2004L0035 — MT — 18.07.2013 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2004/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-21 ta'April 2004

dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali

(ĠU L 143, 30.4.2004, p.56)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2006/21/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Marzu 2006

  L 102

15

11.4.2006

►M2

DIRETTIVA 2009/31/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-23 ta’ April 2009

  L 140

114

5.6.2009

►M3

DIRETTIVA 2013/30/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-12 ta' Ġunju 2013

  L 178

66

28.6.2013




▼B

ID-DIRETTIVA 2004/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-21 ta'April 2004

dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mressqa mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ), fid-dawl tat-test konġunt li ġie approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fl-10 ta' Marzu 2004,

Billi:

(1)

Bħalissa fil-Komunità hemm ħafna żoni kkontaminati, li jwasslu għal riskji konsiderevoli għas-saħħa, u t-tnaqqis tal-bijodiversità żdied drammatikament fl-aħħar għaxar snin. In-nuqqas ta' azzjoni jista' jwassal għal żieda fil-kontaminazzjoni taż-żoni u telfa akbar ta' diversità bijoloġika fil-futur. Il-prevenzjoni u r-rimedju, sakemm huwa possibbli, tad-danni ambjentali jikkontribwixxi għal l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet u tal-prinċipji tal-politika ambjentali tal-Komunità kif stabbilit fit-Trattat. Kondizzjonijiet lokali għandhom jitqiesu meta tittieħed deċiżjoni dwar kif għandu jseħħ ir-rimedju tad-danni.

(2)

Il-prevenzjoni u r-rimedju għad-danni ambjentali għandhu jkun implimentat bis-saħħa tal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, kif indikat fit-Trattat u fid-dawl tal-prinċipju ta' l-iżvillup sostenibbli. Il-prinċipju fondamentali ta' din id-Direttiva għandu għalhekk ikun li l-operatur li minħabba l-attivitaÏ tiegħu jikkawża danni ambjentali jew jikkawża periklu iminenti ta' danni għandu jitqies finanzjarjament responsabbli, dan sabiex l-operatur jadotta miżuri u jiżviluppa drawwiet biex jiminimizza r-riskju ta' danni ambjentali sabiex l-esposizzjoni tiegħu għar-responabiltaÏ finanazjarja tonqos.

(3)

Peres illi l-għan ta' din id-Direttiva, liema għan huwa li jiġi stabbilit qafas komuni għall-prevenzjoni u r-rimedju għad-danni ambjentali bi prezz li jkun raġonevoli għas-soċjetaÏ, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti minn l-Istati Membri u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Kommunità minħabba l-iskala ta' din id-Direttiva u l-implikazzjonijiet tagħha għal liġijiet oħra tal-Kommunità, liema d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE: tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar salvaġġi ( 4 ), id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE: tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-ambjenti naturali u tal-fawna u flora selvaġġja ( 5 ), u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma ( 6 ), il-Kommunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan.

(4)

Danni ambjentali jfissru ukoll danni ikkkawżati minn elementi trasportati bl-ajru meta jikkawżaw danni lil l-ilma, l-art jew speċi protetti jew ambjenti naturali.

(5)

Konċetti u istrumenti bżonjużi għal interpretazzjoni u applikazzjoni korretta ta' l-iskema stabbilita permezz ta' din id-Direttiva għandhom ikunu definiti speċjalment id-definizzjoni ta' danni ambjentali. Meta il-konċett ikkonċernat huwa derivat minn liġijiet oħra relevanti tal-Komunità, l-istess definizzjoni għandha tintuża sabiex kriterji komuni jistgħu jkunu użati u promossi.

(6)

L-ispeċi protetti u l-ambjenti naturali jistgħu ukoll jiġu definiti skond il-protezzjoni ta' l-ispeċi u ta' l-ambjenti naturali fil-liġijiet nazzjonali dwar il-konservazzjoni tan-natura. Madankollu għandhom jitqiesu sitwazzjonijiet speċifiċi fejn il-liġi tal-Komunità, jew dik ekwivalenti nazzjonali, tippermetti ċertu derogi mill-livell ta' protezzjoni pprovvduta lil l-ambjent.

(7)

Sabiex tkun tista' ssir stima ta' danni lil l-art kif definiti f'din id-Direttiva l-użu ta' proċeduri ta' stima tar-riskju biex jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jeffetwaw b'mod negattiv is-saħħa tal-bniedem huma bżonjużi.

(8)

Din id-Direttiva għandha tapplika, f'dak li għandhu x'jaqsam ma danni ambjentali, lil l-attivitajiet tax-xogħol li jirrapreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem jew lil l-ambjent. Dawk l-attivitajiet għandhom jiġu identifikati, prinċipalment, b'referenza għall-liġijiet tal-Komunità relevanti li tistabbilixxi rekwiżiti regolatorji għal ċertu attivitajiet u prattiki meqjusa bħala potenzalment jew filfatt riskjuzi lis-saħħa tal-bniedem jew lil l-ambjent.

(9)

Din id-Direttiva għandha ukoll tapplika, f'dak li għandu x'jaqsam ma danni lil speċi protetti u ambjenti naturali, lil kwalunkwe attività tax-xogħol minbarra dawk l-attivitajiet identifikati direttament jew indirettament b'referenza għall-liġi tal-Komunità li jistgħu jkunu ta' riskju attwali jew potenzali lis-saħħa tal-bniedem jew lil l-ambjent. F'dawn il-każijiet l-operatur għandu biss ikun responsabbli skond din id-Direttiva fejn hu jkun naqas jew negliġenti.

(10)

Għandhom jiġu kkunsidrati t-Trattat ta' Euratom u l-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti u liġijiet tal-Komunità li jirregolaw b'mod aktar komprensiv jew aktar strett l-operazzjoni ta' kull attività li taqa' fl-ambitu ta' din id-Direttiva. Din id-Direttiva, li ma tipprovdiex regoli dwar kunflitt bejn liġijiet meta tispeċifika l-poteri ta' l-awtoritijiet kompetenti, hija mingħajr preġudizzju għar-regoli internazzjonali dwar ġurisdizzjoni tal-qrati kif provvdut, inter alia, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f'materji ċivili u kummerċjali ( 7 ). Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal attivitajiet li l-iskop ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali jew sigurtà internazzjonali.

(11)

Din id-Direttiva għandha l-iskop ta' prevenzjoni u rimedju għad-danni ambjentali, u ma teffetwax id-drittijiet għal kumpens għal danni tradizzjonali mogħtija skond kull ftehim internazzjonali relevanti li jirregola r-responsabilità ċivili.

(12)

Bosta minn l-Istati Membri huma partijiet kontraenti fi ftehim internazzjonali dwar responsabilità ċivili f'oqsma partikolari. Dawn l-Istati Membri jistgħu jibqgħu partijiet kontraenti wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, filwaqt li l-Istati Membri oħra ma jitilfux id-dritt tagħhom li jsiru partijiet kontraenti f'dawn il-ftehim.

(13)

Mhux il-forom kollha ta' danni ambjentali jistgħu jkunu rmedjati permezz tal-mekkaniżmu tar-responsabbilità. Sabiex dan ta' l-aħħar jista' jkun effettiv, hemm bżonn li jkun hemm wieħed jew iktar niġġieża identifikabbli, id-danni jriedu jkunu konkreti u kwantifikabbli, u katina ta' kawżazzjoni għandha tkun stabbilita bejn id-danni u n-niġġies(a) identifikat(i). Ir-responsabbilità għalhekk mhiex istrument adattat fil-kuntest ta' tinġiż mifrux, meta jkun impossibbli torbot l-effetti ambjentali negattivi ma' azzjoni jew nuqqas ta' ċertu atturi individwali.

(14)

Din id-Direttiva ma tapplikax għal każijiet ta' ħsara personali, danni lil proprjetà privata jew kull telf ekonomiku u ma taffetwax kull dritt li għandu x'jaqsam ma dawn it-tipi ta' danni.

(15)

Billi l-prevenzjoni u r-rimedju tad-danni ambjentali huwa kompitu li jikkontribwixxi direttament lill-insegwiment tal-politika ambjentali tal-Komunità', l-awtoritajiet publiċi għandhom jassiguraw l-implimentazzjoni kif suppost u l-infurzar ta' l-iskema stabbilita b'din id-Direttiva.

(16)

Ir-restawrazzjoni ta' l-ambjent għandu jseħħ b'mod effetiv li jassigura li l-għanijiet ta' restawrazzjoni relevanti jintlaħqu. Qafas komuni għandu jkun definit għal dak l-iskop, l-awtorità lokali kompetenti għandha tissorvelja l-applikazzjoni kif suppost ta' l-imsemmi qafas.

(17)

Dispożizzjonijiet xierqa għandhom isiru għal dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikun hemm bosta każi ta' danni ambjentali b'tali mod li l-awtorità lokali kompetenti ma tistax tassigura li il-miżuri ta' rimedju neċessarji ittiħdu fl-istess waqt. F'dan il-każ, l-awtorità lokali kompetenti għandha jkollha id-dritt tiddeċiedi liema każ ta' danni ambjentali għandu jkun rimedjat minn ta' l-ewwel.

(18)

Skond il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, l-operatur li jikkawża danni ambjentali jew joħloq periklu iminenti ta' danni għandu, fil-prinċipju, jbati l-ispejjeż tal-miżuri ta' prevenzjoni jew ta' rimedju neċessarji. Fil-każijiet fejn l-awtorità kompetenti taġixxi, hi innifisha jew permezz ta' terza persuna, flok l-operatur, l-awtorità għandha tassigura li l-ispiza li tkun nefqet tirkupraha minn għand l-operatur. Huwa ukoll xieraq li l-operaturi għandhom fl-aħħarnett ibatu l-ispejjeż ta' l-istima tad-danni ambjentali u, skond il-każ, ta' l-istima tal-periklu iminenti tad-danni jekk jiġu fis-seħħ.

(19)

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kalkolu fuq rata tal-bażi ta' l-ispejjeż amministrattivi, legali, ta' l-infurzar u spejjeż oħra ġenerali li għandhom ikunu rkuprati.

(20)

L-operatur ma għandhux ikun mitlub jbati l-ispejjeż ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni jew rimedju mwettqa skond din id-Direttiva f'sitwazzjonijiet fejn id-danni, jew il-periklu ta' danni msemmija huma ir-riżultat ta' affarijiet li l-operatur ma għandux control fuqhom. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi li ma għandhomx tort jew li ma kienux negliġenti ma jbatux l-ispejjeż tal-miżuri ta' rimedju, f'każijiet fejn id-danni msemmija huma r-riżultat ta' emissjonijiet jew avvenimenti awtorizzati espliċitament jew fejn il-periklu ta' danni ma kienx magħruf meta seħħ l-emissjoni jew l-avveniment.

(21)

L-operaturi għandhom jbatu l-ispejjez li għandhom x'jaqsmu ma miżuri ta' prevenzjoni meta dawn il-miżuri jkunu miżuri li l-operaturi għandhom jieħdu sabiex iħarsu d-disposizzonijiet legali, regolatorji jew amministrattivi li jirreoglaw l-attività tagħhom jew it-termini tal-permess jew ta' l-awtorizazzjoni.

(22)

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli nazzjonali li jkopru l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż f'każijiet fejn id-danni huma kkawżati minn ikatar minn operator wieħed. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw, partikolarment, is-sitwazzjoni speċifika ta' dawk li jużaw l-prodotti u ma jkunux meqjusa responsabbli għad-danni ambjentali fl-istess kondizzjonijiet ta' dawk li jipproduċu l-prodotti. F'dan il-każ, it-tqassim tar-responsabbilità għandhu jkun deċiż skond il-liġI nazzjonali.

(23)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu intitolati jirkurpraw l-ispejjeż tal-miżuri ta' prevenzjoni u rimedju minn operatur fi żmien xieraq mid-data meta l-miżuri ġew mwettqa.

(24)

Huwa neċessarju li mezzi effettivi ta' l-implimentazzjoni u infurzar jkunu disponibbli, filwaqt li jkun assigurat li l-interessi leġittimi ta' l-operaturi relevanti u partijiet oħra li għandhom interess ikunu adekwatament protetti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu inkarigati minn kompiti speċifiċi li jirrikjedu diskrezzjoni amministrattiva xierqa, jiġifieri l-inkarigu biex issir stima ta' l-importanza tad-danni u d-deċiżjoni liema miżuri ta' rimedju għandhom jittieħdu.

(25)

Persuni milquta negativament jew dawk li x'aktarx ikunu milquta negativament mid-danni ambjentali għandhom ikunu intitolati li jitolbu lil l-awtorità kompetenti tieħu passi. Il-protezzjoni ta' l-ambjent huwa, madankollu, interess mifrux u għalhekk l-individwu mhux dejjem jaġixxi dwaru jew ma jkunx f'pożizzjoni li jista' jaġixxi. L-organizzazzjonijiet li mhumiex tal-gvern li jippromwovu l-protezzjoni ta' l-ambjent għandhom għalhekk jingħataw l-opportunità biex jikkontribwixxu kif suppost għal l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva.

(26)

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi relevanti għandhom ikollhom aċċess għall-proċeduri ta' reviżjoni tad-deċiżjonijiet, atti jew nuqqas ta' azzjoni ta' l-awtorità lokali kompetenti.

(27)

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex iħajjru l-użu mill-operaturi ta' assigurazzjoni xieraq jew forom oħra ta' sigurità finanzjarja u l-iżvillup ta' istrumenti u swieq ta' sigurità finanzjarja sabiex jipprovdu garanzija effettiva ta' l-obligazzjonijiet finanzjarji skond din id-Direttiva.

(28)

Meta d-danni ambjentali jolqtu jew x'aktarx jolqtu bosta minn L-Istati Membri, dawk L-Istati Membri għandhom jikkoperaw bl-għan li jassiguraw azzjoni ta' prevenzjoni u rimedju effettiva u xierqa fid-dawl tad-danni ambjentali. L-Istati Membri jistgħu jfittxu li jirkupraw l-ispejjeż għall-azzjoni ta' prevenzjoni u rimedju.

(29)

Din id-Direttiva ma għandhiex iżżom L-Istati Membri milli jżommu jew jippromulgaw dispożizzjonijiet iktar stretti f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju tad-danni ambjentali; u lanqas ma għandha żżomm L-Istati Membri milli jadottaw miżuri xierqa f'sitwazzjonijiet fejn jista' jkun hemm rkupru ta' l-ispejjeż doppju bħala konsegwenza ta' azzjoni konkorrenti mill-awtorità kompetenti skond din id-Direttiva u minn persuna li l-proprjetà tagħha hi milquta mid-danni ambjentali.

(30)

Danni kkawżati qabel ma jispiċċa t-terminu perentorju għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux kopert mid- dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

(31)

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni dwar l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tikkunsidra, meta tqies l-impatt ta' l-iżvillup sostennibli u riskji futuri lil l-Ambjent, jekk reviżjoni ta' din id-Direttiva tkunx xierqa,

ADOTTAW DIN ID-DIRETIVA:



Artikolu 1

Is-suġġett

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tistabbilixxi qafas ta' responsabbilità ambjentali ibbażata fuq il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, għall-prevenzjoni u r-rimedju tad-danni ambjentali.

Artikolu 2

Tifsir

Għal l-iskop ta' din id-Direttiva t-tifsiriet li ġejjin għandhom jgħoddu:

1.

“danni ambjentali” jfisser :

(a) danni lil l-ispeċi protetti u lil l-ambjenti naturali, li huma kull dannu li għandu effett negattiv sinifikattiv fuq il-kisba u l-manteniment ta' l-istatus favorevoli ta' ħarsien ta' dawn l-ispeċi jew ambjenti. L-importanza ta' dawn l-effetti għandha tkun ikalkolata fi stima tal-kondizzjonijiet tal-bażi, u wara li jkunu ikkunsidrati il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

Danni lil l-ispeċi protetti u lil l-ambjenti naturali ma jfissirx effetti negattivi li ġew identifikati minn qabel li huma r-riżultat ta' azzjoni ta' operator li kien awtorizzat b'mod ċar mill-awtoritajiet relevanti skond id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-Artikolu 6(3) u (4) jew l-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/43/KEE: jew l-Artikolu 9 tad-Direttiva 79/409/KEE: jew, fil-każ ta' ambjenti naturali jew speċi li mhumiex koperti mill-liġI tal-Komunità, skond id-dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-liġI nazzjoni dwar il-ħarsien tan-natura.

▼M3

(b) “ħsara lill-ilma”, li hija kwalunkwe ħsara li taffettwa ħażin b’mod sinifikanti

(i) l-istatus ekoloġiku, kimiku jew kwantitattiv jew il-potenzjal ekoloġiku, kif iddefiniti fid-Direttiva 2000/60/KE, tal-ilmijiet kkonċernati, bl-eċċezzjoni tal-effetti ħżiena meta japplika l-Artikolu 4(7) ta’ dik id-Direttiva, jew

(ii) l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar ikkonċernati, kif iddefiniti fid-Direttiva 2008/56/KE, safejn aspetti partikolari tal-istatus ambjentali tal-ambjent tal-baħar mhumiex diġà indirizzati permezz tad-Direttiva 2000/60/KE;

▼B

(ċ) Danni lil l-art, li huma kull kontaminazzjoni ta' l-art li toħloq periklu sinifikattiv li is-saħħa tal-bniedem tkun milquta b'mod negattiv bħala riżultat ta' l-introduzzjoni diretta jew indiretta, fi, fuq jew taħt l-art, ta' sustanzi, preparazzjonijiet, organiżmi jew micro-organiżmi;

2.

“danni” : jfissru bidla negattiva kwantifikabbli fir-riżorsi naturali jew indeboliment kwantifikabbli ta' servizz tar--riżorsi naturali li jista' jseħħ direttament jew indirettament;

3.

“L-ispeċi protetti u l-ambjenti naturali” jfissru :

(a) l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/409/KEE: jew dawk fil-lista ta' l-Anness I tagħha jew dawk fil-lista ta' l-anness II u IV tad-Direttiva 92/43/KEE;

(b) l-ambjenti naturali ta' l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/409/KEE jew dawk fil-lista ta' l-Anness I tagħha jew dawk fil-lista ta' l-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE, u l-ambjenti naturali fil-lista ta' l-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u siti tat-trobbija jew il-postijiet fejn jistrieħuta' l-ispeċi fil-lista ta' l-Aness IV tad-Direttiva 92/43/KEE; u

(ċ) meta l-Istat Membru hekk jiddeċiedi, kull ambjent naturali jew speċi, li ma jinstabx fil-listi ta' dawk l-annessi, jista' l-Istat Membru jinnominah għal l-istess skop bħal dak stabbilit f'dawn iż-żewġ Direttivi;

4.

“status ta' konservazzjoni” ifisser :

(a) f'dak li għandu x'jaqsam ma ambjent naturali, il-kumpless ta' influwenzi li jaġixxu fuq ambjent naurali u l-ispeċi tipiċi tiegħu li jistgħu jolqtu d-distribuzzjoni naturali tiegħu, l-istruttura u l-funzjonijiet fit-tul, kif ukoll is-sopravivenza ta' l-ispeċi tipiċi tiegħu fit-tul, skond il-każ, it-territorju Ewropew ta' l-Istati Membri fejn japplika t-Trattat jew it-territorju ta' L-Istati Membri jew l-estensjoni naturali ta' dak l-ambjent;

L-istatus tal-konservazzjoni għandu jkun ikkunsidrat “favorevoli” meta:

 l-estensjoni naturali u iż-żona li jkopri f'dik l-estensjoni huma stabbli jew qed jiżdiedu,

 l-istruttura speċifika u l-funzjonijiet neċessarji għall-manteniment tiegħu fit-tul jeżistu u x'aktarx jibqgħu jeżistu fil-futur qrib, u

 l-istatus tal-konservazzjoni ta' l-ispeċi tipiċi tiegħu huwa favorevoli, kif ġie mfisser f'(b);

(b) f'dak li għandu x'jaqsam ma speċi, il-kumpless ta' influwenzi fuq l-ispeċi msemmija li jistgħu jolqtu d-distribuzzjoni u l-abbondanza tal-popolazzjoni tiegħu fit-tul ġewwa, skond il-każ, it-territorju Ewropew ta' l-Istati Membri li għalihom jgħodd it-Trattat jew it-territorju ta' Stati Membru jew l-estensjoni naturali ta' dik l-ispeċi;

L-istatus ta' konservazzjoni għandu jitqies “favorevoli” meta:

 l-informazzjoni tad-dinamika tal-popolazzjoni dwar l-ispeċi msemmija turi li l-popolazzjoni qed tinżamm fit-tul bħala parti vijabbli mil l-ambjent naturali tagħha,

 l-estensjoni naturali ta' l-ispeċi mhux qed tonqos u lanqas x'aktarx tonqos fil-futur qrib, u

 hemm, u x'aktarx jibqa' jkun hemm, ambjent naturali kbir biżżejjed biex imantni popolazzjoni fit-tul;

5.

“ilma” : jfisser kull ilma msemmija fid-Direttiva 2000/60/KE;

6.

“operatur” : jfisser kull persuna fiżika jew ġuridika, privata jew pubblika li jopera jew jikkontrolla l-attività tax-xogħol jew, meta dan ikun regolat fil-liġI nazzjonali, il-persuna li għandha poter ekonomiku deċisiv fuq il-funzjonament tekniku ta' l-imsemmija attività liema poter ġie lilha ddelegat, li tinkludi d-detentur ta' permess jew awtorizazzjoni għal l-imsemmija attività jew il-persuna li tireġistra jew tinnotifika l-imsemmija attività;

7.

“attività tax-xogħol” : tfisser kull attività magħmula bħala parti minn attività ekonomika, kummerċ jew impriża, mingħajr ma jingħata każ jekk l-attività hijiex pubblika jew privata, tagħmel qligħ jew li ma tagħmilx qligħ;

8.

“emissjoni” : tfisser ir-rilaxx fl-ambjent, bħala riżultat ta' l-attivitajiet tal-bnedmin, ta' sustanzi, preparazzjonijiet, organiżmi jew mikro-organiżmi;

9.

“periklu iminenti ta' danni” : jfisser probabiltà suffiċjenti li danni ambjentali ser ikunu kkawżati fil-futur qrib;

10.

“miżuri ta' prevenzjoni” : jfissru kull miżura li tittieħed kontra avveniment, att jew ommissjoni li toħloq periklu iminenti ta' danni ambjentali, bl-iskop ta' prevenzjoni jew tnaqqies ta' dawk id- danni;

11.

“miżuri ta' rimedju” : tfisser kull azzjoni, jew tagħqid ta' azzjonijiet, li tinkludi miżuri ta' mitigazzjoni jew temporanji bl-iskop ta' restorazzjoni, reabilitazzjoni jew tibdil tar-riżorsi naturali milquta u/jew is-servizzi mfixxkla, jew l-provvediment ta' alternatiiva ekwivalenti għal dawk ir-riżorsi jew servizzi kif stabbilit fl-Anness I;

12.

“riżorsi naturali” : jfissru l-ispeċi protetti u ambjenti naturali, ilma u art;

13.

“is-servizzi” u “is-servizzi tar-riżorsi naturali” : jfissru l-funzjonijiet mwettqa mir-riżorsi naturali għall-benefiċċju ta' riżorsi naturali oħra jew għall-pubbliku;

14.

“kondizzjoni tal-bażi” : jfisser l-kondizzjoni fil-ħin tad-danni lir-riżorsi naturali u s-servizzi li kienu jeżistu li kieku mhux għad-danni ambjentali, ikalkolat fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli;

15.

“rimedju”, li jinkludi “rimedju naturali” : ifisser, fil-każ ta' l-ilma, speċi protetti u ambjenti naturali ir-ritorn ta' dawk ir-riżorsi naturali milquta u/jew is-servizzi mfixxkla għall-kondizzjoni tal-bażi u fil-każ ta' danni lil l-art, l-eliminazzjoni ta' kull riskju sinifikattiv ta' effett negattiv lis-saħħa tal-bniedem;

16.

“spejjeż” : ifissru spejjeż ġustifikati mill-bżonn li l-implimentazzjoni effettiva u kif suppost ta' din id-Direttiva tkun assigurata li jinkludu ukoll l-ispejjeż ta' l-istima tad-danni ambjentali, periklu iminenti ta' l-imsemmija danni, alternattivi għal ċertu azzjonijiet kif ukoll spejjeż amministrattivi, legali u l-ispejjeż ta' l-infurzar, l-ispejjeż tal-kollezjoni tad- data u spejjeż oħra ġenerali, l-ispejjeż tal-kontrolli u tas-sorveljanza.

Artikolu 3

L-Iskop

1.  Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-:

(a) danni ambjentali ikkawżati minn attivitajiet tax-xogħol li jinstabu fil-lista ta' l-Anness III, kif ukoll kull periklu iminenti ta' l-imsemmija danni minħabba l-istess attivitajiet;

(b) danni lil l-ispeċi protetti u lil l-ambjenti naturali kkawżati minn attivitajiet tax-xogħol mhux fil-lista ta' l-Anness III, u lil kull periklu iminenti ta' l-imsemmija danni li jseħħ minħabba l-msemmija attivitajiet, kull meta l-operatur għandu tort jew kien negliġenti.

2.  Din id-Direttiva għandha tgħodd mingħajr preġudizzju għall-liġijiet aktar stretti tal-Komunità li jirregolaw l-operazzjoni ta' attivitajiet li għalihom tgħodd din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-liġijiet tal-Komunità li fihom jinstabu regoli li jipprovdu għall-kunflitt bejn il-ġurisdizzjonijiet.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-liġijiet nazzjonali relevanti, din id-Direttiva ma tagħtix lill-partijiet privati dritt ta' kumpens bħala konsekwenza tad-danni ambjentali jew ta' periklu iminenti ta' l-imsemmija danni.

Artikolu 4

Eċċezzjonijiet

1.  Din id-Direttiva ma tkoprix danni ambjentali jew periklu iminenti ta' l-imsemmija danni kkawżati minn:

(a) att ta' kunflitt bl-armi, ostilitajiet, gwerra ċivili jew insurrezjoni;

(b) fenomenu naturali ta' natura eċċezzjonali, inevitabbli u irresistibbli.

2.  Din id-Direttiva ma tgħoddx għal danni ambjentali jew il-periklu iminenti ta' danni ambjentali li huma ir-riżultat ta' inċident liema inċident u r-responsabbilità u l-kumpens għalih huma regolati minn Konvenzjoni Internazzjonali fil-lista ta' l-Anness IV, li jinkludi emendi futuri tiegħu, li ġie fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

3.  Din id-Direttiva għandha tgħodd mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-operatur li jillimita r-responsabilità tiiegħu skond il-liġI nazzjonali li timplimenta l-Konvenzjoni dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabilità fi Pretensjonijiet Marittimi (LLMC), 1976, li tinkludi kull emenda fil-futur lill-imsemmija Konvenzjoni, jew Il-Konvenzjoni ta' Strasbourg Dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabilità fin-Navigazzjoni Interna (CLNI), 1988, li tinkludi kull emenda fil-futur.

4.  Din id-Direttiva ma tgħoddx għal riskji atomiċi jew danni ambjentali jew periklu iminenti ta' danni li huma kkawżati minn attivitajiet koperti mit-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika jew ikkawżati minn inċident jew attività li r-responsabilità jew kumpens għalihom huma koperti minn istrumenti internazzjonali li jinstabu fil-lista ta' l-Anness V, li jinkludi kull emenda fil-futur.

5.  Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal danni ambjentali jew periklu iminenti ta' danni ambjentali kkawżati minn tniġġies ta' natura mifruxa, meta l-katina tal-kawżazzjoni bejn id-danni u l-attivitajiet ta' l-operatur individwali tista' tiġI stabbilita.

6.  Din id-Direttiva ma tgħoddx għal l-attivitajiet li l-iskop ewlieni tagħhom huwa id-difiża nazzjonali jew is-sigurità internazzjonali u lanqas ma tgħodd għal attivitajiet li l-iskop ewlieni tagħhom huwa l-protezzjoni minn diżastri naturali.

Artikolu 5

Mezz ta' prevenzjoni

1.  Meta d-danni ambjentali għandhom ma seħħewx imam hemm periklu iminenti ta' l-imsemmija danni jseħħu, l-operatur għandu, mingħajr dewmien, jieħu l-miżuri ta' prevenzjoni neċessarji.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu, meta approprjat, u f'kull każ fejn il-periklu iminenti ta' danni ambjentali ma kienx eliminat lanqas permezz tal-miżuri ta' prevenzjoni magħmula mill-operatur, l-operaturi għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kull aspett relevanti tas-sitwazzjoni, malajar kemm jista' jkun.

3.  L-awtorità kompetenti tista', f'kull ħin:

(a) titlob lil l-operatur jipprovdi informazzjoni dwar periklu iminenti ta' danni ambjentali jew f'każijiet fejn hemm suspett ta' l-imsemmi periklu;

(b) titlob lil l-operatur jieħu il-miżuri ta' prevenzjoni neċessarji;

(ċ) tagħti istruzzjonijiet lil l-operatur li huwa għandu jsegwi dwar il-miżuri ta' prevenzjoni neċessarji; jew

(d) hi innifisha tieħu il-miżuri ta' prevenzjoni neċessarji.

4.  L-awtorità kompetenti għandha titlob li l-miżuri ta' prevenzjoni jittieħdu mil l-operatur. Jekk l-operatur jonqos li jħares dawn l-obligi stabbiliti fil paragrafu 1 jew 3(b) jew (c), ma jistax ikun identifikat jew mhux obligat skond din-id-Direttiva li jbati l-ispejjeż, l-awtorità kompetenti tista' tieħu l-miżuri hi stess.

Artikolu 6

Azzjoni ta' Rimedju

1.  Meta d-danni ambjentali filfatt seħħew l-operatur għandu, mingħajr dewmien, jinforma l-awtorità kompetenti dwar kull aspett relevanti tas-sitwazzjoni u jieħu:

(a) kull pass prattikabbli biex jikkontrolla malajr, jillimta, jneħħI jew f'kull mod ieħor jikkontrolla l-kontaminanti relevanti u/jew kull fattur ta' dannu ieħor sabiex id-danni ambjentali jkunu limitati jew aktar danni u l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedemjew aktar tfixkil tas-servizzi jiġu evitati u

(b) il-miżuri ta' rimedju neċessarji, skond l-Artikolu 7.

2.  L-awtorità kompetenti tista', f'kull ħin:

(a) titlob lil l-operatur biex jipprovdi informazzjoni supplimentari dwar kull danni li seħħew;

(b) tieħu, titlob lil l-operatur jieħu jew tagħti istruzzjonijiet lil l-operatur dwar, kull pass prattikabbli biex jikkontrolla malajr, jillimta, jneħħi jew f'kull mod ieħor jikkontrolla l-kontaminanti relevanti u/jew kull fattur ta' dannu ieħor sabiex id-danni ambjentali jkunu limitati jew aktar danni u l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew aktar tfixkil tas-servizzi jiġu evitati;

(ċ) titlob lil l-operatur jieħu l-miżuri ta' rimedju neċessarji;

(d) tagħti istruzzjonijiet lil l-operatur li huwa għandu jsegwi dwar il-miżuri ta' rimedju neċessarji; jew

(e) hi innifisha tieħu il-miżuri ta' rimedju neċessarji.

3.  L-awtorità kompetenti għandha titlob li l-miżuri ta' rimedju jittieħdu mil l-operatur. Jekk l-operatur jonqos li jħares l-obliggi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2(b), (c) jew (d), ma jistax jiġi identifikat jew mhux meħtieġ jbati l-ispejjeż skond din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti tista' tieħu l-miżuri hi stess, meta jkun falla kull tentattiv ieħor.

Artikolu 7

Id-determinazzjoni tal-miżuri ta' rimedju

1.  L-operaturi għandhom jidentifikaw, skond l-Anness II, miżuri ta' rimedju potenzali u jagħtuhom lil l-awtorità kompetenti għal l-approvazzjoni tagħha, kemm-il darba l-awtorità kompetenti ma ħaditx passi skond l-Artikolu 6(2)(e) u (3).

2.  L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi liema miżuri ta' rimedju għandhom jiġu implimentati skond l-Anness II, u bil-koperazzjoni ta' l-operatur relevanti, kif rikjest.

3.  Meta jkun hemm iktar minn każ wieħed ta' danni ambjentali b'tali mod li l-awtorità kompetenti ma tistax tassigura li l-miżuri ta' rimedju neċessarji qed jittieħdu fl-istess waqt, l-awtorità kompetenti tkun intitolata tiddeċiedi liema każ ta' danni ambjentali għandhu jiġI rimedjat l-ewwel.

Hi u tieħu dik id-deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra, inter alia, in-natura, l-firxa u l-gravità tal-każijiet varji ta' danni ambjentali kkonċernati, u lill-possibilità ta' rkupru naturali. Ir-riskji lis-saħħa tal-bniedem għandhom ukoll jiġu kkunsidrati.

4.  L-awtorità lokali kompetenti għandha ssejjah lill-persuni msemmija fl-Artikolu 12(1) u f'kull każ il-persuni li tagħhom hija l-art li fuqha jitwettqu l-miżuri ta' rimedju biex jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom u għandha tikkunsidrhom.

Artikolu 8

L-ispejjeż ta' prevenzjoni u rimedju

1.  L-operatur għandu jbati l-ispejjeż għal l-azzjoni ta' prevenzjoni u rimedju li ittieħdu skond din id-Direttiva.

2.  Bla ħsara lill-paragrafi 3 u 4, l-awtorità kompetenti għandha tirkupra, inter alia, permezz ta' l-garanzija fuq il-proprjetà jew garanziji oħra xierqa mill-operatur li ikkawża d-danni jew il-periklu iminenti ta' danni, l-ispejjeż li ntefqu f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri ta' prevenzjoni jew rimedju li ittieħdu skond din id-Direttiva.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma tirkuprax l-ispejjeż kollha meta l-ispiża biex irkupra l-ispejjeż tkun akbar mis-somma li għandha tkun irkuprata jew meta l-operatur ma jistax jiġi identifikat.

3.  L-operatur m'għandux ikun mitlub jbati l-ispejjeż tal-miżuri ta' prevenzjoni jew rimedju mwettqa skond din id-Direttiva meta jista' juri li d-danni ambjentali jew il-periklu iminenti ta' danni ambjentali:

(a) kienu kkawżati minn terza persuna u seħħew minkejja li miżuri ta' sigurità xierqa kienu f'posthom; jew

(b) huma r-riżultat ta' konformità ma ordni jew istruzzjoni ta' bilfors minn awtorità pubblika ħlief ordni jew istruzzjoni li ħarġet wara emissjoni jew każ ikkawżat mil l-attivitajiet ta' l-operatur proprju.

F'dawn il-każijiet L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jgħinu lil l-operatur jirkupra l-ispejjeż li nefaq.

4.  l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operatur ma jbatix l-ispejjez ta' miżuri ta' rimedju mwettqa skond din id-Direttiva meta juri li hu ma kellux tort jew ma kienx negliġenti u li d-danni ambjentali kienu ikkawżat minn:

(a) emissjoni jew każ espressament awtorizzat minn, u interament skond il-kondizzjonijiet ta', awtorizazzjoni mogħtija minn jew mogħtija skond liġi u regolamenti nazzjonali applikabbli li jimplimentaw miżuri ta' leġislazzjoni adottati mill-Komunità speċifikati fl-Anness III, kif kienu applikati fid-data ta' l-emissjoni jew il-każ;

(b) emissjoni jew attività jew kull mod ta' użu ta' prodott waqt attività li l-operatur juri ma kienitx meqjusa li x'aktarx tikkawża danni ambjentali skond l-istat ta' l-informazzjoni teknika u xjentifika meta l-emissjoni kienet rilaxxata jew meta l-attività seħħet.

5.  Il-miżuri li tieħu l-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 5(3) u (4) u l-Artikolu 6(2) u (3) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-responsabilità ta' l-operatur relevanti skond din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għal l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat.

Artikolu 9

Allokazzjoni ta' l-ispejjeż f'każijiet fejn iktar minn parti waħda tintrabat mal-kawżazzjoni

Din- id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġI nazzjonali dwar l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż f'każijiet fejn hemm iktar minn parti waħda speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tqassim tar-responsabbilità bejn il-produttur u dak li juża l-prodott.

Artikolu 10

Il-limitazzjoni tal-perjodu għar-rimedju ta' l-ispejjeż

L-awtorità kompetenti tista' tagħti bidu lill-proċedura ta' l-irkupru ta' l-ispejjeż kontra l-operatur, jew jekk xieraq, parti terza li kkawżat id-danni jew il-periklu iminenti f'dak li għandu x'jaqsam ma miżuri li twettqu skond din id-Direttiva fi żmien ħames snin mid-data meta l-imsemmija miżuri tlestew jew l-operatur responsabbli, jew il-parti terza, ġew identifikati, skond liema hija l-aktar tard.

Artikolu 11

L-awtorità kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli biex taderixxi/jaderixxu mad-doveri previsti f'din id-Direttiva.

2.  L-obbligu li jkun stabbilit liema operator ikkawża d-danni jew periklu iminenti ta' danni, li ssir stima tas-sinjifikanza tad-danni u li jkun stabbilit liema miżuri ta' rimedju għandhom jittieħdu b'referenza għal l-Anness II huwa ta' l-awtorità kompetenti. Għal dan l-iskop, l-awtorità kompetenti tkun tista' titlob lil l-operatur relevanti, li jwettaq l-istima tiegħu u li jipprovdi kull informazzjoni u data neċessarja.

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti tista' tagħti l-poter jew titlob lill-parti terzi jwettqu l-miżuri neċessarji ta' prevenzjoni u rimedju.

4.  Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva li timponi miżuri ta' prevenzjoni jew rimedju għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom ġiet ibbażata l-imsemmija deċiżjoni. L-imsemmija deċiżjoni għandha tkun notifikata malajr kemm jist' jkun lil l-operatur ikkonċernat, li għandu fl-istess waqt ikun informat dwar ir-rimedji legali lilu disponibbli skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati u dwar il-limitazzjonijiet fuq il-ħin li dawn ir-rimedji għandhom.

Artikolu 12

Talba għal l-azzjoni

1.  Persuna fiżika jew ġuridika:

(a) li huma milquta jew x'aktarx ikunu milquta mid-danni ambjentali jew

(b) li għandhom interess biżżejjed fid-deċiżjonijiet dwar l-ambjent li għandhom x'jaqsmu ma danni jew, inkella,

(ċ) li jallegaw it-tfixkil ta' dritt, meta l-liġI tal-proċedura amministrattiva ta' l-Istati Membri titlob dan bħala prekondizzjoni,

għandhom ikunu intitolati li jagħtu lil l-awtorità kompetenti kull osservazzjoni li għandha x'taqsam ma każijiet ta' danni ambjentali jew il-periklu iminenti ta' danni li huma jafu bihom u ukoll ikunu intitolati li jitolbu lil l-awtorità kompetenti tieħu passi skond din id-Direttiva.

Dak li jikkostitwixxi “interess suffiċjenti” u “tfixkil ta' dritt” għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri.

Għal dan l-iskop, l-interess ta' kull organizazzjoni mhux tal-gvern li tippromwovi l-protezzjoni ta' l-ambjent u li tilħaq kull kondizzjoni skond il-liġI nazzjonali għandha titqies suffiċjenti għal l-iskop ta' (b). L-imsemmija organizzazzjonijiet għandhom ukoll jitqiesu li għandhom drittijiet li jistgħu jkunu mfixxkla għal l-iskop ta' (c).

2.  It-talba għal azzjoni għandha jkollha magħha l-informazzjoni relevanti u data li jappoġġa l-osservazzjonijiet mogħtija f'dak li għandu x'jaqsam mad-danni ambjentali msemmija.

3.  Meta t-talba għal azzjoni u l-osservazzjonijiet li jakkompanjawha juru b'mod plawsibbli li d-danni ambjentali jeżistu, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra kull osservazzjoni u talba għal azzjoni imsemmija. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-awtorità kompetenti għandha tagħti lil l-operatur relevanti opportunità li juri l-opinjonijiet tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mat-talba għal azzjoni u l-osservazzjonijiet li jakkompanjawha.

4.  L-awtorità kompetenti għandha, kemm jista' jkun malajar u f'kull każ skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġI nazzjonali, tinforma l-persuni msemmija fil-paragrafu1, li taw osservazzjonijiet lil l-awtorità, dwar id-deċiżjoni tagħha jekk taċċetax jew tirrifjutax it-talba għal azzjoni u għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 4 f'każijiet ta' periklu iminenti ta' danni.

Artikolu 13

Proċeduri ta' reviżjoni

1.  Il-persuni imsemmija fl-Artikolu 12(1) għandhom ikollhom aċċess għal qorti jew entità pubblika indipendenti u imparzjali oħra li għandha l-kompetenza tagħmel reviżjoni tal-legalità fil-proċedura u fis-sustanza tad-deċiżjoni, azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' l-awtorità kompetenti skond din id-Direttiva.

2.  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni tal-liġI nazzjonali li tirregola l-aċċess għall-ġustizzja u dawk li jitolbu li l-proċeduri amministrattivi għandhom ikunu użati qabel ma jkun hemm rikors għall-proċeduri ġudizzjarji.

Artikolu 14

Sigurità finanzjarja

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex iħajjru l-iżvillup ta' istrumenti u suq ta' sigurità finanzjarja mill-operaturi ekonomiċi u finanzjarji xierqa, li jinkludi mekniżmi finanzjarji fil-każ tal-falliment tagħha, bl-iskop li jifffaċilitaw l-użu ta' garanziji finanzjarji mill-operaturi biex ikopru r-responsabbilitajiet tagħhom skond din id-Direttiva.

2.  Il-Kummissjoni għandha, qabel it-30 ta'April 2010 rapport dwar l-effikaċja tad-Direttiva skond ir-rimedju li filfatt seħħ ta' danni ambjentali, dwar id-disponibilità bi prezz xieraq u dwar il-kondizzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u tipi oħra ta' sigurità finanzjarja għal l-attivitajit imsemmija fl-Anness III. Ir-rapport għandu ukoll jikkunsidra f'dak li għandu x'jaqsam ma sigurità finanzjarja l-aspetti li ġejjin: approċċ gradwali, limitu għall-garanzjia finanzjarja u l-esklużjoni ta' attivitajiet ta' riskju baxx. Fid-dawl ta' dak ir-rapport, u ta' stima estiża ta' l-impatt, li tinkludi analiżi tar-relazzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċju, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposti għal sistema ta' sigurità finanzjarja obbligatorju armonizzata.

Artikolu 15

Il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.  Meta d-danni ambjentali jolqtu jew x'aktarx jolqtu ħafna mil l-Istati Membri, dawk L-Istati Membri għandhom jikkoperaw, li jfisser skambju ta' informazzjoni xierqa, bl-iskop li tassigura li l-azzjoni ta' prevenzjoni u, meta neċessarju, l-azzjoni ta' rimedju tittieħed fid-dawl ta' l-imsemmija danni abjentali.

2.  Meta d-dannu ambjentali seħħ, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu oriġina d-dannu għandu jipprovdi informazzjoni suffiċjenti lil l-Istati Membri potenzalment milquta.

3.  Meta L-Istat Membru jidentifika danni ġewwa l-fruntieri tiegħu li ma kienux ikkawżati ġewwa t-territorju tiegħu jista' jirraporta l-kwistjoni lill-Kummissjoni u lil kull Stat Membru ieħor ikkonċernat; jista' jagħmel rakkomandazzjoni biex ikunu adottati miżuri ta' prevenzjoni jew rimedju u jista' jfittex, skond din id-Direttiva, li jirkupra l-ispejjeż li ntefqu fl-adozzjoni tal miżuri ta' prevenzjoni jew rimedju.

Artikolu 16

Ir-relazzjoni mal-liġI nazzjoni

1.  Din id-Direttiva m'għandhiex iżżomm lil L-Istati Membri milli jżżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju tad-danni ambjentali, li jinkludi l-identifikazzjoni ta' attivitajiet oħra li jistgħu jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' prevenzjoni u rimedju ta' din id-Direttiva u l-identifikazzjoni ta' partijiet responsabbli oħra.

2.  Din id-Direttiva ma żżommx lil l-Istati Membri milli jadottaw miżuri xierqa per eżempju l-projbizzjoni ta' rkupru doppju ta' l-ispejjeż, f'sitwazzjonijiet fejn l-irkupru doppju jiġI fis-seħħ minħabba azzjoni konkorrenti mill-awtorità kompetenti skond din id-Direttiva u minn persuna li l-proprjetà tiegħu kienet milquta mid- danni ambjentali.

Artikolu 17

Applikazzjoni temporali

Din id- Direttiva m' għandhiex tapplika għal:

 danni kkawżati minn emissjoni, każ jew inċident li seħħ qabel id-data msemmija fl-Artikolu 19(1),

 danni kkawżati minn emissjoni, każ jew inċident, seħħ wara d-data msemmija fl-Artikolu 19(1) meta tkun ir-riżultat ta' attività speċifika li seħħet u spiċċat qabel l-imsemmija data,

 danni, jekk iktar minn 30 sena għaddew mill-emmissjoni, każ jew inċident, li jirriżultaw fid-danni, li ġraw.

Artikolu 18

Rapporti u reviżjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza miġbura fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva sa t-30 ta' April 2013 l-aktar tard. Ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni u d-data kif provvdut fl-Anness VI.

2.  Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel it-30 ta'April 2014, li għandu jinkludi proposti xierqa għal l-emendi.

3.  Ir-rapport, imsemmi fil-paragrafu 2, għandu jinkludi reviżjonni ta':

(a) l-applikazzjoni ta':

 L-Artikolu 4(2) u (4) f'dak li għandu x'jaqsam ma l-esklużjoni tat-tinġies kopert mill-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Annessi IV u V mill-iskop ta' din id-Direttiva, u

 L-Artikolu 4(3) f'dak li għandu x'jaqsam mad-dritt ta' l-operatur li jillimita r-responsabbilità tiegħu skond il-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 4(3).

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-esperjenza miġbura fil-fora internazzjonali relevanti, per eżempju L-IMO u Euratom u l-ftehim internazzjonali relevanti, kif ukoll l-punt sa liema dawn l-instrumenti daħlu fis-seħħ u/jew ġew implimentati mill-Istati Membri u/jew ġew modifikati, wara li tikkunsidra l-istanzi relevanti ta' Danni ambjentali li jirriżultaw mill-attivitajiet u l-azzjoni ta' rimedju li ttieħed u d-differenzi bejn il-livelli tar-responsabbilità fl-Istati Membri, u wara li tikkunsidra ir-relazzjoni bejn ir-responsabbilità tal-proprjetarju tal-vapur' u l-kontribuzzjoni ta' l-irċevitur taż-żejt, wara li tikkunsidra b'mod dovut lil kull studju magħmul mill-Fond Internazzjonali għall-Kumpens għat-Tinġies taż-Żejt.

(b) l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lid-danni ambjentali kkawżati minn organiżmi li huma ġenetikament modifikati (GMOs), partikolarment fid-dawl ta' l-esperjenza miġbura fil-fora internazzjonali relevanti u l-Konvenzjonijiet, bħalma hi l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Protokoll ta' Carateġena dwar il-Bio-sigurità, kif ukoll ir-riżultati ta' kull każ ta' Danni ambjentali kkawżati minn GMOs;

(ċ) l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva f'dak li għandu x'jaqsam ma speċi protetti u ambjenti naturali;

(d) l-istrumenti li jistgħu jkunu eliġibbli għal inkorporazzjoni fl-anness III, IV u V.

Artikolu 19

L-Implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva sat-30 ta' April 2007. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan mill-ewwel.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun jinsab fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhomikollhom l-imsemmija referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri ghandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-ligi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva flimkien ma' tabella li turi kif id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

Destinatarji

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

IL-KRITERJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)(A)

Is-sinjifikanza ta' kull dannu li għandu effetti negattivi fuq il-kisba jew il-manteniment ta' l-istatus favorevoli ta' konservazzjoni ta' ambjenti naturali jew speċi għandu jkun ikalkolat b'referenza għal l-istatus ta' konservazzjoni meta saru d-danni, is-servizzi provvduti mill-kumditajiet li jipproduċu u l-kapaċità ta' riġenerazzjoni naturali tagħhom. Tibdil negattiv sinjifikanti lill-kondizzjoni tal-bażigħandu jkun stabbilit permezz ta' data li tista' titqies per eżempju:

 in-numru ta' individwi, d-densità tagħhom jew iż-żona koperta,

 ir-rwol ta' l-individwi partikolari jew taż-zona li soffriet id-danni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispeċi jew il-konservazzjoni ta' l-ambjenti naturali, ir-rarità ta' l-i speċi jew l-ambjent naturali (ikkalkolat skond livell lokali, reġjonali u saħansitra ogħla anke skond il-livell tal-Komunità),

 il-kapacità ta' l-ispeċi li tiżdied (skond id-dinamika speċifika ta' dik il-popolazzjoni jew speċi), il-vijabbilità tagħha jew il-kapaċità ta' l-ambjent naturali għal riġenerazzjoni naturali (skond id-dinamika speċifika ta' l-speċi karateristika tagħhom jew tal-poplazzjoni tagħhom),

 il-kapaċità ta' l-ispeċi jew ta' l-ambjent naturali, wara li jkunu saru d-danni, li jirkupraw fi żmien qasir, mingħajr intervenzjoni ħlife iż-żieda fil-miżuri ta' protezzjoni, għal kondizzjoni li twassal, unikament bis-saħħa tad-dinamika ta' l-ispeċi jew l-ambjent naturali, għal kondizzjoni meqjusa ekwivalenti jew aħjar mill-kondizzjoni tal-bażi.

Danni li għandhom effet iipruvat fuq is-saħħa tal-bniedem għandhom jiġu klassifikati bħala danni sinjifikattivi.

Dan li ġej m'għandux ikun ikklassifikat bħala danni sinjifikattivi:

 varjazzjonijiet negattivi li huma iżgħar mill-varjazzjoni naturali meqjusa normali għal l-ispeċi jew ambjent naturali kkonċernat,

 varjazzjonijiet negattivi dovuti għal kawżi naturali jew li huma r-riżultat ta' intervenzjoni li għandha x'taqsam ma' l-amministrazzjoni normali ta' siti, kif imfissra fir-rekord jew dokumenti mmirati ta' l-ambjenti naturali jew kif mqiesa qabel mill-proprjetarji jew operaturi,

 danni lil speċi jew ambjenti naturali li għalihom huwa stabbilit li għandhom jirkupraw, fi żmien qasir u mingħajr intervenzjoni, jew lill-kondizzjoni tal-bażi jew lill-kondizzjoni li twassal, unikament bis-saħħa tad-dinamika ta' l-ispeċi jew ambjent naturali, għal kondizzjoni meqjusa ekwivalenti jew aħjar mill-kondizzjoni tal-bażi.




L-ANNESS II

IR-RIMEDJU TAD-DANNI AMBJENTALI

Dan l-Anness jistabbilixxi qafas komuni li għandu jkun osservat sabiex il-miżuri l-aktar xierqa jistgħu jintgħażlu biex ir-rimedju tad-danni ambjnetali jista' jkun assigurat.

1.   Ir-rimedju ta' danni lil l-ilma, jew speċi protetti jew ambjenti naturali

Ir-rimedju tad-danni ambjentali, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ilma jew speċi protetti jew ambjenti naturali, jintlaħaq b'restorazzjoni ta' l-ambjent għal-kondizzjoni tal-bażibaseline kondizzjoni bis-saħħa ta' rimedju primarju, komplimentari u li jikkumpensa, billi:

(a) Ir-rimedju “Primarju” huwa kull miżura ta' rimedju li twassal ir-riżorsi naturali li soffrew Danni u/jew is-servizzi mfixxkla lura għal, jew lejn, il-kondizzjoni tal-bażi;

(b) Ir-rimedju “Komplimentari” huwa kull rimedju li jittieħed f'dak li għandu x'jaqsam ma riżorsi naturali u/jew servizzi biex jikkumpensa l-fatt li r-rimedju primarju ma jwassalx għal restorazzjoni kompluta tar-riżorsi naturali li soffrew dannu u/jew is-servizzi;

(ċ) Ir-rimedju li “Jikkumpensa” huwa kull azjjoni li tittieħed biex tikkumpensa kull telfa temporanja ta' riżorsi naturali u/jew servizzi li tiġri fid-data meta jseħħu d-danni sakemm ir-rimedju primarju laħaq l-effett komplut tiegħu;

(d) “telf temporanju” jfisser telf li huma r-riżultat tal-fatt li r-riżorsi naturali u/jew u/jew servizzi li soffrew dannu ma jistgħux jipprovvdu l-funzjoni ekoloġika tagħhom jew jipprovvdu servizzi lir-riżorsi naturali l-oħra jew lill-pubbliku sakemm il-miżuri primarji jew komplimentari ġew fis-seħħ. Ma jikkostitwix kumpens finanzjarju lill-membri tal-pubbliku.

Meta r-rimedju primarju ma jwassalx għal restorazzjoni ta' l-ambjent għall-kondizzjoni tal-bażi, rimedju komplimentari għandu jittieħed. Kif ukoll, rimedju li jikkumpensa jittieħed biex jikkumpensa għat-telf temporanju.

Ir-rimedju tad-danni ambjentali, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ilma speċi protetti jew ambjenti naturali, jfisser ukoll it-tneħħija ta' kull riskju negattivi sinjifikanti lis-saħħa tal-bniedem.

1.1.   L-għanijiet tar-rimedju

L-iskop tar-rimedju primarju

1.1.1.

L-iskop tar-rimedju primarju huwa r-restorazzjoni tar-riżorsi naturali li soffrew dannu u/jew servizzi għal, jew lejn, il-kondizzjoni tal-bażi.

Purpose of complementary remediation

1.1.2.

Meta r-riżorsi naturali li soffrew danni u/jew is-servizzi ma jirritornawx għall-kondizzjoni tal-bażi tagħhom, ir-rimedju komplimentari għandu jittieħed. L-iskop tar-rimedju komplimentari huwa li jkun provvdut livell simili ta' riżorsi naturali u/jew servizzi, li jinkludi, meta xieraq, f'post alternattiv, kif kien ikun provvdut kieku l-post li soffra d-dannu kien irritorna għall-kondizzjoni tal-bażi. Meta possibbli u xieraq l-post l-alternattiv għandu jkun koness b'mod ġeografiku mal-post li soffra d-dannu, wara li jkunu ikkunsidrati l-interessi tal-popolazzjoni milquta.

L-iskop tar-rimedju li jikkumpensa

1.1.3.

Ir-rimedju li jikkumpensa jittieħed ipatti għat-telfa temporanja ta' riżorsi naturali u s-servizzi sakemm iseħħ l-irkupru. Dan il-kumpens jikkonsisti minn titjib addizzjonali lil l-ambjenti naturali u l-ispeċi jew l-ilma fil-post li soffra d-dannu jew fil-post l-alternattiv. Ma jikkonstitix minn kumpens finanzjarju lill-membri tal-pubbliku.

1.2.   L-identifikazzjoni tal-miżuri ta' rimedju

L-identifikazzjoni tal-miżuri ta' rimdeju primarji

1.2.1.

L-għażliet li jinkludu azzjonijiet maħsuba biex iwasslu ir-riżorsi naturali jew is-servizzi lura direttament għall-kondizzjoni tal-bażi, fi żmien aċċelerat, jew bis-saħħa ta' rkupru naturali, għandhom ikunu kkunsidrati.

L-identifikazzjoni ta' miżuri komplimentari u dawk li jikkumpensaw

1.2.2.

Meta l-iskala tal-miżuri ta' rimedju komplimentari jew li jikkumpensaw qed tiġI stabbilita hen jistabilixxi the scale of complementary and compensatory remedial measures, l-użu ta' l-approċċ ta' l-ekwivalenza bejn riżorsa u riżorsa jew servizz u servizz għandu jkun ikkunsidrat l-ewwel Skond dawn l-approċċi, azzjonijiet li jipprovdu riżorsi naturali u/jew servizzi ta' l-istess tip, kwalità u kwantità bħall dawk li soffrew dannugħandhom jiġu kkunsidrati l-ewwel. Meta dan ma jkunx possibbli, riżorsi naturali u/jew servizzi alternattivi jiġu provvduti. Per eżempju, tnaqqis fil-kwalità tista' tkun ikkumpensata b'żieda fil-kwantità ta' miżuri ta' rimedju.

1.2.3.

Meta l-ewwel għażla, l-approċċ ta' l-ekwivalenza bejn riżorsi u riżorsi jew bejn servizzi u servizzi, ma tkunx possibbli, teknika alternattiva ta' valwazzjoni għandha tintuża. L-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi l-metodu, per eżempju valwazzjoni monetarja, biex ikun deċiż l-ammont neċessarju ta' miżuri ta' rimedju komplimentari u li jikkumpensaw. Jekk il-valwazzjoni tar-riżorsi mitlufa u/jew servizzi tkun prattikabbli, imma l-valwazzjoni tat-tibdil tar-riżorsi naturali u/jew tas-servizzi b'oħrajn ma tistax ssir fi żmien raġonevoli jew bi prezz raġonevoli, l-awtorità kompetenti tista' tagħżel miżuri ta' rimedju li jiswew daqs l-istima tal-valur monetarju tar-riżorsi naturali u/jew tas-servizzi mitlufa.

Il-miżuri ta' rimedju komplimentari u li jikkumpensaw għandhom ikunu ppjanati b'tali mod li jipprovvdu għal riżorsi naturali u/jew servizzi addizzjonali sabiex jirreflettu l-prefernza u l-profil tal-ħin tal-miżuri tar-rimedju. Per eżempju, iktar ma jkun twil il-perjodu ta' żmien sakemm tintlaħaq il-kondizzjoni tal-bażi, iktar jittieħdu miżuri ta' rimedju li jikkumpensaw (meta fatturi oħra jkunu l-istess).

1.3.   L-għażla minn rimedji varji

1.3.1.

Ir-rimedji raġonevoli varji għandhom ikunu evalwati, bis-saħħa ta' l-aħjar teknoloġija disponibbli, fuq bażi tal-kriterji li ġejjin:

 L-effett ta' l-għażla fuq is-saħħa u salvagward tal-pubbliku,

 L-ispejjeż biex tiġI fis-seħħ dik l-għażla,

 Il-probabilità ta' suċċess ta' kull għażla,

 Kemm kull għażla jirnexxielha tevita danni fil-futur, u tevita Danni kollaterali bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni ta' l-għażla,

 Kemm, kull għażla, hija ta' benefiċċju għal kull komponent tar-riżorsi naturali u/jew tas-servizzi,

 Kemm, kull għażla, tikkunsidra problemi soċjali, ekonomiċi u kulturali u fatturi oħra relevanti li huma speċifiċi għal post,

 It-tul taż-żmien li jkun hemm bżonn biex ir-restorazzjoni tkun effettiva,

 Kemm, kull għażla, tirnexxi fir-restorazzjoni tal-post fejn hemm id- danni ambjentali,

 Il-konessjonijiet ġeografiċi mal-post li soffra d-danni.

1.3.2.

Meta qed jiġu kkunsidrati l-għażliet ta' rimedju differenti identifikati, miżuri ta' rimedju primarji li ma jwasslux għar-restorazzjoni kompleta tad-danni lil l-ilma jew lil l-ispeċi protetti jew lil l-ambjenti naturali għall-kondizzjoni tal-bażi, jew li jwasslu għal dan l-effett imma iktar bil-mod jistgħu jintgħażlu. Din id-deċiżjoni tista' biss tittieħed jekk ir-riżorsi naturali u/jew is-servizzi nieqsa fil-post primarju bħala riżultat tad-deċiżjoni jiġu kkumpensatibis-saħħa ta' żieda fil-miżuri komplimentari u li jikkumpensaw biex iwasslu għal livell simili ta' riżorsi naturali u/jew servizzi ta' dawk neqsin. Dan ikun il-każ, per eżempju, for example, meta r-riżorsi naturali u/jew is-servizzi ekwivalenti jistgħu jkunu provvduti f'post ieħor b'inqas spejjeż. Dawn ir-rimedji addizzjonali għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regoli fit-taqsima 1.2.2.

1.3.3.

Minkejja r-regoli fit-taqsima 1.3.2. u skond l-Artikolu 7(3), l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li l-ebda miżura ta' rimedju addizzjonali m'għandha tittieħedjekk:

(a) il-miżuri ta' rimedju li ttieħdu jassiguraw li r-riskju sinjifikanti lis-saħħa tal-bniedem, lil l-ilma jew lil l-ispeċiu lil l-ambjenti naturali m'għadux jeżisti, u

(b) l-ispejjeż tal-miżuri tar-rimedju li għandhom jittieħdu biex iwasslu għal-kondizzjoni tal-bażi jew livell simili ma jkunx proporzjonat mal-vantaġġi miksuba għal l-ambjent.

2.   Ir-rimedju ta' danni lil l-art

Il-miżuri neċessarji għandhom jittieħdu biex ikun assigurat, bħala minimu, li n-niġġiesa relevanti jkunu mneħħija, kkontrollati, limitati jew mnaqqsa sabiex l-art mniġġsa, meta wieħed jikkunsidra l-użu korrenti jew l-użu tagħha fil-futur li huwa apporvat fil-ħin meta sar id-dannu, ma tibqax riskju sinjifikanti għas-saħħa tal-bniedem. L-eżistenza ta' dawn ir-riskji għandu jkun ikalkolat skond proċeduri ta' stima tar-riskji li jikkunsidraw il-karateristiċi u l-funzjonijiet tal-ħamrija, it-tipi u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi ta' dannu, preparazzjonijiet, organiżmi u mikro-organiżmi, ir-riskju li jikkostitwixxu u l-possibilità li jinfirxu. UL-użu għandu jkun determinat skond regolamenti dwar l-użu ta' l-art, jew reoglamenti oħra relevanti, li huma fi-seħħ, jekk ikun hemm, meta d-dannu jseħħ.

Jekk l-użu ta' l-art jinbidel, kull miżura neċessarja għandha tittieħed biex ikunu evitati effetti negattivi lis-saħħa tal-bniedem.

Jekk ir-regolamenti dwar l-użu ta' l-art, jew regolamenti oħra relevanti, huma neqsin, in-natura taż-żona relevanti fejn seħħ id-dannu, wara li wieħed jikkunsidra l-mistenni żvillup ta' l-imsemmija art, għandha tistabbilixxi l-użu speċifiku ta' dik iż-żona.

L-għażla ta' rkupru naturali, dan ifisser l-għażla li fiha m'hemm ebda intervenzjoni mill-bniedem fil-proċess ta' rkupru, għandha tkun ikkunsidrata.




L-ANNESS III

L-ATTIVITAJIET MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

1.

L-operazzjoni ta' l-installazzjonijiet li għandhom bżonn permess skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar prevenzjoni u kontroll ta' tinġiż integrat ( 8 ). Dak ifisser kull attività msemmija fil-lista ta' l-anness I tad-Direttiva 96/61/KE bl-eċċezjoni ta' l-installazzjonijiet jew partijiet ta' l-installazzjonijiet li huma użati għar-riċerka, żvillup u ittestjar ta' prodotti jew proċessi ġodda.

2.

Operazzjonijiet ta' maniġġjar ta' l-iskart, li jinkludu l-kollezzjoni, trasport, irkupru u r-rimi ta' skart u ta' skart perikoluż, jinkludu ukoll s-sorveljanza ta' l-imsemmija operazzjonijiet u kura tal-postijiet tar-rimi, bla ħsara għall-permess jew reġistrazzjoni skond id- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE: tal-15 ta' Lulju 1975 dwar skart ( 9 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE: tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż ( 10 ).

Dawk l-operazzjonijiet jinkludu, inter alia, l-operazzjoni ta' postijiet ta' radam skond id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-radam ta' l-iskart ( 11 ) u l-operazzjoni ta' fabbriki ta' l-inċinerazzjoni skond id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart ( 12 ).

Għal l-iskop ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dawk l-operazzjonijiet m'għandhomx jinkludu t-tifrix ta' kulma jġorr id-dranaġġ mill-fabbriki tat-trattament ta' l-ilma ta' l-iskart tal-bliet, trattat għal standard approvat, għal skopijiet ta' l-agrikoltura.

3.

Kull rilaxx għal ġo l-ilma intern tal-wiċċ, li għandu bżonn permess minn qabel skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE: ta' l-4 ta' Mejju1976 dwar tinġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi, rilaxxjati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità ( 13 ).

4.

Kull rilaxx ta' sustanzi fl-ilma li jinsab taħt l-art li għandu bżonn permess minn qabel skond id-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE: tas-17 ta' Diċembru 1979 dwar l-protezzjoni ta' l-ilma li jinsab taħt l-art mit-tinġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi ( 14 ).

5.

Ir-rilaxx jew injezzjoni ta' niġġiesa fl-ilma tal-wiċċ jew fl-ilma li jinsab taħt l-art li għandu bżonn permess, jew reġistrazzjoni skond id-Direttiva 2000/60/KE.

6.

Is-separazzjoni ta' l-ilma u t-tiġbir ta' l-ilma bla ħsara għal permess skond id-Direttiva 2000/60/KE.

7.

f Il-manifattura, l-użu, l-ħażna, l-ipproċessar, l-milli, u r-rilaxx fl-ambjent u t-trasport fil-post ta'

(a) sustanzi perikolużi kif mfissra fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE: tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolament u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma l-klassifikazzjoni, l-ippakkjar, u t-tikkettjar tas-sustanzi perikolużi ( 15 );

(b) preparazzjonijiet perikolużi kif mfissra fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar, u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi ( 16 );

(ċ) protezzjoni tal-pjanti kif mfisser fl-Artikolu(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE: tal-15 ta' Lulju1991 dwar it-tqegħid ta' prodotti fis-suq għall-protezzjoni tal-pjanti ( 17 );

(d) prodotti bijo-ċidi kif mfissra fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijo-ċidi ( 18 ).

8.

Trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi ta' l-ilma interni, baħar jew bl-ajru ta' prodotti perikolużi jew mniġġsa kif mfissra jew fl-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport ta' prodotti perikolużi bit-triq ( 19 ) jew fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport ta' prodotti perikolużi bil-ferrovija ( 20 ) jew kif mfisssra fid- Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE: tat-13 ta' Settembru 1993 dwar kondizzjonijiet minimi għal vapuri ġejjin jew sejrin lejn jew mill-portijiet tal-Komunità u li jġorru prodotti perikolużi jew mniġġsa ( 21 ).

9.

It-tħaddin ta' installazzjonijiet li għandhom bżonn permess skond id- Direttiva tal-Kunsill 84/360/KEE: tat-28 ta' Ġunju 1984 dwar il-ġlieda kontra t-tinġis ta' l-arja mill-fabbriki industrijali ( 22 ) f'dak li għandu x'jaqsam mar-rilaxx fl-arja ta' kull sustanza li tniġġes koperti mid-Direttiva msemmija hawn fuq.

10.

Kull użu limitat, li jinkludi t-trasport, li għandu x'jaqsam ma mikro-organiżmi ġenetikament modifikati kif mfissra fid- Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE: tat-23 ta'April 1990 dwar l-użu limitat ta' mikro-organiżmi ġenetikament modifikati ( 23 ).

11.

Kull rilaxx intenzjonali fl-ambjent, it-trasport u t-tqegħid fis-suq ta' organiżmi ġenetikament modifikati kif mfisser fid-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill ( 24 ).

12.

It-trasbord ta' l-iskart ġewwa, għal ġo jew għal barra mill-Unjoni Ewropea, li għandu bżonn permess jew li hu projbit skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' l-iskart ġewwa, għal ġo u għal barra mill-Komunità Ewropea ( 25 ).

▼M1

13.

L-immaniġġar ta' l-iskart ta' estrazzjoni skond id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart minn industriji ta' estrazzjoni ( 26 ).

▼M2

14.

L-operazzjoni ta’ siti tal-ħżin taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju] ( 27 ).

▼B




L-ANNESS IV

IL-KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2)

(a) il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-27 ta' Novembru 1992 dwar ir-Responsabbilità Ċivili għad-Danni kkawżati mit-Tinġis taż-Żejt;

(b) il-Konvenzjoni Internazzjonali tas-27 ta' Novembru 1992 dwar l-istabbiliximent ta' Fond Internazzjonali għal Kumpens għad-Danni kkważati mit-Tinġis taż-Żejt;

(ċ) il-Konvenzjoni Internazzjonali tat-23 ta' Marzu dwar ir-Responsabblità Ċivili għal Danni kkawżati mit-Tinġis taż-Żejt tal-Banker;

(d) il-Konvenzjoni Internazzjonali tat-3 ta' Mejju 1996 dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għal-Danni li għandhom x'jaqsmu mat-Trasport ta' Sustanzi Perikolużi u Velenużi bil-baħar;

(e) il-Konvenzjoni ta' l-10 ta' Ottubru 1989 dwar ir-Responsabbilità Ċivili għal Danni kkawżati waqt it-Trasport ta' Prodotti Perikolużibit-Triq, bil-Ferrovija, u Vapuri b'Navigazzjoni Interna.




L-ANNESS V

L-INSTRUMENTI INTERNAZZJONALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(4)

(a) il-Konvenzjoni ta' PariġI tad- 29 ta' Lulju 1960 dwar ir-Responsabbilità ta' Parti Terza fl-Oqsma ta' l-Enerġija Nukleari u l-Konvenzjoni Supplimentaru ta' Brussel tal-31 ta'Jannar 1963;

(b) Il-Konvenzjoni ta' Vienna tal-21 ta' Mejju 1963 dwar ir-Responsabbilità Ċivili għal-Danni Nukleari;

(ċ) il-Konvenzjoni tat-12 ta' Settembru 1997 dwar il-Kumpens Supplimentari għal Danni Nukleari;

(d) il-Protokol Konġunt tal-21 ta' Settembru 1988 dwar l-Applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Vienna u l-Konvenzjoni ta' Pariġi;

(e) il-Konvenzjoni ta' Brussel tas-17 ta' Diċembru 1971 dwar ir-Responsabbilità Ċivili fl-Oqsma ta' Trasport Marittimu ta' Materjal Nukleari.




L-ANNESS VI

L-INFORMAZZJONI U D-DATA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 18(1)

Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 18(1) għandhom jinkludu lista ta' każijiet ta' danni ambjentali u każijiet ta' responsabbilità skond din id-Direttiva, bl-informazzjoni u d-data li ġejjin għal kull każ:

1. It-tip ta' danni ambjentali, id-data meta seħħew u/jew meta ġew skoperti d-danni u d-data meta l-proċedura skond din id-Direttiva ġiet mibdija.

2. Kodiċi tal-klassifikazzjoni tal-attivitajiet tal-persuna/i ġuridiċi responsabbili ( 28 ).

3. Jekk kienx hemm talba għal proċedura ta' reviżjoni ġudizjarja mill-partijiet responsabbili jew mill-entitajiet kwalifikati. (It-tip ta' pretendent u r-riżultat tal-proċeduri għandhom ikunu speċifikati.)

4. Ir-riżultat tal-proċess tar-rimedju.

5. Id-data ta' l-għeluq tal-proċeduri.

L-Istati Membri jistgħu jinkludu fir-rapporti tagħhom kull informazzjoni u data oħra li jqisu utili sabiex ikun hemm stima kif suppost ta' l-operazzjoni ta' din id-Direttiva, per eżempju:

1. L-ispejjeż li ntefqu bil-miżuri ta' rimedju u prevenzjoni, kif mfissra f'din id-Direttiva:

 li kienu mħallsa direttament mill-parti responsabbili, meta din l-informazzjoni tkun disponibbli;

 li kienu rkuprati ex post facto mill-partijiet responsabbili;

 li ma kienux irkuprati mill-partijiet responsabbili. (Ir-raġunijiet għalfejn ma kienux irkuprati għandhom ikunu speċifikati.)

2. RIr-riżultati ta' azzjonijiet għal-promozjoni u l-implimentazzjoni ta' instrumenti ta' sigurità finanzjarja użati skond din id-Direttiva.

3. An Stima ta' l-ispejjeż amministrattivi addizjonali li intefqu ta' kull sena mill-amministrazzjoni pubblika għat-twaqqif u l-operazzjoni ta' l-istrutturi amministrattivi meħtieġa għal l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' din id-Direttiva.



( 1 ) ĠUK 151 E, 25.06.2002, p. 132.

( 2 ) ĠU C 241, 07.10.2002, p. 162.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Mejju 2003 (għadha mhux ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta'Settembru 2003 (ĠU C 277 E, tat-18.11.2003, p. 10) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2003 (għadha mhux ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Resoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-of 31 ta' Marzu 2004 u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2004.

( 4 ) ĠU L 103, tal-25.4.1979, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

( 5 ) ĠU L 206, tat-22.7.1992, p. 7. Direttiba kif l-aħħar emendate mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

( 6 ) ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, tal-15.12.2001, p. 1).

( 7 ) ĠU L 12, tas-16.1.2001, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1496/2002 (ĠU L 225, tat-22.8.2002, p. 13).

( 8 ) ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, p. 26. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 9 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 10 ) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata permezz tad-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, 02.07.1994, p. 28).

( 11 ) ĠU L 182, tas-16.7.1999, p. 1 Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 12 ) ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

( 13 ) ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2000/60/KE.

( 14 ) ĠU L 20, tas-26.1.1980, p. 43. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 91/692/KEE: (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).

( 15 ) ĠU 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003.

( 16 ) ĠU L 200, tat-30.7.1999, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 17 ) ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

( 18 ) ĠU L 123, ta' l-24.4.1998, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolment (KE) Nru 1882/2003.

( 19 ) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/28/KEE (ĠU L 90, 08.04.2003, p. 45).

( 20 ) ĠU L 235, 17.09.1996, p. 25. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/29/KEE (ĠU L 90, 08.04.2003, p. 47).

( 21 ) ĠU L 247, tal-5.10.1993, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 53).

( 22 ) ĠU L 188, tas-16.7.1984, p. 20. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 91/692/KEE: (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).

( 23 ) ĠU L 117, tat-8.5.1990, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

( 24 ) ĠU L 106, tas-17.4.2001, p. 1. I-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 24).

( 25 ) ĠU L 30, 06.02.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

( 26 ) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

( 27 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.

( 28 ) Il-kodiċi ta' NACE jista' jkun użat (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifika statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, ta' l-24.10.1990, p. 1).