2004R0048 — MT — 20.04.2009 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 48/2004/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Diċembru 2003 (ĠU L 007, 13.1.2004, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
REGOLAMENT Nru 1893/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Diċembru 2006 |
L 393 |
1 |
30.12.2006 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009 |
L 87 |
109 |
31.3.2009 |
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 48/2004/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-5 ta' Diċembru 2003
dwar il-produzzjoni ta' statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija ta' l-azzar għas-snin ta' riferenza 2003 - 2009
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,
Wara li kunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),
Billi:
(1) |
L-istatistika ta' l-industrija ta' l-azzar kienet imsejsa fuq it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) li ġiet fit-tmiem fit-23 ta' Lulju 2002. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1840/2002 ( 4 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Settembru 2002 kien adottat sabiex jiżgura il-prolongazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2002 tas-sistema ta' l-istatistika ta' l-azzar tal-KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat dwar il-KEFA. |
(3) |
Huwa meħtieġ li jiġi ssoktat il-ġbir ta' l-istatistika ta' l-industrija ta' l-azzar sabiex tiġi implimentata l-politika Komunitarja tal-futur dwar l-industrija ta' l-azzar. L-ebda sistema oħra ta' statistika eżistenti fil-livell Ewropew ma tista' tissodisfa l-ħtieġa għal din l-istatistika. Huwa għalhekk meħtieġ Regolament ġdid imsejjes fuq it-Trattat dwar il-KE rigward il-ġbir ta' l-istatistika Komunitarja dwar l-industrija ta' l-azzar. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja ( 5 ) jipprovdi l-qafas ta' riferenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
(5) |
Tinħtieġ fażi transitorja mis-sena 2003 sas-sena 2009 għalbiex tistabbilixxi jekk l-istatistika dwar l-azzar tistax tiġi integrata f'sistemi ta' statistika oħra. |
(6) |
L-intrapriżi fl-industrija ta' l-azzar jeħtieġu tagħrif minn madwar id-dinja kollha dwar l-investiment u l-kapaċità sabiex jiġu stmati n-nuqqas tal-kapaċità jew il-kapaċità żejda futuri għal klassijiet partikolari ta' prodotti ta' l-azzar. L-istatistika Kommunitarja dwar l-investiment u l-kapaċità jikkontribwixxu għal network globali ta' tagħrif dwar il-kapaċità dinjija ta' l-azzar, organizzat taħt l-awspiċi ta' l-OECD. |
(7) |
L-istatistika dwar il-konsum ta' l-enerġija fl-industrija ta' l-azzar tagħti tagħrif mhux biss dwar l-użu ta' l-enerġija u l-produzzjoni fl-industrija ta' l-azzar imma b'mod indirett dwar l-emissonijiet ta' sustanzi li jniġġsu wkoll. |
(8) |
L-istatistika dwar id-disponibbiltà tal-ħażniet tar-ruttam tal-ħadid u ta' l-azzar hija meħtieġa sabiex isir monitoraġġ ta' l-użu ta' din il-materja prima importanti għalbiex jintgħamel l-azzar. |
(9) |
Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 6 ). |
(10) |
Il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika ġie kkonsultat skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni, tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 7 ), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Objettiv
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja rigward l-industrija ta' l-azzar għas-snin tar-riferenza 2003 - 2009.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta' dan ir-Regolament. it-termini “statistika Komunitarja” u “produzzjoni ta' l-istatistika” għandhom jieħdu t-tifsiriet mogħtija lilhom bir-Regolament (KE) Nru 322/97.
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jkopri d-data fuq l-industrija ta' l-azzar, li hija mfissra bħala grupp 24.1 tal-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2).
Meta l-valur miżjud fuq il-fattur ta' l-ispiza tal-produzzjoni ta' l-intrapriżi fl-industrija ta' l-azzar ta' Stat Membru jirrappreżenta anqas minn 1 % tat-total Komunitarju, id-data dwar il-karatteristiċi ma għandhiex għalfejn tiġi miġbura.
Artikolu 4
Karatteristiċi
Id-data fornita, li għandha tikkonforma mal-format iddikjarat fl-Anness, għandha jkollha x'taqsam mal-karatteristiċi ta' l-unità tat-tip ta'-attività kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta' l-statistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistemi tal-produzzjoni fil-Komunità ( 8 ) u għall-intrapriżi li jkollhom 50 impjegat jew iktar.
Artikolu 5
Riferenza għaż-żmien u l-perjodiċità
L-Istati Membri għandhom jikkumpilaw fuq bażi annwali d-data speċifikata fl-Anness għall-ewwel darba għas-sena 2003 u kull sena wara din sas-sena 2009.
Artikolu 6
Trasmissjoni tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) id-data u l-metadata dwar l-industrija ta' l-azzar aggregati fuq l-unitajiet imsemmija fl-Artikolu 4, It-trasmissjoni għandha tinkludi data kunfidenzali skond id-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti dwar it-trasmissjoni ta' data bla ħsara għall-kunfidenzalità.
2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata f'għamla elettronika. It-trasmissjoni għandha tikkonforma ma' standard xieraq ta' inter-kambju approvat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2). L-Eurostat għandha tagħmel disponibbli dokumentazzjoni dettaljata fejn jidħlu l-istandards approvati u għandha tforni linji gwida dwar kif dawn l-istandards jiġu implimentati skond il-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data u l-metadata fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena ta' riferenza. Madankollu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2), il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu taż-żmien għal 12-il xahar għall-ewwel trasmissjoni lil dawk l-Istati Membri li jsibu diffikultajiet biex jimplimentaw dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Miżuri ta' implimentazzjoni
1. Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-formati ta' trażmissjoni u l-ewwel perijodu ta' trażmissjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 8(2).
2. Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-aġġornament tal-lista ta' karatteristiċi, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3), bil-kondizzjoni li l-ebda piż addizzjonali sinifikanti ma jkun impost fuq l-Istati Membri,.
Artikolu 8
Proċedura
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 9
Rapporti
Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tiegħu.
B'mod partikolari, ir-rapport għandu:
(a) jistma l-benefiċċi li jakkumulaw għall-Komunità, l-Istati Membri u l-provvedituri u l-utenti tat-tagħrif statistikali ta' l-istatistika prodotta f'relazzjoni ma' l-ispejjeż tagħhom;
(b) jistma l-kwalità ta' l-istatistika prodotta;
(ċ) jivverifika s-sinerġija ma' attivitajiet oħra Komunitarji;
(d) jipproponi kull bidla kunsidrata meħtieġa sabiex ittejjeb l-operat ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
DATA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 4, 5 U 6 LI GĦANDHA TIĠI TRASMESSA LILL-EUROSTAT
1. L-istatistika ta' kull sena rigward il-karta tal-bilanċ tar-ruttam ta' l-azzar u tal-ħadid fondut
Unità (tunnellati metriċi) |
|
Kodiċi |
Titolu |
Karta tal-bilanċ tar-ruttam ta' l-azzar u l-ħadid fondut |
|
1010 |
Il-ħażniet fl-ewwel jum tas-sena |
1020 |
Li jinħolqu ġewwa l-post tax-xogħol |
1030 |
Irċevuti (1031 + 1032 + 1033) |
1031 |
— minn sorsi fid-djar |
1032 |
— minn Stati Membri Komunitarji oħra |
1033 |
— minn pajjiżi terzi |
1040 |
Total disponibbli (1010 + 1020 + 1030) |
1050 |
Konsum totali … |
1051 |
… li minnu fran elettriċi |
1052 |
… li minnu ruttam li ma jsaddadx |
1060 |
Kunsinni |
1070 |
Ħażniet fl-aħħar jum tas-sena (1040-1050-1060) |
2. Il-Konsum tal-Karburant u ta' l-Enerġija u l-Karta tal-Bilanċ għall-Enerġija Elettrika fl-Industrija ta' l-Azzar
Parti A: L-isatatistika ta' kull sena dwar il-Konsum tal-Karburant u ta' l-Enerġija imqassma waħda waħda skond it-tip ta' l-impjant ( 9 )
Unità tunnellati metriċi jew Giga Joules (GJ) |
||
Kodiċi |
Titolu |
Kummenti |
Konsum tal-karburant u ta' l-enerġija |
||
2010 |
Karburanti solidi (2011 + 2012) |
tunnellati metriċi |
2011 |
Kokk |
tunnellati metriċi |
2012 |
Karburanti solidi oħra |
tunnellati metriċi |
2020 |
Karburanti likwidi |
tunnellati metriċi |
2030 |
Gass (2031 + 2032 + 2033 + 2034) |
GJ |
2031 |
Il-gass tal-kalkari tal-funderiji |
GJ |
2032 |
Il-gass ta' l-ifran tal-kokk |
GJ |
2033 |
Il-gass tal-konvertituri |
GJ |
2034 |
Gassijiet oħra |
GJ |
2040 |
Kunsinni esterni tal-gassijiet tal-kalkari tal-funderiji |
GJ |
2050 |
Kunsinni esterni tal-gassijiet tal-konvertituri |
GJ |
Parti B: L-istatistika ta' kull sena dwar il-karta tal-bilanċ għall-enerġija elettrika fl-industrija ta' l-azzar
(Unità MWh) |
|
Kodiċi |
Titolu |
Karta tal-bilanċ għall-enerġija elettrika fl-industrija ta' l-azzar |
|
3100 |
Riżorsi (3101 + 3102) |
3101 |
Produzzjoni grossa |
3102 |
Irċevuti minn barra |
3200 |
Użati (3210 + 3220 + 3230) |
3210 |
Konsum skond l-impjant (3211 + 3212 + 3213 + 3214 + 3215 + 3216 + 3217) |
3211 |
Impjant tas-sinter u l-impjant tat-tħejjija tat-tagħbija |
3212 |
Il-kalkari tal-funderiji u l-ifran li jagħmlu l-ħadid ta' l-elettriku |
3213 |
Ħwienet li jdewbu bl-elettriku u tal-għoti tal-forma b'mod li jissokta |
3214 |
Ħwienet oħra tat-tidwib u tal-għoti tal-forma b'mod li jissokta |
3215 |
Id-dipartimenti tal-fabbriki li jagħmlu l-pjanċi bir-rumblar |
3216 |
L-istazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku |
3217 |
Impjanti oħra |
3220 |
Kunsinni ghal barra |
3230 |
Telf |
3. L-investigazzjoni dwar l-investimenti fl-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar
Parti A: Statistika ta' kull sena dwar in-nefqa
Unità (miljuni ta' EUR). |
|
Kodiċi |
Titolu |
In-Nefqa fuq l-investimenti fl-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar |
|
4010 |
Impjanti li jagħmlu l-kokk |
4020 |
Impjanti li jħejju t-tagħbijiet |
4030 |
L-impjanti li jagħmlu l-ħadid u l-illigi tal-ħadid (inklużi l-kalkari tal-funderiji) |
4040 |
Ħwienet li jdewbu l-azzar |
4041 |
… li minnhom huma bl-elettriku |
4050 |
Il-għoti tal-forma b'mod li jissokta |
4060 |
Il-fabbriki li jagħmlu l-pjanċi bir-rumblar (4061 + 4062 + 4063 + 4064) |
4061 |
Prodotti ċatti |
4062 |
Prodotti twal |
4063 |
Fabbriki li jagħmlu l-istrixxi wesgħin kiesħa |
4064 |
L-isatallazzjonijiet tal-kisi |
4070 |
Impjanti oħra |
4100 |
Total ġenerali (4010 + 4020 + 4030 + 4040 + 4050 + 4060 + 4070) |
4200 |
… li minnu sabiex jikkumbatti l-inkwinament |
Il-Parti B: L-istatistika ta' kull sena dwar il-kapaċità
Unità 1 000 tunnellata metrika kull sena. |
|
Kodiċi |
Titolu |
Il-Produzzjoni massima possibbli fl-industrija tal-ħadid u ta' l-azzar (il-kapaċità) |
|
5010 |
Il-kokk |
5020 |
It-tħejjija tat-tagħbija |
5030 |
Ħadid mhux maħdun ħiereġ mill-kalkara u illigi tal-ħadid |
5040 |
Azzar mhux maħdum |
5041 |
— li minnu ta' l-elettriku |
5042 |
— li minnu tal-għoti tal-forma b'mod issoktat |
5050 |
Prodotti miksuba direttament bir-rumblar bis-sħana (5051 + 5052) |
5051 |
Prodotti ċatti |
5052 |
Prodotti twal |
5060 |
Prodotti miksuba mill-prodotti tar-rumblar bis-sħana (minbarra l-prodotti miksija) |
5061 |
… li minnhom hemm prodotti miksuba bir-rumblar kiesaħ |
5070 |
Prodotti miksija |
( 1 ) ĠU C 45 E, tal-25.2.2003, p. 154.
( 2 ) ĠU C 133, tas-6.6.2003, p. 88.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003.
( 4 ) ĠU L 279, tas-17.10.2002, p. 1.
( 5 ) ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1.
( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 7 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.
( 8 ) ĠU L 76, tat-30.3.1993, p. 9. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1882/2003.
(
9)
Impjanti li jħejju tagħbijiet: Id-dipartimenti tal-fabbriki li jagħmlu l-pjanċi bir-rumblar
Il-kalkari tal-funderiji u l-ifram li jagħmlu l-ħadid ta' l-elettriku. L-Istazzjonijiet li jiġġeneraw l- elettriku
Ħwienet tat-tidwib: Impjanti oħra