02004D0842 — MT — 01.04.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-1 ta' Diċembru 2004

rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali.

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4493)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/842/KE)

(ĠU L 362 9.12.2004, p. 21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/320 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Marzu 2016

  L 60

88

5.3.2016




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-1 ta' Diċembru 2004

rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali.

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4493)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/842/KE)



KAPITOLU 1

Proviżjoni ġenerali

Artikolu 1

Kontenut tas-suġġett

Ir-raġuni ta' din id-Deċiżjoni hija sabiex jiġu speċifikati r-regoli li bihom l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu fis-suq:

a) żrieragħ ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, li għalihom applikazzjoni għall- inklużjoni fil-katalogu nazzjonali, kif imniżżel f'Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/53/KE ġiet sottomessa lill-Istati Membri in kwestjoni, suġġett għall-qbil ma' Kapitolu II ta' din id-Deċiżjoni, jew

b) żrieragħ ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti veġetali, li għalihom applikazzjoni għall-inklużjoni fil-katalogu nazzjonali, kif imniżżel f'Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/55/KE ġiet sottomessa għall-anqas fi Stat Membru wieħed u li għalihom kien hemm sottomissjoni ta' informazzjoni teknika speċifika, soġġetta għall-qbil ma' Kapitolu III ta' din id-Deċiżjoni.



KAPITOLU II

Speċi ta' Pjanti Agrikoli

Artikolu 2

Awtorizzazzjoni

1.  Għal speċi ta' pjanti agrikoli li jaqgħu taħt id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE, l-Stati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi stabbiliti fit-territorju tagħhom biex iqiegħdu fis-suq żrieragħ ta' varjetà li għalihom diġà ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet agrikoli ta' speċi ta' pjanti (“il- katalogu nazzjonali”) lill-Istati Membri in kwestjoni, suġġett għal qbil ma' Artikoli 3 sa 18 ta' din id-Deċiżjoni.

2.  L-Istati Membri jridu jaċċertaw li meta awtorizzazzjoni tkun ingħatat skond din id- Deċiżjoni, il-persuna awtorizzata trid toqgħod għal kull kundizzjoni jew restrizzjoni assoċjata ma' tali awtorizzazzjoni.

Artikolu 3

Applikazzjoni

1.  L-awtorizzazzjoni tista' tiġi rikjesta minn dik il-persuna li sottomettiet applikazzjoni għad-dħul tal-varjetajiet in kwestjoni fil-katalogu ta' l-Istat Membru in kwestjoni (li jissejjaħ minn hawn ‘il quddiem “l-applikant”, li tinkludi rappreżentant ta' tali persuna, dejjem jekk tali persuna ġiet appuntata uffiċjalment).

2.  L-applikant għandu jissottometti din l-informazzjoni:

a) testijiet u provi previsti;

b) l-isem jew ismijiet ta' l-Istat(i) Membru(i) fejn dawk il-provi u testijiet ser isiru;

c) deskrizzjoni tal-varjetà;

d) il-manutenzjoni tal-varjetà.

Artikolu 4

Raġun

Awtorizzazzjonijiet ser jingħataw biss għal testijiet u provi li jsiru f'industriji agrikoli li l- għan tagħhom huwa li jiġbru informazzjoni dwar koltivazzjoni jew użu ta' dik il- varjetà.

Artikolu 5

Kundizzjonijiet tekniċi

1.  Żrieragħ ta' għalf jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II mid-Direttiva 66/401/KEE għal:

a) żrieragħ iċċertfikati (l-ispeċi kollha ħlief Pisum sativum u Vicia faba); jew

b) “żrieragħ iċċertfikati bħala tieni ġenerazzjoni” (Pisum sativum , Vicia faba).

2.  Żrieragħ ta' qmugħ iridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II tad-Direttiva 66/402/KEE għal:

a) żrieragħ iċċertifikati (Phalaris canariensis, ħlief ibridi tagħhom, Secale cereale, Sorgħum bicolor, Sorgħum sudanense, Zea mays u ibridi ta' Avena sativa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta u x Triticosecale ħlief varjetajiet li jraxxu lilhom infushom bil-polline); jew

b) “żrieragħ ċċertfikati bħala tat-tieni ġenerazzjoni” (Avena sativa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta u varjetajiet ta' x Triticosecale ħlief ibridi f'kull każ)

3.  Żrieragħ ta' pitravi jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I tad-Direttiva 2002/54/KE għaż-żrieragħ iċċertifikati:

4.  Żrieragħ ta' patata jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II tad- Direttiva 2002/56/KE għaż-żrieragħ iċċertifikati ta' patata:

5.  Żrieragħ ta' pjanti ta' żjut u fibra jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II tad- Direttiva 2002/57/KE għal:

a) żrieragħ iċċertifikati (speċi kollha ħlief Linum usitatissimum);

b) “żrieragħ iċċertifikati, bħala tat-tieni u tat-tielet ġenerazzjoni” (Linum usitatissimum).

Artikolu 6

Eżaminazzjoni

1.  Qbil mal-kundizzjonijiet referuti f'Artikolu 5 ser jiġu assessjati:

a) fil-każ ta' żrieragħ tal-patata, permezz ta' eżami uffiċjali;

b) fil-każ l-ieħor, permeżż ta' eżami uffiċjali jew eżami taħt superviżjoni uffiċjali.

2.  Għall-finijiet ta' qbil ma' kundizzjonijiet dwar identità u purezza tal-varjetajiet, id- deskrizzjoni tal-varjetà kif mogħtija mill-applikant, jew fejn tapplika d-deskrizzjoni proviżorja tal-varjetà bbażata fuq riżultati ta' l-eżami uffiċjali ta' distinzjoni, stabbiltà u uniformità tal-varjetà, kif imniżżel skond Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/53/KE, ser tkun użata.

3.  L-eżaminazzjoni ser issir skond il-metodi internazzjonali kurrenti, dejjem jekk jeżistu tali metodi.

4.  Fl-eżaminazzjoni, kampjuni ser jittieħdu uffiċjalment jew taħt superviżjoni jew, fil-każ ta' żrieragħ ta' patata, uffiċjalment skond metodoloġija approprjata.

5.  Kampjuni ser jittieħdu minn lottijiet omoġeneji.

6.  Il-piż massimu ta' lott u l-piż minimu ta' kampjun huma mniżżla fi:

a) Pjanti ta' Għalf: Anness III lil Direttiva 66/401/KEE

b) Qmugħijiet: Anness III lil Direttiva 66/402/KEE

c) Pitravi: Anness II lil Direttiva 2002/54/KE

d) Pjanti ta' żjut u fibra: Anness III lil Direttiva 2002/57/KE

Artikolu 7

Kwantitajiet

Il-kwantitajiet awtorizzati għal kull varjetà ma jridux ikunu iktar mill-perċentwali ta' żrieragħ ta' l-istess speċi utilizzata f'sena fl-Istat(i) Membru(i) destinatarju(i) għaż-żrieragħ:

a) fil-każ ta' qamħ durum, 0,05 %;

b) fil-każ ta' piżelli, fażola, ħafur, xgħir u qamħ, 0,3 %;

c) fil-każijiet kollha l-oħra, 0,1 %.

Iżda, jekk dawn il-kwantitajiet m'humiex biżżejjed biex jinżergħu 10 ettari għal kull Stat Membru destinatarji taż-żrieragħ, il-kwantitajiet li hemm bżonn għal tali firxa ta' art jistgħu jiġu awtorizzati.

Artikolu 8

Ippakkjar u ssiġillar

Żrieragħ jistgħu jiġu mibjugħa f'kontenituri magħluqin li jistgħu jiġu ssiġillati. L-ippakkjar ta' żrieragħ u kontenituri jridu jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali b'mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jitkisser is-siġill jew mingħajr ma titħalla evidenza ta' tbabis tat-tiketta uffiċjali msemmija f'Artikolu 9 jew fuq il-pakkett. Sabiex is-siġill ikun effettiv, il-mod ta' kif isir irid jinkludi t-tikketta uffiċjali jew jitwaħħal siġill uffiċjali miegħu.

Fil-każ ta' żrieragħ ta' patata, il-pakketti iridu jkunu ġodda u l-kontenitur irid ikun nadif.

Artikolu 9

Twaħħil ta' tikketti

1.  L-Ippakkjar ta' żrieragħ irid ikollu tikketta uffiċjali b'lingwa uffiċjali tal-Komunità.

2.  It-tikketta skond kif speċifikat f'paragrafu 1 jrid ikollha:

a) l-awtorità ċertifikanti u l-Istat Membru jew abbrevjazzjonijiet ċari tagħhom;

▼M1

(aa) in-numru tas-serje assenjat uffiċjalment;

▼B

b) in-numru li jirreferi għal-lott ta' minn fejn ittieħdu;

c) xahar u sena tas-siġill;

d) speċi;

e) denominazzjoni tal-varjetà li jinbigħu taħtha ż-żrieragħ in kwestjoni skond kif ser jiġu mibjugħha (numru ta' referenza tal-persuna li rabbietha, denominazzjoni proposta jew denominazzjoni approvata) u in-numru ta' l-applikazzjoni uffiċjali għall-inklużjoni tal-varjetà, jekk applikabbli;

f) indikazzjoni “varjetà li għadha mhux elenkata uffiċjalment”;

g) indikazzjoni “għall-provi u testijiet biss”;

h) fejn applikabbli, il-kliem “varjetà modifikata ġenetikament”;

i) qisien (żrieragħ ta' patata biss);

j) piż nett jew gross dikjarat jew dikjarar ta' numru ta' żrieragħ safja jew, fejn applikabli, gozzijiet;

k) fejn hemm indikazzjoni tal-piż u pestiċidi granulari, sustanzi li jgħaqqdu jew adittivi solidi miżjuda jiġu użati, in-natura ta' dawn l-adittivi u kif ukoll il-proporzjon approssimattiv bejn piż ta' żrieragħ jew, fejn applikabbli, gozzijiet u piż totali.

3.  It-tikketta skond paragrafu 1 trid ikun ta' lewn oranċjo.

Artikolu 10

Kimiku

Kull trattament kimiku irid jiġi mniżżel jew fuq it-tikkett uffiċjali skond Artikolu 9, jew fuq tikketta tal-fornitur u fuq il-pakkett, jew ġewwa, jew fuq il-kontenitur.

Artikolu 11

Perjodu ta' żmien

Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 13 u 14, awtorizzazzjonijiet mogħtija skond il-proviżjoni ta' din id-Deċiżjoni ser jibqgħu validi għal perjodu ta' mhux iktar minn sena u jistgħu jiġġeddu skond m'hemm f'Artikolu 12

Artikolu 12

Tiġdid ta'awtorizzazzjonijiet

1.  Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 13 u 14, awtorizzazzjonijiet imsemmija f'Artikolu 2 ser jiġu mġeddin għal żmien ta' mhux iktar minn sena kull wieħed.

2.  L-applikazzjoni trid tiġi akkumpanjata b'dawn id-dokumenti:

a) Referenza għall-awtorizzazzjoni oriġinali,

b) Informazzjoni ulterjuri li titqiegħed ma' l-informazzjoni diġà pprovduta dwar id-deskrizzjoni, manutenzjoni u/jew koltivazzjoni jew użu tal-varjetà, soġġetta għall-awtorizzazzjoni oriġinali

c) evidenza li evalwazzjoni għad-dħul fil-katalogu tal-varjetà kkonċernata għadha għaddejja, jekk mhux b'mod ieħor aċċessibli għall-Istat Membru.

Artikolu 13

Skadenza ta' validità

L-awtorizzazzjonijiet ser jieqfu jkunu validi jekk l-applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali tiġi irtirata jew irrifjutata, jew il-varjetà tiddaħħal fil-katalogu.

Artikolu 14

Sigurtà

Minkejja awtorizzazzjoni mogħtija skond Artikolu 2, Stat Membru jista' jwaqqaf użu tal-varjetà f'parti jew biċċa mit-territorju tiegħu, jew jimponi kundizzjonijiet għall-koltivazzjoni tal- varjetà skond, fil-każijiet kif imniżżla f'subparagrafu (c), bil-kundizzjonijiet għall-użu tal- prodotti riżultanti minn tali koltivazzjoni :

a) fejn jiġi stabbilit li l-koltivazzjoni ta' tali varjetà tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa ta' pjanti u għall-koltivazzjoni ta' varjetajiet u speċi oħra; jew

b) fejn provi ta' tkabbir uffiċjali minn Stati Membri juru li l-varjetà ma tagħtix riżultati li jaqblu ma' dawk miksuba minn varjetà komparabbli u aċċettata fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fi kwalunkwe parti mit-territorju tagħha jew, fejn hu magħruf li l-varjetà mhix tajba għall-kultivazzjoni fi kwalunkwe parti tat-territorju minħabba t-tip ta' klassi ta' maturità; jew

c) fejn hemm raġunijiet validi għall-kunsiderazzjoni li l-varjetà tippreżenta riskji għas- saħħa jew għall-ambjent.

Artikolu 15

Obbligi ta' rapporti

1.  Segwenti l- għotja ta' awtorizzazzjoni, l-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni jista' jirrikjedi li l- persuna awtorizzata tirraporta:

a) ir-riżultati ta' testijiet jew provi li jsiru f'industriji agrikoli li l-għan tagħhom huwa li jiġbru informazzjoni għall-koltivazzjoni jew użu ta' dik il-varjetà,

b) il-kwantitajiet ta' żrieragħ mqiegħda fis-suq waqt iż-żmien ta' awtorizzazzjoni u l-isem ta' l-Istat Membru destinatarju taż-żrieragħ.

2.  Informazzjoni stipolata f'punt (b) ta' paragrafu 1 ser tkun kunfidenzjali.

Artikolu 16

Kontrolli ta' manutenzjoni

L-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jista' jivverifika l-manutenzjoni tal-varjetà.

Fejn il-manutenzjoni ssir fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta' l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament dwar kontrolli neċessarji.

Stat membru jista' jaċċetta manutenzjoni f'pajjiż ieħor, basta li d-deċiżjoni tittieħed skond Artikolu 22(1)(b) ta' Direttiva 2002/53/KE li l-kontrolli fuq prattika għall-manutenzjoni huma ta' l-istess assigurazzjoni kwalitattiva ta' dawk li jsiru fl-Istati Membri.

Artikolu 17

Notifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom javżaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar:

a) kull applikazzjoni, kif din tasal, jew rifjut ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; u

b) għotja, tiġdid, revoka jew irtirar ta' awtorizzazzjoni.

Artikolu 18

Skambju ta' informazzjoni

Stati Membri ser jagħmlu użu minn sistemi kompjuterizzati ta' komunikazzjoni sabiex jiffaċilitaw skambju ta' informazzjoni rigward il-konnessjoni ma' l-applikazzjoni għad-dħul ta' varjetajiet fil-katalgi nazzjonali u l-awtorizzazzjoni għall-varjetajiet ta' żrieragħ li għadhom mhux elenkati.

Artikolu 19

Pubblikazzjoni ta' lista ta' varjetajiet

Il-Kummissjoni tista', skond informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, tippubblika lista ta' varjetajiet li ġew awtorizzati.



KAPITOLU III

Speċi veġetali

Artikolu 20

Awtorizzazzjoni

1.  Għal speċi veġetali li jaqgħu taħt id-Direttiva 2002/55/KE, Stati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi stabbiliti fit-territorji tagħhom sabiex iqiegħdu fis-suq żrieragħ li huma ta' varjetà li għaliha applikazzjoni għall-inklużjoni fil-katalogu nazzjonali tal-varjetajiet ta' speċi veġetali (“il-katalogu nazzjonali”) kienet ġiet sottomessa f'mhux inqas minn Stat Membru wieħed u li informazzjoni speċifika dwarha ġiet sottomessa fl-Istat Membru(i) in kwestjoni, suġgett għall-konformità ma' Artikoli 21 sa 37 ta' din id- Deċiżjoni.

2.  L-Istati Membri jridu jaċċertaw li meta awtorizzazzjoni tingħata skond din id- Deċiżjoni, il-persuna awtorizzata trid toqgħod għal kull kundizzjoni jew restrizzjoni assoċjata ma' tali awtorizzazzjoni.

Artikolu 21

Applikazzjoni

1.  L-awtoriżżazjoni tista' tiġi rikjesta minn dik il-persuna li sottomettiet applikazzjoni għad-dħul tal-varjetajiet in kwestjoni fil-katalogu ta' l-Istat Membru in kwestjoni (li jissejjaħ minn hawn ‘il quddiem “l-applikant”, li tinkludi rappreżentant ta' tali persuna, dejjem jekk tali persuna ġiet appuntata uffiċjalment).

2.  L-applikant għandu jissottometti din l-informazzjoni:

a) deskrizzjoni tal-varjetà,

b) il-manutenzjoni tal-varjetà.

Artikolu 22

Raġuni

L-awtorizzazzjoni ser tingħata għall-fini ta' ksib ta' tagħrif minn esperjenza prattika waqt it-koltivazzjoni.

Artikolu 23

Kundizzjonijiet tekniċi

Żrieragħ veġetali jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi II tad-Direttiva 2002/55/KE.

Artikolu 24

Eżaminazzjoni

1.  Għall-finijiet ta' qbil ma' kundizzjonijiet dwar identità u purezza tal-varjetajiet, id-deskrizzjoni tal-varjetà kif mogħtija mill-applikant, jew fejn tapplika d-deskrizzjoni proviżorja tal-varjetà bbażata fuq riżultati ta' l-eżami uffiċjali ta' distinzjoni, stabbilta' u uniformità tal-varjetà, kif imniżżel skond Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/55/KE, ser tkun inforzata.

2.  Kampjuni ser jittieħdu minn lottijiet omoġeneji.

3.  Il-piż massimu ta' lott u l-piż minimu ta' kampjun huma mniżżla f'Anness III tad- Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE.

Artikolu 25

Varjetajiet modifikati ġenetikament

Fil-Każijiet ta' varjetajiet modifikati ġenetikament, l-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk miżuri xierqa ttieħdu biex jiġu evitati ħsarat lis-saħħa tal-bniedem u ‘l-ambjent. Il-materjal modifikat ġenetikament, irid jiġi awtorizzat skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 rigward it-tixrid fl-ambjent ta' organiżmi modifikati u u r-revokar ta' Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, jew ikunu awtorizzati taħt Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ta' bhejjem modifikati ġenetikament.

Artikolu 26

Fornitur

Il-persuni responsabbli għat-twaħħil jew stampar jew notifiki stampati ta' avviż fuq l-ippakkjar jridu:

a) jinformaw lill-Istati Membri dwar meta kien il-bidu u t- tmiem ta' dawn l-attivitajiet;

b) jinżammu arkivji tal-lott ta' żrieragħ u jkunu aċċessibbli għall-Istati Membri għal mhux inqas minn tliet snin.

c) jittieħdu kampjuni minn kull lott li ser ikunu aċċessibbli għall-Istati Membri għal mhux inqas minn sentejn.

Il- proċeduri skond punti (b) u (c) ser jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali ta' bla ħsieb.

Artikolu 27

Ippakkjar u ssiġillar

Żrieragħ jistgħu jiġu mibjugħa f'kontenituri magħluqin li jistgħu jkunu ssiġillati; Żrieragħ ippakkjati u kontenituri tagħhom iridu jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali b'mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jitkisser is-siġill jew mingħajr ma titħalla evidenza ta' tbabis tat- tikketta uffiċjali msemmija f'Artkolu 28 jew fuq il- pakkett.

Artikolu 28

Twaħħil ta' Tikketti

1.  L-ippakkjar ta' żrieragħ irid ikollu tikketta tal-fornitur stampata b'lingwa uffiċjali tal-Komunità.

2.  It-tikketta skond paragrafu 1 irid ikollha:

a) in-numru li jirreferi għall-lott ta' minn fejn ittieħdu;

b) xahar u sena tas-siġill;

c) speċi;

d) denominazzjoni tal-varjetà li taqa' taħtha ż-żerriegħa skond kif ser tiġi mibjugħa (numru ta' referenza tal-persuna li rabbietha, denominazzjoni proposta jew denominazzjoni approvata) u n-numru ta' l-applikazzjoni uffiċjali għall-inklużjoni tal-varjetà, jekk applikabbli;

e) indikazzjoni “varjetà mhux elenkata uffiċjalment”;

f) fejn applikabbli, il-kliem “varjetà modifikata ġenetikament”,

g) piż nett jew gross dikjarat jew dikjarar ta' numru ta' żrieragħ puri jew, fejn applikabbli, gozzijiet,

h) fejn hemm indikazzjoni tal-piż u ta' pestiċidi granulari, sustanzi li jgħaqqdu jew affarijiet solidi miżjuda użati, in-natura ta' dawn l-adittivi u kif ukoll il-proporzjon approssimativ bejn piż ta' żrieragħ jew, fejn applikabbli, gozzijiet u piż totali.

3.  It-tikketta skond paragrafu 1 trid ikun ta' lewn oranċjo.

Artikolu 29

Trattament Kimiku

Kull trattament kimiku jrid jiġi mniżżel jew fuq it-tikketta uffiċjali skond Artikolu 9, jew fuq tikketta tas-supplent u fuq il-pakkett, jew ġewwa.

Artikolu 30

Perjodu ta' żmien

Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 32 u 33, awtorizzazzjonijiet mogħtija skond il-proviżjoni ta' din id-Deċiżjoni ser tibqa' valida għal perjodu ta' mhux iktar minn sena u tiġi imġedda skond m'hemm f'Artikolu 31.

Artikolu 31

Tiġdid ta'awtorizzazzjonijiet

1.  Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 32 u 33, awtorizzazzjonijiet imsemmija f'Artikolu 20 ser jiġu imġeddin, l-iktar għal darbtejn, għal żmien ta' mhux iktar minn sena kull wieħed.

2.  L-applikazzjoni trid tinkludi dawn id-dokumenti:

a) referenza għall-awtorizzazzjoni oriġinali;

b) Informazzjoni ulterjuri li titqiegħed ma' l-informazzjoni diġà pprovduta dwar id-deskrizzjoni, manutenzjoni u/jew koltivazzjoni jew użu tal-varjetà, soġġetta għall-awtorizzazzjoni oriġinali;

ċ) evidenza li evalwazzjoni għad-dħul fil-katalogu tal-varjetà kkonċernata għadha għaddejja.

Artikolu 32

Tmiem ta' validità

L-awtorizzazzjoni ser tieqaf tkun valida jekk l-applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali tiġi rtirata jew irrifjutata, jew il-varjetà tiddaħħal fil-katalogu.

Artikolu 33

Sigurtà

Minkejja awtorizzazzjoni mogħtija skond Artikolu 20, Stat Membru jista' jwaqqaf użu tal- varjetà f'parti jew biċċa mit-territorju tiegħu, jew jimponi kundizzjonijiet għall-koltivazzjoni tal-varjetà skond, fil-każijiet kif imniżżla f'subparagrafu (b), bil-kundizzjonijiet għall-użu tal- prodotti li jirriżultaw minn tali koltivazzjoni:

a) fejn jiġi stabbilit li koltivazzjoni ta' tali varjetà tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa ta' pjanti u għall-koltivazzjoni ta' varjetajiet u speċi; jew

b) fejn hemm raġunijiet validi għall-kunsidrazzjoni li l- varjetà tippreżenta riskji għas- saħħa jew riskji ambjentali.

Artikolu 34

Obbligi ta' rapporti

1.  Segwenti għall-għotja ta' awtorizzazzjoni, l-Istat membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jirrikjedi li l-persuna awtorizzata tirraporta:

a) l- informazzjoni akkwistata minn esperjenza prattika waqt il-koltivazzjoni,

b) il-kwantitajiet ta' żrieragħ mqiegħda fis-suq waqt iż-żmien ta' awtorizzazzjoni u l-isem ta' l-Istat Membru destinatarju taż-żrieragħ.

2.  Informazzjoni stipolata f' punt (b) ta' paragrafu 1 ser tkun kunfidenzjali.

Artikolu 35

Kontrolli ta' manutenzjoni

L-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jista' jivverifika l-manutenzjoni tal-varjetà.

Fejn il-manutenzjoni ssir fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament dwar kontrolli neċessarji.

Stat Membru jista' jaċċetta manutenzjoni f'pajjiż ieħor, basta li d-deċiżjoni tittieħed skond Artikolu 37(1)(b) ta' Direttiva 2002/55/KE li l-kontrolli fuq prattika għall-manutenzjoni huma ta' l-istess assigurazzjoni kwalitattiva ta' dawk li jsiru fl-Istati Membri.

Artikolu 36

Notifikazzjoni

L- Istati Membri għandhom javżaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar:

a) kull applikazzjoni, kif din tasal, jew rifjut ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; u

b) għotja, tiġdid, revoka jew irtirar ta' awtorizzazzjoni.

Artikolu 37

Skambju ta' informazzjoni

Stati Membri ser jagħmlu użu minn sistemi kompjuterizzati ta' komunikazzjoni sabiex jiffaċilitaw skambju ta' informazzjoni rigward il-konnessjoni ma' l-applikazzjoni għad-dħul ta' varjetajiet fil-katalgi nazzjonali u l-awtorizzazzjoni għall-varjetajiet ta' żrieragħ li għadhom mhux elenkati.

Artikolu 38

Pubblikazzjoni ta' lista ta' varjetajiet

Il-Kummissjoni tista', skond informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, tippubblika lista ta' varjetajiet li gew awtorizzati.



KAPITOLU IV

Artikolu 39

Indirizzazzjoni

Id- Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.