02004L0037 — MT — 05.04.2022 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
►M6 DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol (Is-Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) ◄ (verżjoni kodifikata) (ĠU L 158 30.4.2004, p. 50) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 |
L 65 |
1 |
5.3.2014 |
|
DIRETTIVA (UE) 2017/2398 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Diċembru 2017 |
L 345 |
87 |
27.12.2017 |
|
DIRETTIVA (UE) 2019/130 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Jannar 2019 |
L 30 |
112 |
31.1.2019 |
|
DIRETTIVA (UE) 2019/983 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ Ġunju 2019 |
L 164 |
23 |
20.6.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019 |
L 198 |
241 |
25.7.2019 |
|
DIRETTIVA (UE) 2022/431 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta’ Marzu 2022 |
L 88 |
1 |
16.3.2022 |
DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
tad-29 ta' April 2004
dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol (Is-Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE)
(verżjoni kodifikata)
(Test relevanti għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Oġġettiv
Tistabbilixxi ħtieġijiet minimi partikolari f'dan il-qasam, inklużi valuri limitu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva,
“karċinoġenu” tfisser:
sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
sustanza, taħlita jew proċess imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva kif ukoll sustanza jew taħlita rilaxxata minn proċess imsemmi f’dak l-Anness;
“mutaġenu” tfisser:
sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġen għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
“sustanza tossika għar-riproduzzjoni” tfisser sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;
“sustanza tossika għar-riproduzzjoni mingħajr livell limitu” tfisser sustanza tossika għar-riproduzzjoni li għaliha ma hemm l-ebda livell sigur ta’ espożizzjoni għas-saħħa tal-ħaddiema u li hi identifikata bħala tali fil-kolonna tan-notazzjoni tal-Anness III;
“sustanza tossika għar-riproduzzjoni b’livell limitu” tfisser sustanza tossika għar-riproduzzjoni li għaliha jeżisti livell sigur ta’ espożizzjoni li taħtu ma hemm l-ebda riskju għas-saħħa tal-ħaddiema u li hi identifikata bħala tali fil-kolonna tan-notazzjoni tal-Anness III;
“valur limitu” tfisser, jekk mhux speċifikat mod ieħor, il-limitu tal-medja kkunsidrata fil-funzjoni tal-ħin tal-konċentrazzjoni għalkarċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni fl-arja ġewwa ż-żona ta’ respirazzjoni ta’ ħaddiem imqabbla mal-perijodu ta’ referenza speċifiku kif iddikjarat fl-Anness III;
“valur limitu bijoloġiku” tfisser il-limitu tal-konċentrazzjoni fil-medju bijoloġiku xieraq tal-aġent rilevanti, il-metabolit tiegħu, jew indikatur tal-effett;
“sorveljanza tas-saħħa” tfisser l-istima ta” ħaddiem individwali biex jiġi ddeterminat l-istat tas-saħħa ta’ dak l-individwu, kif relatat mal-espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni speċifiċi fuq il-post tax-xogħol.
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni – determinazzjoni u stima ta' riskji
L-istima għandha tiġi mġedda regolarment u f’kull każ meta jseħħ xi tibdil fil-kundizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni.
Il-prinċipal għandu jipprovdi l-awtoritajiet responsabbli fuq talba tagħhom bl-informazzjoni użata biex jagħmel l-istima.
KAPITOLU II
OBBLIGAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM
Artikolu 4
Riduzzjoni u sostituzzjoni
Artikolu 5
Prevenzjoni u riduzzjoni ta' l-esposizzjoni
Kull meta jintużaw karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni, min iħaddem għandu japplika l-miżuri kollha li ġejjin:
jillimita il-kwantitajiet ta’ karċinoġenu, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol;
iżomm baxx kemm jista' jkun in-numru ta' ħaddiema esposti jew li jista' jkunu esposti;
jiddisinja proċessi ta’ ħidma u miżuri ta’ kontroll tal-inġinerija sabiex jevita jew inaqqas il-ħruġ ta’ karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fil-post tax-xogħol;
jevakwa l-karċinoġeni, il-mutaġeni jew is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni mis-sors, mis-sistema ta’ estrazzjoni lokali jew mill-ventilazzjoni ġenerali, b’mod li dawn il-metodi kollha jkunu xierqa u kompatibbli mal-ħtieġa li jitħarsu s-saħħa pubblika u l-ambjent;
juża proċeduri xierqa eżistenti għall-kejl ta’ karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, b’mod partikolari għall-iskoperta bikrija ta’ espożizzjoni anormali li jirriżultaw minn avveniment mhux previst jew aċċident;
applikazzjoni tal-proċeduri u metodi tax-xogħol addattati;
miżuri ta' protezzjoni kollettivi u/jew, meta l-esposizzjoni ma tistax tiġi evitata b'mezzi oħra, miżuri ta' protezzjoni individwali;
miżuri ta' iġene, b'mod partikolari tindif regolari ta' l-artijiet, ħitan u superfiċji oħra;
informazzjoni lil ħaddiema;
id-demarkazzjoni taż-żoni ta’ riskju u l-użu ta’ sinjali ta’ twissija u sigurtà adegwati inklużi sinjali ta’ projbizzjoni tat-tipjip fiż-żoni fejn il-ħaddiema huma esposti jew jistgħu jkunu esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni;
tfassil ta' pjani li jitratta ma' emerġenzi li jistgħu jirriżultaw f'esposizzjoni anormalment għolja;
mezzi għal ħażna, mmaniġġjar u trasportazzjoni f'kondizzjoni ta' sigurtà, b'mod partikolari bl-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli;
mezzi għal ġbir, ħażna u tneħħija ta' skart mill-ħaddiema f'kondizzjoni ta' sigurtà, inkluż l-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli.
Artikolu 6
Informazzjoni fuq l-awtorità kompetenti
Meta r-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa jew sigurtà tal-ħaddiema, min iħaddem għandu, meta mitlub, jagħmel għad-disposizzjoni lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni adddattata fuq:
l-attivitajiet u/jew proċessi industrijali esegwiti, inklużi r-raġunijiet li għalihom il-karċinoġeni, il-mutaġeni jew is-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni huma użati;
il-kwantitajiet ta’ sustanzi jew taħlitiet immanifatturati jew użati li fihom karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni;
in-numru ta' ħaddiema esposti;
il-miżuri preventivi meħuda;
it-tip ta' apparat protettiv użat;
in-natura u l-grad ta' esposizzjoni;
il-każi ta' tibdil.
L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-informazzjoni taħt il-punti (a) sa (g) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fir-rapporti tagħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.
Artikolu 7
Esposizzjoni Mhux Prevista
Sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal u l-kawżi ta' esposizzjoni anormali ġew eliminati:
dawk il-ħaddiema biss li huma essenzali għal esegwiment ta' riparazzjonijiet u xogħol neċessarju ieħor għandhom jiġu permessi li jaħdmu fl-postijiet affettwati;
il-ħaddiema kkonċernati għandhom jiġu provduti b'ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li huma għandhom jilbsu; l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tibqa miżmuma sal-minimu strett tal-ħin neċessarju għal kull ħaddiem;
ħaddiema mhux protetti m'għandhomx jitħallew jaħdmu fl-postijiet affettwati.
Artikolu 8
Esposizzjoni Prevista
Skond l-ewwel subparagrafu, il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu provduti b' ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li għandhom jilbsu sakemm l-esposizzjoni anormali tippersisti; dik l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tiġi miżmuma għal minimu strett ta' ħin neċessarju għal kull ħaddiem.
Artikolu 9
Aċċess għal postjiet ta' riskju
Miżuri addattati għandhom jiġi meħuda minn min iħaddem biex jiżguraw li l-aċċess għall-postijiet li fihom l-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-sigurtà jew saħħa tal-ħaddiema isiru huma aċċessibli unikament għal ħaddiema li, minħabba x-xogħol jew dmirijiet tagħhom, huma meħtieġa li jidħlu fihom.
Artikolu 10
Iġene u protezzjoni individwali
Min iħaddem għandu l-obbligu, fil-każ tal-attivitajiet kollha li jippreżentaw riskju ta’ kontaminazzjoni b’karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, li jieħu miżuri addattati biex jiżgura li:
il-ħaddiema ma jiklux, ma jixorbux u ma jpejpux fil-postijiet tax-xogħol fejn ikun hemm riskju ta’ kontaminazzjoni b’karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni;
ħaddiema huma provduti b'ilbies protettiv addattat jew ilbies speċjali addattat;
postijiet ta' ħażna separata huma provduti għall-ilbies protettiv jew tax-xogħol u għal ħwejjeġ ċivili;
ħaddiema huma provduti b'faċilitajiet iġeniċi addattati u adegwati;
apparat protettiv huwa maħżun sew f'post definit ċar u huwa ċċekjat u mnaddaf jekk possibbli qabel, u f'kull każ wara, kull użu;
apparat diffettuż huwa imsewwi jew mibdul qabel użu ulterjuri.
Artikolu 11
Informazzjoni u taħriġ tal-ħaddiema
Miżuri addattati għandhom jiġu meħuda mill-prinċipal biex jiżgura li ħaddiema u/jew ir-rapprezentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jirċievu taħriġ suffiċjenti u addattat, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, b'mod partikolari fil-forma ta' informazzjoni u struzzjoni, li jikkonċernaw:
riskji potezjali għas-saħħa, inklużi riskji addizzjonali minħabba konsum ta' tabakk;
prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jipprevjenu esposizzjoni;
ħtieġijiet ta' iġene;
ilbies u użu ta' apparat u lbies protettiv;
passi li għandhom jittieħdu mill-ħaddiema, inklużi ħaddiema ta' salvataġġ, fil-każ ta' inċidenti u biex tipprevjeni inċidenti.
It-taħriġ għandu jkun:
Fejn valur limitu bijoloġiku jkun ġie stabbilit fl-Anness IIIa, is-sorveljanza tas-saħħa għandha tkun obbligatorja għax-xogħol bil-karċinoġenu, il-mutaġenu jew is-sustanza tossika għar-riproduzzjoni inkwistjoni, skont il-proċeduri stabbiliti f’dak l-Anness. Il-ħaddiema għandhom jiġu infurmati b’dak ir-rekwiżit qabel ma jiġu assenjati l-kompitu li jinvolvi r-riskju tal-espożizzjoni għal karċinoġenu, mutaġenu jew sustanzi tossika għar-riproduzzjoni indikata.
Artikolu 12
Informazzjoni għal ħaddiema
Miżuri addattati għandhom jittieħdu biex jiżguraw li:
ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jistgħu jiċċekjaw li din id-Direttiva hija applikata jew tista' tiġi involuta fl-applikazzjoni tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta':
il-konsegwenzi għas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema konnessi ma' l-għażla, l-ilbies u l-użu ta' lbies u apparat protettiv, mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tal-prinċipal biex jiddetermina l-effettività ta' l-apparat u l-ilbies protettiv;
il-miżuri determinati mill-prinċipal li huma msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 8(1), mingħajr preġudizzju lejn ir-responsabbilta tal-prinċipal biex jiddetermina dawn il-miżuri;
ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment huma infurmati malajr kemm jista' jkun dwar esposizzjonijiet anormali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 8, fuq il-kawżi tiegħu u fuq il-miżuri meħuda jew li ser jiġu meħuda biex tikkoreġġi s-sitwazzjoni;
il-prinċipal iżomm lista aġġornata ta' ħaddiema okkupati fl-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema, li tindika, jekk l-informazzjoni qedgħha għad-diposizzjoni, l-esposizzjoni li ġew suġġetti għaliha;
it-tabib u/jew l-awtorità kompetenti kif ukoll l-persuni l-oħra kollha li għandhom responsabbilità għas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom aċċess għall-lista msemmija f'punt (ċ);
kull ħaddiem għandu aċċess għall-informazzjoni fuq il-lista li tirrelata miegħu personali;
ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment għandhom aċċess għal informazzjoni kollettiva anonima.
Artikolu 13
Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema
Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew rappreżentanti tagħhom b'konnessjoni ma' materji kopruti minn din id-Direttiva għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.
Artikolu 13a
Ftehimiet bejn is-sħab soċjali
Il-ftehimiet bejn is-sħab soċjali possibbilment konklużi fil-qasam ta' din id-Direttiva għandhom ikunu elenkati fuq is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). Dik il-lista għandha tiġi aġġornata b'mod regolari.
KAPITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET DIVERSI
Artikolu 14
Sorveljanza tas-saħħa
qabel l-esposizzjoni,
f'intervalli regolari wara hekk.
Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu hekk li huwa direttament possibbli biex timplimenta miżuri ta' iġene individwali u fuq il-post tax-xogħol.
F'dak il-każ, stima mill-ġdid tar-riskju ta' esposizzjoni għandu jiġi esegwit skond l-Artikolu 3(2).
ħaddiema għandhom jkollhom aċċess għar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa li tikkonċerna lilhom, u
il-ħaddiema kkonċernati jew il-prinċipal jistgħu jitolbu reviżjoni tar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa.
L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-informazzjoni taħt dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom li jissottomettu lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.
Artikolu 15
Żamma ta' Records
Artikolu 16
Valuri limitu
Artikolu 16a
Identifikazzjoni ta’ sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni mingħajr livell limitu u b’livell limitu
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 153(2), punt (b), tat-TFUE, jidentifikaw, abbażi tad-data xjentifika u teknika disponibbli, fil-kolonna tan-notazzjonijiet tal-Anness III għal din id-Direttiva jekk sustanza tossika għar-riproduzzjoni hijiex sustanza tossika għar-riproduzzjoni mingħajr livell limitu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni b’livell limitu.
Artikolu 17
Emenda tal-Anness II
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17a sabiex tagħmel emendi strettament tekniċi għall-Anness II, sabiex jitqies il-progress tekniku, il-bidliet fir-regolamenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet internazzjonali u s-sejbiet ġodda fir-rigward tal-karċinoġeni, tal-mutaġeni jew tas-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni.
Fejn, f’każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali li jinvolvu riskji imminenti, diretti u serji għas-saħħa u s-sikurezza fiżiċi tal-ħaddiema u ta’ persuni oħra, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jeħtieġu azzjoni f’perijodu qasir ħafna ta’ żmien il-proċedura prevista fl-Artikolu 17b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
Artikolu 17a
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 17b
Proċedura ta’ urġenza
Artikolu 18
Użu ta' data
Il-Kummisjoni għandu jkollha aċċess għall-użu magħmul mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(8).
Artikolu 18a
Evalwazzjoni
Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-evalwazzjoni li jmiss tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-kuntest tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE, tevalwa wkoll il-ħtieġa li jiġi modifikat il-valur limitu għat-trab tas-silika kristallina respirabbli. Il-Kummissjoni għandha tniedi dan il-proċess fl-2022 u, fejn xieraq, għandha sussegwentement tipproponi, emendi u modifiki neċessarji relatati ma’ dik is-sustanza f’reviżjoni sussegwenti ta’ din id-Direttiva.
Mhux aktar tard mill-11 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-għażla li din id-Direttiva tiġi emendata biż-żieda ta’ dispożizzjonijiet dwar kombinazzjoni ta’ limitu ta’ espożizzjoni okkupazzjonali fl-arja u ta’ valur limitu bijoloġiku għall-kadmju u l-komposti inorganiċi tiegħu.
Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, fejn xieraq, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ASCH) u b’kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-aġenziji differenti, partijiet ikkonċernati u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, dwar karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni prijoritarji li għalihom jinħtieġu valuri limitu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta pjan ta’ azzjoni biex tikseb valuri limitu ta’ espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol ġodda jew riveduti għal tal-inqas 25 sustanza, gruppi ta’ sustanzi jew sustanzi ġġenerati minn proċess. Fejn xieraq, waqt li tqis dak il-pjan ta’ azzjoni, l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, u wara konsultazzjoni mal-ACSH, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi skont l-Artikolu 16 mingħajr dewmien.
Fejn ikun xieraq u mhux aktar tard mill-5 ta’ April 2025, waqt li tqis l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku u wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa definizzjoni u tistabbilixxi lista indikattiva tal-prodotti mediċinali perikolużi jew tas-sustanzi li fihom dawn il-prodotti li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu ta’ kategorija 1 A u 1B stipulati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, mutaġenu jew sustanza tossika għar-riproduzzjoni.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tħejji linji gwida tal-Unjoni għat-tħejjija, l-amministrazzjoni u r-rimi ta’ prodotti mediċinali perikolużi fuq il-post tax-xogħol. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-EU-OSHA u għandhom jitqassmu fl-Istati Membri kollha mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Fejn xieraq, u wara li tirċievi opinjoni tal-ACSH, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis il-metodoloġija eżistenti għall-istabbiliment ta’ valuri limitu għall-karċinoġeni f’xi Stati Membri u l-opinjoni tal-ACSH, tistabbilixxi l-livelli ta’ riskju superjuri u inferjuri. Sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li tkun irċeviet l-opinjoni tal-ACSH, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tħejji linji gwida tal-Unjoni dwar il-metodoloġija għall-istabbiliment tal-valuri limitu bbażati fuq ir-riskju. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu ppubblikati fis-sit web tal-EU-OSHA u mqassma fl-Istati Membri kollha mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, u wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tipproponi, fejn xieraq, valur limitu għall-kobalt u għall-komposta tal-kobalt inorganiċi.
Artikolu 19
Notifika lill-Kummissjoni
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-futur fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.
Artikolu 20
Abrogazzjoni
Direttiva 90/394/KEE, kif emendat mid-Direttivi msemmija fl-Anness IV, Parti A ta' din id-Direttiva hija abrogata, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni ddikjarati fl-Anness IV, Parti B ta' din id-Direttiva.
Referenzi għad-Direttiva mibdula għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 21
Tidħol fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 22
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta' sustanzi, ►M1 taħlitiet ◄ u proċessi
(Artikolu 2(a)(iii))
Manifattura ta' awramin.
Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi preżenti fin-nugrufun, qatran minerali jew żift.
Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet, dħaħen u sprejs prodotti waqt xiwi u elettroraffinar ta' materji ta' kuprunikil.
Proċess ta' aċidu b'saħħtu fil-manifattura ta' alkoħol isopropiliku.
Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet ta' injam iebes ( 4 ).
Xogħol li jinvolvi espożizzjoni għat-trab tas-silika kristallina respirabbli ġġenerat minn proċess ta’ xogħol.
Xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni tal-ġilda għal żjut minerali li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna.
Xogħol li jinvolvi l-espożizzjoni għal emissjonijiet tal-egżost minn magni diżil.
ANNESS II
Rakomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema
(Artikolu 14(7))
It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni, mutaġeni jew sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni jeħtiġilhom ikunu familjari mal-kundizzjonijiet jew ċirkostanzi ta’ espożizzjoni ta’ kull ħaddiem.
Sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema għandha tiġi esegwita skond il-prinċipji u l-prattiċi tal-mediċina tal-post tax-xogħol; għandha tinkludi mill-inqas dawn il-miżuri li ġejjin:
iżomm records ta' l-istorja medika u professjoniali tal-ħaddiem,
intervista personali,
meta addattat, sorveljanza bijoloġika, kif ukoll skoperta ta' effetti bikrija u li jistgħu jinqalbu.
Testijiet ulterjuri jistgħu jiġu deċiżi għal kull ħaddiem meta hu jkun s-suġġett tas-sorveljanza tas-saħħa, fid-dawl tat-tagħrif l-iktar reċenti għad-disposizzjoni għal mediċina professjonali.
ANNESS III
VALURI TA' LIMITU U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA RELATATI B'MOD DIRETT (ARTIKOLU 16)
A. VALURI TA' LIMITU GĦALL-ESPOŻIZZJONI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL
Isem tal-aġent |
Nru tal-KE (1) |
Nru tas-SAK (2) |
Valuri ta' limitu |
Notazzjoni |
Miżuri tranżizzjonali |
|||||
8 sigħat (3) |
Terminu qasir (4) |
|||||||||
mg/m3 (5) |
ppm (6) |
f/ml (7) |
mg/m3 (5) |
ppm (6) |
f/ml (7) |
|||||
Trab tal-injam iebes |
— |
— |
2 (8) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Valur limitu 3 mg/m3 sas-17 ta' Jannar 2023 |
Komposti tal-Kromju (VI) li huma karċinoġeni, fis-sens tal-punt (i) tal-Artikolu 2(a) (bħala kromju) |
— |
— |
0,005 |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Valur limitu 0,010 mg/m3 sas-17 ta' Jannar 2025 Valur limitu: 0,025 mg/m3 għal proċessi għal iwweldjar jew qtugħ bil-plasma jew proċessi ta' xogħol simili li jiġġeneraw dħaħen sas-17 ta' Jannar 2025 |
Fibri taċ-ċeramika refrattarji li huma karċinoġeni fis-sens tal-punt (i) tal-Artikolu 2(a) |
— |
— |
— |
— |
0,3 |
— |
— |
— |
— |
|
Trab tas-silika kristallina respirabbli |
— |
— |
0,1 (9) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Benżen |
200-753-7 |
71-43-2 |
0,66 |
0,2 |
– |
– |
– |
– |
Ġilda (10) |
Valur limitu ta’ 1 ppm (3,25 mg/m3) sal-5 ta’ April 2024. Valur limitu ta’ 0,5 ppm (1,65 mg/m3) mill-5 ta’ April 2024 sal-5 ta’ April 2026. |
Monomeru tal-vinil klorur |
200-831-0 |
75-01-4 |
2,6 |
1 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Ossidu tal-etilen |
200-849-9 |
75-21-8 |
1,8 |
1 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
1,2-Epossipropan |
200-879-2 |
75-56-9 |
2,4 |
1 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Trikloroetilene |
201-167-4 |
79-01-6 |
54,7 |
10 |
— |
164,1 |
30 |
— |
ġilda (10) |
|
Akrilammid |
201-173-7 |
79-06-1 |
0,1 |
— |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
2-Nitropropan |
201-209-1 |
79-46-9 |
18 |
5 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
o-Toluwidina |
202-429-0 |
95-53-4 |
0,5 |
0,1 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
4,4′-Metilendianilina |
202-974-4 |
101-77-9 |
0,08 |
— |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Epikloroidrina |
203-439-8 |
106-89-8 |
1,9 |
— |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Dibromur tal-etilene |
203-444-5 |
106-93-4 |
0,8 |
0,1 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
1,3-Butadjen |
203-450-8 |
106-99-0 |
2,2 |
1 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Diklorur tal-etilene |
203-458-1 |
107-06-2 |
8,2 |
2 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Idrazina |
206-114-9 |
302-01-2 |
0,013 |
0,01 |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Bromoetilena |
209-800-6 |
593-60-2 |
4,4 |
1 |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Emissjonijiet tal-egżost minn magni diżil |
|
|
0,05 (*1) |
|
|
|
|
|
|
Il-valur ta' limitu għandu japplika mill-21 ta' Frar 2023. Għall-estrazzjoni ta' taħt l-art u l-bini tal-mini, il-valur ta' limitu għandu japplika mill-21 ta' Frar 2026. |
Taħlitiet ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, b'mod partikolari dawk li fihom il-benżo[a]piren, li huma karċinoġeni skont it-tifsira ta' din id-Direttiva |
|
|
|
|
|
|
|
|
ġilda (10) |
|
Żjut minerali li qabel intużaw f'magni b'kombustjoni interna biex jillubrifikaw u jberrdu l-partijiet li jiċċaqilqu fil-magna |
|
|
|
|
|
|
|
|
ġilda (10) |
|
Kadmju u l-komposti inorganiċi tiegħu |
— |
— |
0,001 (11) |
— |
— |
— |
— |
— |
|
Valur limitu ta' 0,004 mg/m3 (12) sal-11 ta' Lulju 2027. |
Berillju u l-komposti inorganiċi tal-berillju |
— |
— |
0,0002 (11) |
— |
— |
— |
— |
— |
sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda (13) |
Valur limitu ta' 0,0006 mg/m3 sal-11 ta' Lulju 2026. |
Aċidu arseniku u l-imluħ tiegħu, kif ukoll il-komposti inorganiċi tal-arseniku |
— |
— |
0,01 (11) |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
Għas-settur tat-tidwib tar-ram il-valur limitu għandu japplika mill-11 ta' Lulju 2023. |
Formaldeid |
200-001-8 |
50-00-0 |
0,37 |
0,3 |
— |
0,74 |
0,6 |
— |
sensitizzazzjoni tal-ġilda (14) |
Valur limitu ta' 0,62 mg/m3 jew 0,5 ppm (3) għas-settur tal-kura tas-saħħa, tal-funerali u dak tal-ibbalzmar sal-11 ta' Lulju 2024. |
4,4′-Metilen-bis(2-kloroanilina) |
202-918-9 |
101-14-4 |
0,01 |
— |
— |
— |
— |
— |
ġilda (10) |
|
Akrilonitril |
203-466-5 |
107-13-1 |
1 |
0,45 |
– |
4 |
1,8 |
– |
Ġilda (10) Sensitizzazzjoni tal-ġilda (14) |
Il-valuri limitu għandu japplika mill-5 ta’ April 2026. |
Komposti tan-nikil |
– |
– |
0,01 (15) 0,05 (16)) |
– |
– |
– |
– |
– |
Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda (13) |
Il-valur limitu (15) għandu japplika mit-18 ta’ Jannar 2025 Il-valur limitu (16) għandu japplika mit-18 ta’ Jannar 2025. Sa dak iż-żmien għandu japplika valur limitu ta’ 0,1 mg/m3 (16). |
Ċomb inorganiku u l-komposti tiegħu |
|
|
0,15 |
|
|
|
|
|
|
|
N,N-Dimetilaċetammid |
204-826-4 |
127-19-5 |
36 |
10 |
|
72 |
20 |
|
Ġilda (10) |
|
Nitrobenżen |
202-716-0 |
98-95-3 |
1 |
0,2 |
|
|
|
|
Ġilda (10) |
|
N,N Dimetilformammid |
200-679-5 |
68-12-2 |
15 |
5 |
|
30 |
10 |
|
Ġilda (10) |
|
2-Metossietanol |
203-713-7 |
109-86-4 |
|
1 |
|
|
|
|
Ġilda (10) |
|
2-Metossietil aċetat |
203-772-9 |
110-49-6 |
|
1 |
|
|
|
|
Ġilda (10) |
|
2-Etossietanol |
203-804-1 |
110-80-5 |
8 |
2 |
|
|
|
|
Ġilda (10) |
|
2-Etossietil aċetat |
203-839-2 |
111-15-9 |
11 |
2 |
|
|
|
|
Ġilda (10) |
|
1-Metil-2-pirrolidon |
212-828-1 |
872-50-4 |
40 |
10 |
|
80 |
20 |
|
Ġilda (10) |
|
Merkurju u komposti divalenti inorganiċi tal-merkurju inklużi l-ossidu tal-merkurju u l-klorur tal-merkurju (imkejlin bħala merkurju) |
|
|
0,02 |
|
|
|
|
|
|
|
Bisfenol A; 4,4′-Iżopropilidenedifenol |
201-245-8 |
80-05-7 |
2 (11) |
|
|
|
|
|
|
|
Monossidu tal-karbonju |
211-128-3 |
630-08-0 |
23 |
20 |
|
117 |
100 |
|
|
|
(1)
In-Nru tal-KE, jiġifieri EINECS, ELINCS jew NLP, huwa n-numru uffiċjali tas-sustanza fl-Unjoni Ewropea, kif definit fit-Taqsima 1.1.1.2 fl-Anness VI, il-Parti 1 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(2)
Nru tas-SAK: in-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tal-Astratt Kimiku.
(3)
Imkejla jew ikkalkulati b'rabta ma' perijodu ta' referenza tal-medja kkunsidrata fil-funzjoni tal-ħin ta' tmien sigħat (TWA).
(4)
Limitu ta' espożizzjoni għal żmien qasir (STEL). Valur ta' limitu li 'l fuq minnu ma għandux ikun hemm espożizzjoni u li huwa relatat ma' perijodu ta' 15-il minuta, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
(5)
mg/m3 = milligrammi kull metru kubu ta' arja b'20 °C u 101,3 kPa (pressjoni tal-merkurju ta' 760 mm).
(6)
ppm = partijiet kull miljun b'volum fl-arja (ml/m3).
(7)
f/ml = fibri kull millilitru.
(8)
Frazzjoni li tista' tinġibed 'il ġewwa man-nifs: jekk it-trabijiet tal-injam iebes jitħalltu ma' trabijiet ta' njam ieħor, il-valur ta' limitu għandu japplika għat-trabijiet kollha tal-injam li jkunu preżenti f'dik it-taħlita.
(9)
Frazzjoni respirabbli.
(10)
Kontribuzzjoni sostanzjali għall-piż totali tal-ġisem mill-espożizzjoni tal-ġilda possibbli.
(12)
Frazzjoni inalabbli. Frazzjoni respirabbli f'dawk l-Istati Membri li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jimplimentaw sistema ta' bijomonitoraġġ b'valur limitu bijoloġiku li ma jaqbiżx 0,002 mg Cd/g ta' kreatinina fl-awrina.
(13)
Is-sustanza tista' tikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda u tas-sistema respiratorja.
(15)
Frazzjoni respirabbli, imkejla bħala nikil.
(16)
Frazzjoni inalabbli, imkejla bħala nikil.
(*1)
Imkejla bħala karbonju elementali. |
B. DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA RELATATI B'MOD DIRETT
p.m.
ANNESS IIIa
VALURI LIMITU BIJOLOĠIĊI U MIŻURI TAS-SORVELJANZA TAS-SAĦĦA
(Artikolu 16(4))
1. Iċ-ċomb u l-komposti joniċi tiegħu
Il-monitoraġġ bijoloġiku għandu jinkludi l-kejl tal-livell taċ-ċomb fid-demm (PbB) bl-użu tal-ispettrometrija tal-assorbiment jew metodu li jagħti riżultati ekwivalenti. Il-valur limitu bijoloġiku vinkolanti huwa:
70 μg Pb/100 ml demm
Sorveljanza medika titwettaq jekk l-espożizzjoni għal konċentrazzjoni ta’ ċomb fl-arja tkun akbar minn 0,075 mg/m3, ikkalkulata bħala medja ppeżata skont il-ħin fuq 40 siegħa fil-ġimgħa, jew livell ta’ ċomb tad-demm akbar minn 40 μg Pb/100 ml ta’ demm jitkejjel f’ħaddiema individwali.
ANNESS IV
Parti A
Direttiva abrogati u l-emendamenti suċċessivi tagħha
(msemmija bl-Artikolu 20)
Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE |
(ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1) |
Direttiva tal-Kunsill 97/42/KE |
(ĠU L 179, tat-8.7.1997, p. 4) |
Direttiva tal-Kunsill 1999/38/KE |
(ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 66) |
Parti B
Żmien perentorju għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali
(msemmija bl-Artikolu 20)
Direttiva |
Skadenza għat-trasposizzjoni |
90/394/KEE |
fil-31 ta' Diċembru 1992. |
97/42/KE |
fis-27 ta' Ġunju 2000. |
1999/38/KE |
fid-29 ta' April 2003. |
ANNESS V
TABELLA TAL-KORRELAZZJONI
Direttiva 90/394/KE |
Din id-Direttiva |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 2(a) |
L-Artikolu 2(a) |
L-Artikolu 2(aa) |
L-Artikolu 2(b) |
L-Artikolu 2(b) |
L-Artikolu 2(c) |
L-Artikoli 3 to 9 |
L-Artikolu 3 to 9 |
L-Artikolu 10(1)(a) |
L-Artikolu 10(1)(a) |
L-Artikolu 10(1)(b), l-ewwel sentenza |
L-Artikolu 10(1)(b) |
L-Artikolu 10(1)(b), it-tieni sentenza |
L-Artikolu 10(1)(c) |
L-Artikolu 10(1)(c) |
L-Artikolu 10(1)(d) |
L-Artikolu 10(1)(d), l-ewwel u t-tieni sentenza |
L-Artikolu 10(1)(e) |
L-Artikolu 10(1)(d), it-tielet sentenza |
L-Artikolu 10(1) (f) |
L-Artikolu 10(2) |
L-Artikolu 10(2) |
L-Artikoli 11 sa 18 |
L-Artikoli 11 sa 18 |
L-Artikolu 19(1) l-ewwel subparagrafu |
|
L-Artikolu 19(1) it-tieni subpargrafu |
|
L-Artikolu 19(1) it-tielet subparagrafu |
|
L-Artikolu 19(2) |
L-Artikolu 19 |
|
L-Artikolu 20 |
|
L-Artikolu 21 |
L-Artikolu 20 |
L-Artikolu 22 |
L-Anness I |
L-Anness I |
L-Anness II |
L-Anness II |
L-Anness III |
L-Anness III |
|
L-Anness IV |
|
L-Anness V |
( 1 ) Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).
( 2 ) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
( 3 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 4 ) Lista ta' Monographs on the Evaluation of Carcinogenic Risks to Humans“Wood Dust and Formaldehyde” xi injam iebes tista' tinsab fil-Volum 62 tal-Monografi dwar l-Evalwazzjoni ta' Riskji Karċinoġeni għal Bniedem “Trab ta' l-Injam u Formaldehyde”, ippublikat mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer, Lyon, 1995.