra l-persuni, l-attivitajiet, is-servizzi u l-operazzjonijiet li huma importanti għalih li jipproteġi.. Dan jinkludi:

.1 

il-ħaddiema ta' fuq il-vapur;

.2 

passiġġieri, viżitaturi, bejjiegħa, tekniċi li jaħdmu fit-tiswija, ħaddiema li jaħdmu fil-faċilità tal-port, eċċ;

.3 

il-kapaċità li jmantnu tbaħħir sigur u rispons ta' emerġenza;

.4 

it-tagħbija, partikolarment oġġetti perikolużi jew sostanzi ta' perikolu;

.5 

il-ħażniet tal-vapur;

.6 

it-tagħmir u s-sistemi ta' sigurtà tal-komunikazzjoni tal-vapur, jekk hemm; u

.7 

it-tagħmir u s-sistemi ta' sorveljanza tas-sigurtà tal-vapur, jekk hemm.

8.9 L-SSA għandu jikkonsidra kull theddid possibbli, li jista' jinkludi dawn it-tipi ta' inċidenti għas-sigurtà li ġejjin:

.1 

ħsara għal, jew distruzzjoni ta' vapur jew tal-faċilità tal-port, eż: minn materji splussivi, ħruq, sabutaġġ jew vandaliżmu;

.2 

ħtif jew qbid tal-vapur jew ta' persuni abbord;

.3 

tbagħbis fil-merkanzija, tagħmir jew sistemi meħtieġa tal-vapur jew il-ħażniet tal-vapur;

.4 

aċċess jew użu mhux awtorizzat, inkluż il-preżenza ta' nies moħbija fuq il-vapur biex jaħarbu bla ma jinqabdu;

.5 

kutrabandu ta' armi jew tagħmir, inkluż armi tal-qerda tal-massa;

.6 

użu tal-vapur biex iġorr lil dawk li għandhom l-intenzjoni li jikkawżaw inċidenti fis-sigurtà u/jew it-tagħmir tagħha;

.7 

l-użu tal-vapur innifsu bħala arma jew bħala mezz biex tiġi kkawżata ħsara jew distruzzjoni;

.8 

attakki minn fuq il-baħar waqt li l-vapur ikun mal-moll jew ankrat; u.

.9 

attakki waqt li jkun fuq il-baħar.

8.10 L-SSA għandu jieħu kont tal-vulnerabilitajiet kollha possibbli, li jistgħu jinkludu:

.1 

konflitti bejn miżuri ta' ħarsien u sigurtà;

.2 

konflitti bejn doveri ta' fuq il-vapur u xogħlijiet ta' sigurtà;

.3 

doveri ta' l-għassa, in-numru ta' nies jaħdmu fuq il-vapur, partikolarment b'implikazzjonijiet fuq l-għeja tal-membri ta' l-ekwipaġġ, il-livell ta' alert tagħhom u l-prestazzjoni tagħhom;

.4 

xi nuqqasijiet identifikati fit-taħriġ tas-sigurtà; u.

.5 

xi tagħmir u sistemi tas-sigurtà, inkluż is-sistemi ta' komunikazzjoni

8.11 Is-CSO u l-uffiċċjal tas-sigurtà tal-vapur (SSO) għandhom dejjem jieħdu kont ta' l-effett li l-miżuri tas-sigurtà jista' jkollhom fuq dawk li jaħdmu fuq il-vapur u li jkollhom jibqgħu fuqu għal perijodi twal. Meta jiżviluppaw miżuri ta' sigurtà, konsiderazzjoni partikolari għandha tingħata lill-konvenjenza, kumdità u privatezza personali ta' dawk li jaħdmu fuq il-vapur u l-abilità tagħhom li jsostnu l-effettività tagħhom fuq perijodi twal.

8.12 Mat-tlestija ta' l-SSA, għandu jiġi ppreparat rapport, li jikkonsisti f'sommarju ta' kif tmexxa l-assessjar, deskrizzjoni ta' kull vulnerabilità li tinstab waqt l-assessjar u deskrizzjoni ta' kontromiżuri li jistgħu jintużaw biex tiġi ndirizzata kull vulnerabilità. Ir-rapport għandu jkun protett minn kull aċċess jew żvelar mhux awtorizzat.

8.13 Jekk l-SSA ma sarx mill-Kumpanija, ir-rapport ta' l-SSA għandu jiġi rivedut u aċċettat mis-CSO.

Stħarriġ tas-sigurtà fuq il-post

8.14 L-istħarriġ tas-sigurtà fuq il-post huwa parti integrali minn kwalunkwe SSA. L-istħarriġ tas-sigurtà fuq il-post għandu jeżamina u jevalwa l-miżuri protettivi, proċeduri u operazzjonijiet eżistenti fuq il-vapur għal:

.1 

assigurazzjoni tal-prestazzjoni tad-doveri kollha tas-sigurtà fuq il-vapur;

.2 

monitoraġġ ta' żoni ristretti biex jiġi assigurat li persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess;

.3 

kontroll ta' l-aċċess għall-vapur, inkluż xi sistemi ta' identifikazzjoni;

.4 

monitoraġġ ta' żoni tal-gvieret u ż-żoni ta' madwar il-vapur;

.5 

kontroll ta' l-iżbark ta' persuni u l-effetti tagħhom (bagolli akkumpanjati u mhux akkumpanjati u l-effetti personali tan-nies li jaħdmu fuq il-vapur);

.6 

sorveljar tat-trattament tat-tagħbija u t-tqassim tal-ħażniet tal-vapur; u.

.7 

assigurazzjoni li l-komunikazzjoni, informazzjoni u tagħmir tas-sigurtà tal-vapur diġà huma disponibili.

9.   IL-PJAN TAS-SIGURTA' TAL-VAPUR

Ġenerali

9.1 L-uffiċċjal tas-sigurtà tal-kumpanija (CSO) għandu r-responsabilità li jassikura li l-pjan ta' sigurtà tal-vapur (SSP) hu ppreparat u sottomess għall-approvazzjoni. Il-kontenut ta' kull SSP individwali għandu jvarja skond il-vapur partikolari li jkopri. L-assessjar tas-sigurtà tal-vapur (SSA) għandu jkun identifika l-fatturi partikolari tal-vapur u t-theddid u l-vulnerabilitajiet potenzali. Il-preparazzjonijiet ta' l-SSP għandhom jirrikjedu li dawn il-fatturi jiġu indirizzati fid-dettall. L-amministrazzjonijiet jistgħu jippreparaw pariri dwar il-preparazzjoni u l-kontenut ta' SSP.

9.2 L-SSPs kollha għandhom:

.1 

jagħtu d-dettalji ta l-istruttura tas-sigurtà organizzazzjonali għall-vapur;

.2 

jagħtu d-dettalji tar-relazzjonijiet tal-vapur mal-Kumpanija, tal-faċilitajiet tal-port, ta' vapuri oħra u ta' awtoritajiet relevanti b'responsabilità għas-sigurtà;

.3 

jagħtu d-dettalji tas-sistemi ta' komunikazzjoni biex iħallu l-komunikazzjoni kontinwa effettiva fil-vapur u bejn il-vapur u oħrajn, inkluż il-faċilitajiet tal-port;

.4 

jagħtu d-dettalji tal-miżuri bażiċi tas-sigurtà għal-livell ta' sigurtà 1, kemm operazzjonali u fiżiċi, li dejjem ikunu fis-seħħ;

.5 

jagħtu d-dettalji ta' miżuri tas-sigurtà addizzjonali li jħallu lill-vapur jagħmel progress għal-livell ta' sigurtà 2 mingħajr dewmien, u, fejn hu neċessarju, għal-livell ta' sigurtà 3;

.6 

jipprovdu għal reviżjoni jew awditjar regolari, ta' l-SSP u għall-emendi tiegħu bħala rispons għall-esperjenza jew għall-bdil fiċ-ċirkostanzi; u.

.7 

jagħtu d-dettalji tal-proċeduri ta' rappurtaġġ lill-punti ta' kuntatt tal-Gvern li qiegħed Jikkuntratta.

9.3 Preparazzjoni ta' SSP effettiv għandha tistrieħ fuq l-assessjar fid-dettall tal-materji kollha li jirrelataw mas-sigurtà tal-vapur, inkluż, b'mod partikolari, apprezzament fid-dettall tal-karatteristiċi fiżiċi u operazzjonali, inkluż il-mappa tal-vjaġġ, tal-vapur individwali.

9.4 L-SSPs kollha għandhom ikunu approvati minn, jew f'isem, l-Amministrazzjoni. Jekk Amministrazzjoni tuża organizzazzjoni tas-sigurtà rikonoxxuta (RSO) biex tirrevedi jew tapprova l-SSP, l-RSO m'għandhiex tkun assoċjata ma' kull RSO li ppreparat, jew assistiet fil-preparazzjoni, tal-pjan.

9.5 CSOs u SSOs għandhom jiżviluppaw proċeduri biex:

.1 

jassessjaw l-effettività kontinwa ta' l-SSP; u.

.2 

jippreparaw emendi għall-pjan wara l-approvazzjoni tiegħu.

9.6 Il-miżuri tas-sigurtà inklużi fl-SSP għandhom ikunu fis-seħħ meta jseħħu l-verifiki inizzjali għall-konformità mal-ħtiġijiet ta' kapitolu XI-2 u parti A ta' dan il-Kodiċi. Inkella l-proċess biex il-vapur jinħariġlu Ċertifikat Internazzjonali tas-Sigurtà tal-Vapur ma jkunx jista' jitwettaq. Jekk ikun hemm xi nuqqas fit-tagħmir jew fis-sistemi tas-sigurtà, jew sospensjoni ta' xi miżura tas-sigurtà għal kwalunkwe raġuni, għandhom jiġu adottati miżuri tas-sigurtà temporanji ekwivalenti, wara li dawn jiġu nnotifikati u maqbula mill-Amministrazzjoni.

Organizzazzjoni u prestazzjoni tad-doveri tas-sigurtà tal-vapur

9.7 B'żieda mal-linji ta' gwida mogħtija fil-paragrafu 9.2, l-SSP għandu jistabilixxi dan li ġej, li jirrelata mal-livelli kollha tas-sigurtà:

.1 

id-doveri u r-responsabilitajiet tan-nies kollha li jaħdmu fuq il-vapur li għandhom rwol fis-sigurtà;

.2 

il-proċeduri jew is-salvagwardji neċessarji biex jippermettu li dawn il-komunikazzjonijiet kontinwi jiġu sostnuti l-ħin kollu;

.3 

il-proċeduri meħtieġa biex jassessjaw l-effettività kontinwa tal-proċeduri tas-sigurtà u kwalunkwe tagħmir u sistemi għas-sigurtà u s-sorveljanza, inkluż il-proċeduri biex nuqqasijiet jew xogħol ħażin fit-tagħmir u s-sistemi jiġu identifikati u jingħata rispons għalihom;

.4 

il-proċeduri u l-prattiċi biex informazzjoni sensittiva għas-sigurtà miżmuma fuq il-karta jew fuq format elettroniku, tiġi protetta;

.5 

it-tip u r-rekwiżiti tal-manteniment tat-tagħmir u s-sistemi tas-sigurtà u s-sorveljanza, jekk hemm;

.6 

il-proċeduri biex jiġi assigurat li jkun hemm sottomissjoni u assessjar fil-ħin, tar-rapporti li jirrelataw ma' ksur possibbli tas-sgiurta' jew konċerni fis-sigurtà; u.

.7 

proċeduri biex jistabilixxu, imantnu u jaġġornaw inventarju ta' oġġetti jew sostanzi perikolużi li jkunu qegħdin jinġarru abbord, inkluż il-lokalità tagħhom.

9.8 Il-kumplament ta' sezzjoni 9 tindirizza speċifikament il-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu fuq kull livell ta' sigurtà li jkopru:

.1 

aċċess għall-vapur min-nies li jaħdmu fuq il-vapur, mill-passiġġieri u mill-viżitaturi, eċċ;

.2 

żoni ristretti fuq il-vapur;

.3 

it-trattament tat-tagħbija;

.4 

tqassim tal-ħażniet tal-vapur;

.5 

trattament ta' bagolli li ma jkunux akkumpanjati; u.

.6 

monitoraġġ tas-sigurtà tal-vapur.

aċċess għall-vapur

9.9 L-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li jkopru l-mezzi kollha għall-aċċess għall-vapur identifikati fl-SSA. Dan għandu jinkludi kwalunkwe:

.1 

slielem ta' aċċess;

.2 

skaletti fuq ►C1  vapur ◄ li joffru aċċess;

.3 

rampi li joffru aċċess;

.4 

bibien, fetħiet żgħar bl-għatu fil-gvieret ►C1  tal-vapuri, ◄ twieqi u fetħiet fil-ġenb tal-vapur li joffru aċċess;

.5 

linji ta' l-irmiġġ u katini għall-ankraġġ; u.

.6 

krejnijiet u tagħmir għall-virar ta' tagħbija.

9.10 Għal kull wieħed minn dawn, l-SSP għandu jidentifika l-postijiet xierqa fejn għandhom jiġu applikati restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet għall-aċċess għal kull wieħed mil-livelli tas-sigurtà. Għal kull livell tas-sigurtà l-SSP għandu jistabilixxi t-tip ta' restrizzjoni jew projbizzjoni li għandha tiġi applikata u l-mezzi kif din għandha tiġi infurzata.

9.11 L-SSP għal kull livell tas-sigurtà għandu jistabilixxi l-mezzi ta' l-identifikazzjoni meħtieġa biex iħallu aċċess għall-vapur u għal individwi biex jibqgħu fuq il-vapur mingħajr inkwiet. Dan jista' jinvolvi l-iżvilupp ta' sistemi ta' identifikazzjoni xierqa li tagħti lok għal identifikazzjonijiet permanenti u temporaneji, għan-nies li jaħdmu fuq il-vapur u għall-viżitaturi rispettivament. Kull sistema ta' identifikazzjoni tal-vapur għandha, meta huwa prattiku li jsir hekk, tkun ikkordinata ma' dik li tapplika għall-faċilita' tal-port. Il-passiġġieri għandhom ikunu kapaċi jippruvaw l-identità tagħhom permezz ta' awtorizzazzjoni għat-tlugħ fuq il-vapur, biljetti, eċċ., iżda m'għandhomx jitħallew ikollhom aċċess għal żoni ristretti sakemm ma jkunux sorveljati. L-SSP għandu jistabilixxi d-dispożizzjonijiet biex jassigura li s-sistemi ta' identifikazzzjoni huma aġġornati regolarment, u li l-abbuż mill-proċeduri għandu jkun suġġett għall-azzjoni dixxiplinarja.

9.12 Dawk li ma jridux jew li m'humiex kapaċi jistabilixxu l-identità tagħhom u/jew jikkonformaw ma' l-għan tal-viżta tagħhom meta jintalbu jagħmlu hekk m'għandhomx jitħallew ikollhom aċċess għall-vapur u l-attentat min-naħa tagħhom biex ikollhom dan l-aċċess għandu jiġi rrappurtat, kif inhu xieraw, lill-SSO, lis-CSO, lill-uffiċċjal tas-sigurtà tal-faċilità tal-port (PFSO) u lill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali responsabbli mis-sigurtà

9.13 L-SSP għandu jistabilixxi l-frekwenza ta' l-applikazzjoni ta' kull kontroll ta' l-aċċess, partikolarment jekk dawn se jiġu applikati kif ġie ġie jew fuq bażi okkażjonali.

Livell tas-sigurtà 1

9.14 Fil-livell tas-sigurtà 1, l-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà biex jikkontrolla l-aċċess għall-vapur, fejn dawn li ġejjin jistgħu jkunu applikati:

.1 

iċċekkjar ta' l-identità tal-persuni kollha li qed ifittxu li jitilgħu fuq il-vapur u l-konferma tar-raġunijiet għalfejn dawn iridu jagħmlu hekk, billi jiġu ċċekkjati, per eżempju, l-istruzzjonijiet ta' l-ingaġġ, il-biljetti tal-passiġġieri, il-permessi għat-tlugħ, l-ordnijiet tax-xogħol, eċċ;;

.2 

flimkien mal-faċilità tal-port, il-vapur għandu jassigura li z-zoni tas-sigurtà mmarkati jiġu stabbiliti biex fihom ikunu jistgħu jsiru l-ispezzjonijiet u l-iċċekkjar tal-persuni, tal-bagolli (inkluż oġġetti li jinġarru mill-persuni), effetti personali, vetturi u l-kontenut tagħhom;

.3 

flimkien mal-faċilità tal-port, il-vapur għandu jassigura li l-vetturi destinati biex jiġu mgħobbija fuq ġarriera tal-karozzi, ro-ro u vapuri oħra tal-passiġġieri huma suġġetti għal tfittxija qabel ma jiġu mgħobbija, skond il-frekwenza meħtieġa fl-SSP;

.4 

segregazzjoni tal-persuni u l-effetti personali tagħhom li ġew iċċekkjati minn persuni u l-effetti personali tagħhom mhux iċċekkjati;

.5 

segregazzjoni ta' passiġġieri li qegħdin jimbarkaw minn passiġġieri li qegħdin jiżbarkaw;

.6 

identifikazzjoni ta' punti ta' aċċess li għandhom jiġu assigurati jew li tingħatalhom attenzjoni biex ma jkunx hemm aċċess mhux awtorizzat;

.7 

assigurazzjoni, permezz ta' tiskir jew mezzi oħra, l-aċċess għal spazji li ma tingħatalhomx attenzjoni li jgħaqqdu żoni li għalihom għandhom aċċess il-passiġġieri u l-viżitaturi; u.

.8 

jipprovdu rapporti qosra dwar is-sigurtà lin-nies kollha li jaħdmu fuq il-vapur dwar theddid possibbli, il-proċeduri biex jiġu rrappurtati persuni suspettużi, oġġetti jew attivitajiet u l-bżonn ta' viġilanza.

9.15 Fil-livell ta' sigurtà 1, dawk kollha li qegħdin ifittxu li jitilgħu fuq il-vapur għandhom ikunu suġġetti għal tfittxija. Il-frekwenza ta' dawn it-tfittxijiet, inkluż tfittxijiet li jsiru okkażjonalment, għandhom ikunu speċifikati fl-SSP approvat u għandhom ikunu speċifikament approvati mill-Amministrazzjoni. Dawn it-tfittxijiet jistgħu jsiru l-aħjar mill-faċilità tal-port f'kooperazzjoni mill-qrib mal-vapur u fil-viċin tiegħu. Sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tas-sigurtà ċari biex isir hemm, membri li jaħdmu fuq il-vapur m'għandhomx jintalbu jfittxu fuq il-kollegi tagħhom jew fuq l-effetti personali ta' dawn il-kollegi. Kull tfittxija ta' dan it-tip għandha ssir f'manjiera li tieħu kont tad-drittijiet umani ta' l-individwu u tippreserva d-dinjità umana bażika tiegħu.

Livell tas-sigurtà 2

9.16 Fuq il-livell tas-sigurtà 2, l-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati biex jipproteġu kontra riskju ogħla ta' inċidenti tas-sigurtà biex jassiguraw viġilanza ogħla u kontroll aktar strett, li jistgħu jinkludu:

.1 

l-assenjar ta' ħaddiema addizzjonali biex jagħmlu r-ronda fuq iż-żoni tal-gvieret tal-vapur matul ħinijiet ta' kwiet biex ibiegħdu l-aċċess mhux awtorizzat;

.2 

limitazzjoni tan-numru tal-punti ta' aċċess fuq il-vapur, identifikazzjoni ta' dawk li għandhom jingħalqu u l-mezzi biex jiġu assigurati b'mod xieraq;

.3 

prevenzjoni ta' aċċess għall-vapur minn fuq il-baħar, inkluż, per eżempju, flimkien mal-faċilità tal-port, il-provvediment ta' rondi bid-dgħajjes;

.4 

stabbiliment ta' żona ristretta fuq il-ġenb tal-vapur li jmiss ma' l-art, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-faċilità tal-port;

.5 

żjieda fil-frekwenza u fid-dettall tat-tfittxijiet fuq il-persuni, effetti personali, u vetturi li qegħdin jimbarkaw jew jittellgħu fuq il-vapur;

.6 

skorta ta' viżitaturi fuq il-vapur;

.7 

il-provvediment ta' rapporti qosra addizzjonali dwar is-sigurtà speċifika lin-nies kollha li qed jaħdmu fuq il-vapur dwar xi theddid identifikat, b'emfasi mill-ġdid fuq il-proċeduri biex persuni, oġġetti jew attivitajiet ssuspettati jiġu rappurtati, b'emfasi partikolari fuq il-bżonn ta' aktar viġilanza; u.

.8 

li sseħħ tfittxija sħiħa jew parzjali fuq il-vapur.

Livell tas-sigurtà 3

9.17 Fuq il-livell tas-sigurtà 3, il-vapur għandu jikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddid tiegħu. L-SSP għandu jagħti d-dettall tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-vapur, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u mal-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

aċċess limitat għal punt ta' aċċess wieħed, ikkontrollat;

.2 

l-għotja ta' aċċess bies lil dawk li qegħdin jirrispondu għal inċident tas-sigurtà jew it-theddid tiegħu;

.3 

id-direzzjoni ta' persuni abbord;

.4 

sospensjoni ta' l-imbarkazzjoni jew ta' l-iżbarkazzjoni;

.5 

sospensjoni ta' operazzjonijiet tat-trattament tat-tagħbija, tqassim, eċċ.;

.6 

evakwazzjoni tal-vapur;

.7 

moviment tal-vapur; u.

.8 

preparazzjoni ta' tfittxija kompluta jew parzjali fuq il-vapur.

Żoni ristretti fuq il-vapur

9.18 L-SSP għandu jidentifika ż-żoni ristretti li għandhom jiġu stabbiliti fuq il-vapur, jispeċifika l-estensjoni tagħhom, il-ħinijiet ta' l-applikazzjoni, il-miżuri tas-sigurtà li għandhom jittieħdu biex l-aċċess għalihom ikun ikkontrollat u dawk li għandhom jittieħdu biex l-attivitajiet fuqhom jiġu kkontrollati. L-għanijiet taż-żoni ristretti huma li:

.1 

ma jippermettux aċċess mhux awtorizzat.

.2 

jipproteġu l-passiġġieri, in-nies li jaħdmu fuq il-vapur, u l-ħaddiema mill-faċilitajiet tal-port jew aġenziji oħra awtorizzati li jkunu abbord il-vapur;

.3 

jipproteġu żoni sensittivi għas-sigurtà fuq il-vapur; u.

.4 

jipproteġu t-tagħbija u l-ħażniet fuq il-vapur mit-tbagħbis.

9.19 L-SSP għandu jassigura li hemm politiki u prattiċi stabbiliti b'mod ċar biex jikkontrollaw l-aċċess għaż-żoni ristretti kollha.

9.20 L-SSP għandu jipprovdi li ż-żoni ristretti kollha għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar, b'indikazzjoni li l-aċċess għal dik iż-żona huwa ristrett u li l-preżenza mhux awtorizzata fiż-żona tikkostitwixxi ksur fis-sigurtà

9.21 Żoni ristretti jistgħu jinkludu:

.1 

Pont għan-navigazzjoni, spazji tal-makkinarju f'kategorija A u stazzjonijiet tal-kontroll oħra kif definiti f'kapitolu II-2;

.2 

spazji li fihom tagħmir u sistemi ta' sigurtà u sorveljanza u l-kontrolli tagħhom u kontrolli fis-sistemi tad-dawl;

.3 

ventilazzjoni u sistemi ta' kondizzjonament ta' l-arja u spazji simili oħra;

.4 

spazji b'aċċess għal tankijiet ta' l-ilma tax-xorb, pompi jew pajpijiet b'diversi toqob li jingħaqdu ma' pajpijiet oħra;

.5 

spazji li fihom oġġetti jew sostanzi perikolużi;

.6 

spazji li fihom pompi tat-tagħbija jew il-kontrolli tagħhom;

.7 

spazji tat-tagħbija u spazji li fihom il-ħażniet tal-vapur;

.8 

akkomodazzjoni tal-membri ta' l-ekwipaġġ; u.

.9 

kwalunkwe miż-żoni oħra determinati mis-CSO, permess ta' SSA, li l-aċċess għalihom hu ristrett biex imantnu s-sigurtà tal-vapur.

Livell tas-sigurtà 1

9.22 Fil-livell tas-sigurtà 1, l-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati għal żoni ristretti, li jistgħu jinkludu:

.1 

tiskir jew assigurazzjoni ta' punti ta' aċċess;

.2 

l-użu ta' tagħmir tas-sorveljanza biex jimmonitorja ż-żoni;

.3 

l-użu ta' gwardji jew rondi; u.

.4 

l-użu ta' oġġetti awtomatiċi li bihom tista' tiġi detetta l-intrużjoni biex jallarmaw lin-nies li qegħdin jaħdmu fuq il-vapur bl-aċċess mhux awtorizzat.

Livell tas-sigurtà 2

9.23 Fil-livell tas-sigurtà 2, il-frekwenza u l-intensità tal-monitoraġġ ta', u l-kontroll ta' l-aċċess għal, żoni ristretti għandu jiżdied biex jiġi assigurat li persuni awtorizzati biss għandhom aċċess. L-SSP għandu jistabilixxi li miżuri addizzjonali tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati, jistgħu jinkludu:

.1 

l-istabiliment ta' żoni ristretti li jmissu ma' punti ta' aċċess;

.2 

monitoraġġ kontinwu ta' tagħmir ta' sorveljanza; u.

.3 

d-dedikazzjoni ta' ħaddiema addizzjonali biex jgħassu u jagħmlu r-ronda f'żoni ristretti.

Livell tas-sigurtà 3

9.24 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-vapur għandu jikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddida tiegħu. L-SSP għandu jiddettalja l-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-vapur, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u mal-faċilità tal-port, li tista' tinkludi:

.1 

t-twaqqif ta' żoni ristretti addizzjonali fuq il-vapur fil-viċin ta' l-inċident tas-sigurtà, jew il-post li fih hu mifhum li hemm it-theddid għas-sigurtà, li l-aċċess għalih hu projbit; u

.2 

t-tfittxija ta' żoni ristretti bħala parti mit-tfittxija tal-vapur.

It-trattament tat-tagħbija

9.25 Il-miżuri tas-sigurtà relatati mat-trattament tat-tagħbija għandhom:

.1 

jipprevjenu t-tbagħbis; u.

.2 

jipprevjenu t-tagħbija li mhix destinata għall-ġarr milli tkun aċċettata u maħżuna abbord il-vapur.

9.26 Il-miżuri tas-sigurtà, li ftit minnhom jistgħu jiġu applikati flimkien mal-faċilità tal-port, għandhom jinkludu l-proċeduri għall-kontroll ta' l-inventarju f'punti ta' aċċess għall-vapur. Meta abbord il-vapur, it-tagħbija għandha tkun kapaċI li tiġi identifikata bħala li ġiet approvata għat-tagħbija fuq il-vapur. Barra minn hekk, il-miżuri tas-sigurtà għandhom jiġu żviluppati biex jiġi assigurat li t-tagħbija, meta abbord, ma tiġix imbagħbsa.

Livell tas-sigurtà 1

9.27 Fil-livell tas-sigurtà 1, l-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati waqt it-trattament tat-tagħbija, li jistgħu jinkludu:

.1 

l-iċċekkjar ta' rutina tat-tagħbija, unitsgħat-trasport tat-tagħbija u spazji tat-tagħbija qabel, jew waqt l-operazzjonijiet tat-trattament tat-tagħbija;

.2 

kontrolli biex jiġi assigurat li l-merkanzija li qed titgħabba taqbel mad-dokumentazzjoni tat-tagħbija;

.3 

assigurazzjoni, flimkien mal-faċilità tal-port, li l-vetturi li se jitgħabbew abbord il-ġarriera tal-karozzi, ro-ro u vapuri tal-passiġġieri, huma suġġetti għat-tfittxija qabel ma jitgħabbew, skond il-frekwenza meħtieġa fl-SSP; u.

.4 

l-iċċekkjar ta' siġilli jew metodi oħra użati biex ma jkunx hemm tbagħbis.

9.28 L-iċċekkjar tal-merkanzija jista'jitwettaq b'dawn il-mezzi li ġejjin:

.1 

eżaminazzjoni viżwali u fiżika; u.

.2 

l-użu ta' tagħmir għall-iskannjar jew għad-detezzjoni, tagħmir mekkaniku, jew klieb.

9.29 Meta jkun hemm movimenti tal-merkanzija regolari jew repetuti, is-CSO jew l-SSO jistgħu, f'konsultazzjoni mal-faċilità tal-port, jiftiehmu arranġamenti ma' dawk li qed jieħdu ħsieb il-merkanzija jew ma' oħrajn responsabbli minn din il-merkanzija, li jkopru l-iċċekkjar mhux fuq il-post, is-siġillar, l-iskedar, dokumentazzjoni li ssostni dan, eċċ. Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu kkomunikati lil u maqbula mal-PFSO ikkonċernat.

Livell tas-sigurtà 2

9.30 Fil-livell tas-sigurtà 2, l-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri addizzjonali tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati waqt it-trattament tal-merkanzija, li jistgħu jinkludu:

.1 

iċċekkjar iddettaljat tal-merkanzija, unitsgħat-trasport tal-merkanzija u spazji tal-merkanzija;

.2 

iċċekkjar intensiv biex jassigura li l-merkanzija intenzjonata biss titgħabba;

.3 

tfittxija intensiva tal-vetturi li għandhom jitgħabbew fuq ġarriera tal-karozzi, ro-ro u vapuri tal-passiġġieri u.

.4 

frekwenza miżjuda u dettall fl-iċċekkjar tas-siġilli jew metodi oħra użati biex ma jippermettux tbagħbis.

9.31 Iċċekkjar dettaljat tal-merkanzija jista' jsir f'wieħed minn dawn il-modi:

.1 

żjieda fil-frekwenza u fid-dettall ta' l-eżaminazzjoni viżwali u fiżika;

.2 

żjieda fil-frekwenza ta' l-użu ta' tagħmir għall-iskannjar jew id-detezzjoni, tagħmir mekkaniku jew klieb; u.

.3 

il-koordinament ta' miżuri msaħħa tas-sigurtà mal-persuna li qiegħda tieħu ħsieb il-merkanzija jew parti oħra responsabbli skond il-ftehim u l-proċeduri stabbiliti.

Livell tas-sigurtà 3

9.32 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-vapur għandu jikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddida tiegħu. L-SSP għandu jagħti d-dettall tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-vapur, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u mal-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

is-sospensjoni tat-tagħbija jew il-ħatt tal-merkanzija; u.

.2 

l-verifika ta' l-inventarju ta' oġġetti u sostanzi perikolużi li jkunu qegħdin jinġarru abbord, jekk ikun hemm, u l-post tagħhom.

Tqassim tal-ħażniet tal-vapur

9.33 Il-miżuri tas-sigurtà relatati mat-tqassim tal-ħażniet tal-vapur għandhom:

.1 

jassiguraw l-iċċekkjar tal-ħażniet tal-vapuri u l-integrità ta' l-ippakkjar;

.2 

jipprevjenu l-ħażniet tal-vapuri milli jkunu aċċettati mingħajr ispezzjoni;

.3 

jipprevjenu t-tbagħbis; u.

.4 

jipprevjenu l-ħażniet tal-vapur milli jkunu aċċettati kemm-il darba ma jkunux ordnati.

9.34 Għal vapuri użati regolarment fil-faċilità tal-port, jista' jkun xieraq li jiġu stabbiliti proċeduri li jinvolvu l-vapur, il-fornituri tiegħu u l-faċilità tal-port li jkopru n-notifika u l-ħin tat-tqassim u d-dokumentazzjoni tagħhom. Dejjem għandu jkun hemm xi mod li bih jiġi kkonfermat li l-ħażniet ippreżentati għat-tqassim jiġu akkumpanjati minn evidenza li dawn ġew ordnati mill-vapur.

Livell tas-sigurtà 1

9.35 Fil-livell tas-sigurtà 1, l-SSP għandu jistabilixxi li l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati waqt it-tqassim tal-ħażniet tal-vapur, li jistgħu jinkludu:

.1 

iċċekkjar biex jiġi assigurat li l-ħażniet jaqblu ma' l-ordni qabel ma ġew mgħobbija abbord; u.

.2 

assigurazzjoni ta' stivar sigur immedjat tal-ħażniet tal-vapur.

Livell tas-sigurtà 2

9.36 Fil-livell tas-sigurtà 2, l-SSP għandu jistabilixxi li l-miżuri tas-sigurtà addizzjonali li għandhom jiġu applikati waqt it-tqassim tal-ħażniet tal-vapur bl-eżerċizzju ta' ċekkijiet qabel ma jiġu riċevuti ħażniet abbord u jintensifikaw l-ispezzjonijiet.

Livell tas-sigurtà 3

9.37 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-vapur għandu jikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddid tiegħu. L-SSP għandu jagħti dettalji tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-vapur, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u mal-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

l-assoġġezzjoni tal-ħażniet tal-vapur għal iċċekkjar aktar estensiv;

.2 

preparazzjoni għar-restrizzjoni jew is-sospensjoni tat-trattament tal-ħażniet tal-vapur; u.

.3 

r-rifjut li jiġu aċċettati l-ħażniet tal-vapur abbord il-vapur.

It-trattament ta' bagolli mhux ikkontrollati

9.38 L-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati biex jiġi assigurat li bagolli mhux akkumpanjati (i.e. kull bagoll, inkluż effetti personali, li m'huwiex ma' passiġġier, jew ma' persuna li taħdem fuq il-vapur fil-punt ta' l-ispezzjoni jew tat-tfittxija) hi identifikata u suġġetta għal monitoraġġxieraq, inkluż it-tfittxija, qabel ma tiġi aċċettata abbord il-vapur. M'huwiex previst li din il-bagolla tkun suġġetta għal aktar monitoraġġmill-vapur jew mill-faċilità tal-port, u f'każijiet fejn it-tnejn huma mgħammra b'mod tajjeb, ir-responsabilità għall-monitoraġġhi f'idejn il-faċilità tal-port. Kooperazzjoni mill-qrib mal-faċilità tal-port hija essenzali u għandhom jittieħdu passi biex jiġi assigurat li bagolli mhux akkumpanjati jiġu ttrattati b'mod sigur wara l-monitoraġġ

Livell tas-sigurtà 1

9.39 Fil-livell tas-sigurtà 1, l-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati meta jkunu qed jiġu kkontrollati bagolli mhux akkompanjati biex jiġi assigurat li bagolli mhux akkompanjati jiġu mmonitorjati jew imfittxija sa u inkluż il-mija fil-mija, li jista' jinkludi l-użu ta' monitoraġġbl-x-ray.

Livell tas-sigurtà 2

9.40 Fil-livell tas-sigurtà 2, l-SSP għandha tistabilixxi miżuri ta' sigurtà addizzjonali li għandhom jiġu applikati meta jiġu kkontrollati bagolli mhux akkompanjati, li għandha tinkludi l-monitoraġġ bl-x-ray tal-100 fil-mija tal-bagolli kollha mhux akkompanjati.

Livell tas-sigurtà 3

9.41 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-vapur għandu jikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddid tagħha. L-SSP għandha tagħti d-dettalji tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-vapur, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u mal-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

l-assoġġezzjoni ta' dawn il-bagolli għal monitoraġġ aktar estensiv, per eżempju billi jittieħed x-ray minn żewġ angoli differenti;

.2 

preparazzjoni għar-restrizzjoni jew is-sospensjoni tat-trattament ta' bagolli mhux akkompanjati; u

.3 

r-rifjut li bagolli mhux akkompanjati jiġu aċċettati abbord il-vapur.

Monitoraġġ tas-sigurtà fuq il-vapur

9.42 Il-vapur għandu jkun kapaċi li jimmonitorja l-vapur, iż-żoni ristretti abbord u żoni li jdawru l-vapur. Dawn il-kapaċitajiet ta' monitoraġġ jistgħu jinkludu l-użu ta':uch monitoring capabilities may include use of:

.1 

dwal;

.2 

nies li jagħmlu l-għassa, gwardji tas-sigurtà u għases fuq il-gverta, inkluż ir-rondi; u.

.3 

tagħmir awtomatiku għad-detezzjoni ta' l-intrużjonijiet u għas-sorveljanza.

9.43 Meta użati, oġġetti awtomatiċi għad-detezzjoni ta' l-intrużjonijiet għandhom jattivaw allarm li jinstema' jew viżiv f'post li huwa kontinwament mgħasses jew immonitorjat.

9.44 L-SSP għandu jistabilixxi li l-proċeduri u t-tagħmir meħtieġ f'kull livell tas-sigurtà u l-mezzi biex jiġi assigurat li t-tagħmir għall-monitoraġġ jista' jaħdem b'mod kontinwu, inkluż il-konsiderazzjoni ta' l-effetti possibbli tal-kondizzjonijiet tat-temp jew ta' tfixkil fil-poter.

Livell tas-sigurtà 1

9.45 Fil-livell tas-sigurtà 1, l-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati, li jistgħu jkunu kombinazzjoni ta' dwal, nies li jagħmlu l-għassa, gwardji ta' l-għassa jew l-użu ta' tagħmir għas-sigurtà u s-sorveljanza li jħalli lin-nies li jaħdmu fuq il-vapur josservaw il-vapur in ġenerali, u b'mod partikolari l-ostakoli u ż-żoni ristretti.

9.46 Il-gverta tal-vapur u l-punti ta' l-aċċess għall-vapur għandhom ikunu lluminati matul is-sigħat ta' dlam u perijodi ta' viżibilità baxxa waqt it-treġija ta' attivitajiet fejn il-vapur/port jaħdmu flimkien, jew f'faċilità ta' port jew post fejn jankra l-vapur meta jkun neċessarju. Waqt it-tbaħħir, meta hu neċessarju, il-vapuri għandhom jużaw id-dawl massimu possibili b'konsistenza mas-sigurtà fin-navigazzjoni, b'rigward għad-dispożizzjonijiet għar-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Kolliżjonijiet fil-Baħar li huma fis-seħħ. Dawn li ġejjin għandhom jiġu kkonsidrati meta jiġi stabbilit il-livell xieraq u l-post tad-dawl:

.1 

in-nies li jaħdmu fuq il-vapur għandhom ikunu kapaċi jaqbdu attivitajiet 'il barra mill-vapur, sew mal-kosta kif ukoll fuq il-baħar;

.2 

għandhom jiġu koperti ż-żoni ta' fuq u ta' madwar il-vapur;

.3 

dan ir-rappurtaġġ għandu jiffaċilita l-identifikazzjoni tan-nies li qegħdin jaħdmu fuq il-vapur f'punti ta' aċċess; u.

.4 

ir-rappurtaġġ jista' jiġi pprovdut permezz ta' koordinazzjoni mal-faċilità tal-port.

Livell tas-sigurtà 2

9.47 Fil-livell tas-sigurtà 2, l-SSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà addizzjonali li se jiġu applikati biex isaħħu l-monitoraġġu l-kapaċitajiet ta' sorveljanza, li jistgħu jinkludu:

.1 

żieda fil-frekwenza u fid-dettall tar-rondi tas-sigurtà;

.2 

żieda fil-kopertura u fl-intensità tad-dawl jew l-użu ta' tagħmir għas-sigurtà u s-sorveljanza;

.3 

l-assenjazzjoni ta' ħaddiema addizzjonali bħala gwardji tas-sigurtà; u.

.4 

l-assigurazzjoni tal-koordinazzjoni bejn dgħajjes li jagħmlu r-ronda fuq il-baħar, u rondi li jsiru fuq l-art jew bil-mixi jew permezz ta' vetturi, meta dawn ikunu pprovduti.

9.48 Dawl addizzjonali jista' jkun meħtieġ biex jipproteġi kontra riskju miżjud ta' inċident tas-sigurtà. Meta meħtieġ, il-ħtiġijiet addizzjonali tad-dawl, jistgħu jinkisbu bil-koordinazzjoni mal-faċilità tal-port biex jiġi pprovdut dawl addizzjonali mal-kosta.

Livell tas-sigurtà 3

9.49 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-vapur għandu jikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddid tiegħu. L-SSP għandu jagħti dettalji tal-miżuri tas-sigurtà li jistghu jittieħdu mill-vapur, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u mal-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

il-mixegħla tad-dawl kollu fuq il-vapur, jew l-illuminazzjoni ta' l-inħawi fil-viċin tal-vapur;

.2 

mixegħla tat-tagħmir kollu ta' sorveljanza abbord il-vapur li hu kapaċi jirrekordja l-attivitajiet fuq, jew fil-viċinanza tal-vapur;

.3 

massimizzazzjoni tat-tul ta' ħin li fih dan it-tagħmir ta' sorveljanza jista' jkompli jirrekordja;

.4 

preparazzjoni għall-ispezzjoni taħt l-ilma tal-buq tal-vapur; u

.5 

it-tnedija ta' miżuri, inkluż ir-revoluzzjoni bil-mod ta' l-iskrejjen tal-vapur, jekk ikun prattiku li jsir hekk, biex jitbiegħed l-aċċess minn taħt l-ilma għall-buq tal-vapur.

Livelli tas-sigurtà varjanti

9.50 L-SSP għandu jistabilixxi d-dettalji tal-proċeduri u tal-miżuri tas-sigurtà li l-vapur jista' jadotta jekk il-vapur qiegħed f'livell ta' sigurtà ogħla minn dak li japplika għall-faċilità tal-port.

Attivitajiet mhux koperti b'dan il-Kodiċi

9.51 L-SSP għandu jistabilixxi d-dettalji tal-proċeduri u l-miżuri tas-sigurtà li l-vapur għandu japplika meta:

.1 

hu port ta' Stat li m'huwiex Gvern li qiegħed Jikkuntratta;

.2 

qiegħed jaħdem flimkien ma' vapur li għalih ma japplikax dan il-Kodiċi;

.3 

qiegħed jaħdem ma' pjattaformi fissi jew li qegħdin jgħumu f'wiċċ l-ilma, jew ma' unitgħat-tħaffir mobbli, fuq il-post; jew.

.4 

qiegħda taħdem ma' port jew ma' faċilità ta' port li m'huwiex mitlub jikkonforma ma' kapitolu XI-2 u parti A ta' dan il-Kodiċi.

Dikjarazzjonijiet tas-Sigurtà

9.52 L-SSP għandu jagħti d-dettalji ta' kif talbiet għal Dikjarazzjonijiet tas-Sigurtà minn faċilità tal-port għandhom jiġu ttrattati u ċ-ċirkostanzi li taħthom il-vapur innifsu għandu jitlob DoS.

Awditjar u reviżjoni

9.53 L-SSP għandu jistabilixxi kif is-CSO u l-SSO għandhom l-intenzjoni li jawditjaw l-effettività kontinwa ta' l-SSP u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex ikun hemm reviżjoni, aġġornament jew emendi għall-SSP.

10.   REKORDS

Ġenerali

10.1 Ir-rekords għandhom ikunu disponibili għal uffiċċjali awtorizzati tal-Gvernijiet li qegħdin Jikkontrattaw biex jivverifikaw li l-proviżjonijiet tal-pjanijiet tas-sigurtà tal-vapur qegħdin jiġu implementati.

10.2 Ir-rekords jistgħu jinżammu fi kwalunkwe format iżda għandhom ikunu protetti minn aċċes jew żvelar mhux awtorizzat.

11.   UFFIĊĊJAL TAS-SIGURTA' TAL-KUMPANIJA

Gwida relevanti hi pprovduta taħt it-taqsimiet 8, 9 u 13.

12.   UFFIĊĊJAL TAS-SIGURTA' TAL-VAPUR

Gwida relevanti hi pprovduta taħt it-taqsimiet 8, 9 u 13.

13.   TAĦRIĠ, DRILLIJIET U EŻERĊIZZJI FUQ IS-SIGURTA' TAL-VAPUR

Taħriġ

13.1 L-uffiċċjal tas-sigurtà tal-kumpanija (CSO) u ħaddiema tal-Kumpanija bbażati fuq l-art, u l-uffiċċjal tas-sigurtà tal-vapur (SSO), għandu jkollhom għarfien dwar, u jirċievu taħriġ, f'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin, kif inhu xieraq:

.1 

amministrazzjoni tas-sigurtà;

.2 

konvenzjonijiet, kodiċI u rekomandazzjonijiet internazzjonali relevanti;

.3 

leġislazzjoni u regolamenti relevanti tal-Gvern;

.4 

responsabilitajiet u funzjonijiet ta' organizzazzjonijiet oħra tas-sigurtà;

.5 

metodoloġija ta' l-assessjar tas-sigurtà fuq il-vapuri;

.6 

metodi ta' stimi u ispezzjonijeit tas-sigurtà tal-vapuri;

.7 

operazzjonijiet u kondizzjonijiet tal-vapuri u tal-portijiet;

.8 

miżuri tas-sigurtà tal-vapuri u tal-faċilitajiet tal-port;

.9 

preparazzjoni u rispons għall-emerġenza u ppjanar ta' kontinġenza;

.10 

tekniki ta' istruzzjoni għat-taħriġ u l-edukazzjoni fis-sigurtà, inkluż il-miżuri u l-proċeduri tas-sigurtà;

.11 

it-trattament ta' informazzjoni sensittiva relatata mas-sigurtà u komunikazzjonijiet relatati mas-sigurtà;

.12 

għarfien ta' theddid għas-sigurtà kurrenti u s-sekwenzi tiegħu;

.13 

għarfien u detezzjoni ta' armi, sostanzi perikolużi u għodod;

.14 

għarfien, fuq bażi non-diskriminatorja, tal-karatteristiċi u s-sekwenzi ta' l-imġieba ta' persuni li aktarx li huma ta' theddida għas-soċjetà;

.15 

tekniki użati biex jaqbzu l-miżuri tas-sigurtà;

.16 

tagħmir u sistemi tas-sigurtà u l-limitazzjonijiet operazzjonali tagħhom;

.17 

metodi ta' kif isir l-awditjar, l-ispezzjonijiet, il-kontrolli u l-monitoraġġ;

.18 

metodi ta' tfittxijiet fiżiċi u ispezzjonijiet li m'humiex intrusivi;

.19 

drillijiet u eżerċizzji tas-sigurtà, inkluż drillijiet u eżerċizzji mal-faċilitajiet tal-port; u.

.20 

stimi tad-drillijiet u eżerċizzji tas-sigurtà

13.2 Barra minn hekk, l-SSO għandu jkollu għarfien xieraq ta', u jirċievi taħriġ f'uħud minnn jew f'dawn li ġejjin kollha:

.1 

it-tqassim tal-vapur;

.2 

il-pjan tas-sigurtà tal-vapur u proċeduri relatati (inkluż taħriġ ibbażat fuq is-sit dwar kif wieħed għandu jirrispondi);

.3 

immaniġġjar tal-folla u tekniki ta' kontroll;

.4 

operazzjonijiet ta' tagħmir ta' sigurtà u sistemi; u.

.5 

ittestjar, kalibrazzjoni u manteniment fuq il-baħar ta' tagħmir u sistemi tas-sigurtà

13.3 Ħaddiema fuq il-vapur li għandhom doveri tas-sigurtà speċifiċi għandu jkollhom għarfien biżżejjed u abilità li jwettqu d-doveri assenjati lilhom, inkluż, kif inhu xieraq:

.1 

għarfien tat-theddid tas-sigurtà kurrenti u s-sekwenzi tiegħu;

.2 

għarfien u detezzjoni ta' l-armi, sostanzi u għodod perikolużi;

.3 

għarfien ta' karatteristiċi u sekwenzi fl-imġieba ta' persuni li aktarx li huma ta' theddida għas-sigurtà;

.4 

tekniki użati biex jaqbżu l-miżuri tas-sigurtà;

.5 

immaniġġjar tal-folla u tekniki ta' kontroll;

.6 

komunikazzjonijet relatati mas-sigurtà;

.7 

għarfien ta' proċeduri ta' emerġenza u pjanijiet ta' kontinġenza;

.8 

operazzjonijiet ta' tagħmir u sistemi tas-sigurtà;

.9 

ittestjar, kalibrazzjoni u manteniment fuq il-baħar ta' tagħmir u sistemi tas-sigurtà;

.10 

tekniki ta' spezzjonijiet, kontroll u monitoraġġ; u.

.11 

metodi ta' tfittxijijet fiżiċi fuq persuni, effetti personali, bagolli, merkanzija u l-ħażniet tal-vapur.

13.4 Il-persuni l-oħra kollha li jaħdmu fuq il-vapur għandu jkollhom għarfien suffiċjenti ta' u jkunu familjari mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-pjan tas-sigurtà tal-vapur (SSP), inkluż:

.1 

it-tifsira u l-ħtiġijiet konsegwenzali tal-livelli differenti tas-sigurtà;

.2 

għarfjien tal-proċeduri ta' emerġenza u tal-pjanijiet ta' kontinġenza;

.3 

għarfien u detezzjoni ta' armi, sostanzi u għodod perikolużi;

.4 

għarfien, fuq bażi non-diskriminatorja, tal-karatteristiċi u s-sekwenzi ta' l-imġieba ta' persuni li aktarx huma ta' theddida għas-sigurtà; u.

.5 

tekniki użati biex jaqbżu miżuri tas-sigurtà

Drillijiet u eżerċizzji

13.5 L-oġġettiv tad-drillijiet u l-eżerċizzji hu li jassiguraw li l-ħaddiema ta' fuq il-vapur huma profiċjenti fid-doveri tas-sigurtà assenjati lilhom fil-livelli kollha tas-sigurtà u l-identifikazzjoni ta' kull nuqqasijiet relatati mas-sigurtà li għandhom bżonn li jiġu indirizzati.

13.6 Biex jassiguraw l-implementazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tal-pjan tas-sigurtà tal-vapur, id-drillijiet għandhom isiru ta' l-anqas darba kull tliet xhur. Barra minn hekk, f'każijiet fejn aktar minn 25 fil-mija tal-ħaddiema fuq il-vapur inbidlu, f'xi żmien jew ieħor, ma' ħaddiema li qabel ma pparteċipawx fi drillijiet fuq il-vapur fl-aħħar 3 xhur, għandu jsir drill fi żmien ġimgħa mill-bidla. Dawn id-drillijiet għandhom jittestjaw l-elementi individwali tal-pjan bħal dak it-theddid għas-sigurtà imniżżel fil-paragrafu 8.9.

13.7 Diversi tipi ta' eżerċizzji, li jistgħu jinkludu l-parteċipazzjoni ta' uffiċċjali tas-sigurtà tal-kumpanija, uffiċċjali tas-sigurtà tal-faċilità tal-port, awtoritajiet relevanti tal-Gvernijiet li qegħdin Jikkontrattaw kif ukoll l-uffiċċjali tas-sigurtà tal-vapur, jekk ikunu disponibili, għandhom isiru ta' l-anqas darba f'kull xahar bil-kalendarju b'mhux aktar minn 18-il xahar bejn l-eżerċizzji. Dawn l-eżerċizzji għandhom jittestjaw il-komunikazzjonijiet, il-koordinazzjoni, id-disponibilità tar-riżorsi, u r-rispons. Dawn l-eżerċizzji jistgħu jkunu:

.1 

fuq skala sħiħa jew reali;

.2 

simulazzjoni fuq mejda jew f'seminar; jew.

.3 

ikkumbinati ma' eżerċizzji oħra miżmuma, bħat-tiftix u l-eżerċizzji ta' salvataġġ u ta' rispons għall-emerġenzi.

13.8 Parteċipazzjoni mill-kumpaniji f'eżerċizzju ma' Gvern ieħor li qiegħed Jikkontratta għandu jkun rikonoxxut mill-Amministrazzjoni.

14.   SIGURTA' TAL-FAĊILITA' FIL-PORT

Linji ta' gwida relevanti huma pprovduti taħt taqsimiet 15, 16 u 18.

15.   STIMA TAS-SIGURTA' FIL-FAĊILITA' TAL-PORT

Ġenerali

15.1 L-istima tas-sigurtà fil-faċilità tal-port tista' ssir minn organizzazzjoni tas-sigurtà rikonoxxuta (RSO). Madankollu, approvazzjoni ta' PFSA kompluta għandha tingħata biss minn Gvern li qiegħed Jikkuntratta relevanti.

15.2 Jekk Gvern li qiegħed Jikkuntratta juża RSO biex jirrevedi jew jivverifika l-konformità tal-PFSA, l-RSO m'għandhiex tiġi assoċjata ma' RSO oħra li ppreparat jew assistiet fil-preparazzjoni ta' dik l-istima.

15.3 PFSA għandha tindirizza dawn l-elementi li ġejjin f'faċilità tal-port:

.1 

sigurtà fiżika;

.2 

integrità strutturali;

.3 

sistemi ta' protezzjoni tal-ħaddiema;

.4 

politiki proċedurali;

.5 

sistemi tar-radjo u t-telekomunikazzjoni, inkluż is-sistemi u n-networks tal-kompjuter;

.6 

infrastruttura tat-trasportazzjoni relevanti;

.7 

utilitajiet; u.

.8 

żoni oħra li jistgħu, jekk isirulhom danni jew jintużaw għal osservazzjoni illeċita, ikunu ta' risku għal persuni, propjetà, jew operazzjonijiet fil-faċilità tal-port.

15.4 Dawk involuti fil-PFSA għandhom ikunu kapaċi jiġbdu konklużjonijiet minn assistenza esperta fir-relazzjoni ma':

.1 

għarfien ta' theddid kurrenti għas-sigurtà u s-sekwenzi tiegħu;

.2 

għarfien u detezzjoni ta' armi, sostanzi u għodod perikolużi;

.3 

għarfien, fuq bażi non-diskriminatorja, ta' karatteristiċi u sekwenzi fl-imġieba ta' persuni li aktarx li huma ta' theddid għas-sigurtà;

.4 

tekniki użati biex jaqbżu l-miżuri tas-sigurtà;

.5 

metodi użati biex jikkawżaw inċidenti tas-sigurtà;

.6 

effetti ta' l-isplussivi fuq strutturi u servizzi tal-faċilità tal-port;

.7 

sigurtà tal-faċilità tal-port;

.8 

prattiċi tal-kummerċ fil-port;

.9 

ippjanar ta' kontinġenza, preparazzjonijiet u risponsi ta' emerġenza;

.10 

miżuri tas-sigurtà fiżiċi; eż: xatbiet;

.11 

sistemi tar-radjo u t-telekomunikazzjonijiet, inluż is-sistemi u n-networks tal-kompjuter;

.12 

trasport u inġinerija ċivili; u.

.13 

operazzjonijiet tal-vapur u tal-port.

Identifikazzjoni u evalwazzjoni ta' assi importanti u l-infrastruttura li hu importanti li tiġi protetta

15.5 L-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' assi importanti u l-infrastruttura hu proċess li permezz tiegħu l-importanza relattiva ta' l-istrutturi u l-istallazzjonijiet għall-funzjonament tal-faċilità tal-port jistgħu jkunu stabbiliti. Din l-identifikazzjoni u l-proċess ta' evalwazzjoni huma importanti għaliex jipprovdu l-bażi li fuqhom jiġu ffukati l-istrateġiji ta' mitigazzjoni fuq dawk l-assi u l-istrutturi li huma l-aktar importanti li jiġu protetti minn inċident fis-sigurtà. Dan il-proċess għandu jieħu kont tat-telfien potenzali tal-ħajja, is-sinifikat ekonomiku tal-port, il-valur simboliku, u l-preżenza ta' istallazzjonijiet tal-Gvern.

15.6 L-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-assi u l-infrastruttura għandhom jintużaw biex tingħata priorità lill-importanza relattiva tagħhom għall-protezzjoni.Il-konċern ewlieni għandu jkun li jiġu evitati l-mewt u xi inġurji. Huwa wkoll importanti li wieħed jikkonsidra jekk il-faċilità tal-port, l-istruttura jew l-istallazzjoni jistgħu jkomplu jiffunzjonaw mingħajr l-ass, u l-estenzjoni li fiha huwa possibbli li jkun hemm ri-stabbiliment tal-funzjonament normali.

15.7 Assi u infrastruttura li għandhom jiġu meqjusa bħala importanti biex jiġu protetti jinkludu:

.1 

aċċessi, dħul, approċċi u ankraġġ, manuvrar u żoni ta' rmiġġ

.2 

faċilitajiet għall-merkanzija, terminali, żoni ta' ħżin, u tagħmir għat-trattament tat-tagħbija;

.3 

sistemi bħas-sistemi tad-distribuzzjoni eletrrika, sistemi tar-radju u t-telekomunikazzjoni u s-sistemi u networks tal-kompjuter;

.4 

sistemi ta' l-immaniġġjar tat-traffiku tal-vetturi fil-port u għajnuniet għan-navigazzjoni;

.5 

impjanti ta' l-enerġija, sistemi għat-trasferiment tal-merkanzija, u provvisti ta' l-ilma;

.6 

pontijiet, linji tal-ferroviji, toroq;

.7 

vetturi tas-servizz tal-port, inkluż dgħajjes tal-pilotaġġ, dgħajjes ta' l-irmonk, braken, eċċ.;

.8 

tagħmir u sistemi tas-sigurtà u s-sorveljanza; u.

.9 

l-ilmijiet ġjaċenti mal-faċilità tal-port.

15.8 L-identifikazzjoni ċara ta' l-assi u l-infrastruttura hi essenzali għall-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-faċilità tal-port, il-prioritizzazzjoni ta' miżuri protettivi, u deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta' riżorsi biex jipproteġu aħjar il-faċilità tal-port. Il-proċessi jistgħu jinvolvu konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti li jirrelataw ma' strutturi ġjaċenti mal-faċilità tal-port li jistgħu jikkawżaw ħsara fil-faċilità jew jintużaw għall-għan li jikkawżaw danni lill-faċilità jew għall-osservazzjoni illiċita tal-faċilità jew biex jiddevjaw l-attenzjoni.

Identifikazzjoni tat-theddidiet possibbli għall-assi u l-infrastruttura u l-possibilità ta' l-okkorrenza tagħhom, sabiex jistabilixxu u jipprioritizzaw il-miżuri tas-sigurtà

15.9 Atti possibbli li jistgħu jheddu s-sigurtà ta' l-assi u l-infrastruttura, u l-metodi ta' kif isiru dawn l-atti, għandhom jiġu identifikati biex jevalwaw il-vulnerabilità ta' ass partikolari jew post ta' inċident tas-sigurtà, u biex jistabilixxu u jipprioritizzaw il-ħtiġijiet tas-sigurtà li jippermettu l-ippjanar u l-allokazzjonijiet tar-riżorsi. Identifikazzjoni u evalwazzjoni ta' kull att potenzali u l-metodu tiegħu għandu jkun ibbażat fuq diversi fatturi, inkluż stimi ta' theddid minn aġenziji tal-Gvern. Bl-identifikazzjoni u l-istima ta' dan it-theddid, dawk li qegħdin iwettqu l-istimi m'għandhomx jistrieħu fuq x'jiġri fl-agħar eventwalità biex jiggwidaw l-ippjanar u jallokaw ir-riżorsi.

15.10 Il-PFSA għandu jinkludi stima meħuda f'konsultazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-sigurtà relevanti biex jiddetermina:

.1 

kwalunkwe aspetti partikolari tal-faċilità tal-port, inkluż it-traffiku tal-vetturi li qegħdin jużaw il-faċilità, li jagħmluha aktar probabbli li din tkun il-mira ta' xi attakk;

.2 

Il-konsegwenzi probabbli f'termini ta' telfien ta' ħajja, ħsara għall-propjeta u tfixkil ekonomiku, inkluż it-tfixkil għas-sistemi ta' trasport, ta' attakk fuq, jew fil-faċilità tal-port;

.3 

il-kapaċità u l-intenzjoni ta' dawk li aktarx iwettqu dan l-attakk; u.

.4 

it-tip jew tipi ta' attakk possibbli,

li jipproduċu stima ġenerali tal-livell ta' riskju li kontrih iridu jiġu żviluppati l-miżuri tas-sigurtà

15.11 Il-PFSA għandu jikkonsidra t-theddid kollu possibbli, li jista' jinkludi dawn it-tipi ta' inċidenti għas-sigurtà li ġejjin:

.1 

danni għal, jew qirda tal-faċilità tal-port jew tal-vapur, eż: b'għodod splussivi, ħruq, sabutaġġ jew vandaliżmu;

.2 

ħtif jew qbid tal-vapur jew tal-persuni abbord;

.3 

tbagħbis mal-merkanzija, tagħmir jew sistemi essenzali tal-vapur jew il-ħażniet tal-vapur;

.4 

aċċess jew użu mhux awtorizzat, inkluż il-preżenza ta' persuni moħbija fuq il-vapur biex jaħarbu;

.5 

il-kuntrabandu ta' armi jew tagħmir, inkluż armi tal-qerda tal-massa;

.6 

użu tal-vapur għall-ġarr ta' dawk li għandhom l-intenzjoni li jikkawżaw inċident tas-sigurtà u t-tagħmir tagħhom;

.7 

użu tal-vapur innifsu bħala arma jew bħala mezz biex jikkawża l-ħsara jew il-qerda;

.8 

ibblukkar ta' entraturi għall-portijiet, tiskir, approċċi, eċċ; u.

.9 

attakk nukleari, bioloġiku u kimiku.

15.12 Il-proċess għandu jinvolvi konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti rigward l-istrutturi ġjaċenti mal-faċilità tal-port li jistgħu jikkawżaw ħsara fil-faċilità jew jintużaw għall-għan li jikkawżaw ħsara lill-faċilità jew għall-osservazzjoni illiċita tal-faċilità jew biex jaljenaw l-attenzjoni.

Identifikazzjoni, selezzjoni, u prioritizzazzjoni ta' kontromiżuri u tibdil proċedurali u l-livell ta' effettività tagħhom fit-tnaqqis tal-vulnerabilità

15.13 L-identifikazzjoni u l-prioritizzazzjoni ta' kontromiżuri hi maħsuba biex tassigura li l-akar miżuri effettivi tas-sigurtà jiġu mħaddma biex inaqqsu l-vulnerabilità ta' faċilità ta' port jew il-qsim ta' vapur/port tax-xogħol għal theddid possibbli.

15.14 Miżuri tas-sigurtà għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' fatturi bħal jekk inaqqsux il-probabilità ta' attakk u għandhom jiġu evalwati permezz ta' informazzjoni li tinkludi:

.1 

stħarriġ tas-sigurtà, ispezzjonijiet u awditjar;

.2 

konsultazzjoni mas-sidien u l-operaturi tal-faċilità tal-port, u sidien/operaturi ta' strutturi ġjaċenti jekk ikun xieraq;

.3 

informazzjoni storika dwar inċidenti tas-sigurtà; u.

.4 

operazzjonijiet fil-faċilità tal-port

Identifikazzjoni ta' vulnerabilitajiet

15.15 Identifikazzjoni ta' vulnerabilitajiet fi strutturi fiżiċI, sistemi ta' protezzjoni tal-ħaddiema, proċessi, jew żoni oħra li jistgħu jwasslu għal inċident fis-sigurtà jistgħu jiġu użati biex jistabilixxu l-għażliet biex dawn il-vulnerabilitajiet jiġu eliminati jew imnaqqsa. Per eżempju, analiżi tista' tiżvela vulnerabilitajiet fis-sistemi tas-sigurtà tal-faċilità ta' port jew infrastruttura mhix protetta bħall-forniment ta' l-ilma, pontijiet, eċċ li jistgħu jiġu riżolti permezz ta' miżuri fiżiċi, eż: ostakoli permanenti, allarmi, tagħmir tas-sorveljanza, eċċ

15.16 Identifikazzjoni ta' vulnerabilitajiet għandha tinkludi konsiderazzjoni għal:

.1 

aċċess minn ma' l-ilma jew minn max-xatt għall-faċilità tal-port u vapuri li jitrakkaw fil-faċilità;

.2 

integrità strutturali tal-mollijiet, faċilitajiet u strutturi assoċjati;

.3 

miżuri u proċeduri tas-sigurtà eżistenti, inkluż is-sistemi ta' identifikazzjoni;

.4 

miżuri u proċeduri tas-sigurtà eżistenti relatati mas-servizzi u l-utilitajiet tal-port;

.5 

miżuri biex jiġi protett it-tagħmir tar-radju u tat-telekomunikazzjoi, servizzi u utilitajiet tal-port, inkluż is-sistemi u n-netwerks tal-kompjuter;

.6 

żoni ġjaċenti li jistgħu jiġu esplojtjati waqt, jew għal, attakk;

.7 

ftehim eżistenti ma' kumpaniji privati tas-sigurtà li jipprovdu servizzi tas-sigurtà minn fuq il-baħar/minn max-xatt;

.8 

politiki konfliġġenti bejn il-miżuri u l-proċeduri tal-ħarsien u s-sigurtà;

.9 

kull faċilità tal-port konfliġġenti u assenjar tad-doveri tas-sigurtà;

.10 

kull sforzi ta' infurzar u fuq il-ħaddiema.

.11 

kull nuqqasijiet identifikati waqt it-taħriġ u d-drillijiet; u.

.12 

kull nuqqasijiet identifikati waqt l-operazzjoni ta' kuljum, wara inċidenti u allerti, ir-rapport ta' konċerni dwar is-sigurtà, l-eżerċizzju ta' miżuri ta' kontroll, awditjar, eċċ

16.   PJAN TAS-SIGURTA' GĦALL-FAĊILITA' TAL-PORT

Ġenerali

16.1 Preparazzjoni tal-pjan tas-sigurtà tal-faċilità tal-port (PFSP) jaqa' taħt ir-responsabilità ta' l-uffiċċjal tas-sigurtà tal-faċilità tal-port Waqt li l-PFSO m'għandux għalfejn personalment iwettaq id-doveri kollha assoċjati mal-post, ir-responsabilità aħħarija biex jiġi assigurat li dawn id-doveri jitwettqu tibqa' f'idejn il-PFSO individwali.

16.2 Il-kontenut ta' kull PFSP individwali għandu jvarja skond iċ-ċirkostanzi partikolari tal-faċilità jew faċilitajiet tal-port, li jkopri. L-assessjar tas-sigurtà tal-faċilità tal-port (PFSA) ikun identifika l-fatturi partikolari tal-faċilità tal-port, u r-riskji potenzali tas-sigurtà, li wasslu għall-bżonn li jiġi appuntat PFSO u li jiġi ppreparat PFSP. Il-preparazzjoni tal-PFSP se teħtieġ dawn il-fatturi, u konsiderazzjonijiet oħra tas-sigurtà lokali jew nazzjonali, li għandhom jiġu indirizzati fil-PFSP u għal miżuri xierqa tas-sigurtà li għandhom jiġu stabbiliti biex il-probabilità ta' ksur tas-sigurtà u l-konsegwenzi tar-riskji potenzali jiġu mnaqqsa. Gvernijiet li qegħdin Jikkontrattaw jistgħu jippreparaw parir dwar il-preparazzjoni u l-kontenut tal-PFSP.

16.3 Il-PFSPs kollha għandhom:

.1 

jagħtu d-dettalji ta' l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.2 

jagħtu d-dettalji tar-rabtitet ta' l-organizzazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti u s-sistemi ta' komunikazzjoni neċessarji biex iħallu operazzjoni kontinwa effettiva ta' l-organizzazzjoni u r-rabtiet tagħha ma' oħrajn, inkluż il-vapuri fil-port;

.3 

jagħtu d-dettalji tal-miżuri bażiċi tas-sigurtà fuq livell 1, sew operazzjonali kif ukoll fiżiċi, li se jkunu fis-seħħ;

.4 

jagħtu d-dettalji tal-miżuri addizzjonali tas-sigurtà li jħallu lill-faċilità tal-port tagħmel progress mingħajr dewmien għal-livell ta' sigurtà 2 u, fejn neċessarju, għal-livell ta' sigurtà 3;

.5 

jipprovdu għal reviżjoni, jew awditjar tal-PFSP u l-emendi għaliha bħala rispons għall-esperjenza jew għaċ-ċirkostanzi li qegħdin jinbidlu; u.

.6 

jagħtu d-dettalji tal-proċeduri ta' rappurtaġġ lill-punti ta' kuntatt xierqa tal-Gvern li qiegħed Jikkontratta.

16.4 Preparazzjoni ta' PFSP effettiva toqgħod fuq assessjar iddettaljat tas-suġġetti kollha li jirrelataw mas-sigurtà fil-faċilità tal-port, inkluż, b'mod partikolari, apprezzament iddettaljat tal-karatteristiċi fiżiċi u operazzjonali tal-faċilità tal-port individwali.

16.5 Il-Gvernijiet li qegħdin Jikkontrattaw għandhom japprovaw il-PFSPs tal-faċilitajiet tal-port li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-Gvernijiet li qegħdin Jikkontrattaw għandhom jiżviluppaw proċeduri biex jassessjaw l-effettività kontinwa ta' kull PFSP u jistgħu jitolbu emendi għall-PFSP qabel l-approvazzjoni inizzjali jew wara din l-approvazzjoni. Il-PFSP għandu jagħmel dispożizzjonijiet għaż-żamma ta' rekords dwar inċidenti u theddid għas-sigurtà, reviżjonjiet, awditjar, taħriġ, drillijiet u eżerċizzji bħala evidenza ta' konformità ma' dawn il-ħtiġijiet.

16.6 Il-miżuri tas-sigurtà inklużi fil-PFSP għandhom ikunu fis-seħħ f'perijodu raġonevoli mill-approvazzjoni tal-PFSP u l-PFSP għandu jistabilixxi meta se tidħol fis-seħħ kull miżura. Jekk huwa probabbli li jkun hemm dewmien fil-provvediment tagħhom, dan għandu jiġi diskuss mal-Gvern li qiegħed Jikkontratta li hu responsabbli mill-approvazzjoni tal-PFSP u miżuri alternattivi temporanji sodisfaċenti tas-sigurtà li jipprovdu għal livell ta' sigurtà ugwali għandhom ikunu maqbula biex ikopru kull perijodu intermedjarju.

16.7 L-użu ta' armi tan-nar fuq jew ħdejn vapuri u f'faċilitajiet tal-port jistgħu jkunu ta' riskji partikolari u sinifikanti għas-sigurtà, b'mod partikolari f'konnessjoni ma' ċerti sostanzi perikolużi, u għandhom jiġu kkonsidrati bir-reqqa. Fil-każ illi Gvern li qiegħed Jikkontratta jiddeċiedi li hu neċessarju għalih li juża ħaddiema armati f'dawn iż-żoni, il-Gvern li qiegħed Jikkontratta għandu jassigura li l-ħaddiema huma awtorizzati u mħarrġa b'mod xieraq fl-użu ta' l-armi tagħhom u li huma konxji tar-riskji speċifiċi preżenti f'dawn iż-żoni. Jekk Gvern li qiegħed Jikkontratta jawtorizza l-użu ta' armi tan-nar dan għandu joħroġ linji ta' gwida speċifiċi dwar l-użu tagħhom. Il-PFSP għandu jkun fih linji ta' gwida speċifiċi dwar din il-materja, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-applikazzjoni tagħha għal vapuri li qegħdin iġorru oġġetti perikolużi jew sostanzi li jistgħu jkunu ta' ħsara.

L-organizzazzjoni u l-prestazzjoni tad-doveri tas-sigurtà fil-faċilità tal-port

16.8 B'żieda mal-linji ta' gwida mogħtija taħt paragrafu 16.3, il-PFSP għandu jistabilixxi dan li ġej, li jirrelata mal-livelli ta' sigurtà kollha:

.1 

ir-rwol u l-istruttura ta' l-organizzazzjoni tas-sigurtà fil-faċilità tal-port;

.2 

id-doveri, ir-responsabilitajiet u l-ħtiġijiet tat-taħrig ta' kull ħaddiem li jaħdem fil-faċilità tal-port ma' rwol tas-sigurtà u l-miżuri ta' prestazzjoni meħtieġa biex jippermettu li l-effettività individwali tiġi assessjata;

.3 

ir-rabtiet ta' l-organizzazzjoni tas-sigurtà fil-faċilità tal-port ma' awtoritajiet nazzjonali jew lokali b'responsabilitajiet tas-sigurtà;

.4 

is-sistemi ta' komunikazzjoni pprovduti biex jippermettu komunikazzjoni effettiva u kontinwa bejn il-ħaddiema fis-sigurtà fil-faċilità tal-port, vapuri fil-port u, fejn hu xieraq, ma' awtoritajiet nazzjonali jew lokali b'responsabilitajiet fis-sigurtà;

.5 

il-proċeduri jew salvagwardji neċessarji biex jippermettu komunikazzjonijiet kontinwi jinżammu fil-ħinijiet kollha;

.6 

il-proċeduri u l-prattiki biex jipproteġu informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà li qed tinżamm bil-miktub jew f'format elettroniku;

.7 

il-proċeduri biex tiġi stmata l-effettività kontinwa tal-miżuri tas-sigurtà, proċeduri u tagħmir, inkluż l-identifikazzjoni ta', u r-rispons għal, nuqqasijiet jew funzjonament ħażin fit-tagħmir;

.8 

il-proċeduri biex jippermettu s-sottomissjonijiet, u l-assessjar, ta' rapporti relatati ma' ksur possibbli fis-sigurtà jew konċerni fis-sigurtà;

.9 

proċeduri relatati mat-trattament tal-merkanzija;

.10 

proċeduri li jkopru t-tqassim tal-ħażniet tal-vapur;

.11 

il-proċeduri li jmantnu, u jaġġornaw, rekords ta' oġġetti perikolużi jew sostanzi li jistgħu jikkawżaw ħsara u l-post tagħhom fil-faċilità tal-port;

.12 

il-mezzi li bihom jitqajjem alert u jiġu ottenuti s-servizzi ta' gwardji minn fuq l-ilma u timijiet tat-tiftix speċjalizzati, inkluż tiftix għall-bombi u tiftix taħt l-ilma;

.13 

il-proċeduri biex uffiċjali tas-sigurtà tal-vapur jiġu assistiti biex jikkonfermaw l-identità ta' dawk li qegħdin ifittxu li jitilgħu fuq il-vapur, meta dan jintalab minnhom; u.

.14 

il-proċeduri biex jiffaċilitaw it-tluq minn max-xatt tal-ħaddiema tal-vapur jew bidliet fost il-ħaddiema, kif ukoll ta' l-aċċess tal-viżitaturi għall-vapur, inkluż ir-rappreżentanti responsabbli mill-ġid tal-baħħara u organizzazzjonijiet tax-xogħol.

16.9 Il-kumplament ta' taqsima 16 tindirizza speċifikament il-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu f'kull livell tas-sigurtà u tkopri:

.1 

l-aċċess għall-faċilità tal-port;

.2 

żoni ristretti fil-faċilità tal-port;

.3 

it-trattament tal-merkanzija;

.4 

tqassim tal-ħażniet tal-vapur;

.5 

trattament ta' bagolli mhux akkompanjati; u.

.6 

monitoraġġ tas-sigurtà tal-faċilità tal-port.

Aċċess għall-faċilità tal-port

16.10 Il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li jkopru l-mezzi kollha ta' aċċess għall-faċilità tal-port identifikati fil-PFSA.

16.11 Għal kull waħda minn dawn il-PFSP għandu jidentifika l-postijiet xierqa fejn ir-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet għall-aċċess għandhom jiġu applikati għal kull wieħed mil-livelli tas-sigurtà. Għal kull livell tas-sigurtà il-PFSP għandu jispeċifika t-tip ta' restrizzjoni jew projbizzjoni li għandha tiġi applikata u l-mezzi ta' kif għandhom jiġu infurzati.

16.12 Il-PFSP għandu jistabilixxi għal kull livell tas-sigurtà il-mezzi ta' identifikazzjoni meħtieġa biex iħallu aċċess għall-faċilità tal-port u għal individwi biex jibqgħu fil-faċilità tal-port mingħajr problemi. Dan jista' jinvolvi l-iżvilupp ta' sistema ta' identifikazzjoni xierqa, li tippermetti identifikazzjonijiet permanenti u temporanji, għall-ħaddiema tal-faċilità tal-port u għall-viżitaturi rispettivament. Kull sistema ta' identifikazzjoni tal-faċilità tal-port għandha, fejn hu prattikabbli li jsir hekk, tkun ikkoordinata ma' dik li tapplika għal vapuri li jużaw il-faċilità tal-port regolarment. Il-Passiġġieri għandhom ikunu kapaċi jippruvaw l-identità tagħhom permezz ta' awtorizzazzjoni għat-tlugħ, biljetti, eċċ., iżda m'għandux ikollhom aċċess għal żoni ristretti sakemm ma jkunux sorveljati. Il-PFSP għandu jistabilixxi d-dispożizzjonijiet biex jassigura li s-sistemi ta' identifikazzjoni huma aġġornati regolarment, u li l-abbuż tal-proċeduri jista' jkun suġġett għal azzjoni dixxiplinarja.

16.13 Dawk li ma jridux jew li ma jistgħux jistabilixxu l-identità u/jew jikkonfermaw l-għan tal-viżta tagħhom meta mitluba li jagħmlu dan m'għandux ikollhom aċċess għall-faċilità tal-port u l-attentat tagħhom biex ikollhom aċċess għandu jiġi rrappurtat lill-PFSO u lill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali li għandhom responsabilitajiet tas-sigurtà

16.14 Il-PFSP għandu jidentifika postijiet fejn jistgħu jsiru tfittxijiet fuq persuni, effetti personali, u vetturi. Dawn il-postijiet għandhom ikunu miksija biex jiffaċilitaw l-operazzjoni kontinwa, minkejja l-kondizzjonijiet ta' l-ajru, skond il-frekwenza elenkata fil-PFSP. Meta suġġetti għat-tiftix, persuni, effetti personali u vetturi għandhom jipproċedu direttament għaż-żoni ristretti ta' kontroll, imbark jew tagħbija fuq il-karozzi.

16.15 Il-PFSP għandu jistabilixxi postijiet separati għal persuni ċċekkjati u mhux iċċekkjati u l-effetti tagħhom u jekk inhu possibbli żoni separati għall-imbark/żbark ta' passiġġieri, il-ħaddiema tal-vapur u l-effetti tagħhom biex jassiguraw li persuni li ma ġewx iċċekkjata ma jkunux jistgħu jiġu f'kuntatt ma' persuni ċċekkjati.

16.16 Il-PFSP għandu jistabilixxi l-frekwenza ta' l-applikazzjoni ta' kwalunkwe kontrolli ta' l-aċċess, partikolarment jekk dawn jiġu applikati kif ġie ġie, jew fuq bażi okkażjonali.

Livell tas-sigurtà 1

16.17 Fil-livell tas-sigurtà 1, il-PFSP għandu jistabilixxi l-punti ta' kontroll fejn dawn il-miżuri tas-sigurtà li ġejjin jistgħu jiġu applikati:

.1 

żoni ristretti, li għandhom ikunu mdawra b' wajer tal-ħadid jew ostakoli oħra għal livelli li għandhom jiġu approvati mill-Gvern li qiegħed Jikkontratta;

.2 

iċċekkjar ta' l-identità tal-persuni kollha li qed ifittxu li jidħlu fil-faċilità tal-port b'konnessjoni mal-vapur, inkluż il-passiġġieri, il-ħaddiema tal-vapur u l-viżitaturi tiegħu, u jikkonfermaw ir-raġunijiet tagħhom għalfejn qed jagħmlu dan billi jiċċekkjaw, per eżempju, l-istruzzjonijiet ta' l-ingaġġ, biljetti tal-passiġġieri, il-permessi tat-tlugħ, ordinijiet tax-xogħol, eċċ;

.3 

iċċekkjar ta' vetturi użati minn dawk li qegħdin ifittxu li jidħlu fil-faċilità tal-port b'konnessjoni mal-vapur;

.4 

verifika ta' l-identità tal-ħaddiema tal-faċilità tal-port u dawk impjegati fil-faċilità tal-port u l-vetturi tagħhom;

.5 

restrizzjoni fl-aċċess biex jiġu esklużi dawk li m'humiex impjegati mill-faċilità tal-port jew li jaħdmu fuqha, jekk m'humiex kapaċi li jistabilixxu l-identità tagħhom;

.6 

twettiq ta' tfittxijiet fuq persuni, effetti personali, vetturi u l-kontenut tagħhom; u.

.7 

identifikazzjoni ta' kull punt ta' aċċess mhux f'użu regolari, li għandu jinżamm permanentement magħluq u msakkar.

16.18 Fil-livell tas-sigurtà 1, dawk li qegħdin ifittxu aċċess għall-faċilità tal-port għandhom ikunu suġġetti għat-tfittxija. Il-frekwenza ta' dawn it-tfittxijiet, inkluż it-tfittxijiet ta' addoċċ, għandhom ikunu speċifikati fil-PFSP approvat u għandhom ikunu speċifikament approvati mill-Gvern li qiegħed Jikkontratta. Sakemm m'hemmx raġunijiet tas-sigurtà ċari għalfejn għandu jsir hekk, ħaddiema tal-vapur m'għandhomx ikunu mitluba jfittxu fuq il-kollegi tagħhom jew fuq l-effetti personali ta' dawn il-kollegi. Kull tfittxija ta' din ix-xorta għandha ssir b'mod li jieħu kont tad-drittijiet umani ta' l-individwu u jippreserva d-dinjità umana bażika tagħhom.

Livell tas-sigurtà 2

16.19 Fil-livell tas-sigurtà 2, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri addizzjonali tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati, li jistgħu jinkludu:

.1 

assenjar ta' aktar ħaddiema biex iħarsu l-ponot ta' aċċess u jgħassu l-ostakoli ta' madwar;

.2 

jillimitaw in-numru ta' punti ta' aċċess għall-faċilità tal-port, u jidentifikaw dawk li għandhom jingħalqu u l-mezzi biex jiġu assigurati b'mod sigur;

.3 

jipprovdu l-mezzi biex ifixklu l-moviment fil-punti ta' aċċess li jibqa' eż: ostakoli tas-sigurtà;

.4 

iżidu l-frekwenza ta' tfittxijiet fuq il-persuni, l-effetti personali, u l-vetturi;

.5 

jinnegaw aċċess għall-viżitaturi li ma jistgħux jipprovdu ġustifikazzjoni li tista' tiġi vverifikata għalfejn qegħdin ifittxu aċċess għall-faċilità tal-port; u.

.6 

jużaw dgħajjes u mezzi tat-tbaħħir biex iżidu s-sigurtà fuq il-baħar.

Livell tas-sigurtà 3

16.20 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-faċilità tal-port għandha tikkonforma ma' istruzzjonjiet maħruġa minn dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddid tiegħu. Il-PFSP għandu jagħti d-dettalji tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-faċilità tal-port, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u mal-vapuri fil-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

sospensjoni ta' l-aċċess għall-faċilità tal-port kollha jew parti minnha;

.2 

jagħtu aċċes biss lil dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddid tiegħu;

.3 

sospensjoni tal-moviment min-nies li qegħdin jimxu jew mill-vetturi fil-faċilità tal-port kollha, jew f'parti minnha;

.4 

żieda fl-għases tas-sigurtà fil-faċilità tal-port, jekk inhu xieraq;

.5 

sospensjoni ta' l-operazzjonijiet tal-port fil-faċilità tal-port kollha, jew f'parti minnha;

.6 

direzzjoni tal-movimenti tal-biċċiet tal-baħar li jirrelataw mal-faċilità tal-port kollha jew ma' parti minnha; u.

.7 

evakwazzjoni tal-faċilità tal-port kollha jew ta' parti minnha.

Żoni ristretti fil-faċilità tal-port

16.21 Il-PFSP għandu jidentifika ż-żoni ristretti li għandhom jiġu stabbiliti fil-faċilità tal-port u jispeċifika l-estenzjoni tagħhom, il-ħinijiet ta' applikazzjoni tagħhom, il-miżuri tas-sigurtà li għandhom jittieħdu biex jikkontrollaw l-aċċess għalihom u dawk li għandhom jittieħdu biex jikkontrollaw l-attivitajiet fihom. Dan għandu jinkludi wkoll, f'ċirkostanzi adattati, miżuri biex jassiguraw li żoni ristretti temporanji huma mgħassa tajjeb kemm qabel kif ukoll wara li tiġi stabbilita ż-żona.. L-għan taż-żoni ristretti hu li:

.1 

jipproteġi passiġġieri, il-ħaddiema tal-vapur, ħaddiema li jaħdmu fil-faċilità tal-port u viżitaturi, inkluż dawk li qegħdin jagħmlu viżta f'konnessjoni ma' vapur;

.2 

jipproteġu l-faċilità tal-port.

.3 

jipproteġu vapuri li jużaw, u jservu, lill-faċilità tal-port;

.4 

jipproteġu postijiet sensittivi għas-sigurtà u żoni fil-faċilità tal-port;

.5 

jipproteġu sistemi u tagħmir għas-sigurtà u s-sorveljanza; u.

.6 

jipproteġu l-merkanzija u l-ħażniet tal-vapur mit-tbagħbis..

16.22 Il-PFSP għandu jassigura li ż-żoni ristretti kollha stabilixxew miżuri ċari ta' sigurtà biex jikkontrollaw:

.1 

aċċess minn individwi;

.2 

id-dħul, ipparkjar, tagħbija u ħatt ta' vetturi;

.3 

moviment u ħażna ta' merkanzija u tal-ħażniet tal-vapur; u.

.4 

bagolli u effetti personali mhux akkompanjati.

16.23 Il-PFSP għandu jipprovdi li ż-żoni ristretti kollha għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar, u jindikaw li l-aċċess għaż-żona hu ristrett u li l-preżenza mhux awtorizzata fiż-żona tikkostitwixxi ksur tas-sigurtà

16.24 Meta l-apparat awtomatiku għad-detezzjoni ta' l-intrużjonijiet jiġi stallat, dan għandu jibgħat alert lil ċentru ta' kontroll li jista' jirrispondi hekk kif jitlaq allarm.

16.25 Żoni ristretti jistgħu jinkludu:

.1 

żoni max-xatt jew fuq il-baħar li jmissu mal-vapur immedjetament;

.2 

żoni ta' imbark u ta' żbark, żoni ta' kontroll u pproċessar ta' passiġġieri u ta' nies li jaħdmu fuq il-vapur, inkluż punti ta' tfittxija;

.3 

żoni fejn it-tagħbija, il-ħatt jew il-ħażna tal-merkanzija u tal-ħażniet isseħħ;

.4 

postijiet fejn informazjzoni sensittiva għas-sigurtà, inkluż id-dokumentazzjoni tal-merkanzija, hi miżmuma;

.5 

żoni fejn oġġetti perikolużi u sostanzi li jistgħu jikkawżaw ħsara huma miżmuma;

.6 

kmamar għall-kontroll ta' sistemi ta' l-immaniġġjar tat-traffiku tal-bċejjeċ tal-baħar, għajnuniet għan-navigazzjoni u bini għall-kontroll tal-portijiet, inkluż kmamar għall-kontroll tas-sigurtà u s-sorveljanza;

.7 

żoni fejn jinħażen jew jinżamm it-tagħmir għas-sigurtà u s-sorveljanza;

.8 

istallazzjonijiet essenzali elettroniċi, tar-radju u tat-telekomunikazzjoni, ta' l-ilma u ta' utilitajiet oħra; u.

.9 

postijiet oħra fil-faċilità tal-port fejn aċċess minn bċejjeċ tal-baħar, vetturi u individwi għandu jkun ristrett.

16.26 Il-miżuri tas-sigurtà jistgħu jinfirxu, bi qbil ma' l-awtoritajiet relevanti, għal restrizzjonijiet dwar aċċess mhux awtorizzat għal strutturi li minnhom il-faċilità tal-port tista' tkun osservata.

Livell tas-sigurtà 1

16.27 Fil-livell tas-sigurtà 1, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati għal żoni ristretti, li jistgħu jinkludu:

.1 

il-provvediment ta' ostakoli permanenti jew temporanaji biex jiċċirkondaw iż-żona ristretta, li l-istandard tagħha għandu jiġi aċċettat mill-Gvern li qiegħed Jikkontratta;

.2 

il-provvediment ta' punti ta' aċċess fejn l-aċċess jista' jkun ikkontrollat minn gwardji tas-sigurtà meta jkun qiegħed jiġi użat u li meta ma jkunx użat jista' jiġi msakkar jew imbarrat b'mod effettiv;

.3 

il-provvediment ta' permessi li għandhom jintwerew biex jidentifikaw jekk persuna għandhiex id-dritt li tkun f'żona ristretta;

.4 

immarkar tal-karozzi b'mod ċar biex ikun hemm aċċess għal żoni ristretti;

.5 

il-provvediment ta' gwardji u għases;

.6 

il-provvediment ta' għodod awtomatiċi għad-detezzjoni ta' l-intrużjoni, jew tagħmir ta' sorveljanza jew sistemi biex jiddetettaw aċċess mhux awtorizzat ġo, jew moviment f'żoni ristretti; u.

.7 

kontroll tal-moviment ta' bċejjeċ tal-baħar fil-viċinanza ta' vapuri li qegħdin jużaw il-faċilità tal-port.

Livell tas-sigurtà 2

16.28 Fil-livell tas-sigurtà 2, il-PFSP għandu jistabilixxi t-tisħiħ tal-frekwenza u l-intesnità tal-monitoraġġ ta', u l-kontroll ta' l-aċċess għal, żoni ristretti. Il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri addizzjonalI tas-sigurtà, li jistgħu jinkludu:

.1 

it-tisħiħ ta' l-effettività ta' l-ostakoli jew il-wajer tal-ħadid li jdawwar iż-żoni ristretti, inkluż l-użu ta' rondi jew għodod awtomatiċi għad-detezzjoni ta' l-intrużjoni;

.2 

it-tnaqqis fin-numru ta' punti ta' aċċess għal żoni ristretti u t-tisħiħ ta' kontrolli użati fil-bqija ta' l-aċċessi;

.3 

restrizzjonijiet fuq il-parkeġġ ġjaċenti ma' vapuri sorġuti;

.4 

aktar restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal żoni ristretti u movimenti u ħżin fihom;

.5 

użu ta' tagħmir immonitorjat kontinwament u użat għar-rekording ta' l-issorveljar;

.6 

żieda fin-numru u l-frekwenza tar-rondi, inkluż ir-rondi max-xatt tal-baħar, li jsiru fuq il-fruntieri taż-żoni ristretti u fiż-żoni infushom;

.7 

stabbiliment u restrizzjoni ta' l-aċċess għal żoni ġjaċenti għaż-żoni ristretti; u

.8 

infurzar tar-restrizzjonijiet fuq l-aċċess minn vetturi mhux awtorizzati għal ibħra li jmissu mal-vapuri użati fil-faċilità tal-port.

Livell tas-sigurtà 3

16.29 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-faċilità tal-port għandha tikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddida tiegħu. Il-PFSP għandu jagħti d-dettall tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-faċilità tal-port f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u mal-vapuri fil-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

it-twaqqif ta' żoni ristretti addizzjonali fil-faċilità tal-port fi prossimità ma' l-inċident tas-sigurtà, jew il-post li hu mifhum li fih it-theddida għas-sigurtà, li għalih l-aċċess hu magħluq; u.

.2 

il-preparament għat-tfittxija f'żoni ristretti bħala parti minn tfittxija tal-faċilità tal-port kollha, jew parti minnha.

Il-kontroll tal-merkanzija

16.30 Il-miżuri tas-sigurtà relatati mat-trattament tal-merkanzija għandhom:

.1 

jipprevjenu t-tbagħbis; u.

.2 

jipprevjenu l-merkanzija li mhix intenzjonata għall-ġarr milli tkun aċċettata u maħżuna fil-faċilità tal-port.

16.31 Il-miżuri tas-sigurtà għandhom jinkludu inventarju tal-proċeduri ta' kontroll f'punti ta' aċċess għall-faċilità tal-port. La darba fil-faċilità tal-port, il-merkanzija għandha tkun kapaċi li tiġi identifikata bħala li ġiet iċċekkjata u aċċettata għat-tagħbija fuq vapur jew għall-ħżin temporanju f'żona ristretta waqt li qiegħda tistenna t-tagħbija. Jista' jkun xieraq li tirrestrinġi d-dħul tal-merkanzija għall-faċilità tal-port li m'għandhiex data kkonfermata għat-tagħbija.

Livell tas-sigurtà 1

16.32 Fil-livell tas-sigurtà 1, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati waqt il-kontroll tal-merkanzija, li jistgħu jinkludu:

.1 

iċċekkjar ta' rutina tal-merkanzija, unitsgħat-trasport tal-merkanzija u żoni għall-ħżin tal-merkanzija fil-faċilità tal-port qabel, u waqt l-operazzjonijiet għat-trattament tal-merkanzija;

.2 

ċekkijiet biex jiġi assigurat li l-merkanzija li dieħla fil-faċilità tal-port taqbel man-nota tat-tqassim jew mad-dokumentazzjoni ekwivalenti tal-merkanzija;

.3 

tfittxijiet fuq il-vetturi; u.

.4 

iċċekkjar ta' siġilli u metodi oħra użati biex jipprevjenu t-tbagħbis mad-dħul fil-faċilità tal-port u mal-ħżin fil-faċilità tal-port.

16.33 Iċċekkjar ta' merkanzija jista' jsir permezz ta' dawn il-mezzi jew b'uħud minnhom:

.1 

eżaminazzjoni viżwali u fiżika; u.

.2 

l-użu ta' tagħmir għall-iskannjar/detezzjoni, għodod mekkaniċi, jew klieb.

16.34 Meta jkun hemm movimenti regolari jew repetuti mill-merkanzija, is-CSO jew l-SSO jista', wara konsultazzjoni mal-faċilità tal-port, jaqbel fuq arranġamenti mal-baħħara jew oħrajn responsabbli minn din il-merkanzija li jkopri iċċekkjar mhux fuq il-post, issiġillar, skedar, dokumentazzjoni ta' sostenn, eċċ. Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu kkomunikati lil u maqbula mal-PFSO ikkonċernat.

Livell tas-sigurtà 2

16.35 Fil-livell tas-sigurtà 2, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà addizzjonali li għandhom jiġu applikati waqt it-trattament tal-merkanzija biex jissaħħaħ il-kontroll, li jistgħu jinkludu:

.1 

iċċekkjar dettaljat tal-merkanzija, unitsgħat-trasport tal-merkanzija u żoni għall-ħżin tal-merkanzija fil-faċilità tal-port;

.2 

iċċekkjar intensiv, kif inhu xieraq, biex jiġi assigurat li l-merkanzija ddokumentata biss tidħol fil-faċilità tal-port, tinħażen hemm b'mod temporaneju u wara titgħabba fuq il-vapur;

.3 

tfittxijiet intensivi tal-vetturi; u.

.4 

frekwenza miżjuda u dettall fl-iċċekkjar tas-siġilli u metodi oħra użati biex jipprevjenu t-tbagħbis.

16.36 Iċċekkjar dettaljat tal-merkanzija jista' jiġi akkomplit b'dawn il-mezzi li ġejjin jew b'uħud minnhom:

.1 

żieda fil-frekwenza jew fid-dettall ta' l-iċċekkjar tal-merkanzija, unitsgħat-trasport tal-merkanzija u żoni għall-ħżin tal-merkanzija użati fil-faċilità tal-port (eżaminazzjoni viżwali u fiżika);

.2 

żieda fil-frekwenza ta' l-użu ta' tagħmir għall-iskannjar/detezzjoni, għodod mekkaniċi, jew klieb; u.

.3 

koordinazzjoni ta' miżuri tas-sigurtà imsaħħa mal-baħħar jew ma' parti oħra responsabbli b'żieda mal-ftehim u l-proċeduri stabbiliti.

Livell tas-sigurtà 3

16.37 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-faċilità tal-port għandha tikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddida tiegħu. Il-PFSP għandu jagħti d-dettall tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-faċilità tal-port f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u mal-vapuri fil-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

restrizzjoni jew sospensjoni tal-movimenti tal-merkanzija jew operazzjonijiet fil-faċilitajiet tal-port jew il-vapuri speċifiċi kollha jew f'parti minnhom; u.

.2 

verifika ta' l-inventarju ta' l-oġġetti perikolużi u sostanzi li jistgħu jikkawżaw perikolu miżmuma fil-faċilità tal-port u fil-post tagħhom.

Tqassim tal-ħażniet tal-vapur

16.38 Il-miżuri tas-sigurtà relatati mat-tqassim tal-ħażniet tal-vapur għandhom:

.1 

jassiguraw l-iċċekkjar tal-ħażniet tal-vapur u l-integrità ta' l-ippakkjar;

.2 

jipprevjenu l-ħażniet tal-vapur milli jiġu aċċettati mingħajr ispezzjoni;

.3 

jipprevjenu t-tbagħbis;

.4 

ma jħallux il-ħażniet tal-vapur jiġu aċċettati sakemm ma jkunux ordnati;

.5 

jassiguraw it-tiftix fuq il-vettura tat-tqassim; u.

.6 

jassiguraw li jkun hemm skorta mal-vetturi tat-tqassim fil-faċilità tal-port.

16.39 Għal vapuri li regolarment jużaw il-faċilità tal-port jista' jkun xieraq li jiġu stabbiliti proċeduri li jinvolvu lill-vapur, il-fornituri tiegħu u l-faċilità tal-port li jkopru n-notifika u l-ħin tat-tqassim u d-dokumentazzjoni tagħhom. Dejjem għandu jkun hemm xi mod biex jiġi kkonfermat li l-ħażniet ippreżentati għat-tqassim huma akkumpanjati minn evidenza li dawn ġew ordnati mill-vapur.

Livell tas-sigurtà 1

16.40 Fil-livell tas-sigurtà 1, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati biex jikkontrollaw it-tqassim tal-ħażniet tal-vapur, li jistgħu jinkludu:

.1 

l-iċċekkjar tal-ħażniet tal-vapur;

.2 

notifika bil-quddiem dwra il-komposizzjoni tat-tagħbija, id-dettalji tax-xufier u r-reġistrazzjoni tal-vettura; u.

.3 

tfittxija tal-vettura li se tagħmel it-tqassim.

16.41 Iċċekkjar tal-ħażniet tal-vapur jista' jsir permezz ta' wieħed jew aktar minn dawn il-mezzi li ġejjin:

.1 

eżaminazzjoni viżwali u fiżika; u.

.2 

l-użu ta' tagħmir għall-iskannjar/detezzjoni, għodod mekkaniċi jew klieb.

Livell tas-sigurtà 2

16.42 Fil-livell tas-sigurtà 2, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà addizzjonali li għandhom jiġu applikati biex isaħħu l-kontroll tat-tqassim tal-ħażniet tal-vapur, li jistgħu jinkludu:

.1 

iċċekkjar dettaljat tal-ħażniet tal-vapur;

.2 

tfittxijiet dettaljati tal-vetturi tat-tqassim;

.3 

koordinazzjoni mal-ħaddiema tal-vapur biex jiċċekkjaw l-ordni man-nota tat-tqassim qabel ikun hemm dħul fil-faċilità tal-port; u.

.4 

skorta tal-vettura tat-tqassim fil-faċilità tal-port.

16.43 Iċċekkjar dettaljat tal-ħażniet tal-vapur jista' jsir permezz ta' wieħed jew aktar minn dawn il-mezzi li ġejjin:

.1 

żieda fil-frekwenza u fid-dettall tat-tfittxijiet ta' vetturi tat-tqassim;

.2 

żieda fl-użu ta' tagħmir għall-iskannjar/detezzjoni, għodod mekkaniċi, jew klieb; u.

.3 

restrizzjoni, jew projbizzjoni tad-dħul ta' ħażniet li ma jkunux se jħallu l-faċilità tal-port f'perijodu speċifiku.

Livell tas-sigurtà 3

16.44 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-faċilità tal-port għandha tikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddida tiegħu. Il-PFSP għandu jagħti d-dettall tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-faċilità tal-port, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u l-vapuri fil-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu l-preparazzjoni għar-restrizzjoni, jew is-sospensjoni, tat-tqassim tal-ħażniet tal-vapur fil-faċilità tal-port kollha, jew f'parti minnha.

It-trattament ta' bagolli mhux akkompanjati

16.45 Il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati biex jassiguraw li bagolli mhux akkompanjati (i.e. kull bagoll, inkluż effetti personali, li m'huwiex ma' passiġġier jew ma' xi wieħed mill-ħaddiema tal-vapur fil-punt ta' l-ispezzjoni jew it-tfittxija) jiġu identifikati u suġġetti għal screeningxieraq, inkluż tiftix, qabel ma jitħallew jidħlu fil-faċilità tal-port u, jiddependi fuq l-arranġamenti tal-ħżin, qabel ma jiġu trasferiti bejn il-faċilità tal-port u l-vapur. M'huwiex previst li dawn il-bagolli jiġu assoġġettati għal screeningkemm mill-faċilità tal-port u mill-vapur, u f'każijiet fejn it-tnejn huma mgħammra b'mod xieraq, ir-responsabilità għall-iscreeninggħandha tkun f'idejn il-faċilità tal-port. Kooperazzjoni mill-qrib mal-vapur hi essenzali u għandhom jittieħdu passi biex jiġi assigurat li bagolli li m'humiex akkompanjati jiġu ttrattati b'mod sigur wara l-iscreening.

Livell tas-sigurtà 1

16.46 Fil-livell tas-sigurtà 1, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati meta jiġu ttrattati bagolli mhux akkompanjati biex jiġi assigurat li bagolli mhux akkompanjati jiġu screenedjew imfittxija sa u inkluż il-100 fil-mija, li jistgħu jinkludu l-użu ta' l-X-ray screening.

Livell tas-sigurtà 2

16.47 Fil-livell tas-sigurtà 2, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà addizzjonali li għandhom jiġu applikati meta jiġu ttrattati bagolli mhux akkompanjati li għandhom jinkludu l-X-ray screening tal-100 fil-mija ta' kull bagoll li mhux akkompanjat.

Livell tas-sigurtà 3

16.48 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-faċilità tal-port għandha tikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddida tiegħu. Il-PFSP għandu jagħti dettall tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-faċilità tal-port f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u l-vapuri fil-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

l-assoġġezzjoni ta' dawn il-bagolli għal screeningaktar estensiv, per eżempju x-ray li jittieħed minn ta' l-anqas żewġ angoli differenti;

.2 

preparazzjonijiet għar-restrizzjoni jew is-sospensjoni tat-trattament ta' bagolli mhux akkompanjati; u.

.3 

ir-rifjut ta' l-aċċettazzjoni ta' bagolli mhux akkompanjati fil-faċilità tal-port.

Monitoraġġ tas-sigurtà fil-faċilità tal-port

16.49 L-organizzazzjoni tas-sigurtà fil-faċilità tal-port għandha tkun kapaċi li timmonitorja l-faċilità tal-port u l-viċinanzi tagħha, fuq l-art u fuq il-baħar, fil-ħinijiet kollha, inkluż matul is-sigħat tal-lejl u f'perijodi ta' viżibilità limitata, iż-żoni ristretti fil-faċilità tal-port, il-vapuri fil-faċilità tal-port u ż-żoni li jdawru l-vapuri. Dan il-monitoraġġ jista' jinkludi l-użu ta':

.1 

dwal;

.2 

gwardji tas-sigurtà, inkluż rondi bil-mixi, permezz ta' vetturi jew fuq il-baħar; u.

.3 

għodod awtomatiċi għad-detezzjoni ta' l-intrużjoni u tagħmir għas-sorveljanza.

16.50 Meta użati, għodod awtomatiċi għad-detezzjoni ta' l-intrużjoni, għandhom jattivaw allarm li jinstema'u/jew viżwali f'post li jkun kontinwament mgħasses jew immonitorjat.

16.51 Il-PFSP għandu jistabilixxi l-proċeduri u t-tagħmir meħtieġ f'kull livell tas-sigurtà u l-mezzi biex jiġi assigurat li t-tagħmir għall-monitoraġġ ikun jista' jaħdem il-ħin kollu, inkluż il-konsiderazzjoni ta' l-effetti possibbli ta' tfixkil minħabba fit-temp jew fis-sistemi ta' l-enerġija.

Livell tas-sigurtà 1

16.52 Fil-livell tas-sigurtà 1, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati, li jistgħu jkunu kombinazzjoni ta' dwal, gwardji tas-sigurtà jew l-użu ta' tagħmir tas-sigurtà jew ta' sorveljanza biex jippermetti lill-ħaddiema tas-sigurtà tal-faċilità tal-port li:

.1 

josservaw iż-żona ġenerali tal-faċilità tal-port, inkluż aċċessi minn max-xatt jew minn fuq il-baħar għaliha;

.2 

osservazzjoni ta' punti ta' aċċess, barrieri u żoni ristretti; u.

.3 

jippermettu ħaddiema tas-sigurtà tal-faċilità tal-port jimmonitorjaw żoni u movimenti li jmissu ma' vapuri li qegħdin jużaw il-faċilità tal-port, inkluż iż-żieda fid-dawl ipprovdut mill-vapur innifsu.

Livell tas-sigurtà 2

16.53 Fil-livell tas-sigurtà 2, il-PFSP għandu jistabilixxi l-miżuri addizzjonali tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati biex isaħħu l-kapaċità tal-monitoraġġ u s-sorveljanza, li jistgħu jinkludu:

.1 

żieda fil-koperta u fl-intensità tad-dwal u tat-tagħmir ta' sorveljanza, inkluż il-provvediment ta' dawl addizzjonali u koperta ta' sorveljanza;

.2 

żieda fil-frekwenza ta' rondi bil-mixi, permezz ta' vetturi jew minn fuq il-baħar; u.

.3 

assenjar ta' aktar ħaddiema tas-sigurtà biex jimmonitorjaw u jagħmlu r-rondi.

Livell tas-sigurtà 3

16.54 Fil-livell tas-sigurtà 3, il-faċilità tal-port għandha tikkonforma ma' l-istruzzjonijiet maħruġa minn dawk li qegħdin jirrispondu għall-inċident tas-sigurtà jew it-theddid tiegħu. Il-PFSP għandu jagħti d-dettall tal-miżuri tas-sigurtà li jistgħu jittieħdu mill-faċilità tal-port f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dawk li qegħdin jirrispondu u l-vapuri fil-faċilità tal-port, li jistgħu jinkludu:

.1 

mixegħla tad-dawl kollu fil-, jew illuminazzjoni tal-viċinanzi tal-faċilità tal-port;

.2 

mixegħla tat-tagħmir kollu ta' sorveljanza li hu kapaċI jirrekordja attivitajiet fil-, jew ġjaċenti għall-faċilità tal-port; u

.3 

massimizzazzjoni tat-tul ta' ħin li fih dan it-tagħmir ta' sorveljanza jista' jkompli jirrekordja.

Livelli differenti ta' sigurtà

16.55 Il-PFSP għandu jistabilixxi d-dettalji tal-proċeduri u l-miżuri tas-sigurtà li l-faċilità tal-port tista' tadotta jekk il-faċilità tal-port qiegħda f'livell ta' sigurtà aktar baxx minn dak li japplika għall-vapur.

Attivitajiet mhux koperti minn dan il-Kodiċi

16.56 Il-PFSP għandu jistabilixxi d-dettalji tal-proċeduri u l-miżuri tas-sigurtà li l-faċilità tal-port għandha tapplika meta:

.1 

tkun qiegħda taħdem flimkien ma' vapur li diġa kien fil-port ta' Stat li m'huwiex Gvern li qiegħed Jikkontratta;

.2 

tkun qiegħda taħdem ma' vapur li għalih ma japplikax dan il-Kodiċi; u.

.3 

tkun qiegħda taħdem ma' pjattaformi fissi jew li jkunu qegħdin jgħumu f'wiċċ l-ilma jew unitsmobbli għat-tħaffir fuq il-post li jkunu qegħdin 'il barra mill-kosta.

Dikjarazzjonijiet tas-Sigurtà

16.57 Il-PFSP għandu jistabilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta, fuq l-istruzzjonijiet tal-Gvern li jkun qiegħed Jikkontratta, il-PFSO tilqa' d-Dikjarazzjoni tas-Sigurtà (DoS) jew meta d-DoS tintlaqa' minn vapur.

Awditjar, reviżjoni u emendi

16.58 Il-PFSP għandu jistabilixxi kif il-PFSO għandu l-intenzjoni li jawditja l-effettività kontinwa tal-PFSP u l-proċedura li għandha tiġi segwita biex tirrevedi, taġġorna jew temenda l-PFSP.

16.59 Il-PFSP għandu jkun revedut għad-diskrezzjoni tal-PFSO Barra minn hekk dan għandu jiġi revedut:

.1 

jekk il-PFSA relatat mal-faċilità tal-port jiġi mibdul;

.2 

jekk ikun hemm awditjar indipendenti tal-PFSP jew jekk l-ittestjar mill-Gvern li qiegħed Jikkontratta ta' l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-faċilità tal-port tidentifika nuqqasijiet fl-organizzazzjoni jew tqajjem mistoqsijiet dwar ir-relevanza kontinwa ta' elementi sinifikanti fil-PFSP approvat;

.3 

wara inċidenti fis-sigurtà jew it-theddid għaliha li jinvolvu l-faċilità tal-port; u.

.4 

wara bidliet fis-sid jew fil-kontroll operazzjonali tal-faċilità tal-port.

16.60 Il-PFSO jista' jirrekomanda emendi xierqa għall-pjan approvat wara r-reviżjoni tal-pjan Emendi għall-PFSP jirrelataw għall:

.1 

bidliet proposti li jistgħu jibdlu fondamentalment l-approċċ adottat fil-manteniment tas-sigurtà fil-faċilità tal-port; u

.2 

it-tneħħija, bidla jew sostituzzjoni ta' barrieri permanenti, tagħmir u sistemi tas-sigurtà u tas-sorveljanza, eċċ. li qabel kienu kkunsidrati bħala essenzali għaż-żamma tis-sigurtà fil-faċilità tal-port

għandhom jingħataw lill-Gvern li qiegħed Jikkontratta li approva l-PFSP oriġinali għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni tagħhom. Din l-approvazzjoni tista' tingħata minn, jew f'isem, il-Gvern li qiegħed Jikkontratta ma' jew mingħajr, emendi għal bidliet proposti. Ma' l-approvazzjoni tal-PFSP, il-Gvern li qiegħed Jikkontratta għandu jindika liema bidliet proċedurali jew fiżiċi għandhom jiġu sottomessi għall-approvazzjoni tiegħu.

Approvazzjoni tal-pjanijiet għas-sigurtà fil-faċilità tal-port

16.61

Il-PFSPs għandhom ikunu approvati mill-Gvern relevanti li qiegħed Jikkontratta, li għandu jistabbilixxi l-proċeduri xierqa biex jipprovdi għal:

.1 

sosttomissjoni tal-PFSPs għalihom:

.2 

il-konsiderazzjoni tal-PFSPs;

.3 

l-approvazzjoni tal-PFSPs bl-emendi jew mingħajrhom;

.4 

konsiderazzjoni ta' emendi sottomessi wara l-approvazzjoni; u.

.5 

proċeduri għall-ispezzjonar jew l-awditjar tar-relevanza kontinwa tal-PFSP approvat.

Fl-istadji kollha, għandhom jittieħdu passi biex jiġi assigurat li l-kontenut tal-PFSP jibqa' kunfidenzali.

Stqarrija ta' Konformità mal-Faċilità tal-Port

16.62 Il-Gvern li qiegħed Jikkontratta li fit-territorju tiegħu hemm faċilità tal-port jista' joħroġ Stqarrija xierqa ta' Konformità ta' Faċilità tal-Port (SoCPF) li tindika:

.1 

il-faċilità tal-port;

.2 

li l-faċilità tal-port tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' kapitolu XI-2 u parti A tal-Kodiċi;

.3 

il-perijodu ta' validità ta' l-SoCPF, li għandu jkun speċifikat mill-Gvernijiet li qegħdin Jikkontrattaw, iżda li m'għandux jaqbeż il-ħames snin; u

.4 

l-arranġamenti sussegwenti ta' verifika stabbiliti mill-Gvern li qiegħed Jikkontratta u konferma meta dawn iseħħu.

16.63 L-Istqarrija ta' Konformità ta' Faċilità tal-Port għandha tkun f'forma mniżżla fl-appendiċi ta' din il-parti tal-Kodiċi. Jekk il-lingwa użata mhix l-Ispanjol, il-Franċiż jew l-Ingliż, il-Gvern li qiegħed Jikkontratta, jekk jikkonsidra li dan hu xieraq, jista' jinkludi traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi.

17.   UFFIĊJAL TAS-SIGURTA' TAL-FAĊILITA' TAL-PORT

Ġenerali

17.1

F'dawk il-każijiet eċċezzjonali fejn l-uffiċċjal tas-sigurtà tal-vapur għandu domanti dwar il-validità tad-dokumenti ta' identifikazzjoni ta' dawk li qegħdin ifittxu li jitilgħu fuq il-vapur għal raġunijiet uffiċċjali, għandu jassisti l-uffiċċjal tas-sigurtà tal-faċilità tal-port.

17.2

L-uffiċċjal tas-sigurtà tal-faċilità tal-port m'għandux ikun responsabbli mill-konferma ta' rutina ta' l-identità ta' dawk li qegħdin ifittxu li jitilgħu fuq il-vapur.

Barra minn hekk, gwida relevanti oħra tinsab taħt sezzjonijiet 15, 16 u 18.

18.   TREJNING,DRILLIJIET U EŻERĊIZZJI FIS-SIGURTÁ TAL-FAĊILITÁ TAL-PORT

Training

18.1 L-uffiċjal tas-sigurtà tal-faċilità tal-port għandu jkun mgħarref u trenjat fuq ftit jew kollha minn dawn li ġejjin, kif xieraq:

.1 

amministrazzjoni tas-sigurtà;

.2 

Konvenzjonijiet internazzjonali relevanti, kodiċi u rakkomandazzjonijiet;

.3 

.leġislazzjoni u regoli tal-Gvern relevanti;

.4 

risponsabbilità u funzjonijiet ta' organizazzjonijiet oħra ta' sigurtà:

.5 

metodologija ta' stima tas-sigurtà tal-faċilità tal-port;

.6 

metodi ta'stħarriġ u ispezzjonijiet fis-sigurtà tal-faċilità tal-port u ►C1  tal-vapuri; ◄

.7 

operazzjonijiet u kondizzjonijiet tal-port u ►C1  tal-vapuri; ◄

.8 

miżuri ta' sigurtà ►C1  tal-vapuri ◄ u tal-faċilità tal-port;

.9 

stat ta' preparazzjoni għall-emerġenzi u pjanar ta' kontinġenza u reazzjoni;

.10 

istruzzjonijiet u edukazzjoni fuq metodi ta' teknika għat-trejning fis-sigurtà, inklużi miżuri u proċeduri ta' sigurtà;

.11 

immaniġjar ta' informazzjoni sensittiva konnessa ma' sigurtà,u komunikazzjonijiet konnessi mas-sigurtà;

.12 

tagħrif fuq theddid u mudelli tas-sigurtà kurrenti;

.13 

għarfien u skoperta ta' armi u ta' sustanzi u għodda perikolużi;

.14 

għarfien,b'mod li ma' jiddiskriminax, ta' karatteristiċi u mudelli ta' mġieba ta' persunal li x'aktatx jhedded is-sigurtà;

.15 

metodi ta' teknika użati biex jitqarrqu l-miżuri ta' sigurtà;

.16 

sistemi u ekwipaġġ ta' sigurtà,u l-limitazzjonijiet tal-pjan operazzjonali tagħhom;

.17 

metodi ta' tmexxija ta' verifiki, ispezzjonijiet kontroll u moniteraġġ;

.18 

metodi ta' tfittxija fiżika u ispezzjonijiet mhux intrużivi;

.19 

drillijiet u eżerċizzji tas-sigurtà inklużi drillijiet u eżerċizzji fuq ►C1  il-vapuri; ◄

.20 

stima tad-drillijiet u l-eżerċizzji tas-sigurtà

18.2 il-persunal tal-faċilità tal-port li għandu dmirijiet ta' sigurtà għandu jkun mgħarref u mħarreġ fuq ftit jew kollha minn dawn li ġejjin,kif xieraq:

.1 

tagħrif fuq theddid u mudelli ta' sigurtà kurrenti;

.2 

għarfien u skoperta ta' armi u ta' sustanzi u għodda perikolużi;

.3 

għarfien ta' karatteristiċi u mudelli ta' mġieba ta' persunal li x'aktatx jhedded is-sigurtà;

.4 

metodi ta' teknika użati biex jitqarrqu l-miżuri ta' sigurtà;

.5 

amministrazzjoni tal-folol u metodi ta' teknika ta' konroll;

.6 

komunikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigutà;

.7 

operazzjonijiet ta' ekwippaġġ u sistemi ta' sigurtà;

.8 

ittestjar, kalibrar u manetunzjoni ta' ekwipaġġ u sistemi ta' sigurtà;

.9 

ispezzjonijiet, kontroll u moniteraġġ u metodi ta' teknika;

.10 

metodi ta' tfittxija fiżika tal-persunal,l-effetti persunali,bagalji, provvisti u l-maħżen ►C1  tal-vapur. ◄

18.3 Kull persunal ieħor tal-faċilità tal-port għandu jkollu għarfien u jkun midħla tad-dispożizzjonijiet tal-pjan ta' sigurtà tal-faċilità tal-port fuq ftit jew kollha minn dawn li ġejjin,kif xieraq:

.1 

it-tifsir u bżonnijiet konsegwenti tal-livelli differenti ta' sigurtà;

.2 

għarfien u skoperta ta' armi u ta' sustanzi u għodda perikolużi;

.3 

għarfien ta' karatteristiċi u mudelli ta' mġieba ta' persunal li x'aktatx jhedded is-sigurtà;

.4 

metodi ta' teknika użati biex jitqarrqu l-miżuri ta' sigurtà;

Drillijiet u Eżerċizzji

18.4 L-għanijiet tad-drillijiet u l-eżerċizzji huma, li jiġi aċċertat li l-persunal tal-faċilità tal-port huwa profiċjenti fid-dmirijiet kollha li jiġu assenjati lilhom,fuq il-livelli kollha ta' sigurtà u, li jiġu identifikati kull defiċenzi konnessi mas-sigurtà li hemm bżonn li jiġu ndirizzati.

18.5 Sabiex jiġi aċċertat li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-pjan tas-sigurtà tal-faċilità tal-port tkun effettiva, id-drillijiet għandħhom jiġu mmexxija ta' l-inqas kull tlitt xhur kemm-il darba iċ-ċirkustanzi jiddettaw xort'oħra.Dawn id-drillijiet għandhom jippruvaw elementi individwali tal-pjan bħall-dawk ta' theddid ta' sigurtà msemmija fil-paragrafu 15.11.

18.6 Tipi varji ta' eżerċizzji li jistgħu jinkludu l-parteċipazzjoni ta' l-uffiċjal tas-sigurtà tal-faċilità tal-port, flimkien ma' l-awtoritajiet relevanti tal-gvernijiet kontraenti, uffiċjali ta' kumpanniji ta' sigurtà, jew l-uffiċjal tas-sigurtà ►C1  tal-vapur ◄ jekk dan ikun disponibbli, għandhom ikunu mmexxija ta' l-inqas darba f'kull sena kalendarja b'mhux iżjed minn 18il-il xhar bejn eżerċizzju u ieħor.Għandha tintalab il-parteċipazzjoni ta' l-uffiċjal tal-kumpaniji tas-sigurtà jew ta' l-uffiċjal tas-sigurtà ►C1  tal-vapur ◄ f'eżerċizzji konġunti, billi wieħed jikkunsidra l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u x-xogħol ►C1  għall-vapur. ◄ Dawn l-eżerċizzji għandhom jippruvaw il-komunikazzjoni, il-kordinazzjoni, id-disponibbilità tar-risorsi u r-reazzjoni. Dawn l-eżerċizzji jistgħu ikunu;

.1 

fuq skala sħiħa jew diretti;

.2 

simulazzjonijiet tabletop jew seminar; jew.

.3 

magħmula flimkien ma' eżerċizzji oħra bħall-reazzjoni ta' emerġenza jew eżerċizzji ta' awtoritajiet Statali oħra.

19.   Verifikazzjoni u ċertifikazzjoni ►C1  għall-vapuri. ◄

Mingħajr ebda gwida oħra.”




L-Anness ma' Parti B




L-Anness 1

image ►(1) C1  

image ►(1) C1  




L-Anness 2

Formola taċ-Ċertifikat Internazzjonali Proviżorju tas-Sigurtà tal-Vapuri

image ►(1) C1  

image



( 1 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 2 ) ĠU L 144, tal-15.5.1998, p. 1. Direttiva skond l-aħħar emenda mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/75/EC (ĠU L 190, tat-30.7.2003, p. 6).

( 3 ) ĠU L 317, tat-3.12.2001, p. 1.

( 4 ) ĠU L 145, tat-31.5.2001, p. 43.

( 5 ) Il-Protokoll ta' l-1988 dwar il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974.