2004L0037 — MT — 25.03.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

tad-29 ta' April 2004

dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata)

(Test relevanti għaż-ŻEE)

(ĠU L 158, 30.4.2004, p.50)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014

  L 65

1

5.3.2014




▼B

DIRETTIVA 2004/37/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

tad-29 ta' April 2004

dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata)

(Test relevanti għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

Billi:

(1)

Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva invidwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) ( 3 ) ġiet sostanzjalment emendata diversi drabi ( 4 ). Fl-interessi taċ-ċarezza u r-razzjonalità, d-Direttiva msemmija għandha għalhekk tiġi kkodifikata.

(2)

Tħaris tal-ħtieġijiet minimi ddisinjati biex jiggarantixxu standard aħjar ta' saħħa u sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol hija essenzali biex tiżgura s-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema u hija ukoll maħsuba biex tipprovdi livell ta' protezzjoni minima għal ħaddiema kollha fil-Komunità.

(3)

Din id-Direttiva hija Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġixxu titjieb fis-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol ( 5 ). Għalhekk id-disposizzjonijiet ta' dik id-Direttiva japplikaw bi sħiħ għal esposizzjoni ta' ħaddiema għal karċinoġeni jew mutaġeni, mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet iktar stretti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva.

(4)

Livell konsistenti ta' protezzjoni minn riskji relatati ma' karċinoġeni u mutaġeni għandu jiġi stabbilit għal Komunità kollha u dak il-livell ta' protezzjoni għandu jiġi mwaqqaf mhux minn ħtieġijiet preskrittivi dettaljati imma minn kwadru ta' prinċipji ġenerali biex jħalli l-Istati Membri japplikaw il-ħtieġijiet minimi b'mod konsistenti.

(5)

Mutaġeni ta' ċelloli bijoloġiċi huma sustanzi li jistgħu jikkaġunaw tibdil permanenti fl-ammont jew struttura tal-materjal ġenetiku ta' ċellola li jirriżultaw f'bidla fil-karatteristiċi fenotipiċi ta' dik iċ-ċellola, li tista' tiġi trasferita għal descendent daughter cells.

(6)

Minħabba l-mekkaniżmi ta' azzjoni tagħhom, mutaġeni ta' ċelloli bijoloġiċi jista' jkollhom effetti karċinoġeniċi.

(7)

L-Anness VI għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw mal-klassifikazzjoni, ippakkjar u tikkettar ta' sustanzi perikolużi ( 6 ) li fih il-kriterja tal-klassifikazzjoni u l-proċeduri ta' tikkettar dwar kull sustanza.

(8)

Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-klassifikazzjoni, ppakkjar u tikkettar ta' preparazzjonijiet perikolużi ( 7 ) fiha partikolaritajiet fuq il-kriterja ta' klassifikazzjoni u l-proċeduri ta' tikkettar dwar dawn l-preparazzjonijiet.

(9)

Fis-sitwazzjonijiet kollha ta' xogħol l-ħaddiema għandhom ikunu protetti fil-konfront ta' preparazzjonijiet li fihom wieħed jew iktar karċinoġeni jew mutaġeni u minn komposizzjonijiet karċinoġeni jew mutaġeni li jinqalgħu fuq il-post tax-xogħol.

(10)

Għal xi aġenti huwa neċessarju li jikkonsidraw is-sensieliet ta' reazzjonijiet ta' assorbiment kollha, inkluż il-possibilità ta' penetrazzjoni minn ġol-ġilda, sabiex tiżgura l-aħjar livell possibbli ta' protezzjoni.

(11)

Għalkemm it-tagħrif xjentifiku kurrenti mhuwiex tali li livell jista' jiġi stabbilit taħt liema riskji għas-saħħa jieqfu jeżistu, riduzzjoni fl-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni tista' madanakollu tnaqqas dawk ir-riskji.

(12)

Sabiex tikkontribwixxi għar-riduzzjoni f'dawn ir-riskji, Valuri limitu u disposizzjonijiet direttament relatati oħra għandhom jiġu stabbiliti għal dawk il-karċinoġeni u mutaġeni kollha għal liema l-informazzjoni għad-disposizzjoni, inkluż data xjentifika u teknika, jagħmlu dan possibbli.

(13)

Il-valuri limitu ta' l-esposizzjoni professjonali għandhom jiġu meqjusa bħala komponent importanti ta' l-arranġamenti ġenerali għall-protezzjoni tal-ħaddiema. Dawn il-valuri limitu għandhom jiġu riveduti kull meta dan isir neċessarju fid-dawl ta' data xjentifika iktar reċenti.

(14)

Il-prinċipju ta' prekawzjoni għandu jiġi applikat fil-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema.

(15)

Miżuri preventivi għandhom jiġu meħuda għall-protezzjoni tas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni.

(16)

Din id-Direttiva tikkostitwixxi aspett prattiku tar-realizzazzjoni tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern.

(17)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/325/KEE ( 8 ), il-Kummissjoni kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol bl-iskop li tfassal proposti għad-Direttivi kkodifikati f'din id-Direttiva.

(18)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju lejn l-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri li tikkonċerna l-limiti tal-ħin għat-trasposizzjoni ddikjarat f'Parti B ta' l-Anness IV,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Oġġettiv

1.  Din id-Direttiva għandha bħala l-għan tagħha l-protezzjoni tal-ħaddiema kontra riskji għas-saħħa u sigurtà tagħhom, inkluż il-prevenzjoni ta' dawn ir-riskji, li jinqalgħu jew li jistgħu jinqalgħu minn esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

Tistabbilixxi ħtieġijiet minimi partikolari f'dan il-qasam, inklużi valuri limitu.

2.  Din id-Direttiva m'għandiex tapplika għal ħaddiema esposti biss għal radjazzjoni kopruta mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

3.  Direttiva 89/391/KEE għandha tapplika bi sħiħ għal erja kollha msemija fil-paragrafu 1, mingħajr pregudizzju għal disposizzjonijiet iktar stretti u/jew speċifiċi li jinsabu f'din id-Direttiva.

▼M1

4.  Fir-rigward tal-asbestos, li huwa ttrattat mid-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kull meta jkunu aktar favorevoli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva,

▼M1

(a) “karċinoġenu” tfisser:

(i) sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );

(ii) sustanza, taħlita jew proċess imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva kif ukoll sustanza jew taħlita rilaxxata minn proċess imsemmi f’dak l-Anness;

(b) “mutaġenu” tfisser:

sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġen għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

▼B

(ċ) “valur limitu” tfisser, jekk mhux imkien ieħor speċifikat, il-medja kkunsidrat fil-funzjoni tal-ħin tal-limitu tal-konċentrazzjoni għal-“karċinoġenu jew mutaġenu” fl-arja ġewwa iż-żona ta' respirazzjoni ta' ħaddiem imqabbla mal-perjodu ta' referenza speċifiku kif iddikjarat fl-Anness III ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni – determinazzjoni u stima ta' riskji

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li fihom il-ħaddiema huma jew jistgħu jiġu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni b'riżultat tax-xogħol tagħhom.

2.  Fil-każ ta' kull attività li tista' tinvolvi riskju ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, n-natura, grad u dewmien ta' l-esposizzjoni tal-ħaddiema għandhom jiġu determinati sabiex jagħmluha possibbli li jistmaw kull riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema u biex tistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu.

L-istima għandha tiġi mġedda regolarment u f'każ meta xi tibdil occurs fil-kondizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal karċinoġeni jew mutaġeni.

Il-prinċipal għandu jipprovdi l-awtoritajiet responsabbli fuq talba tagħhom bl-informazzjoni użata biex jagħmel l-istima.

3.  Meta r-riskju qed jiġi stmat, qies għandu jiġi meħud tar-rotot ta' esposizzjoni kollha, bħal assorbiment ġewwa u/jew minn ġol-ġilda.

4.  Meta l-istima ta' riskju tiġi esegwita, min iħaddem għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-effetti kollha li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li qegħdin f'riskju partikolari, inter alia, jieħdu qies tax-xewqa li ma jimpjiegawx dawn il-ħaddiema f'oqsma fejn jistgħu jiġu f'kuntatt ma' karċinoġeni jew mutaġeni.



KAPITOLU II

OBBLIGAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

Artikolu 4

Riduzzjoni u sostituzzjoni

1.  Min iħaddem għandu jnaqqas l-użu ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari billi tibdlu, sa fejn hu teknikament possibbli, b' sustanza, ►M1  taħlita ◄ jew proċess li, taħt il-kondizzjonijiet ta' l-użu tagħhom, ma' jkunux perikolużi jew inqas perikolużi għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, skond kif ikun il-każ.

2.  Il-prinċipal għandu, fuq talba, jagħti s-sejbiet ta' l-investigazzjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet relevanti.

Artikolu 5

Prevenzjoni u riduzzjoni ta' l-esposizzjoni

1.  Meta r-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, l-esposizzjoni tal-ħaddiema għandha tiġi prevenuta.

2.  Meta ma jkunx teknikament possibbli li jinbidel il-karċinoġenu jew il-mutaġenu minn sustanza, ►M1  taħlita ◄ jew proċess li, skond il-kondizzjonijiet ta' l-użu, mhuwiex perikoluż jew inqas perikoluż għas-saħħa u s-sigurtà, l-prinċipal għandu jiżgura li l-karċinoġenu jew il-mutaġenu huwa, sa fejn hu teknikament possibbli, mmanifatturat u użat f'sistema magħluqa.

3.  Meta sistema magħluqa mhijiex teknikament possibbli, l-prinċipal għandu jiżgura li l-livell ta' esposizzjoni tal-ħaddiema jiġi mnaqqas għal livell kemm jista' jkun baxx kemm hu teknikament possibbli.

4.  Esposizzjoni m'għandix tkun iktar mill-valur limitu tal-karċinoġenu kif iddikjarat fl-Anness III.

5.  Kull meta karċinoġenu jew mutaġenu huwa użat, il-prinċipal għandu japplika l-miżuri li ġejjin:

(a) jillimita il-kwantitajiet ta' karċinoġenu jew mutaġenu fuq il-post tax-xogħol;

(b) iżomm baxx kemm jista' jkun in-numru ta' ħaddiema esposti jew li jista' jkunu esposti;

(ċ) jiddisinja proċessi ta' ħidma u miżuri ta' kontroll ta' l-inġinerija sabiex jevita jew inaqqas il-ħruġ ta' karċinoġeni jew mutaġeni fil-post tax-xogħol;

(d) jevakwa il-karċinoġeni jew mutaġeni mis-sors, mis-sistema ta' estrazzjoni lokali jew mill-ventilazzjoni ġenerali, dawn il-metodi kollha jkunu addattati u kompatibbli bil-ħtieġa li jipproteġu s-saħħa pubblika u l-ambjent;

(e) juża proċeduri addattati eżistenti għat-tkejjiel ta' karċinoġeni jew mutaġeni, b'mod partikolari għall-iskoperta bikrija ta' esposizzjonijiet anormali li jirriżultaw minn avveniment mhux previsti jew aċċident;

(f) applikazzjoni tal-proċeduri u metodi tax-xogħol addattati;

(g) miżuri ta' protezzjoni kollettivi u/jew, meta l-esposizzjoni ma tistax tiġi evitata b'mezzi oħra, miżuri ta' protezzjoni individwali;

(h) miżuri ta' iġene, b'mod partikolari tindif regolari ta' l-artijiet, ħitan u superfiċji oħra;

(i) informazzjoni lil ħaddiema;

(j) demarkazzjoni tal-postijiet ta' riskju u użu ta' sinjali ta' twissija u sigurtà adegwati inklużi sinjali ta' “no smoking” fil-postijiet fejn ħaddiema huma esposti jew jistgħu jkunu esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni;

(k) tfassil ta' pjani li jitratta ma' emerġenzi li jistgħu jirriżultaw f'esposizzjoni anormalment għolja;

(l) mezzi għal ħażna, mmaniġġjar u trasportazzjoni f'kondizzjoni ta' sigurtà, b'mod partikolari bl-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli;

(m) mezzi għal ġbir, ħażna u tneħħija ta' skart mill-ħaddiema f'kondizzjoni ta' sigurtà, inkluż l-użu ta' kontenituri ssiġillatti u tikkettati b' mod ċar u viżibli.

Artikolu 6

Informazzjoni fuq l-awtorità kompetenti

Meta r-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa jew sigurtà tal-ħaddiema, min iħaddem għandu, meta mitlub, jagħmel għad-disposizzjoni lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni adddattata fuq:

(a) l-attivitajiet u/jew proċessi industrijali esegwiti, inklużi r-raġunijiet għal liema l-karċinoġeni jew mutaġeni huma użati;

(b) il-kwantitajiet ta' sustanzi jew ►M1  taħlitiet ◄ immanifatturati jew użati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni;

(ċ) in-numru ta' ħaddiema esposti;

(d) il-miżuri preventivi meħuda;

(e) it-tip ta' apparat protettiv użat;

(f) in-natura u l-grad ta' esposizzjoni;

(g) il-każi ta' tibdil.

Artikolu 7

Esposizzjoni Mhux Prevista

1.  F'każ ta' avveniment mhux previst jew aċċident li jista' jirriżulta f'esposizzjoni anormali tal-ħaddiema, l-prinċipal għandu jinforma l-ħaddiema tiegħu.

2.  Sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal u l-kawżi ta' esposizzjoni anormali ġew eliminati:

(a) dawk il-ħaddiema biss li huma essenzali għal esegwiment ta' riparazzjonijiet u xogħol neċessarju ieħor għandhom jiġu permessi li jaħdmu fl-postijiet affettwati;

(b) il-ħaddiema kkonċernati għandhom jiġu provduti b'ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li huma għandhom jilbsu; l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tibqa miżmuma sal-minimu strett tal-ħin neċessarju għal kull ħaddiem;

(ċ) ħaddiema mhux protetti m'għandhomx jitħallew jaħdmu fl-postijiet affettwati.

Artikolu 8

Esposizzjoni Prevista

1.  Għal ċerti attivitajiet bħal manutenzzjoni, li dwarhom huwa previst li hemm il-potenzal għal żieda sinjifikanti fl-esposizzjoni tal-ħaddiema, u li dwarhom kull skop għal miżuri preventivi tekniċi ulterjuri biex jillimitaw l-esposizzjoni tal-ħaddiema ġiet diġa eżawrita, l-prinċipal għandu jiddetermina, wara konsultazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentattivi tagħhom fl-impriża jew stabbiliment, mingħjr preġudizzju għar-responsabbilità tal-prinċipal, il-miżuri neċessarji biex inaqqsu d-dewmien ta' l-esposizzjoni tal-ħaddiema għal minimu possibbli u biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema waqt li jkunu okkupati b'dawn l-attivitajiet.

Skond l-ewwel subparagrafu, il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu provduti b' ilbies protettiv u apparat individwali għal protezzjoni respiratorja li għandhom jilbsu sakemm l-esposizzjoni anormali tippersisti; dik l-esposizzjoni tista' ma tkunx permanenti u għandha tiġi miżmuma għal minimu strett ta' ħin neċessarju għal kull ħaddiem.

2.  Miżuri addattati għandhom jiġu meħuda biex jiżguraw li l-postijiet li fihom l-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 isiru huma demarkati b'mod ċar u indikati jew li persuni mhux awtorizzati huma prevenuti b' mezzi oħra milli jkollhom aċċess għal dawn postijiet.

Artikolu 9

Aċċess għal postjiet ta' riskju

Miżuri addattati għandhom jiġi meħuda minn min iħaddem biex jiżguraw li l-aċċess għall-postijiet li fihom l-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-sigurtà jew saħħa tal-ħaddiema isiru huma aċċessibli unikament għal ħaddiema li, minħabba x-xogħol jew dmirijiet tagħhom, huma meħtieġa li jidħlu fihom.

Artikolu 10

Iġene u protezzjoni individwali

1.  Min iħaddem għandu l-obbligu, f'każ ta' l-attivitajiet kollha għal liema hemm riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni, li jieħdu miżuri addattati biex jiżguraw li:

(a) ħaddiema ma jieklux, jixorbux jew ipejjpu fl-postijiet tax-xogħol fejn hemm ir-riskju ta' kontaminazzjoni minn karċinoġeni jew mutaġeni;

(b) ħaddiema huma provduti b'ilbies protettiv addattat jew ilbies speċjali addattat;

(ċ) postijiet ta' ħażna separata huma provduti għall-ilbies protettiv jew tax-xogħol u għal ħwejjeġ ċivili;

(d) ħaddiema huma provduti b'faċilitajiet iġeniċi addattati u adegwati;

(e) apparat protettiv huwa maħżun sew f'post definit ċar u huwa ċċekjat u mnaddaf jekk possibbli qabel, u f'kull każ wara, kull użu;

(f) apparat diffettuż huwa imsewwi jew mibdul qabel użu ulterjuri.

2.  Ħaddiema jistgħu ma jkunux mitluba jħallsu l-ispiża tal-miżuri ddikjarati fil-paragrafu 1.

Artikolu 11

Informazzjoni u taħriġ tal-ħaddiema

1.  Miżuri addattati għandhom jiġu meħuda mill-prinċipal biex jiżgura li ħaddiema u/jew ir-rapprezentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jirċievu taħriġ suffiċjenti u addattat, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, b'mod partikolari fil-forma ta' informazzjoni u struzzjoni, li jikkonċernaw:

(a) riskji potezjali għas-saħħa, inklużi riskji addizzjonali minħabba konsum ta' tabakk;

(b) prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jipprevjenu esposizzjoni;

(ċ) ħtieġijiet ta' iġene;

(d) ilbies u użu ta' apparat u lbies protettiv;

(e) passi li għandhom jittieħdu mill-ħaddiema, inklużi ħaddiema ta' salvataġġ, fil-każ ta' inċidenti u biex tipprevjeni inċidenti.

It-taħriġ għandu jkun:

— addattat biex jieħu qies tar-riskji ġodda jew mibdula, u

— ripetut perjodikament jekk neċessarju.

2.  Min iħaddem għandu jinformaw lil ħaddiema fuq l-installazzjonijiet u kontenituri relatati li fihom karċinoġeni jew mutaġeni, jiżguraw li l-kontenituri kollha, pakketti u installazzjonijet li fihom karċinoġeni jew mutaġeni huma tikkettati b'mod ċar u li jinqara, u juru sinjali ta' twissija u periklu b'mod ċar u viżibli.

Artikolu 12

Informazzjoni għal ħaddiema

Miżuri addattati għandhom jittieħdu biex jiżguraw li:

(a) ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment jistgħu jiċċekjaw li din id-Direttiva hija applikata jew tista' tiġi involuta fl-applikazzjoni tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta':

(i) il-konsegwenzi għas-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema konnessi ma' l-għażla, l-ilbies u l-użu ta' lbies u apparat protettiv, mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tal-prinċipal biex jiddetermina l-effettività ta' l-apparat u l-ilbies protettiv;

(ii) il-miżuri determinati mill-prinċipal li huma msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 8(1), mingħajr preġudizzju lejn ir-responsabbilta tal-prinċipal biex jiddetermina dawn il-miżuri;

(b) ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment huma infurmati malajr kemm jista' jkun dwar esposizzjonijiet anormali, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 8, fuq il-kawżi tiegħu u fuq il-miżuri meħuda jew li ser jiġu meħuda biex tikkoreġġi s-sitwazzjoni;

(ċ) il-prinċipal iżomm lista aġġornata ta' ħaddiema okkupati fl-attivitajiet li dwarhom ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema, li tindika, jekk l-informazzjoni qedgħha għad-diposizzjoni, l-esposizzjoni li ġew suġġetti għaliha;

(d) it-tabib u/jew l-awtorità kompetenti kif ukoll l-persuni l-oħra kollha li għandhom responsabbilità għas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom aċċess għall-lista msemmija f'punt (ċ);

(e) kull ħaddiem għandu aċċess għall-informazzjoni fuq il-lista li tirrelata miegħu personali;

(f) ħaddiema u/jew rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża jew stabbiliment għandhom aċċess għal informazzjoni kollettiva anonima.

Artikolu 13

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew rappreżentanti tagħhom b'konnessjoni ma' materji kopruti minn din id-Direttiva għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.



KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET DIVERSI

Artikolu 14

Sorveljanza tas-saħħa

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, skond il-liġijiet nazzjonali u/jew prattika, arranġamenti għal esegwiment ta' sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema relevanti għal minn ir-riżultati ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 3(2) jiżvelaw riskju għas-saħħa u sigurtà.

2.  L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu tali li kull ħaddiem għandu jkun kapaċi li jgħaddi minn, jekk addattat, sorveljanza tas-saħħa relevanti:

qabel l-esposizzjoni,

f'intervalli regolari wara hekk.

Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu hekk li huwa direttament possibbli biex timplimenta miżuri ta' iġene individwali u fuq il-post tax-xogħol.

3.  Jekk ħaddiem jiġi misjub li qed issoffri minn anormalita li hi suspetta li tkun riżulta ta' esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni, t-tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema jista' jeħtieġ ħaddiema oħra li ġew esposti bħalu biex jgħaddu minn sorveljanza tas-saħħa.

F'dak il-każ, stima mill-ġdid tar-riskju ta' esposizzjoni għandu jiġi esegwit skond l-Artikolu 3(2).

4.  Fil-każi fejn sorveljanza tas-saħħa hija esegwita, record mediku individwali għandu jiġi miżmum u t-tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa għandhom jipproponu xi miżuri protettivi jew preventivi li għandhom jittieħdu dwar ħaddiema individwali.

5.  Informazzjoni u parir għandhom jiġu mogħtija lil ħaddiema rigward kull sorveljanza ta' saħħa li huma jistgħu jgħaddu minnha wara it-tmiem ta' l-esposizzjoni.

6.  Skond liġijiet nazzjonali u/jew prattiki:

ħaddiema għandhom jkollhom aċċess għar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa li tikkonċerna lilhom, u

il-ħaddiema kkonċernati jew il-prinċipal jistgħu jitolbu reviżjoni tar-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa.

7.  Rakkomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema huma mogħtija fl-Anness II.

8.  Fil-każi kollha ta' kanċer identifikati skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali kif irriżultaw minn esposizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 15

Żamma ta' Records

1.  Il-lista msemmija f'punt (ċ) ta' l-Artikolu 12 u r-record mediku msemmi fl-Artikolu 14(4) għandhom jiġu miżmuma għal mill-inqas 40 sena wara t-tmiem ta' l-esposizzjoni, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.

2.  Dawk id-dokumenti għandhom jiġu magħmula għad-disposizzjoni lill-awtorità responsabbli f'każi fejn l-impriża itemm l-attività, skond il-liġijiet u/jew il-prattiċi nazzjonali.

Artikolu 16

Valuri limitu

1.  Il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 137(2) tat-Trattat, iddikjarat valuri limitu fid-Direttivi fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għad-disposizzjoni, inkluż data xjentifka u teknika, li dwarha dawk il-karċinoġeni jew mutaġeni kollha għal liema dan huwa possibbli, u, fejn neċessarju, disposizzjonijiet relatati oħra.

2.  Valuri limitu u disposizzjonijiet relatati oħra huma ddikjarati fl-Anness III.

Artikolu 17

L-Annessi

1.  L-Annessi I u III jistgħu jiġu emendati skond il-proċeduri stabbilita mill-Artikolu 137(2) tat-Trattat biss.

2.  Aġġustamenti purament tekniċi għall-Anness II fid-dawl tal-progress tekniku, tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet jew regolamenti internazzjonali u sejbiet ġodda fil-qasam ta' karċinoġeni jew mutaġeni għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE.

Artikolu 18

Użu ta' data

Il-Kummisjoni għandu jkollha aċċess għall-użu magħmul mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(8).

Artikolu 19

Notifika lill-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-futur fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 20

Abrogazzjoni

Direttiva 90/394/KEE, kif emendat mid-Direttivi msemmija fl-Anness IV, Parti A ta' din id-Direttiva hija abrogata, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw limiti ta' żmien għat-trasposizzjoni ddikjarati fl-Anness IV, Parti B ta' din id-Direttiva.

Referenzi għad-Direttiva mibdula għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 21

Tidħol fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Lista ta' sustanzi, ►M1  taħlitiet ◄ u proċessi

(Artikolu 2(a)(iii))

1. Manifattura ta' awramin.

2. Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi preżenti fin-nugrufun, qatran minerali jew żift.

3. Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet, dħaħen u sprejs prodotti waqt xiwi u elettroraffinar ta' materji ta' kuprunikil.

4. Proċess ta' aċidu b'saħħtu fil-manifattura ta' alkoħol isopropiliku.

5. Xogħol li jinvolvi esposizzjoni għal trabijiet ta' injam iebes ( 11 ).




ANNESS II

Rakomandazzjonijiet prattiċi għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema

(Artikolu 14(7))

1. It-tabib u/jew l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema esposti għal karċinoġeni jew mutaġeni għandhom ikunu familjari mal-kondizzjonijiet jew ċirkostanzi ta' esposizzjoni ta' kull ħaddiem.

2. Sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema għandha tiġi esegwita skond il-prinċipji u l-prattiċi tal-mediċina tal-post tax-xogħol; għandha tinkludi mill-inqas dawn il-miżuri li ġejjin:

iżomm records ta' l-istorja medika u professjoniali tal-ħaddiem,

intervista personali,

meta addattat, sorveljanza bijoloġika, kif ukoll skoperta ta' effetti bikrija u li jistgħu jinqalbu.

Testijiet ulterjuri jistgħu jiġu deċiżi għal kull ħaddiem meta hu jkun s-suġġett tas-sorveljanza tas-saħħa, fid-dawl tat-tagħrif l-iktar reċenti għad-disposizzjoni għal mediċina professjonali.




ANNESS III

Valuri limitu u disposizzjonijiet relatati oħra

(Artikolu 16)

A.   VALURI LIMITU GĦALL-ESPOSIZZJONI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL



Isem ta' l-aġent

EINECS (1)

SAK (2)

Valuri limitu

Notazzjoni

Miżuri transizzjonali

mg/m3 (3)

ppm (4)

Benżin

200-753-7

71-43-2

3,25 (5)

(5)

Ġilda (6)

Valur limitu:3 ppm(= 9,75 mg/m3) (sas-27 ta' Ġunju 2003)

Monomeru tal-vinil klorur

200-831

75-01-4

7,77 (5)

(5)

Trabijiet ta' l-injam iebes

5,0 (5) (7)

(1)   EINECS: Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Eżistenti.

(2)   SAK: Chemical Abstracts Service Number.

(3)   mg/m3 = milligrammi fil-metru kubu ta' l-arja b' 20 °C u 101,3 kPa (760 mm pressjoni tal-merkurju).

(4)   ppm = partijiet fil-miljun b' volum fl-arja (ml/m3).

(5)   Mkejla jew ikkalkolati b'referenza għal perjodu ta' referenza ta' tmien sigħat.

(6)   Kontribuzzjoni sostanzjali għal piż totali tal-ġisem mill-esposizzjoni tal-ġilda possibbli.

(7)   Frazzjoni Inallabbli: jekk trabijiet ta' injam iebes huma mħallta ma trabijiet ta' injam oħra, l-valur limitu għandu japplika għat-trabijiet ta' l-injam kollha preżenti f'dik it-taħlita.

B.   DISPOSIZZJONIJIET RELATATI OĦRA

p.m.




ANNESS IV

Parti A

Direttiva abrogati u l-emendamenti suċċessivi tagħha

(msemmija bl-Artikolu 20)



Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE

(ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1)

Direttiva tal-Kunsill 97/42/KE

(ĠU L 179, tat-8.7.1997, p. 4)

Direttiva tal-Kunsill 1999/38/KE

(ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 66)

Parti B

Żmien perentorju għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

(msemmija bl-Artikolu 20)



Direttiva

Skadenza għat-trasposizzjoni

90/394/KEE

fil-31 ta' Diċembru 1992.

97/42/KE

fis-27 ta' Ġunju 2000.

1999/38/KE

fid-29 ta' April 2003.




ANNESS V

TABELLA TAL-KORRELAZZJONI



Direttiva 90/394/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(a)

L-Artikolu 2(a)

L-Artikolu 2(aa)

L-Artikolu 2(b)

L-Artikolu 2(b)

L-Artikolu 2(c)

L-Artikoli 3 to 9

L-Artikolu 3 to 9

L-Artikolu 10(1)(a)

L-Artikolu 10(1)(a)

L-Artikolu 10(1)(b), l-ewwel sentenza

L-Artikolu 10(1)(b)

L-Artikolu 10(1)(b), it-tieni sentenza

L-Artikolu 10(1)(c)

L-Artikolu 10(1)(c)

L-Artikolu 10(1)(d)

L-Artikolu 10(1)(d), l-ewwel u t-tieni sentenza

L-Artikolu 10(1)(e)

L-Artikolu 10(1)(d), it-tielet sentenza

L-Artikolu 10(1) (f)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikoli 11 sa 18

L-Artikoli 11 sa 18

L-Artikolu 19(1) l-ewwel subparagrafu

 

L-Artikolu 19(1) it-tieni subpargrafu

 

L-Artikolu 19(1) it-tielet subparagrafu

 

L-Artikolu 19(2)

L-Artikolu 19

 

L-Artikolu 20

 

L-Artikolu 21

L-Artikolu 20

L-Artikolu 22

L-Anness I

L-Anness I

L-Anness II

L-Anness II

L-Anness III

L-Anness III

 

L-Anness IV

 

L-Anness V



( 1 ) ĠU C 368, ta' l-20.12.1999, p. 18.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2003 (għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2004.

( 3 ) ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 1999/38/KE (ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 66).

( 4 ) Ara l-Anness IV, Parti A.

( 5 ) ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

( 6 ) ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

( 7 ) ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 8 ) ĠU L 185, tad-9.7.1974, p. 15. Deċiżjoni kif mibdula mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 (ĠU C 218, tat-13.9.2003, p. 1).

( 9 ) Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).

( 10 ) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

( 11 ) Lista ta' Monographs on the Evaluation of Carcinogenic Risks to Humans“Wood Dust and Formaldehyde” xi injam iebes tista' tinsab fil-Volum 62 tal-Monografi dwar l-Evalwazzjoni ta' Riskji Karċinoġeni għal Bniedem “Trab ta' l-Injam u Formaldehyde”, ippublikat mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer, Lyon, 1995.