2004R0282 — MT — 31.03.2004 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 282/2004

tat-18 ta' Frar 2004

li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 049, 19.2.2004, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 585/2004 tas-26 ta' Marzu 2004

  L 91

17

30.3.2004




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 282/2004

tat-18 ta' Frar 2004

li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-5 ta' Lulju 1991 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjonijiet għall-kontroll veterinarju fuq annimali li deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li emendaw d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 7(2) ta' dan,

Billi:

(1)

L-avviż minn qabel ma jaslu l-annimali minn pajjiżi terzi jitlob li, fl-interessi ta' operazzjoni bla xkiel fil-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntieri, l-adattament ta' dokument formali li fih l-informazzjoni relevanti għad-dikjarazzjoni tad-dwana.

(2)

Il-proċeduri għad-dikjarazzjoni u kontrolli veterinarji fuq, annimali fuq il-fruntiera għandhom jkunu armonizzati bil-proċeduri applikabbli għal prodotti ta' l-oriġini ta' l-annimali.

(3)

Bħala parti mill-armonizzazzjoni d-definizzjoni ta' persuna responabbli għat-tagħbija kif imniżżla fl-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE ( 2 ) għandha tintuża.

(4)

L-iżvilupp ta' Traces sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata provduta, mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE ( 3 ), jinvolvi l-istandardizzazzjoni tad-dokumenti relatati mad-dikjarazzjoni u kontrolli biex id-data li tinġabar tkun tista' titmexxa u tkun proċessata biex titjieb is-sigurtà tas-saħħa fil-Komunità.

(5)

Id-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/527/KEE ta' l-4 ta' Novembru 1992 li tniżżel il-mudell għaċ-ċertifikat li jirreferi għalih l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 91/496/KEE ( 4 ) għandu jkun aġġornat u d-Deċiżjoni 92/527/KEE titħassar.

(6)

Peress illi l-ispezzjonijiet fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri li jeżistu u l-Istati Membri l-ġodda għandhom ikunu aboliti mad-dħul tagħhom, miżuri tranżitorji se jkunu adottati biex ikunu evitati proċeduri amministrattivi ġodda f'xahar wieħed.

(7)

Il-miżuri previsti għal dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Avviż tal-wasla ta' annimali permezz ta' dokument veterinarju ta' dħul komuni.

1.  Meta l-annimali kollha msemmija fid-Direttiva. Din in-notifika għandha tingħata lin-nies li jagħmlu l-ispezzjoni fuq il-postijiet fil-fruntieri billi jużaw dokument maħluq skond il-mudell tad-dokument veterinarju komuni ta' dħul (CVED) minn kif imfassal mill-Annessi

2.  Il-CVED jinħareġ skond ir-regoli ġenerali ta' kif jingħata ċ-ċertifikat kif imniżżla fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità.

3.  Il-CVED se jikkonsisti f'oriġinal u fil-kopji kollha li jkunu meħtieġa mill-awtorità kompetenti biex iħarsu dan ir-Regolament. Il-persuna responsabbli mit-tagħbija se timla n-numru meħtieġ ta' kopji ta' parti 1 ta' CVED u jwassalhom lill-uffiċjal veterinarju responsabbli mill-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera.

4.  Mingħajr preġudizzju għal paragrafi 1 u 3, l-informazzjoni fid-dokument tista', bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri involuti fil-konsinja, tkun is-suġġett ta' avviż minn qabel permezz ta' sistemi ta' telekomunikazzjonijiet jew ta' sistemi oħra ta' trażmissjoni tad-data. Meta dan huwa l-każ, l-informazzjoni mwassla b'mezzi elettroniċi għandha tkun eżatta bl-istess mod li titlob parti 1 tal-mudell CVED.

Artikolu 2

Kontrolli veterinarji

Kontrolli veterinarji u analiżi fil-laboratorji għandhom jsiru skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE ( 5 ).

Artikolu 3

Proċeduri li għandhom jittieħdu wara li l-kontrolli veterinarji jkunu tlestew.

1.  Wara jitlestew il-kontrolli veterinarji kollha kif speċifikat fl-Artikolu 4 tad-Direttivi 91/496/KEE, il-parti 2 tal-CVED għandha tintela' taħt ir-responsabbiltà ta' l-uffiċjal veterinarju responsabbli fil-postijiet għall-ispezzjonijiet fil-fruntiera u jkun iffirmat minnu/ha jew minn xi uffiċjal veterinarju li jopera taħt l-awtorità tiegħu/tagħha.

Fejn l-importazzjoni tkun rifjutata, l-kaxxa “dettalji ta' konsenja mibgħuta lura” fil-parti 3 tas-CVED tkun kompluta bl-informazzjoni relevanti hekk kif l-informazzjoni tkun magħrufa. Dik l-informazzjoni tkun imniżżla fis-sistema ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE ( 6 ).

2.  L-oriġinal tas-CVED jkun jikkonsisti minn partijiet 1 u 2, komplut u ffirmat kif suppost.

3.  L-uffiċjal veterinarju, l-importatur jew il-persuna responsabbli mit-tagħbija għandhom javżaw lill-awtoritajiet tad-dwana għall-ispezzjoni fil-postijiet fil-fruntieri bid-deċiżjoni meħuda mill-veterinarju fuq il-konsinja, billi jippreżentaw l-oriġinal tas-CVED jew billi tintbgħat b'mod elettroniku.

4.  Meta d-deċiżjoni veterinarja tkun favorevoli u l-awtoritajiet tad-dwana jilħqu ftehim, l-oriġinali tas-CVED jakkumpanja lill-annimali għad-destinazzjoni indikata fid-dokument.

5.  Kopja tal-CVED tinżamm mill-uffiċjal veterinarju fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera.

6.  Kopja tal-CVED u, fejn ikun hemm bżonn skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/496/KEE, kopja taċ-ċertifikat veterinarju ta' l-importazzjoni, jingħata lill-importatur jew persuna responsabbli mit-tagħbija.

7.  L-uffiċjal veterinarju jżomm iċ-ċertifikat oriġinali tal-veterinarju li jakkumpanja lill-annimali kif ukoll kopja tas-CVED, għal mill-inqas tliet snin. Madankollu, għall-annimali li għadhom fil-vjaġġ jew li qed ikunu trasportati, li d-destinazzjoni finali tagħhom hija barra l-Komunità, id-dokument veterinarju oriġinali li jakkumpanja lill-annimali mal-wasla, jivvjaġġa magħhom u l-kopji biss jinżammu fil-postijiet ta' ispezzjonijiet fil-fruntiera.

Artikolu 4

Proċeduri li għandhom ikunu eżegwiti fuq l-annimali fil-kontroll tad-dwana jew suġġetti għal attenzjoni aktar mill-qrib.

Għal annimali deħlin fil-Komunità li huma eżenti milll-obbligazzjonijiet li jgħaddu minn kontrolli ta' identità jew fiżiċi skond l-Artikolu 4(3) jew l-Artikolu 8(A)(I)(b)(ii) tad-Direttiva 91/496/KEE, fejn il-kontroll dokumentat huwa sodisfaċenti, l-uffiċjal veterinarju fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera għad-dħul fil-Komunità javża lill-uffiċjal veterinarju fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera tal-post ta' destinazzjoni. Dan l-avviż isir permezz ta' sistemi ta' skambji ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tad-direttiva 90/425/KEE. L-uffiċjal veterinarju fil-post ta' ispezzjoni fil-fruntiera tad-destinazzjoni joħroġ CVED li jinkludi d-deċiżjoni finali veterinarja meta l-annimali jkunu aċċettati. Meta konsenja tonqos milli tasal jew ikun hemm differenza fil-kwantità jew fil-kwalità, l-awtorità kompetenti responsabbli fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera tad-destinazzjoni tkun kompluta parti 3 tas-CVED.

Fil-każ ta' transitu l-persuna responsabbli mit-tagħbija tippreżenta l-kunsinja lill-uffiċjal veterinarju fil-ħruġ tal-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera. Uffiċjali veterinarji fil-postijiet ta' ispezzjoni fil-fruntiera avżati bit-transitu ta' l-annimali li jkunu qed jivvjaġġaw lejn destinazzjonijiet f'pajjiż terz waqt li ħerġin mill-Komunità għandhom jimlew parti 3 tas-CVED. Huma għandhom jinfurmaw lill-uffiċjal veterinarju fil-post ta' ispezzjoni tal-fruntiera minn fejn l-annimali li jkunu fi transitu għaddew fil-Komunità permezz tas-CVED.

Veterinarji uffiċjali ta' l-awtorità kompetenti fil-post ta' destinazzjoni jkun notifikat bil-wasla ta' l-annimali li jkunu mibgħuta lejn biċċerija, stazzjon ta' kwarantina approvat fl-ispirtu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE ( 7 ) jew korp, istitut jew ċentru approvat uffiċjalment fl-ambitu tad-definizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 8 ).

Artikolu 5

Kordinazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-iċċekkjar.

Biex ikun żgurat li l-annimali li jidħlu fil-Komunità jkunu suġġetti għall-iċċekkjar, l-awtoritajiet kompetenti u l-veterinarji uffiċjali ta' kull Stat Membru se jaħdem f'kordinazzjoni ma' servizzi ta' ispezzjoni oħra biex flimkien jiġbru f'daqqa l-informazzjoni kollha relevanti għall-importazzjoni ta' l-annimali. Dan għandu jinkludi b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

(a) informazzjoni għad-disposizzjoni tas-servizzi tad-dwana;

(b) informazzjoni fil-manifesti tal-vapuri, ferroviji u ajruplani;

(ċ) għejun ta' informazzjoni oħra aċċessibbli lill-operaturi tat-toroq, linji ta' ferroviji, portijiet u ajruporti.

Artikolu 6

Aċċess għal databases u parteċipazzjoni f'sistemi ta' informazzjoni.

Biex jintlaħaq l-għan imniżżel fl-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u s-servizzi tad-dwana se jorganizzaw l-iskambju bejn iż-żewġ naħat tad-data li hemm fid-databases rispettivi. Is-sistemi tat-teknoloġija ta' l-informatika użati mill-awtoritajiet kompetenti, sa fejn hu possibbli u suġġett għas-sigurtà xierqa tad-data, se jkunu kordinati ma' dawk tas-servizzi tad-dwana, u ma' dawk ta' operaturi kummerċjali, biex b'hekk l-informazzjoni tkun trasferita malajr.

Artikolu 7

Użu ta' ċertifkikazzjoni elettronika.

Il-Produzzjoni, użu, trażmissjoni, u ħażna ta' CVEDs tista' ssir b'mod elettroniku bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti.

Informazzjoni se tkun trażmessa bejn awtoritajiet kompetenti permezz ta' sistema ta' skambji ta' informazzjoni msejħa fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE.

▼M1

Artikolu 8

Sa l-1 ta' Mejju 2004 dan ir-Regolament ma għandux jgħodd għall-postijiet ta' kontroll fil-fruntieri mniżżla fl-Anness II li huma mistennija jiġu aboliti ma' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, ta' l-Islovenja u ta' l-Islovakkja.

▼B

Artikolu 9

Tħassir

Id-Deċiżjoni 92/527/KEE hija b'dan imħassra.

Referenza għad-Deċiżjoni mħassra tkun imfissra bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta' Marzu 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

image

image

▼B

image

image

image

image




ANNESS II



País: AlemaniaLand: TysklandLand: DeutschlandΧώρα: ΓερμανίαPajjiż: il-ĠermanjaPays: AllemagnePaese: GermaniaLand: DuitslandPaís: AlemanhaMaa: SaksaLand: Tyskland

1

2

3

4

5

6

Dresden Friedrichstadt

0153499

F

 

HC, NHC

 

Forst

0150399

R

 

HC, NHC-NT

U, E, O

Frankfurt/Oder

0150499

F

 

HC, NHC

 

Frankfurt/Oder

0150499

R

 

HC, NHC

U, E, O

Furth im Wald-Schafberg

0149399

R

 

HC, NHC

U, E, O

Ludwigsdorf Autobahn

0152399

R

 

HC, NHC

U, E, O

Pomellen

0151299

R

 

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

U, E, O

Schirnding-Landstraße

0149799

R

 

HC, NHC

O

Waidhaus

0150099

R

 

HC, NHC

U, E, O

Zinnwald

0152599

R

 

HC, NHC

U, E, O



País: ItaliaLand: ItalienLand: ItalienΧώρα: ΙταλίαPajjiż: l-ItaljaPays: ItaliePaese: ItaliaLand: ItaliëPaís: ItáliaMaa: ItaliaLand: Italien

1

2

3

4

5

6

Gorizia

0301199

R

 

HC, NHC

U, E, O

Prosecco-Fernetti

0302399

R

Prodotti HC

HC

 
 

Prodotti NHC

NHC

 
 

Altri Annimali

 

O

 

Tomaso Prioglio Spa

 

U, E



País: AustriaLand: ØstrigLand: ÖsterreichΧώρα: ΑυστρίαPajjiż: l-AwstrijaPays: AutrichePaese: AustriaLand: OostenrijkPaís: ÁustriaMaa: ItävaltaLand: Österrike

1

2

3

4

5

6

Berg

1300199

R

 

HC, NHC

U, E, O

Deutschkreutz

1300399

R

 

HC(2), NHC-NT

E, O, U(13)

Drasenhofen

1300499

R

 

HC, NHC

U, E, O

Heiligenkreuz

1300299

R

 

HC(2), NHC, (18)

 

Hohenau

1300799

F

 
 

U

Karawankentunnel

1300899

R

 

HC(2), NHC-NT

E, O, U(13)

Nickelsdorf

1301099

R

 

HC, NHC

U, E, O

Sopron

1301199

F

 

HC(2), NHC-NT

 

Spielfeld

1301299

R

 

HC, NHC

U, E, O

Villach-Süd

1301499

F

 

HC-NT, NHC-NT

 

Wien-ZB-Kledering

1300599

F

 

HC(2), NHC-NT

 

Wullowitz

1301699

F

 

NHC-NT(6)

 

Wullowitz

1301699

R

 

HC, NHC-NT

E, O, U(13)

Berg

1300199

R

 

HC, NHC

U, E, O



( 1 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, pġ. 1).

( 2 ) ĠU L 24, tat-30.01.1998, pġ. 9.

( 3 ) ĠU L 216, tat-28.08.2003, pġ. 58.

( 4 ) ĠU L 332, tat-18.11.1992, pġ. 22.

( 5 ) ĠU L 323, tas-26.11.1997, pġ. 31.

( 6 ) ĠU L 224, tat-18.08.1990, pġ. 29.

( 7 ) ĠU L 278, tal-31.10.2000, pġ. 26.

( 8 ) ĠU L 268, ta’ l-14.09.1992, pġ. 54.