2004D0117 — MT — 02.09.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Jannar 2004

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 97/10/KE fir-rigward ta’ dħul temporanju u importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati fl-Afrika ta’ Isfel

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 50)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/117/KE)

(ĠU L 036, 7.2.2004, p.20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Awwissu 2008

  L 235

16

2.9.2008




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Jannar 2004

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 97/10/KE fir-rigward ta’ dħul temporanju u importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati fl-Afrika ta’ Isfel

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 50)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/117/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw iċ-ċaqlieq u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ekwide ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikoli 14, 15, 16 u l-Artikoli 19(i) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE ( 2 ) tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju ta’ żwiemel reġistrati.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE ( 3 ), tippreskrivi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ ekwide reġistrati u ekwide għat-tgħammir u l-produzzjoni.

(3)

L-Anness I li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/10/KE tat-12 ta’ Diċembru 1996 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tad-dħul temporanju u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati fl-Afrika ta’ Isfel ( 4 ) tipprovdi għal garanziji addizzjonali li jgħoddu għar-reġjonalizzazzjoni ta’ l-Afrika ta’ Isfel għal importazzjonijiet ta’ żwiemel reġistrati fil-Komunità Ewropea.

(4)

Dawk il-garanziji addizzjonali jipprojbixxu l-użu ta’ tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel ġewwa ż-żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel. B’konsegwenza l-istatus tat-tilqim ta’ żwiemel reġistrati li jkunu residenti f’żona ħielsa mill-mardaAafrikana taż-żwiemel għal aktar minn 24 xahar ma jistgħux jiġu aktarċertifikati taħt il-kondizzjonijiet presenti ta’ importazzjoni.

(5)

B’żieda huwa meħtieġ li t-trasportazzjoni ta’ żwiemel reġistrati f’żona ħielsa tintgħamel suġġetta għall-awtorizzazzjoni f’każi fejn dawk iż-żwiemel ma jkunux ġew imlaqqma jew fejn għal raġunijiet veterinarji dak it-tilqim ma kienx twettaq b’konformità ma’ l-istruzzjonijiet kollha tal-manifattur.

(6)

Huwa meħtieġ li jiġu adattati garanziji addizzjonali għar-reġjonalizzazzjoni ta’ l-Afrika ta’ Isfel għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ żwiemel reġistrati fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali f’dak il-pajjiż, u biex jirriflettu dawn il-modifikazzjonijiet fil-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja applikabbli għal dik l-importazzjoni.

(7)

Id-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/197/KEE u 97/10/KE għandhom għalhekk jiġu hekk emendati.

(8)

Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DE¬IŻJONI:



L-Artikolu 1

Fl-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 92/260/KEE iċ-ċertifikat F tas-saħħa ta’ l-annimali huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness I li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Fl-Anness II li jinsab mad-Deċiżjoni 93/197/KEE iċ-ċertifikat F tas-saħħa ta’ l-annimali huwa sostitwit bittest ta’ l-Anness II li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

▼M1 —————

▼B

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

image

image

image

image

image

image




L-ANNESS II

image

image

image

image

image

▼M1 —————



( 1 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

( 2 ) ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/541/KE (ĠU L 185, ta’ l-24.7.2003, p. 41).

( 3 ) ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/541/KE.

( 4 ) ĠU L 3, tas-7.1.1997, p. 9. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/541/KE.