02004L0042 — MT — 26.07.2019 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA 2004/42/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 143 30.4.2004, p. 87) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008 |
L 311 |
1 |
21.11.2008 |
|
L 345 |
68 |
23.12.2008 |
||
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/79/UE tad-19 ta’ Novembru 2010 |
L 304 |
18 |
20.11.2010 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA 2004/42/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ April 2004
dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid ta’ vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE
Artikolu 1
Skop u Ambitu
1. L-Iskop ta' din id-Direttiva hija li tillimita il-kontenut totali ta' VOCs f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti li jillostraw il-vetturi mil-ġdid sabiex ma jitħalliex jew jitnaqqas it-tniġġis ta' l-arja bħala riżultat tal-kontribuzzjoni ta' VOCs għal formazzjoni ta' ożonu troposferiku.
2. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet elenkati fil-paragrafu 1, din id-Direttiv tapprossima l-ispeċifikazzjonjiet tekniċi għal ċertu żebgħa u lostri u prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid.
3. Din id-Direttiva għandha tgħodd għal prodotti elenkati fl-Anness I.
4. Din id-Direttiva ma tippreġudikax u ma taffetwax miżuri, inklużi ħtieġijiet ta' tikkettjar, meħudin fuq livell ta' Komunità jew nazzjonali biex jipproteġu saħħet il-konsumaturi u tal-ħaddiema u l-ambjent tax-xogħol tagħhom.
Artikolu 2
Tifsir
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“L-awtorità kompetenti”tfisser l-awtorità jew awtoritajiet responsabbli taħt il-proviżjonijiet legali ta' l-Istati Membri sabiex iwettqu l-obbligazzjonijet li joriġinaw minn din id-Direttiva; |
2. |
“Sustanzi”tfisser kwalunkwe element kimiku u ►C1 l-komposti ◄ tiegħu, kif jinstabu fl-istat naturali tagħhom jew kif inhuma prodotti mill-industrija, sew fil-forma solida jew likwida jew li tixbaħ il-gass; |
3. |
►M2 “taħlita” ◄ tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar; |
4. |
►C1 “Kompost organiku” ◄ tfisser kwalunkwe ►C1 kompost li fih ◄ jkun jinstab ta' lanqas l-element karbonju u element wieħed jew aktar ta' idroġenu, ossiġnu, kubrit, fosfru, silicon, nitroġenu jew aloġenu, bl-eċċezzjoni ta' ossidi tal-karbonju u karbonati inorganicċi u bikarbonati; |
5. |
►C1 “Komposti ◄ organiċi volatili”tfisser kwalunkwe ►C1 kompost organiku ◄ li jiftaħ jagħli fuq temperatura ta' anqas minn jew ekwivalenti għal 250 °C meta mkejjel bi pressjoni standarda ta' 101,3 kPa; |
6. |
“Kontenut ta' VOC”tfisser il-massa ta' ►C1 komposti ◄ organiċi volatili, miktubin fi grammi/litru (g/l) fil-formulazzjoni tal-prodott meta jkun fil-kondizzjoni tiegħu magħmul u lest. Il-massa ta' ►C1 komposti ◄ organiċi volatili fi prodott speċifiku li jagħmlu reazzjoni kemikali waqt it-tnixxif sabiex jifforma parti mil-kisi ma għandux jitqies bħala parti mill-kontenut ta' VOC; |
7. |
“Solvent organiku”jfisser kwalunkwe VOC li huwa użat waħdu jew flimkien ma' aġenti oħra biex iħollu jew jiddilwaw materja prima, prodotti, jew materjal ta' skart, jew li huwa użat bħala aġent tat-tindif biex iħoll kontaminaturi, jew bħala medja ta' tixrid, jew bħala aġġustatur ta' viskożità, jew bħala aġġustatur tat-tensjoni tal-wiġġ, jew biex jaħdem il-plastik, jew bħala preservattiv; |
8. |
“Kisi”tfisser kwalunkwe ►M2 taħlita ◄ , inklużi is-solventi organiċi kollha jew ►M2 taħlita ◄ li fihom ikunu jinsabu solventi organiċi meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tagħhom, li huwa użat biex jipprovdi rita b'effett dekorattiv, protettiv jew xi effett funzjonali ieħor fuq wiċċ; |
9. |
“Rita”tfisser saff kontinwu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kisja waħda jew aktar fuq sottostrata; |
10. |
“Kisi li jinġarru bl-ilma (WB)”tfisser kisi li jkollu l-vikożità tiegħu aġġustat bl-użu ta' l-ilma; |
11. |
“Kisi li jinġarr b'solventi (SB)”tfisser kisi li jkollu l-vikożità tiegħu aġġustat bl-użu ta' solventi organiċi; |
12. |
“Mqiegħed fis-suq”tfisser li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' terzi persuni, kemm għal bdil ta' ħlas jew le. Importazzjoni lejn it-teritorju tal-Komunità ser ikun mifhum li jkun tqiegħed fis-suq għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva. |
Artikolu 3
Rekwiżiti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-prodotti elenkati fl-Anness I huma mqiegħda fis-suq fit-teritorju tagħhom wara d-dati stabbiliti fl-Anness II biss jekk ikollhom kontenut ta' VOC li ma jeċċedix il-valuri ta' limitu stabbiliti fl-Anness II u li jikkonformaw ma' l-Artikolu 4.
Sabiex ikun stabbilit il-konformità mal-valuri ta' limitu stabbiliti fl-Anness II, għandhom jintużaw il-metodi analitiki li msemmija fl-Anness III.
Għal prodotti elenkati fl-Anness I li magħhom ikunu ġew miżjuda solventi jew ►C1 komposti ◄ oħrajn li fihom ikun jinsabu solventi sabiex il-prodott ikun magħmul u lest, il-valuri ta' limitu fl-Anness II għandhom japplikaw għal kontenut ta' VOC fil-prodott fil-kondizzjoni tiegħu magħmul u lest.
2. Bħala deroga minn paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw milli jikkonformu mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq prodotti mibjugħin għal użu ekslussiv f'attività koperta mid-Direttiva 1999/13/EC liemha attività issir fi stallazzjoni reġistrata jew awtorizzata skond l-Arikoli 3 u 4 ta' dik id-Direttiva.
3. Għall-iskopijiet ta' restorazzjoni jew manutenzjoni ta' bini u vetturi klassiċi li huma innominati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma ta' valur storiku jew kulturali partikolari, Stati Membri jistgħu jagħtu liċenzi individwali għal bejgħ u xiri f'kwantitajiet strettament limitati ta' prodotti li ma jikkonformawx mal-valuri ta' limitu ta' VOC hekk kif inhu stabbilit fl-Anness II.
4. Prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiv li jintwerew li kienu magħmulin qabel id-dati stabbiliti fl-Anness II u li ma jaderixxux mar-rekwiżiti ta' paragrafu 1 jistgħu jitqiegħdu fis-suq għal perjodu ta' tnax-il xahar wara d-data li fiha ir-rekwiżit li japplika għal prodott imsemmi tidħol fis-seħħ.
Artikolu 4
Tikkettjar
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-prodotti elenkati fl-Anness I ikollhom tikketta meta jkunu mqiegħdha fis-suq. It-tikketta għandha tindika:
(a) is-sottokategorija tal-prodottt u il-valur ta' limitu ta' VOC relevanti f'g/l skond ir-referenza li hemm fl-Anness II;
(b) il-kontenut massimu ta' VOC fi g/l tal-prodott f'kondizzjoni magħmul u lest.
Artikolu 5
L-awtorità lokali kompetenti
L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti li tkun responsabbli biex taderixxi ma' l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva, u għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dan mhux aktar tard mit-30 t'April 2005.
Artikolu 6
Sorveljar
L-Istati Membri għandhom iniedu programm ta' sorveljanza għall-iskop li jivverifika il-konformità ma' din id-Direttiva.
Artikolu 7
Rapportar
L-Istati Membri għandhom jirraportaw ir-riżultati tal-program ta' sorveljanza sabiex juru konformità ma' din id-Direttiva u l-kategoriji u kwantitajiet ta' prodotti liċenzati skond l-Artikolu 3(3). L-ewwel żewġ rapporti għandhom jingħataw lill-Kummissjoni 18-il xahar wara d-dati ta' konformità mal-valuri ta' limitu tal-kontenut ta' VOC stabbiliti fl-Anness II; sussegwentament rapport għandu jingħata kull ħames snin. Il-Kummisjoni ser tiżviluppa format komuni minn qabel għas-sottomissjoni tad-data ta' sorveljanza skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 12(2). Data ta' kull sena trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummisjoni meta tintalab.
Artikolu 8
Ċirkolazzjoni libera
L-Istati Membri m'għandhomx, fuq il-bażi ttrattat minn din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva li, fil-kondizzjoni tagħhom magħmula u lesta, jikkkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.
Artikolu 9
Reviżjoni
Il-Kummissjoni hija mistiedna biex tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:
1. sa mhux aktar tard mis-sena 2008, rapport ibbażat fuq ir-riżultati tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/81/EC. Dan ir-rapport għandu jeżamina:
(a) l-iskop wiesa u l-potenzal biex isir tnaqqis fil-kontenut ta' VOC fi prodotti barra mill-iskop ta' din id-Direttiva inklużi aerosoli għal żebgħa u lostri;
(b) il-possibiltà ta' l-introduzzjoni ta' aktar tnaqqis (fażi II) fil-kontenut ta' VOC fi prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi;
(ċ) kwalunkwe element ġdid konness ma' l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-applikazzjoni ta' fażi II kif inhu previst għal żebgħa u lostri;
2. mhux aktar tard minn 30 xahar wara d-data ta' implimentazzjoni tal-valuri ta' limitu għal kontenut ta' VOC fl-Anness II fażi II, rapport li jikkunsidra, partikolarment, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7 u ta' kwalunkwe żviluppi teknoloġiċi fil-manifattura taż-żebħa, lostri u prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid. Dan ir-rapport għandu jeżamina l-iskop wies u l-potenzal li jsir aktar tnaqqis fil-kontenut ta' VOC fi prodotti fl-iskop ta' din id-Direttiva, inkluż il-possibiltà ta' distinzjoni bejn żebgħ li tintużha għal ġewwa u għal barra f'sottokategoriji (d) u (e) ta' l-Anness1, punt 1.1. u l-Anness II, taqsima A.
Dawn ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati, jekk ikun xieraq, bi proposti biex jemendu din id-Direttiva.
Artikolu 10
Il-Penali
L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tal-provedimenti nazzjonali addottati skond din id-Direttiva u ser jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dawn ir-regoli u miżuri mhux aktar tard mit-30 t'Ottubru 2005, u għandhom javżawha mingħajr dewmin dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwhom.
Artikolu 11
Adattament għall-progress tekniku
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw l-Anness III sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku.
Artikolu 11a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 12
Kumitat
1. Il-Kummissjoni ser tkun assistitha mill-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/EC, hawnhekk iżjed “il quddiem imsejjaħ” il-Kumitat '.
2. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom jgħoddu, wara li jikkunsidraw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
▼M4 —————
Artikolu 13
Emenda tad-Direttiva 1999/13/EC
1. Id-Direttiva 1999/13/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:
fl-Anness I, fit-taqsima msemmija “Lostri mil-ġdid ta' vetturi”, l-inċiż li ġej għandu jiġi mħassar:
“— il-kisi ta' vetturi tat-triq hekk kif inhu definit fid-Direttiva 70/156/KEE, jew parti minnhom, meta jsir bħala parti mit-tiswija ta' vettura, konservazzjoni jew dekorazzjoni barra minn stallazzjonijiet ta' manifattura, jew '.”
2. Minkejja paragrafu 1, L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri ta' kontroll ta' emissjonijiet minn attivitajiet ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi mħassra mill-iskop tad-Direttiva 1999/13/EC.
Artikolu 14
Transposizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolazzjonijiet u disposizzjonijet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 t'Ottubru 2005, u għandhom javżaw lill-Kummisjoni ta' dan minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu supplimentati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tkun magħmula din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, flimkien ma' tabella li turi kif id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ tad-Direttiva
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 16
Destinatarji
Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS I
SKOP
1. |
Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva,żebgħa u lostri tfisser prodotti elenkati fis-sottokategoriji hawn taħt, eskluż areosoli. Dawn huma kisi li huma applikati fuq il-bini, it-tiżjin u tgħammir tagħhom, u strutturi assoċjati għal skopijiet dekorattivi, funzjonali u prottetivi.
|
2. |
Għall-iskop ta' din id-Direttiva, “prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid” tfisser prodotti elenkati fis-sottokategoriji hawn taħt. Dawn huma użati għal kisi ta' vetturi tat-triq kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE:, jew parti minnhom, liemha xogħol ikun magħmul bħala parti minn tiswija ta' vetturi, konservazzjoni jew dekorazzjoni barra minn stallazzjonijiet ta' manifattura.
|
L-ANNESS II
A. VALURI TA’ LIMITU GĦAL KONTENUT MASSIMU TA’ VOC GĦAL ŻEBGĦA U LOSTRI
|
Sottokategoriji ta’ Prodotti |
Tip |
Fażi I (g/l (1)) (minn 1.1.2007) |
Fażi II (g/l (1)) (minn 1.1.2010) |
a |
Ħitan matti interni u soqfa (Tleqqija < 25@60o) |
WB |
75 |
30 |
SB |
400 |
30 |
||
b |
Ħitan ileqqu interni u soqfa (Tleqqija > 25@60o) |
WB |
150 |
100 |
SB |
400 |
100 |
||
c |
Ħitan esterni ta' sustrat minerali |
WB |
75 |
40 |
SB |
450 |
430 |
||
d |
Żebgħa ta' tiżjin intern/estern u kisi minn barra għal injam u metal |
WB |
150 |
130 |
SB |
400 |
300 |
||
e |
Lostri ta' tiżjin u kulur ta' l-injam interni/esterni inkluż kuluri opâk igħalinjam |
WB |
150 |
130 |
SB |
500 |
400 |
||
f |
Kuluri interni u esterni għal injam b'binja minima |
WB |
150 |
130 |
SB |
700 |
700 |
||
g |
Żebgħa ta' l-ewwel passata |
WB |
50 |
30 |
SB |
450 |
350 |
||
h |
Żebgħa ta' l-ewwel passata li tissolidifika |
WB |
50 |
30 |
SB |
750 |
750 |
||
i |
Kisjiet bi prestazzjoni ta' pakkett wieħed |
WB |
140 |
140 |
SB |
600 |
500 |
||
j |
Kisjiet bi prestazzjoni reattiva ta' żewġ pakketti għal użu aħħari speċifikat bħalma huma l-artijiet |
WB |
140 |
140 |
SB |
550 |
500 |
||
k |
Kisjiet bb'ħafna kuluri |
WB |
150 |
100 |
SB |
400 |
100 |
||
l |
Kisjiet b'effetti dekorattivi |
WB |
300 |
200 |
SB |
500 |
200 |
||
(*1) g/l magħmul u lest |
B. VALURI TA' LIMITU GĦAL KONTENUT MASSIMU TA' VOC GĦAL PRODOTTI TA' LOSTRU MILL-ĠDID TAL-VETTURI
|
Sottokategorija tal-Prodott |
Kisjiet |
VOC g/l (1) (1.1.2007) |
a |
Preparatorji u tindif |
Preparatorji |
850 |
Naddâf minn qabel |
200 |
||
b |
Mili tal-bôdi/waqqafa |
Tipi kollha |
250 |
c |
Żebgħa ta' l-ewwel passata |
Kisi tal-wiċċ u żebgħa ta' l-ewel passata ġenerali (metal) |
540 |
Żebgħa ta' l-ewwel passata għat-taħsil |
780 |
||
d |
Passata ta' fuq |
Tipi kollha |
420 |
e |
Lostri speċjali |
All types |
840 |
(*1) g/l tal-prodott magħmul u lest. Ħlief għal sottokategorija (a) kwalunkwe kontenut ta’ ilma għandu jiġi skontat. |
ANNESS III
METODI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)
Metodu permess għall-prodotti b’kontenut tal-KOV li huwa ta’ inqas minn 15 % tal-massa f’każ fejn ma jkunx hemm dilwenti reattivi:
Parametru |
Unità |
Test |
|
Metodu |
Data tal-pubblikazzjoni |
||
Kontenut tal-KOV |
g/l |
ISO 11890-2 |
2006 |
Metodi permessi għall-prodotti b’kontenut ta’ KOV li huwa ta’ 15 % tal-massa jew iktar f’każ fejn ma jkunx hemm dilwenti reattivi:
Parametru |
Unità |
Test |
|
Metodu |
Data tal-pubblikazzjoni |
||
Kontenut tal-KOV |
g/l |
ISO 11890-1 |
2007 |
Kontenut tal-KOV |
g/l |
ISO 11890-2 |
2006 |
Metodu permess għall-prodotti b’kontenut tal-KOV f’każ fejn ikun hemm id-dilwenti reattivi:
Parametru |
Unità |
Test |
|
Metodu |
Data tal-pubblikazzjoni |
||
Kontenut tal-KOV |
g/l |
ASTMD 2369 |
2003 |
( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016. p. 1.