2003R1980 — MT — 23.05.2006 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1980/2003

tal-21 ta' Ottubru 2003

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta' għajxien (UE-SILC) fir-rigward ta' definizzjonijiet u definizzjonijiet aġġornati ( 1 )

(ĠU L 298, 17.11.2003, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 676/2006 tat-2 ta’ Mejju 2006

  L 118

3

3.5.2006




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1980/2003

tal-21 ta' Ottubru 2003

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta' għajxien (UE-SILC) fir-rigward ta' definizzjonijiet u definizzjonijiet aġġornati (1) 



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 Ġunju 2003 li jikkonċerna statistiċi tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta' għajxien (UE-SILC) ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 15(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament (KE) Nru 1177/2003 jistabbilixxi kwadru komuni għal produzzjoni sistematika ta' statistiċi tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta' għajxien, li jiġbru fihom informazzjoni sezzjonali minn naħa għal oħra u lonġitudinali li tista' titqabbel u li tkun f'ħinha dwar dħul u fuq il-livell u qagħda formattiva ta' faqar u esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

In konsegwenza ta' l-Artikolu 15(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, miżuri ta' implimentazzjoni huma meħtieġa biex jarmonizzaw id-definizzjonijiet, partikolarment l-operazzjonalizzazzjoni tad-definizzjonijiet tad-dħul, id-definizzjonijiet dwar membri fid-dar u membri li kienu qabel fid-dar, u l-kalendarju ta' varjanti tad-dħul differenti.

(3)

Il-miżuri li sar provvediment għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Program Statistiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Id-definizzjonijiet meħtieġa mill-Artikolu 15(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003 dwar statistiċi tal-Komunità dwar dħul u kondizzjonijiet ta' għajxien, partikolarment għall-għan li jkunu mħaddma d-definizzjonijiet tad-dħul mogħtija fl-Artikolu 2(l) u (m) tiegħu, għandhom ikunu mniżżlin fl-Anness I.

Il-kondizzjonijiet sabiex titwassal informazzjoni ta' dħul gross fuq livell komponenti kif ukoll il-kalendarju għal inklużjoni ta' komponenti ta' dħul differenti għandhom ikunu mniżżlin fl-ANNESS II.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet mogħtija f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dak dwar membri li kienu qabel fid-dar, u t-twassil ta' informazzjoni dwar dħul, għandhom japplikaw għal komponenti ta' statistiċi tal-Komunità kemm dwar dħul u kondizzjonijiet ta' għajxien sezzjonali minn naħa għall-oħra u kemm lonġitudinali (UE-SILC).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET TA' MEMBRI FID-DAR U MEMBRI LI KIENU QABEL FID-DAR, PENSJONIJIET MINN SKEMI PRIVATI INDIVIDWALI, KONTRIBUZZJONIJIET GĦAL SKEMI TA' PENSJONI PRIVATI INDIVIDWALI, IT-TOTAL GROSS U DISPONIBBLI TAD-DĦUL FID-DAR, IT-TOTAL DISPONIBBLI TAD-DĦUL FID-DAR QABEL TRASFERIMENTI SOĊJALI (MINBARRA BENEFIĊĊJI GĦAL ANZJANITÀ U GĦAL MIN JIBQA' ĦAJ; INKLUŻI BENEFIĊĊJI GĦAL ANZJANITÀ U BENEFIĊĊJI GĦAL MIN JIBQA' ĦAJ U KOMPONENTI TA' DĦUL GROSS/NETT

1.   MEMBRI FID-DAR U MEMBRI LI KIENU FID-DAR QABEL

1.1.   Membri fid-dar ( 3 )

Suġġetti għal kondizzjonijiet aktar u speċifiċi murija hawn taħt, il-persuni li ġejjin għandhom, jekk jaqsmu bejniethom spejjeż għat-tmexxija tad-dar, ikunu meqjusa bħala membri tad-dar:

1. persuni normalment residenti, relatati ma' membri oħra;

2. persuni normalment residenti, mhux relatati ma' membri oħra;

3. studenti jew persuni li jieklu u jorqdu ġo kulleġġ jew pensjoni, alloġġjanti, kerrejja;

4. viżitaturi;

5. sefturi domestiċi li jgħammru fid-dar, au-pairs;

6. persuni li normalment huma residenti, imma temporanjament assenti mid-dar (għal raġunijiet ta' vjaġġ ta' vaganza, xogħol, edukazzjoni jew simili);

7. tfal fil-familja li jkunu qed jiġu edukati ‘l bogħod mid-dar;

8. persuni assenti għal perjodi twal, iżda li għandhom rabtiet mad-dar: persuni li qegħdin jaħdmu bogħod mid-dar;

9. persuni temporajament assenti iżda li għandhom rabtiet mad-dar: persuni fi sptar, djar ta' kura, jew istutizzjonijiet oħra.

Aktar kondizzjonijiet għal inklużjoni ta' membri tad-dar huma kif ġej:

(a) Kategoriji 3, 4 u 5:

Persuni bħal dawn preżentement m'għandu jkollhom indirizz privat imkien; jew il-waqfa tagħhom attwali jew intenzzjonata għandha tkun ta' sitt xhur jew aktar.

(b) Kategorija 6:

Persuni bħal dawn preżentement m'għandu jkollhom indirizz privat imkien u t-tul ta' l-assenza tagħhom attwali jew intenzzjonata mid-dar għandu jkun ta' inqas minn sitt xhur.

Kategoriji 7 u 8:

Irrispettivament mit-tul ta' assenza attwali jew intenzzjonat, persuni bħal dawn preżentement m'għandhom ikollhom indirizz privat imkien, għandu jkun is-sieħeb jew wild ta' membru tad-dar u għandu jkompli jżomm rabtiet qrib mad-dar u għandu jqis dan l-indirizz bħala d-dar ewliena tiegħu/tagħha.

(ċ) Kategorija 9:

Persuna bħal din għandha jkollha rabtiet finanzjarji mad-dar u għandha tkun assenti attwalment jew prospettivament mid-dar għal inqas minn sitt xhur.

Tqassim ta' l-ispejjeż fid-dar

Tqassim ta' l-ispejjeż fid-dar jinkludi benefikar minn spejjeż (eż. tfal, persuni bla dħul) kif ukoll kontribuzzjoni għall-ispejjeż. Jekk l-ispejjeż mhumiex jinqasmu mela l-persuna tifforma dar separata fl-istess indirizz.

“Normalment residenti”

Persuna għandha titqies membru tad-dar normalment residenti jekk hu/hi jqatta'/tqatta' l-biċċa l-kbira mill-ħin tiegħu/tagħha ta' kuljum hemmhekk, evalwat fuq l-aħħar sitt xhur. Persuni li qed jiffurmaw familji ġodda jew li qed jingħaqdu ma' familji eżistenti għandhom normalment jiġu meqjusa bħala membri fil-post ġdid tagħhom; similment, dawk li jitilqu biex igħixu xi mkien ieħor m'għandhomx jibqgħu jiġu ikkunsidrati bħala membri tad-dar oriġinali. Il-kriterju ta' “l-aħħar sitt xhur” imsemmi hawn fuq għandu jkun mibdul bl-intenzjoni ta' waqfa għal perjodu ta' sitt xhur jew aktar fil-post ġdid ta' residenza.

“Intenzjoni li toqgħod għal perjodu ta' sitt xhur jew aktar”

Rendikont għandu jittieħed ta' x'jistgħu jiġu ikkunsidrati bħala movimenti “permanenti” ġewwa jew barra mid-djar. Għaldaqstant persuna li marret toqgħod f'dar għal perjodu indefinit jew bil-għan li tibqa' toqgħod għal perjodu ta' sitt xhur jew aktar għandha tkun ikkunsidrata bħala membru tad-dar, ukoll jekk il-persuna tkun għadha qagħdet fid-dar għal sitt xhur, u kienet fil-fatt qattgħet il-biċċa l-kbira ta' dak iż-żmien f'xi post ieħor ta' residenza. Similment, persuna li tkun ħarġet minn dar għal post ieħor residenzali b'intenzjoni li tibqa' ‘l bogħod għal sitt xhur jew aktar, m'għandhiex titqies aktar bħala membru tad-dar preċedenti.

“Temporanjament assenti f'akkomodazzjoni privata”

Jekk il-persuna li hija temporanjament assenti qiegħda f'akkomodazzjoni privata, imbagħad jekk hux/hix membru ta' din id-dar (jew l-oħra) jiddependi mit-tul ta' l-assenza. B'eċċezzjoni, ċerti kategoriji ta' persuni b'rabtiet qrib ħafna mad-dar jistgħu jiġu inklużi bħala membri irrispetivament mit-tul ta' assenza, provdut li ma jiġux ikkunsidrati bħala membri ta' residenza privata oħra.

Fl-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji, il-għan huwa li jiġi mnaqqas ir-riskju li x'individwi li għandhom żewġ indirizzi privati li fihom jistgħu jiġu potenzalment enumerati ma jiġux magħduda doppjament fil-kwadru kampjun. Similment, il-għan huwa li jiġi mnaqqas ir-riskju li xi persuni jiġu esklużi bħala membri ta' kwalunkwe dar, ukoll jekk tabilħaqq huma jappertjenu lis-settur domestiku privat.

1.2.   Membru li kien qabel fid-dar

It-terminu “membru li kien qabel fid-dar” jirreferi għal persuna li preżentement mhijiex membru tad-dar u ma kinetx irreġistrata bħala membru tad-dar f'dik id-dar fil-moviment ta' qabel, imma li għexet fid-dar mill-inqas tliet xhur matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul.

Il-membri li kienu jgħammru qabel fid-dar għandhom ikunu inklużi biss fil-komponent lonġitudinali tal-UE-SILC.

2.   KOMPONENTI TA' DĦUL GROSS

2.1.   Dħul ta' l-impjegat

Id-dħul ta' impjegat huwa definit bħala l-kumpens totali, fi flus jew in natura, imħallas minn min iħaddem lil impjegat bi ħlas għal xogħol magħmul minn dan ta' l-aħħar matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul.

Id-dħul ta' l-impjegat huwa mqassam fi:

1. Ħlas fi flus gross jew dħul fi kważi flus ta' impjegat (PY010G);

2. Dħul gross mhux fi flus ta' impjegat (PY020G);

3. Kontribuzzjonijiet ta' l-assigurazzjoni soċjali ta' Min Iħaddem (PY030G).

2.1.1.   Dħul gross jew fi kważi flus ta' impjegat (PY010G)

Dan jirreferi għal komponent monetarju tal-kumpens lil impjegati fi flus pagabbli minn min iħaddem lil impjegat. Dan jinkludi l-valur ta' kwalunkwe kontribuzzjonijiet soċjali u taxxi fuq id-dħul pagabbli minn impjegat jew minn min iħaddem għan-nom ta' l-impjegat lil skemi ta' assigurazzjoni soċjali jew awtoritajiet tat-taxxa.

Dħul gross jew fi kważi flus ta' impjegat jinkludu dawn il-punti li ġejjin:

 pagi u salarji mħallsin fi flus għal ħin maħdum jew xogħol magħmul f'impjiegi(i) prinċipali jew kwalunkwe impjieg sekondarju jew każwali,

 kumpens għal ħin mhux maħdum (eż. pagamenti waqt vaganza),

 rati ta' ħlas imtejbin għal sahra,

 pagamenti mħallsin lil diretturi ta' intrapriżi inkorporati,

 pagamenti bir-rata ta' imqieta,

 pagamenti għal adozzjoni tat-tfal,

 kummissjonijiet, perkaċċi u għotjiet,

 pagamenti supplimentari (eż. pagament extra ta' xahar paga, magħruf bħala ħlas tat 13-il xahar),

 tqassim ta' profitti u bonus imħallsin fi flus,

 pagamenti addizzjonali ibbażati fuq il-produttività,

 għotjiet imħallsa għal xogħol f'postijiet imbiegħda (meqjusin bħala parti mill-kondizzjonijiet ta' l-impjieg),

 għotjiet għat-Trasport lejn jew mix-xogħol,

 pagamenti addizzjonali magħmulin minn min iħaddem lil impjegati tagħhom jew impjegati li kienu magħhom qabel u persuni oħra eliġibbli biex jissupplixxu l-ħlas dovut minn skemi ta' assigurazzjoni soċjali għal mard, diżabilità, ġranet mhux maħduma waqt maternità jew ħlas għal min jibqa' ħaj, fejn pagamenti bħal dawn ma jistgħux jiġu identifikati separatament jew biċ-car bħala benefiċċji soċjali,

 pagamenti magħmula minn min iħaddem lil xi mpjegat/a minflok pagi u salarji permezz ta' skema ta' assigurazzjoni soċjali meta ma jkunx jista' jaħdem minħabba mard, diżabilità jew waqfien mix-xogħol waqt maternità fejn pagament bħal dan ma jistax ikun identifikat separatament u biċ-ċar bħala benefiċċji soċjali.

Dan ma jinkludix:

 ħlas lura magħmul minn min iħaddem għal spejjez relatati max-xogħol (eż. vjaġġar għal għan ta' kummerċ),

 qtugħ u tmiem ta' pagament biex ipatti lil impjegati għal xogħol mitmum qabel ma l-impjegat ikun laħaq l-età ta' irtirar normali għal dak l-impjieg u pagamenti għal xogħol li m'hemmx aktar bżonnu (dawn huma inklużi taħt “Benefiċċji għal waqt il-qgħad” (PY090G)),

 għotjiet għal spejjeż marbutin għal kollox max-xogħol bħal dawk għal ivvjaġġar u sosteniment jew għal ilbies protettiv,

 pagamenti sħaħ fi flus fid-data normali ta' iritar (inklużi taħt “Benefiċċji għall-anzjanità” (PY100G)),

 ħlas waqt strajk minn xi għaqda ta' ħaddiema.

2.1.2.   Dħul gross mhux fi flus ta' impjegat (PY020G)

Dan jirreferi għall-komponenti ta' dħul mhux monetarji li jistgħu jiġu ipprovduti bla ħlas jew bi prezz imnaqqas lil impjegat bħala parti mill-pakkett ta' l-impjieg minn min iħaddem ( 4 ).

Dħul gross mhux fi flus ta' impjegat jinkludi:

 karozza tal-kumpanija u spejjeż assoċjati (eż. karburanti b'xejn, assigurazzjoni tal-karozza, taxxi u dazji kif applikabli) fornuti għal użu privat jew kemm għal użu privat u użu fuq ix-xogħol,

 ikliet bla ħlas jew issusidjati, kupuni għal ikel,

 ħlas lura jew pagament ta' spejjeż relatati mad-dar (eż. gas, elettriku, ilma, telefon jew kontijiet tal-mobajl),

 merkanzija u servizzi oħra fornuti bla ħlas jew bi prezz imnaqqas minn min iħaddem lil impjegati tagħhom, meta huma komponent sinifikanti tad-dħul fuq livell nazzjonali jew jikkostitwixxu komponent sinifikanti tad-dħul ta' gruppi partikolari fi djar.

Il-valur ta' merkanzija u servizzi fornuti bla ħlas għandu jkun ikkalkolat skond il-valur fis-suq ta' din il-merkanzija u servizzi. Il-valur ta' merkanzija u servizzi fornuti bi prezz imnaqqas għandu jkun ikkalkolat bħala d-differenza bejn il-valur fis-suq u l-ammont imħallas mill-impjegat.

Dan ma jinkludix:

 l-ispiża ta' forniment ta' kwalunkwe parti minn din il-merkanzija u servizzi għal min iħaddem jekk huma biss meħtieġa għall-impjegati biex iwettqu x-xogħol tagħhom,

 servizzi ta' akkomodazzjoni fuq post tax-xogħol li ma jistax jiġi użat mid-djar li għalihom ikunu jappertjenu l-impjegati,

 akkomodazzjoni fornuta bla ħlas jew b'kera mnaqqsa minn min iħaddem lil impjegati bħala r-residenza ewliena tad-dar (il-valur attribwit ta' l-akkomodazzjoni fornuta bla ħlas jew b'kera mnaqqas huwa inkluż taħt “Kera attribwit” (HY030G)),

 akkomodazzjoni fornuta bla ħlas jew b'kera mnaqqsa lil xi mpjegat bħala residenza sekondarja tal-familja,

 kumpens fi flus lil impjegati għax-xiri ta' għodod, apparat, ilbies, eċċ meħtieġa għal kollox jew primarjament għax-xogħol tagħhom,

 ikliet jew xarbiet speċjali bżonnjużi għal kondizzjonijiet eċċezzjonali tax-xogħol,

 kwalunkwe merkanzija jew servizzi fornuti lil impjegati fuq il-post tax-xogħol jew meħtieġa minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom (eż. eżami mediku meħtieġ għax-xogħol).

2.1.3.   Kontribuzzjonijiet ta' l-assigurazzjoni soċjali ta' min iħaddem (PY030G)

Il-kontribuzzjonijiet ta' min iħaddem huma definiti bħala pagamenti magħmula, matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul, minn min iħaddem lil assikuranti għall-benefiċċji ta' l-impjegati tagħhom (fondi ta' sigurtà soċjali u skemi ta' fondi privati) li jkopru kontribuzzjonijiet statutorji, konvenzjonali jew kontrattwali fir-rigward ta' assigurazzjoni kontra riskji soċjali.

Dan jinkludi:

 kontribuzzjonijiet ta' min iħaddem għal skemi privati ta' iritar (pensjoni),

 kontribuzzjonijiet ta' min iħaddem għal assigurazzjoni ta' saħħa privata,

 kontribuzzjonijiet ta' min iħaddem għal assigurazzjoni fuq il-ħajja,

 kontribuzzjonijiet ta' min iħaddem għal skemi oħra ta' assigurazzjoni għal min iħaddem (eż. diżabiltà),

 kontribuzzjonijiet ta' min iħaddem għal skemi ta' assigurazzjoni governattiva (sigurtà soċjali) (inklużi taxxi magħmulin fuq il-paga għal għanijiet ta' assigurazzjoni soċjali).

2.2.   Dħul ta' min jaħdem għal rasu

Id-dħul ta' min jaħdem għal rasu huwa definit bħala dħul riċevut, matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul minn individwi, għalihom infushom jew fir-rigward ta' xi membri tal-familja tagħhom, bħala riżultat ta' l-involviment tagħhom prezenti jew li kellhom qabel f'impjiegi għal rashom. Impjiegi fejn wieħed jaħdem għal rasu huma mpjiegi fejn il-ħlas jiddependi direttament fuq il-profitti (jew il-potenzal għal profitti) miksuba minn merkanzija u servizzi prodotti (fejn il-konsum proprju huwa meqjus li hu parti mill-profitti). Il-persuna li taħdem għal rasha twettaq id-deċiżjonijiet ta' operazzjoni li jaffettwaw lill-intrapriża, jew tiddelega deċiżjonijiet bħal dawn waqt li żżomm ir-responsabiltà għall-ġid ta' l-intrapriża. (F'dan il-kuntest, “intrapriża” tinkludi operazzjonijiet imwettqa minn persuna waħda). Il-ħlas ta' passatempi għandu jkun meqjus bħala impjieg ta' min jaħdem għal rasu.

Jekk id-dħul miġbur jew kompilat jikkorrispondi għal perjodu ta' żmien qabel il-perjodu ta' referenza, għandhom ikunu applikati aġġustamenti bażiċi biex jaġġornaw l-informazzjoni dwar il-perjodu ta' referenza tad-dħul.

Id-dħul minn xogħol ta' min jaħdem għal rasu huwa mqassam f'dawn:

1. Profitti fi flus gross jew telf minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu (li jinkludu ħlas ta' drittijiet) (PY050G);

2. Valur ta' merkanzija prodotta għal konsum proprju (PY070G).

2.2.1.   Profitti fi flus gross jew telf minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu (li jinkludu ħlas ta' drittijiet) (PY050G)

Dan jinkludi:

 profitt imħaddem nett jew telf li jiżdied għal sidien li qegħdin jaħdmu ta', jew imseħbin fi, x'intrapriża mhux inkorporata, li minuu jitnaqqas l-interess fuq self kummerċjali,

 ħlas fuq drittijiet miksuba minn kitba, invenzjonijiet u l-bqija, mhux inkużi fil-profitt/telf ta' intrapriżi mhux inkorporati,

 kirjiet minn bini kummerċjali, vetturi, makkinarju, eċċ, mhux inklużi fil-profitt/telf ta' intrapriżi mhux inkorporati wara, wara it-tnaqqis ta' spejjeż relatati bħal interess fuq self assoċjat, tiswijiet u manutenzjoni u spejjeż ta' assigurazzjoni.

Dan ma jinkludix:

 ħlas professjonali lil diretturi minn sidien ta' intrapriżi inkorporati (li huma inklużi taħt “Dħul gross ta' impjegat fi flus jew kważi flus” (PY010G)),

 imgħaxijiet imħallsin minn intrapriżi inkorporati (li huma inklużi taħt “Interessi, imgħaxijiet, profitti minn investiment kapitali f'azjenda kummerċjali mhux inkorporata” (HY090G)),

 profitti minn kapital investit f'intrapriża mhux inkorporata li fiha l-persuna ma taħdimx (“imsieħba mingħajr ishma”) (dawn il-profitti huma inklużi taħt “Interessi, imgħaxijiet, profitti minn investiment kapitali f'negozju kummerċjali mhux inkorporata” (HY090G)),

 kirjiet minn art u ħlasijiet minn għand studenti jew persuni li jieklu u jorqdu f'kulleġġ jew pensjoni jew alloġġjanti (li huma inkluzi taħt “Dħul minn kiri ta' proprjetà jew art” (HY040G)),

 kirjiet minn abitazzjonijiet mhux inklużi fil-profitt/telf ta' intrapriżi mhux inkoroprati (li huma inklużi taħt “Dħul minn kiri ta' proprjetà jew art” (HY040G)).

Dħul minn xogħol ta' min jaħdem għal rasu għandu jkun ikkalkolat bħala:

 produzzjoni għas-suq (introjtu gross għall-valur tal-bejgħ, inkluż il-valur ta' merkanzija prodotta mill-intrapriża izda ikkunsmata mill-persuna li qed taħdem għal rasha jew il-membri tal-familji tiegħu/tagħha),

 miżjud il-valur fis-suq tal-merkanzija u servizzi mixtrija għall-intrapriża mhux inkorporata iżda ikkunsmati mill-imprenditur u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha,

 miżjud dħul mill-proprjetà riċevut b'konnessjoni ma' assi finanzjarji u oħrajn li jappartjenu lill-intrapriża,

 imnaqqas il-konsum intermedjat (spejjeż ta' materja prima, spejjeż ta' bejgħ, spejjeż ta' distribuzzjoni, spejjeż ta' manutenzjoni, spejjeż amministrattivi, eċċ.),

 imnaqqas il-kumpens lil impjegati (pagi, salarji u kontribuzzjonijiet soċjali għal impjegati),

 imnaqqsin taxxi fuq produzzjoni u taxxi ta' importazzjoni,

 imnaqqsin interessi mħallsa fuq self kummerċjali,

 imnaqqsin kirjiet imħallsin fuq art u assi oħra tanġibli mhux prodotti mikrija mill-intrapriża,

 imnaqqas il-konsum fuq kapital fiss,

 miżjuda sussidji.

Fil-prattika jekk il-persuna li qed taħdem għal rasha jew f'xi negozju tħejji rendikonti annwali għal skopijiet ta' taxxa, il-benefiċċji tad-dħul gross/telf għandhom ikunu ikkalkolati bħala benefiċċji mħaddmin nett/telf murija f'dan ir-rendikont ta' taxxa għall-aktar perjodu ta' 12-il xahar riċenti, qabel it-tnaqqis ta' taxxi fuq dħul u kontribuzzjonijiet ta' l-assigurazzjoni soċjali obbligatorji.

Fin-nuqqas ta' rendikonti annwali, kemm għal skopijiet ta' taxxa jew bħala rendikont ta' negozju, l-approċċ alternattiv biex jitkejjel id-dħul minn xogħol ta' min jaħdem għal rasu għandu jkun li jinġabar l-ammont ta' flus (u merkanzija) miksuba mill-azjenda għal użu personali (għal konsum jew twarrib, inkluż il-valur fis-suq ta' merkanzija prodotta jew mixtrija minn negozju iżda meħuda għal użu personali).

2.2.2.   Valur ta' merkanzija prodotta għal konsum personali (PY070G)

Il-valur ta' merkanzija prodotta għal konsum personali jirriferi għall-valur ta' ikel u xorb prodotti u ukoll ikkunsmati ġo l-istess dar.

Il-valur tal-merkanzija prodotta għal konsum personali għandu jkun ikkalkolat bħala l-valur fis-suq ta' merkanzija prodotta bit-tnaqqis ta' kwalunkwe spejjeż li jirrikorru waqt il-produzzjoni.

Il-valur ta' ikel u xorb għandu jkun inkluż meta dawn ikunu komponent sinifikanti ta' dħul fuq livell nazzjonali jew jikkostitwixxu komponent sinifikanti ta' dħul ta' gruppi partikolari ta' djar.

Dan il-valur ma jinkludix:

 il-valur ta' servizzi tad-dar,

 kwalunkwe produzzjoni għal bejgħ u kwalunkwe irtirar minn xi azjenda minn persuna li taħdem għal rasha (dawn il-valuri huma inklużi taħt “Benefiċċji ta' dħul gross jew telf minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu” (inklużi ħlas ta' drittijiet) (PY050G)).

2.3.   Kera attribwit

2.3.1.   Kera attribwit (HY030G)

Il-kera attribwit jirreferi għall-valur li għandu jiġi attribwit għall-membri kollha tad-dar li ma jirraportawx li qed iħallsu kera sħiħ, kemm minħabba li huma sidien-detenturi jew jgħixu f'akkomodazzjoni mikrija bi prezz irħas minn dak fis-suq, jew minħabba li l-akkomodazzjoni hi ipprovduta bla kera.

Il-kera attribwit għandu jiġi stmat biss għal abitazzjonijiet (u kwalunkwe bini assoċjat bħal garaxx) użat bħala residenza ewliena mill-membri tad-dar.

Il-valur li għandu jiġi attribwit għandu jkun il-kera fis-suq ekwivalenti li kieku jitħallas għal abitazzjoni simili bħal dik okkupata, imnaqqas kwalunkwe kera attwali li qed jitħallas (fil-każ fejn l-akkomodazzjoni hija mikrija bi prezz inqas mill-prezz fis-suq), imnaqqsin kwalunkwe sussidji riċevuti mill-gvern jew minn xi istituzzjoni bla profitt (jekk okkupata mid-detentur jew jekk l-akkomodazzjoni hija mikrija bi prezz inqas mill-prezz fis-suq), imnaqqsin kwalunkwe tiswijiet żgħar jew infieq ta' restawr li d-djar tas-sidien-detenturi jagħmlu fuq il-proprjetà tat-tip li normalment jitwettaq mis-sidien.

Il-kera fis-suq hu l-kera dovut għad-dritt li jsir użu minn abitazzjoni mhux mgħammra fis-suq privat, esklużi spejjeż għal tisħin, ilma, elettriku, eċċ.

2.4.   Dħul minn proprjetà

Dħul minn proprjetà huwa definit bħala d-dħul riċevut imnaqqsin spejjeż miżjuda, matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul, mis-sid jew assi finanzjarji jew assi mhux prodotti tanġibli (art) bi ħlas għal provvediment ta' fondi lil jew li jpoġġi assi mhux prodotti tanġibli għad-disposizzjoni ta' unit istituzzjonali ieħor.

Id-dħul minn proprjetà huwa mqassam fi:

1. Interessi, imgħaxijiet, profitti minn investiment kapitali f'xi azjenda kummerċjali mhux inkorporata (HY090G);

2. Dħul minn kiri ta' proprjetà jew art (HY040G).

2.4.1.   Interessi, imgħaxijiet, profitti minn investiment kapitali f'azjenda kummerċjali mhux inkorporata (HY090G)

Interessi (mhux inklużi fil-profitt/telf ta' intrapriża mhux inkorporata), imgħaxijiet u profitti minn investiment kapitali f'azjenda kummerċjali mhux inkorporata jirreferu għall-ammont ta' interessi minn assi bħalma kontijiet tal-bank, ċertifikati ta' depożitu, bonds, eċċ., imgħaxijiet u profitti minn investiment kapitali f'azjenda kummerċjali mhux inkorporata li fiha l-persuna ma taħdimx, riċevuti matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul, imnaqqsin spejjeż li jokkorru.

2.4.2.   Dħul minn kiri ta' proprjetà jew art (HY040G)

Dħul minn kiri ta' proprjetà jew art jirreferi għal dħul riċevut, matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul, minn kiri ta' proprjetà (per eżempju kiri ta' abitazzjoni mhux inkluż fil-profitt/telf ta' intrapriżi mhux inkorporati, dħul ta' flus mingħand studenti jew persuni li jieklu u jorqdu f'kulleġġ jew pensjoni jew alloġġjanti jew kera minn art) wara tnaqqis ta' spejjeż bħala ħlas lura ta' interessi fuq self bankarju għal xiri ta' dar, tiswijiet żgħar, manutenzjoni, assigurazzjoni u spejjeż oħra.

2.5.   Trasferimenti kurrenti riċevuti

2.5.1.   Benefiċċji soċjali

Benefiċċji soċjali ( 5 ) huma definiti bħala trasferimenti kurrenti riċevuti minn membri tad-dar matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul ( 6 ) u intiżi biex itaffulhom il-piżijiet finanzjarji ta' numru ta' riskji jew ħtiġijiet, magħmulin permezz ta' skemi organizzati kolletivament, jew barra skemi bħal dawn minn units governattivi u n-NPISH.

Dan jinkludi l-valur ta' kwalunkwe kontribuzzjoni soċjali jew taxxa tad-dħul pagabbli fuq il-benefiċċji mill-benefiċjarju għal skemi ta' assigurazzjoni soċjali jew lil awtoritajiet tat-taxxa.

Sabiex ikun inkluż bħala benefiċċju soċjali, it-trasferiment għandu jissodisfa wieħed minn żewġ kriterji:

 il-kopertura hija obbligatorja (bil-liġi, regolament jew ftehim ta' negozjar kollettiv) għall-grupp in kwistjoni,

 dan huwa ibbażat fuq il-prinċipju tas-solidarjetà soċjali (jiġ. jekk hi pensjoni ibbażata fuq assigurazzjoni, il-premium u intitolamenti mhumiex proporzjonali għall-esposizzjoni individwali għar-riskju tan-nies protetti).

Benefiċċji soċjali huma mqassma fi:

1. Għotjiet relatati ma' familja/tfal (HY050G);

2. Għotjiet għad-dar (HY070G);

3. Benefiċċji għal qgħad (PY090G);

4. Benefiċċji għal anzjanità (PY100G);

5. Benefiċċji għal min jibqa' ħaj (PY110G);

6. Benefiċċji għal mard (PY120G);

7. Benefiċċji għal diżabilità (PY130G);

8. Għotjiet relatati ma' edukazzjoni (PY140G);

9. Esklużjoni soċjali mhux ikklassifikata x'imkien ieħor (HY060G).

Benefiċċji soċjali ma jinkludux:

 benefiċċji mħallsin minn skemi li fihom min jirċievi jkun għamel biss ħlasijiet volontarji, indipendentement mill-imgħallem tiegħu/tagħha jew il-gvern (li huma inklużi taħt “Pensonijiet minn skemi privati individwali (minbarra dawk koperti taħt l-ESSPROS)” (PY080G)).

2.5.1.1.   Għotja relatata ma' familja/tfal (HY050G)

Il-funzjoni ta' familja/tfal tirreferi għal benefiċċji li:

 jipprovdu għajnuna finanzjarja lil familji sabiex irabbu t-tfal,

 jipprovdu assistenza finanzjarja lil nies li jgħinu qraba oħra minbarra tfal.

Din tinkludi:

 dħul ta' benefiċċju ta' manteniment f'każ ta' twelid ta' tarbija: rata bażi jew pagamenti relatati ma' qligħ ta' flus maħsuba biex ipattu lill-ġenitur għal telf dovut minħabba assenza mix-xogħol b'konnessjoni mat-twelid ta' tarbija għall-perjodu qabel u/jew wara jew f'konnessjoni ma' adozzjoni,

 għotja għal-twelid: benefiċċji normalment imħallsin f'somma waħda jew ftit ftit fil-każ ta' twelid ta' tarbija jew adozzjoni,

 benefiċċju għal ġranet mhux maħduma mill-ġenitur: il-benefiċċju mħallas kemm lil omm jew lil missier fil-każ ta' waqfien mix-xogħol jew tnaqqis ta' ħin tax-xogħol sabiex irabbu l-wild, normalment ta' età żgħira,

 għotja għall-familja jew wild: pagamenti f'intervalli regolari lill-membru ta' xi dar bi tfal dipendenti biex igħinu fl-ispejjeż tat-trobbija,

 benefiċċji oħra fi flus: benefiċċji mħallsin indipendentement lill-familja biex iwieżnu lil membri fid-dar u jgħinuhom biex ilaħħqu ma' spejjeż speċifiċi, bħal spejjeż li jinbtu mill-ħtiġijiet speċifiċi ta' familji b'ġenitur wieħed jew familji bi tfal bi bżonnijiet speċjali. Dawn il-benefiċċji jistgħu jitħallsu f'intervalli regolari jew bħala somma waħda.

Dan ma jinkludix:

 pagamenti magħmulin minn min iħaddem lil impjegat minflok pagi u salarji permezz ta' skema ta' assigurazzjoni soċjali meta dan ma jkunx jista' jaħdem minħabba assenza mix-xogħol waqt maternità, fejn pagament bħal dan ma jistax ikun identifikat separatament u biċ-ċar bħala benefiċċji soċjali (dawn il-pagamenti huma inklużi taħt “Dħul ta' flus gross jew fi kważi flus ta' impjegat” (PY010G)),

 pagamenti addizzjonali magħmula minn min iħaddem lil impjegat biex jissupplixxu d-dritt ta' ħlas ta' ġranet mhux maħduma waqt maternità minn skemi ta' assigurazzjoni soċjali, fejn pagamenti bħal dawn ma jistgħux ikunu identifikati separatament u biċ-car bħala benefiċċji soċjali (dawn il-pagamenti huma inklużi taħt “Dħul fi flus gross jew fi kważi flus ta' impjegat” (PY010G)).

2.5.1.2.   Għotjiet għat-tmexxija tad-dar (HY070G)

Il-funzjoni tat-tmexxija tad-dar tirreferi għal interventi minn awtoritajiet pubbliċi biex igħinu lil membri tal-familja jlaħħqu ma' l-ispejjeż tat-tmexxija tad-dar. Kriterju essenzali biex jiġi definit l-iskop ta' għotja għat-tmexxija ta' dar hija l-eżitenza ta' prova ta' eżami sabiex wieħed jikkwalifika mill-benefiċċju.

Dan jinkludi:

 benefiċċju għal kera: trasferiment dwar eżami ta' mezzi kurrenti mogħti minn awtorità pubblika lil kerrejja, temporanjament jew abbażi ta' żmien fit-tul, biex igħinu fl-ispejjeż ta' kera,

 benefiċċju lil sidien-detenturi: trasferiment ta' eżami ta' mezzi minn awtorità pubblika lil sidien-detenturi biex itaffilhom l-ispejjeż kurrenti tagħhom tat-tmexxija tad-dar: fil-prattika spiss biex jgħin fil-ħlas fuq self bankarju dwar xiri ta' dar u/jew interessi.

Dan ma jinkludix:

 politika ta' abitazzjoni soċjali organizzata permezz ta' sistema fiskali (jiġ. benifiċċji ta' taxxa),

 trasferimenti kapitali kollha (partikolarment għotijiet ta' investiment).

2.5.1.3.   Benefiċċji għal qgħad (PY090G)

Benefiċċji għal qgħad jirreferu għal benefiċċji li jieħdu post għal kollox jew f'parti tad-dħul mitluf minn ħaddiem minħabba telf ta' impjieg bi qligħ, jipprovdu għajnuna (jew aħjar) dħul lil persuni deħlin jew deħlin mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, ipattu għat-telf ta' dħul ta' flus minħabba nuqqas ta' xogħol parzjali, jieħdu post għal kollox jew f'parti tad-dħul mitluf minn ħaddiem aktar anzjan li jirtira minn impjieg bi qligħ qabel l-età legali ta' irtirar minħabba tnaqqis fix-xogħol jew raġunijiet ekonomiċi, jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' taħriġ jew iħarrgu mill-ġdid nies li jkunu qed ifittxu x-xogħol, jew igħinu persuni li mhumiex qed jaħdmu jlaħħqu ma' l-ispejjeż ta' vjaġġar jew rilokazzjoni biex jiksbu mpjieg.

Dan jinkludi:

 benefiċċji għal qgħad sħaħ: benefiċċji li jpattu għal telf ta' qligħ ta' flus fejn persuna hi kapaċi taħdem u lesta għax-xogħol iżda ma tistax issib impjieg xieraq, inklużi persuni li ma kinux impjegati qabel,

 benefiċċji għal qgħad parzjali: benefiċċji li jpattu għat-telf ta' pagi jew salarju minħabba arranġamenti ta' xogħol għal żmien qasir formali, u/jew skedi ta' xogħol intermittenti, irrespettivament tal-kawża tagħhom (reċessjoni ta' kummerċ jew tlajjim fix-xogħol, waqfien ta' makkinarju, kondizzjonijiet klimatiċi, aċċidenti u affarijiet simili), u fejn ir-relazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiem tkompli,

 irtirar kmieni minħabba raġunijiet ta' suq tax-xogħol: pagamenti f'intervalli regolari lil ħaddiema aktar anzjani li jirtiraw qabel ma jilħqu l-età konformi ta' irtirar minħabba qgħad jew nuqqas ta' mpjiegi ikkawżati minn miżuri ekonomiċi bħall-istrutturar ta' settur industrijali jew ta' intrapriża kummerċjali. Dawn il-pagamenti normalment jieqfu meta l-benefiċjarju jiġi ntitolat għal pensjoni għal anzjanità,

 għotja għal taħriġ vokazzjonali: pagamenti minn fondi ta' sigurtà soċjali jew aġenziji pubbliċi lil gruppi magħżulin ta' persuni fil-potenzal tax-xogħol li jieħdu sehem fi skemi ta' taħriġ maħsuba biex jiżviluppaw il-potenzal tagħhom għax-xogħol,

 mobilità u rilokament: pagamenti minn fondi ta' sigurtà soċjali jew aġenziji pubbliċi lil persuni bla xogħol biex jinkuraġġuhom imorru f'lokalità oħra jew jibdlu l-okkupazzjoni tagħhom sabiex ifittxu jew jiksbu x-xogħol,

 qtugħ u tmiem ta' pagamenti (benefiċċji li jikkumpensaw lil impjegati għal tmiem ta' impjieg qabel l-impjegat ikun laħaq l-età ta' irtirar normali għal dak l-impjieg),

 kumpens għal xogħol li m'hemmx aktar bżonnu: somom ta' flus kapitali mħallsin lil impjegati li sfaw imkeċċija mix-xogħol mhux ħtija tagħhom minn intrapriża li se tieqaf jew li se tnaqqas mill-attivitajiet tagħha,

 benefiċċji oħra fi flus: assistenza finanzjarja oħra, partikolarment pagamenti lil dawk li ilhom żmien twil bla xogħol.

Dan ma jinkludix:

 għotjiet lil familji għal tfal dipendenti (li huma inklużi taħt “Għotjiet relatati ma' familja/tfal” (HY050G)).

2.5.1.4.   Benefiċċji għal anzjanità (PY100G)

Il-funzjoni ta' l-anzjanità tirreferi għal provvediment ta' protezzjoni soċjali kontra riskji marbutin ma' anzjanità, telf ta' dħul, dħul inadekwat, nuqqas ta' indipendenza fit-twettiq ta' ħidmiet ta' kuljum, parteċipazzjoni mnaqqsa fil-ħajja soċjali u affarijiet bħal dawn.

Benefiċċji għal anzjanità jkopru benefiċċji li jipprovdu dħul ieħor meta l-persuna anzjana tirtira mis-suq tax-xogħol, jew jiggarantixxu ċertu dħul meta l-persuna tkun laħqet età preskritta.

Dan jinkludi:

 pensjonijiet għal anzjanità: pagamenti f'intervalli regolari maħsuba biex isostnu d-dħul tal-benefiċjarju wara l-irtirar minn impjieg bi qligħ fl-età stabbilita jew isostnu d-dħul ta' persuni anzjani,

 pensjonijiet għal anzjanità antiċipati: pagamenti f'intervalli regolari biex isostnu d-dħul ta' benefiċjarji li jirtiraw qabel l-età stabbilita kif definit fl-iskema rilevanti jew fl-iskema ta' referenza. Dan jista' jseħħ bi jew bla tnaqqis mill-pensjoni normali,

 pensjonijiet ta' irtirar parzjali: pagament f'intervalli regolari ta' porzjon mill-pensjoni ta' l-irtirar sħiħa lil ħaddiema akbar fl-età li jibqgħu jaħdmu iżda jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol tagħhom jew li d-dħul tagħhom minn attività professjonali huwa taħt il-limitu definit,

 għotjiet għal attenzjoni personali: benefiċċju mħallas lil nies anzjani li għandhom bżonn assistenza ta' spiss jew kontinwa biex tgħinhom ilaħħqu ma' spejjeż żejda ta' attendenza (minbarra attenzjoni personali medika) meta l-benefiċċju mhuwiex ħlas lura ta' spiża ċertifikata,

 benefiċċji għal min jibqa' ħaj imħallsin wara l-età ta' l-irtirar stabbilita,

 benefiċċji għal diżabilità mħallsin fi flus wara l-età ta' l-irtirar stabbilita,

 pagamenti imħallsin f'somma waħda fid-data ta' l-irtirar normali,

 benefiċċji oħra fi flus: benefiċċji oħra f'intervalli regolari u f'somma waħda mħallsin meta wieħed jirtira jew minħabba anzjanità, bħalma huma somom kapitali mħallsin lil nies li ma jissodisfawx għal kollox il-ħtiġijiet għal pensjoni ta' irtirar imħallsa f'intervalli regolari, jew li kienu membri ta' skema maħsuba biex tipprovdi biss somom kapitali waqt l-irtirar.

Dan ma jinkludix:

 għotjiet lil familji għal tfal dipendenti (li huma inklużi taħt “Għotjiet relatati ma' familja/tfal” (HY050G)),

 benefiċċji mħallsa għal irtirar kmieni minħabba raġunijiet ta' suq tax-xogħol jew fil-każ ta' ħila mnaqqsa għax-xogħol (dawn huma inklużi rispettivament taħt “Benefiċċji għal qgħad” (PY090G) jew taħt “Benefiċċji għal diżabilità” (PY130G)),

 benefiċċji mħallsa lil anzjani li għandhom bżonn assistenza ta' spiss jew kontinwa biex tgħinhom ilaħħqu ma' spejjeż żejda ta' attendenza meta l-benefiċċji huma mħallsin lura wara preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' infiq.

2.5.1.5.   Benefiċċji għal min jibqa' ħaj (PY110G)

Benefiċċji għal min jibqa' ħaj jirriferu għal benefiċċji li jipprovdu dħul temporanju jew permanenti lil nies taħt l-età ta' irtirar wara l-mewt tar-raġel/mara, sieħeb/sieħba jew l-eqreb qarib, normalment meta dan ta' l-aħħar kien jirrappreżenta l-persuna ewliena li kienet taqla' l-ħobża ta' kuljum għall-benefiċjarju.

Nies li jibqgħu ħajjin li huma intitolati għal benefiċċju jistgħu jkunu r-raġel/mara jew sieħeb/sieħba tal-persuna li tkun mietet, it-tfal tiegħu jew tagħha, neputijiet, ġenituri jew qraba oħra. F'xi każi, il-benefiċċju jista' jitħallas lil xi ħadd barra mill-familja.

Benefiċċju għal min jibqa' ħaj normalment jingħata fuq il-bażi ta' dritt miksub, jiġ, dritt li oriġinarjament kien jappartjeni lil persuna oħra li l-mewt tagħha hija kondizzjonali għall-għoti tal-benefiċċju.

Dan jinkludi:

 pensjoni għal min jibqa' ħaj: pagamenti f'intervalli regolari lil persuni li l-intitolament tagħhom huwa miksub mir-rabta tagħhom ma' l-persuna mejta protetta minn xi skema (nisa/irġiel romol, orfni u nies bħal dawn),

 għotja f'każ ta' mewt: pagament wieħed lil xi ħadd li d-dritt tiegħu jinkiseb mir-rabta tiegħu/tagħha mal-persuna mejta (nisa/irġiel romol, orfni u nies bħal dawn),

 benefiċċji oħra fi flus: pagamenti oħra f'intervalli regolari jew f'somma sħiħa magħmulin bis-saħħa ta' dritt miksub minn xi ħadd li jibqa' ħaj.

Dan ma jinkludix:

 għotjiet għall-familja għal tfal dipendenti (dawn il-benefiċċji huma inklużi taħt “Għotjiet relatati ma' familja/tfal” (HY050G)),

 spejjeż ta' funeral,

 pagamenti addizzjonali magħmulin minn min iħaddem lil persuni oħra eliġibbli biex jgħinu l-intitolament ta' ħlas ta' benefiċċji lil min jibqa' ħaj minn skema ta' assigurazzjoni soċjali, fejn pagamenti bħal dawn ma jistgħux jiġu identifikati separatament jew biċ-ċar bħala benefiċċji soċjali (dawn il-pagamenti huma inklużi taħt “Dħul fi flus gross jew fi kważi flus ta' impjegat” (PY010G)),

 benefiċċji għal min jibqa' ħaj imħallsin wara l-età ta' irtirar stabbilita (dawn il-benefiċċji huma inklużi taħt “benefiċċji għal anzjanità” (PY100G)).

2.5.1.6.   benefiċċji għal mard (PY120G)

benefiċċji għal mard jirreferu għal benefiċċji fi flus li jpattu għal kollox jew f'parti għal telf minn dħul matul inabilità temporanja għax-xogħol minħabba mard jew korriment.

benefiċċji għal mard jinkludu:

 ġranet mhux maħduma minħabba mard imħallsin: rata bażika jew pagamenti marbutin ma' qligħ maħsuba biex ipattu lil persuna protetta b'mod sħiħ jew f'parti għat-telf ta' qligħ ikkawżat minn inabilità temporanja għax-xogħol minħabba mard jew korriment. Dawn il-benefiċċji jistgħu jiġu mħallsa bi skemi ta' protezzjoni soċjali awtonomi, iżda jistgħu jkunu ipprovduti ukoll minn min iħaddem taħt sura ta' pagament kontinwat ta' pagi u salarji matul il-perjodu tal-mard,

 ġranet mhux maħduma mħallsin f'każ ta' mard jew korriment ta' wild dipendenti,

 benefiċċji oħra fi flus: pagamenti mixxellanji magħmulin lil nies protetti b'konnessjoni ma' mard jew korriment.

Dan ma jinkludix:

 benefiċċji fi flus li jpattu għal telf ta' qligħ matul inabilità temporanja għax-xogħol bħala riżultat ta' tqala (dawn il-benefiċċji huma inklużi taħt “Għotja relatata ma' familja/tfal” (HY050G)),

 benefiċċji fi flus li jpattu għal telf ta' qligħ matul inabilità temporanja għax-xogħol bħala riżultat ta' diżabilità (dawn il-benefiċċji huma inklużi taħt “Benefiċċji għal diżabilità” (PY130G)),

 pagamenti magħmula minn min iħaddem lil impjegat minflok pagi u salarji permezz ta' skema ta' assigurazzjoni soċjali meta dan ma jkunx jista' jaħdem minħabba mard, fejn pagament bħal dan ma jistax ikun identifikat separatament jew biċ-ċar bħala benefiċċju soċjali (dawn il-pagamenti huma inklużi taħt “Dħul gross fi flus jew fi kważi flus ta' impjegat” (PY010G)),

 pagamenti addizzjonali magħmulin minn min iħaddem lil impjegat biex isaħħu l-intitolament ta' ħlas għal ġranet mhux maħduma minħabba mard minn xi skema ta' assigurazzjoni soċjali, fejn pagamenti bħal dan ma jistgħux ikunu identifikati separatament jew biċ-ċar bħala benefiċċji soċjali (dawn il-pagamenti huma inklużi taħt “Dħul gross fi flus jew fi kważi flus ta' impjegat” (PY010G)).

2.5.1.7.   Benefiċċji għal diżabilità (PY130G)

Benefiċċji għal diżabilità jirreferu għal benefiċċji li jipprovdu dħul lil persuni taħt l-età ta' irtirar stabbilita fejn l-abilità tagħhom biex jaħdmu u jaqilgħu l-flus hija mxekkla lil hinn mill-livell minimu stipulat b'leġislazzjoni minn diżabilità fiżika jew mentali.Diżabilità hija l-inabilità sħiħa jew parzjali biex wieħed jieħu sehem f'attività ekonomika jew biex jgħaddi ħajja normali minħabba difett fiżiku jew mentali li jista' jkun kemm permanenti jew li jtul lil hinn mill-perjodu minimu preskritt.

Dan jinkludi:

 pensjoni għal diżabilità: pagament magħmul f'intervalli regolari intiż biex imantni jew jgħin id-dħul ta' xi ħadd taħt l-età ta' irtirar stabbilita, li jbati minn xi diżabilità li ttellef l-abilità tiegħu jew tagħha biex jaħdem/taħdem jew jaqla'/taqla' l-flus aktar mil-livell minimu mfassal mill-leġislazzjoni,

 irtirar kmieni fil-każ ta' abilità imnaqqsa għax-xogħol: pagamenti magħmulin f'intervalli regolari lil ħaddiema akbar fl-età li jirtiraw qabel ma jilħqu l-età ta' irtirar stabbilita bħala riżultat ta' abilità għax-xogħol imnaqqsa. Dawn il-pensjonijiet normalment jieqfu meta l-benfiċjarju jiġi intitolat għal pensjoni għal anzjanità,

 għotja għal attenzjoni personali: benefiċċju mħallas lil persuni b'diżabilità taħt l-età stabbilita ta' irtirar li għandhom bżonn assistenza ta' spiss u kostanti biex tgħinhom ilaħħqu ma' spejjeż żejda ta' attendenza (minbarra attenzjoni medika). Il-benefiċċju m'għandux ikun ħlas lura ta' spiża iċċertifikata,

 integrazzjoni ekonomika ta' nies b'diżabilità: għotjiet imħallsin lil persuni b'diżabilità meta jindaħlu għal xogħol adattat għal kondizzjoni tagħhom, normalment f'xi ħanut tax-xogħol imkennen, jew meta joqogħdu għal taħriġ vokazzjonali,

 benefiċċji għal diżabilità lil tfal b'diżabilità bi dritt għalihom personali, irrispettivament minn dipendenza,

 benefiċċji oħra fi flus: pagamenti magħmulin f'intervalli regolari u f'somma waħda li ma jaqgħux taħt l-intestaturi ta' hawn fuq, bħal dħul ta' sostenn okkażjonali u affarijiet oħra

Dan ma jinkludix:

 benefiċċji ipprovduti biex ipattu b'mod sħiħ jew f'parti għad-dħul ta' matul l-inkapacità għax-xogħol temporanja minħabba mard jew korriment (dawn il-benefiċċji huma inklużi taħt “Benefiċċji għal mard” (PY120G)),

 għotjiet lil familji mħallsin lil min qed jirċievi benefiċċji ta' diżabilità (dawn il-benefiċċji huma inklużi taħt “Għotjiet relatati ma' familja/tfal” (HY050G)),

 benefiċċji mħallsin lil dipendenti li jibqgħu ħajjin ta' persuni b'diżabilità, bħal pensjonijiet (dawn il-benefiċċji huma inklużi taħt “Benefiċċji għal min jibqa' ħaj” (PY110G)),

 benefiċċji ta' spiża iċċertifikata li jitħallsu lura,

 benefiċċji fi flus għal diżabilità mħallsin wara l-età stabbilita ta' irtirar (dawn il-benefiċċji huma inklużi taħt “Benefiċċji għal anzjanità” (PY100G)),

 pagamenti magħmulin minn min iħaddem lil impjegat jew lil min kien impjegat qabel minflok pagi u salarji permezz ta' skema ta' assigurazzjoni soċjali meta dan ma jkunx jista' jaħdem minħabba diżabilità fejn pagament bħal dan ma jistax jiġi identifikat separatament jew biċ-ċar bħala benefiċċji soċjali (dawn il-pagamenti huma inklużi taħt “Dħul gross fi flus jew fi kważi flus ta' impjegat” (PY010G)),

 pagamenti addizzjonali magħmulin minn min iħaddem lil impjegat jew lil min kien impjegat qabel biex jgħin l-intitolament ta' ħlas ta' ġranet mhux maħduma minħabba diżabilità minn skema ta' assigurazzjoni soċjali, fejn pagamenti bħal dawn ma jistgħux jiġu identifikati separatament jew biċ-car bħala benefiċċji soċjali (dawn il-pagamenti huma inklużi taħt “Dħul gross fi flus jew fi kważi flus ta' impjegat” (PY010G)).

2.5.1.8.   Għotjiet relatati ma' edukazzjoni (PY140G)

Għotjiet għal edukazzjoni jirreferu għal għotjiet, boroż ta' studju u għajnuna oħra edukattiva riċevuta minn studenti.

2.5.1.9.   Esklużjoni soċjali mhux ikklassifikata x'imkien ieħor (HY060G)

Benefiċċji soċjali fil-funzjoni ta' “esklużjoni soċjali mhux ikklassifikata x'imkien ieħor” jirreferu għal dawk soċjalment esklużi “jew għal dawk f'riskju li jiġu soċjalment esklużi”. Ġeneriku kemm dan jista' jkun, gruppi fil-mira jistgħu jiġu identifikati (fost oħrajn) bħala nies f'faqar kbir, emigranti, refuġjati, drogati, alkoħoliċi jew vittmi ta' vjolenza kriminali.

Dan jinkludi:

 dħul ta' sostenn: pagamenti magħmulin f'intervalli regolari lil nies b'riżorsi li mhumiex suffiċjenti. Kondizzjonijiet għal intitolar jistgħu jkunu relatati mhux biss ma' riżorsi personali iżda wkoll ma' nazzjonalità, residenza, età, kemm wieħed ikun lest għax-xogħol u qagħda ta' familja. Il-benefiċċji jistgħu jkunu għal tul ta' żmien limitat jew illimitat; jistgħu jkunu mħallsin lill-individwu jew lill-familja u jistgħu jiġu ipprovduti minn gvern ċentrali jew lokali,

 benefiċċji oħra fi flus: sostenn għal persuni f'faqar kbir u f'qagħda vulnerabbli biex jgħinuhom itaffu l-faqar jew jgħinuhom f'sitwazzjonijiet diffiċli. Dawn il-benefiċċji jistgħu jitħallsu minn organizzazzjonijiet privati ta' bla profitt.

2.5.2.   Trasferimenti regolari ta' flus riċevuti fid-dar (HY080G)

Trasferimenti regolari ta' flus riċevuti fid-dar jirreferi għal ammonti ta' flus regolari riċevuti, matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul, minn djar u persuni oħra.

Dan jinkludi:

 manteniment obbligatorju u sostenn għal ulied,

 manteniment volontarju u sostenn għal ulied riċevuti fuq bażi regolari,

 sostenn fi flus regolari mingħand persuni oħra minbarra membri tad-dar,

 sostenn fi flus regolari minn membri tal-familja f'pajjiżi oħra.

Dan ma jinkludix:

 Alloġġ bla ħlas jew issusidjat ipprovdut minn xi dar oħra (li hu inkluż taħt “Kera attribwit” (HY030G)).

2.6.   Dħul ieħor riċevut

2.6.1.   Dħul riċevut minn nies taħt l-età ta' 16 (HY110G)

Dħul riċevut minn nies taħt l-età ta' 16 huwa definit bħala dħul gross riċevut mill-membri kollha tad-dar taħt l-età ta' 16 matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul.

Dan ma jinkludix:

 trasferimenti bejn membri fid-dar,

 dħul miġbur f'livell ta' dar (jiġ. varjanti HY040G, HY050G, HY060G, HY070G, HY080G u HY090G).

2.7.   pagamenti ta' interessi

2.7.1.   Interessi mħallsin fuq self bankarju għal xiri ta' dar (HY100G)

Interessi mħallsin fuq self bankarju għal xiri ta' dar jirreferu għall-ammont gross totali, qabel it-tnaqqis ta' kwalunkwe kreditu ta' taxxa jew għotja ta' taxxa, ta' interessi fuq ħlas bankarju għal xiri ta' dar fuq ir-residenza ewliena tal-familja matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul.

Dan ma jinkludix:

 kwalunkwe pagamenti oħra fuq self bankarju għal xiri ta' dar, kemm jekk interessi jew prinċipali, magħmulin fl-istess żmien, bħal assigurazzjoni protettiva għal self bankarju għal xiri ta' dar jew assigurazzjoni fuq id-dar u l-kontenut tagħha,

 pagamenti fuq jew self bankarju mill-ġdid għal xiri ta' dar biex jinkisbu flus għal skopijiet ta' alloġġ (eż. tiswijiet, restawr, manutenzjoni, eċċ.) jew skopijiet ta' non-alloġġ,

 ħlas lura tas-somma kapitali jew tal-prinċipal.

2.8.   Trasferimenti kurrenti mħallsa

Trasferimenti kurrenti mħallsa huma mqassma f':

1. Taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali (HY140G);

2. Taxxi regolari fuq il-ġid (HY120G);

3. Kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali ta' min iħaddem (PY030G);

4. Trasferimenti fi flus fid-dar imħallsin regolarment (HY130G).

2.8.1.   Taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali (HY140G)

Taxxa fuq id-dħul tirreferi għal taxxi fuq dħul, profitti u qligħ kapitali. Dawn huma stmati fuq id-dħul attwali jew preżunt ta' individwi, membri fid-dar jew mill-unit tat-taxxa. Dawn jinkludu taxxi stmati fuq ishma azzjonarji ta' proprjetà, art jew bini meta dawn l-ishma azzjonarji huma użati bħala bażi biex jiġi stmat id-dħul tas-sidien tagħhom.

Taxxi fuq id-dħul jinkludu:

 taxxi fuq dħul individwali, fid-dar jew mill-unit ta' taxxa (dħul minn impjieg, proprjetà, sħubija f'xi azjenda, pensjonijiet, eċċ.), inklużi taxxi mnaqqsin minn min iħaddem (taxxi ta' ħlas mal-paga), taxxi oħra minn ras il-għajn u taxxi fuq id-dħul ta' sidien ta' intrapriżi mhux inkorporati mħallsin matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul,

 permezz ta' eċċezzjoni, Stati Membri li jużaw informazzjoni minn reġistri, u Stati Membri oħra li għalihom dan huwa l-approċċ l-aktar xieraq, jistgħu jirrapportaw taxxi bħala “dħul riċevut” fis-sena ta' referenza tad-dħul, jekk din taffettwa biss marġinalment il-komparabilità,

 kwalunkwe ħlas lura ta' taxxa riċevut matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul relatat mat-taxxa mħallsa fuq id-dħul riċevut matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul jew is-snin ta' qabel. Dan il-valur għandu jiġi ikkunsidrat bħala tnaqqis ta' taxxi mħallsa,

 kwalunkwe interessi imposti fuq arretrati ta' taxxi dovuti jew kwalunkwe penali imposti minn awtoritajiet ta' tassazzjoni.

taxxi fuq id-dħul ma jinkludux:

 pagamenti professjonali mħallsin għal kaċċa, sparar u drittijiet tas-sajd.

Kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali jirreferu għal dawk ta' impjegati, min jaħdem għal rasu, min ma jaħdimx, irtirar u kwalunkwe kontribuzzjoni oħra (jekk applikabli) imħallsin matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul kemm lil skemi obbligatorji ta' assigurazzjoni soċjali ta' gvern jew fuq bażi ta' min iħaddem (pensjoni, saħħa, eċċ.).

2.8.2.   Taxxi regolari fuq il-ġid (HY120G)

Taxxi regolari fuq il-ġid jirreferu għal taxxi li jitħallsu f'intervalli regolari fuq il-pussess jew użu ta' art jew bini minn sidien u taxxi kurrenti fuq il-ġid nett u fuq assi oħra (ġojjelli, ħjiel esterni oħra ta' ġid). It-taxxi regolari fuq il-ġid li għandhom ikunu irrapportati huma dawk imħallsin matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul.

Dan jinkludi kwalunkwe interessi imposti fuq arretrati ta' taxxi dovuti u kwalunkwe penali imposti minn awtoritajiet tat-tassazzjoni, imħallsin matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul, u taxxi fuq proprjetà imħallsin direttament lil awtorità ta' tassazzjoni minn kerrejja matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul.

Dan ma jinkludix:

 taxxi mhux rikorrenti bħal taxxi fuq wirt, taxxi fuq mewt jew taxxi fuq rigali inter vivos,

 taxxi stmati fuq ishma azzjonarji ta' proprjetà, art jew bini meta dawn l-ishma azzjonarji huma użati bħala bażi biex jiġi stmat id-dħul tas-sidien tagħhom (dawn it-taxxi huma inkluzi taħt “Taxxa fuq dħul u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali” (HY140G)),

 taxxi fuq art, bini jew assi oħra fil-pussess jew mikrija minn intrapriżi u użati minnhom għal produzzjoni (dawn it-taxxi huma ikkunsidrati bħala taxxi fuq produzzjoni u huma mnaqqsin mill-produzzjoni tas-suq ta' dħul minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu biex jibni l-komponent “Profitti fi flus gross jew telf minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu” (inklużi drittijiet) (PY050G)).

2.8.3.   Kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali ta' min iħaddem (PY030G)

Kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali ta' min iħaddem huma definiti fi dħul ta' impjegat.

2.8.4.   Trasferimenti fi flus fid-dar imħallsin regolarment (HY130G)

Trasferimenti fi flus fid-dar imħallsin regolarment jirreferu għall-ammont regolari monetarju mħallas, matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul, lil djar oħra.

Trasferimenti fi flus fid-dar imħallsin regolarment jinkludu:

 manteniment obbligatorju u sostenn ta' l-ulied,

 manteniment volontarju u sostenn ta' l-ulied imħallas fuq bażi regolari,

 sostenn fi flus regolari lil persuni minbarra membri fid-dar,

 sostenn fi flus regolari lil djar f'pajjiżi oħra.

3.   KOMPONENTI TA' DĦUL NETT

Il-komponenti ta' dħul nett jinkisbu mill-komponenti ta' dħul gross korrispondenti wara tnaqqis ta' taxxa ta' dħul minn ras il-għajn u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali.

Komponenti nett jistgħu jkunu ipprovduti:

1. In-nett ta' taxxa fuq dħul minn ras il-għajn u kontribuzzjonijiet soċjali;

2. In-nett ta' taxxa fuq dħul minn ras il-għajn;

3. In-nett ta' kontribuzzjonijiet soċjali.

4.   TOTAL GROSS U DISPONIBBLI TAD-DĦUL FID-DAR

4.1.   Dħul gross totali fid-dar (HY010) huwa maħdum hekk:

Is-somma għal membri kollha fid-dar ta' komponenti ta' dħul personali gross (dħul gross fi flus jew fi kważi flus ta' impjegat (PY010G); dħul gross mhux fi flus ta' impjegat (PY020G); kontribuzzjonjiet ta' assigurazzjoni soċjali ta' min iħaddem (PY030G); profitti fi flus gross jew telf minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu (inklużi drittijiet) (PY050G); valur ta' merkanzija prodotta għal konsum personali (PY070G); benefiċċji għal qgħad (PY090G); benefiċċji għal anzjanità (PY100G); benefiċċji għal min jibqa' ħaj (PY110G); benefiċċji għal mard (PY120G); benefiċċji għal diżabilità (PY130G) u għotjiet relatati ma' edukazzjoni (PY140G)) miżjuda komponenti ta' dħul gross fuq livell ta' dar (kera attribwit (HY030G); dħul minn kiri ta' proprjetà jew art (HY040G); għotjiet relatati ma' familja/tfal (HY050G); esklużjoni soċjali mhux ikklassifikata x'imkien ieħor (HY060G); għotjiet ta' alloġġ (HY070G); trasferimenti fi flus fid-dar riċevuti regolarment (HY080G); interessi, imgħaxijiet, profitt minn investimenti kapitali f'azjendi mhux inkorporati (HY090G); dħul ta' flus riċevut minn nies taħt l-età ta' 16 (HY110G)) imnaqqsin l-interessi mħallsin fuq self bankarju għal xiri ta' dar (HY100G).

4.2.   Dħul totali disponibbli tad-dar (HY020) jista' jkun ikkalkolat hekk:

Is-somma għall-membri kollha fid-dar ta' komponenti ta' dħul personali (dħul gross fi flus jew fi kważi flus ta' impjegat (PY010G)); dħul gross mhux fi flus ta' impjegat (PY020G); kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali ta' min iħaddem (PY030G); profitti fi flus gross jew telf minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu (inklużi dritttijiet) (PY050G); valur tal-merkanzija prodotta għal konsum personali (PY070G); benefiċċji għal qgħad (PY090G); benefiċċji għal anzjanità (PY100G); benefiċċji għal min jibqa' ħaj (PY110G); benefiċċji għal mard (PY120G); benefiċċji għal diżabilità (PY130G) u għotjiet relatati ma' edukazzjoni (PY140G)) miżjuda komponenti ta' dħul gross fuq livell ta' dar (kera attribwit (HY030G); dħul minn kiri ta' proprjetà jew art (HY040G): għotjiet relatati ma' familja/tfal (HY050G); esklużjoni soċjali mhux ikklassifikata x'imkien ieħor (HY060G); għotjiet ta' alloġġ (HY070G); trasferimenti fi flus fid-dar riċevuti regolarment (HY080G); interessi, imgħaxijiet, profitt minn investimenti kapitali f'azjendi mhux inkorporati (HY090G); dħul ta' flus riċevut minn nies taħt l-età ta' 16 (HY110G)) imnaqqsin (il-kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali ta' min iħaddem (PY030G); interessi mħallsa fuq self bankarju għal xiri ta' dar (HY100G); taxxi fuq il-ġid (HY120G); trasferiment ta' flus fid-dar imħallas regolarment (HY130G); taxxa fuq dħul u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali (HY140G)).

Il-varjant HY140G jinkludi aġġustamenti ta' taxxa -ħlas lura/riċevut fuq dħul, taxxa tad-dħul minn ras il-għajn u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali (jekk applikabbli).

Jew bħala:

Is-somma netta għall-membri kollha fid-dar (ta' taxxa fuq id-dħul minn ras il-għajn u kontribuzzjonijiet soċjali) komponenti ta' dħul personali (dħul fi flus jew fi kważi flus ta' impjegat (PY010N); dħul mhux fi flus ta' impjegat (PY020N); profitti fi flus jew telf minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu (PY050N); valur ta' merkanzija prodotta għal konsum personali (PY070N); benefiċċji għal qgħad (PY090N); benefiċċji għal anzjanità (PY100N); benefiċċji għal min jibqa' ħaj (PY110N); benefiċċji għal mard (PY120N); benefiċċji għal diżabilità (PY130N) u għotjiet relatati ma' edukazzjoni (PY140N)) miżjud in-nett (ta' taxxa ta' dħul minn ras il-għajn u kontribuzzjonijiet soċjali) komponenti ta' dħul fuq livell ta' dar (kera attribwit (HY030G); dħul minn kiri ta' proprjetà jew art (HY040N); għotjiet relatati ma' familja/tfal (HY050N); esklużjoni soċjali mhux ikklassfikata x'imkien ieħor (HY060N); għotjiet għal alloġġ (HY070N); trasferimenti ta' flus fid-dar riċevuti regolarment (HY080N); interessi, imgħaxijiet, profitti minn investimenti kapitali f'azjenda mhux inkorporata (HY090N); dħul riċevut minn nies taħt l-età ta' 16 (HY110N)) imnaqqas (l-interess imħallas fuq self bankarju għal xiri ta' dar (HY100N); taxxi regolari fuq il-ġid (HY120G); trasferimenti fi flus imħallsin fid-dar regolarment (HY130N); ħlas lura/riċevut ta' aġġustamenti ta' taxxa fuq id-dħul (HY145N)).

Jew bħala:

Is-somma għal membri kollha tad-dar ta' komponenti ta' dħul personali miżjuda komponenti ta' dħul fuq livell ta' dar, li minnhom x'uħud huma (in-nett ta' dħul, in-nett ta' kontribuzzjonijiet soċjali jew in-nett tat-tnejn) u oħrajn gross, jew kollha kemm huma nett iżda x'uħud minnhom in-nett tat-taxxa minn ras il-għajn, oħrajn in-nett ta' kontribuzzjonijiet soċjali jew nett tat-tnejn, darba t-taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali (HY140N), it-taxxi regolari fuq il-ġid, it-trasferiment fi flus fid-dar imħallas regolarment u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali ta' min iħaddem huma mnaqqsin.

F'dan il-każ, HY140N jista' jinkludi ħlas lura/riċevut ta' aġġustamenti ta' taxxa, taxxa tad-dħul minn ras il-għajn u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali għal xi komponenti ta' dħul.

4.3.   Id-dħul kollu disponibbli tad-dar, qabel trasferimenti soċjali minbarra benefiċċji għal anzjanità u għal min jibqa' ħaj (HY022) huwa definit bħala:

Id-dħul disponibbli kollu (HY020) imnaqqsin trasferimenti nett totali miżjuda benefiċċji għal anzjanità (PY100N) u benefiċċji għal min jibqa' ħaj (PY110N) (jiġ. id-dħul disponibbli kollu (HY020) imnaqqsin benefiċċji għal qgħad (PY090N); benefiċċji għal mard (PY120N); benefiċċji għal diżabilità (PY130N); għotjiet relatati ma' edukazzjoni (PY140N); għotjiet relatati ma' familja/tfal (HY050N); esklużjoni soċjali mhux ikklassifikata x'imkien ieħor (HY060N) u għotjiet għal alloġġ (HY070N)).

4.4.   Id-dħul disponibbli kollu qabel trasferimenti soċjali li jinkludu benefiċċji għal anzjanità u għal min jibqa' ħaj (HY023) huwa definit bħala:

Id-dħul disponibbli kollu (HY020) imnaqqsin it-trasferimenti nett kollha (benefiċċji għal qgħad (PY090N); benefiċċji għal anzjanità (PY100N); benefiċċji għal min jibqa' ħaj (PY110N); benefiċċji għal mard (PY120N); benefiċċji għal diżabilità (PY130N); għotjiet relatati ma' edukazzjoni (PY140N); għotjiet relatati ma' familja/tfal (HY050N); esklużjoni soċjali mhux ikklassifikata x'imkien ieħor (HY060N u għotjiet għal alloġġ (HY070N).

5.   PUNTI OĦRA MHUX IKKUNSIDRATI BĦALA PARTI TA' DĦUL

5.1.   Kontribuzzjonijiet għal pjani ta' pensjoni privata individwali (PY035G)

Kontribuzzjonijiet magħmulin għal pjani ta' pensjoni privata individwali, matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul, jirreferu għal mod kif issir applikazzjoni għal pensjonijiet minn membri tad-dar individwali fuq inizjattiva personali tagħhom u għall-benefiċċju personali tagħhom, indipendentement minn min iħaddimhom jew gvern u barra minn kwalunkwe skema ta' assigurazzjoni soċjali.

Dawn il-kontribuzzjonijiet jirrappreżentaw il-kontroparti għal pensjonijiet minn pjani privati individwali (minbarra dawk koperti taħt l-ESSPROS) (PY080G).

Dan jinkludi: kontribuzzjonijiet għal pjani ta' pensjonijiet individwali relatati ma' anzjanità, min jibqa' ħaj, mard, diżabilità u qgħad.

5.2.   Pensjonijiet minn pjani privati individwali (minbarra dawk koperti taħt l-ESSPROS) (PY080G)

Pensjonjiet regolari minn pjani privati (minbarra dawk koperti taħt l-ESSPROS) jirreferu għal pensjonijiet u ħlasijiet annwali riċevuti, matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul, fil-forma ta' interessi jew imgħaxijiet minn pjani ta' assigurazzjoni privati individwali, jiġ. skemi organizzati sħaħ fejn il-kontribuzzjonijiet huma għad-diskrezzjoni tal-kontributur indipendentement minn min iħaddimhom jew il-gvern.

Dan jinkludi:

 anzjanità, min jibqa' ħaj, mard, diżabilità u pensjonijiet għal qgħad riċevuti bħala interessi jew imgħaxijiet minn pjani privati ta' assigurazzjoni individwali.

Dan ma jinkludix:

 pensjonijiet minn skemi governattivi obbligatorji,

 pensjonijiet minn skemi obbligatorji fuq bażi ta' min iħaddem.



TABELLA 1

Varjanti fil-mira ta' dħul gross fuq livell ta' komponent

Komponenti ta' dħul

Isem varjanti

Varjant fil-mira

2.1.  Dħul gross ta' impjegat

PY010G

Dħul fi flus gross jew fi kważi flus ta' impjegat (1)

PY020G

Dħul mhux fi flus gross ta' impjegat

PY030G

Kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni ta' min iħaddem

2.2.  Impjieg ta' min jaħdem għal rasu

dħul

PY050G

Profitti fi flus gross jew telf minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu

(inklużi drittijiet)

PY070G

Valur ta' merkanzija prodotta għal konsum personali

2.3.  Kera attribwit

HY030G

Kera attribwit

2.4.  Dħul minn proprjetà

HY090G

Interessi, imgħaxijiet, profitt minn investimenti kapitali f'

azjenda mhux inkorporata

HY040G

Dħul minn kiri ta' proprjetà jew art

2.5.  Trasferiment kurrenti riċevut

 
 

Benefiċċji soċjali

 

HY050G

Għotjiet relatati ma' familja/tfal

 

HY060G

Esklużjoni soċjali mhux ikklassifikata x'imkien ieħor

 

HY070G

Għotjiet għal alloġġ

 

PY090G

Benefiċċji għal qgħad

 

PY100G

Benefiċċji għal anzjanità

 

PY110G

Benefiċċji għal min jibqa' ħaj

 

PY120G

Benefiċċji għal mard

 

PY130G

Benefiċċji għal diżabilità

 

PY140G

Għotjiet relatati ma' edukazzjoni

Trasferimenti ta' flus fid-dar riċevuti regolarment

 

HY080G

Trasferimenti ta' flus fid-dar riċevuti regolarment

2.6.  Dħul ieħor riċevut

HY110G

Dħul riċevut minn nies taħt l-età ta' 16

2.7.  Ħlasijiet ta' interessi

HY100G

Interessi mħallsin fuq self bankarju għal xiri ta' dar

2.8.  Trasferimenti kurrenti mħallsa

HY140G

Taxxa fuq dħul u kontribuzzjonijiet soċjali

HY120G

Taxxi regolari fuq il-ġid

PY030G

Kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali ta' min iħaddem

HY130G

Trasferimenti ta' flus fid-dar imħallsin regolarment

(1)   Għal raġunijiet prattiċi xi komponenti ta' dħul jistgħu jkunu inklużi f'oħrajn (per eżempju, il-karozza tal-kumpanija li hija inizjalment inkluża fi dħul mhux fi flus ta' impjegat) jistgħu jkunu miġbura taħt dħul ta' flus ta' impjegat.



TABELLA 2

Varjanti fil-mira ta' dħul nett f'livell ta' komponent

Komponenti ta' dħul

Isem varjanti

Varjant fil-mira

2.1.  Dħul nett ta' impjegat

PY010N

Dħul fi flus nett jew fi kważi flus ta' impjegat (1)

PY020N

Dħul mhux fi flus nett ta' impjegat

2.2.  Impjieg ta' min jaħdem għal rasu

dħul

PY050N

Profitti fi flus nett jew telf minn impjieg ta' min jaħdem għal rasu (inklużi

drittijiet)

PY070N = P-Y070G

Valur ta' merkanzija prodotta għal konsum personali

2.3.  Kera attribwit

HY030N = H-Y030G

Kera attribwit

2.4.  Dħul minn proprjetà

HY090N

Interessi, imgħaxijiet, profitt minn investimenti kapitali

f'azjenda mhux inkorporata

HY040N

Dħul minn kiri ta' proprjetà jew art

2.5.  Trasferiment kurrenti

riċevut

 
 

Benefiċċji soċjali

 

HY050N

Għotjiet relatati ma' familja/tfal

 

HY060N

Esklużjoni soċjali mhux ikklassifikata x'imkien ieħor

 

HY070N

Għotjiet għal alloġġ

 

PY090N

Benefiċċji għal qgħad

 

PY100N

Benefiċċji għal anzjanità

 

PY110N

Benefiċċji għal min jibqa' ħaj

 

PY120N

Benefiċċji għal mard

 

PY130N

Benefiċċji għal diżabilità

 

PY140N

Għotjiet relatati ma' edukazzjoni

Trasferimenti ta' flus fid-dar riċevuti regolarment

 

HY080N

Trasferimenti ta' flus fid-dar riċevuti regolarment

2.6.  Dħul ieħor riċevut

HY110N

Dħul riċevut minn nies taħt l-età ta' 16

2.7.  Ħlasijiet ta' interessi

HY100N

Interessi mħallsin fuq self bankarju għal xiri ta' dar

2.8.  Trasferimenti kurrenti mħallsin

HY140N

Taxxa fuq dħul u kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali

HY145N

Ħlas lura/riċevut għal aġġustamenti ta' taxxa

HY120N =

HY120G

Taxxi regolari fuq il-ġid

HY130N

Trasferimenti ta' flus fid-dar imħallsin regolarment

(1)   Għal raġunijiet prattiċi xi komponenti ta' dħul jistgħu jkunu inklużi f'oħrajn (per eżempju, il-karozza tal-kumpanija li hija inizjalment inkluża fid-dħul mhux fi flus ta' impjegat) jistgħu jkunu miġbura taħt dħul fi flus ta' impjegat.

Jekk minn komponent ta' dħul ma jkunux ġew imnaqqsa kemm taxxi u lanqas kontribuzzjonijiet soċjali minn ras il-għajn, dan il-komponent

ta' dħul huwa ikkunsidrat bħala “gross”.



TABELLA 3

Punti oħra mhux ikkunsidrati bħala parti ta' dħul

Punti oħra mhux ikkunsidrati bħala parti ta' dħul

Isem varjanti

Varjant fil-mira

Kontribuzzjonijiet għal u pensjonijiet minn pjani ta' pensjoni privata individwali (1)

Kontribuzzjonijiet għal

pjani ta' pensjoni privata

PY035G =

PY035N

Kontribuzzjonijiet għal pjani ta' pensjoni privata individwali

Pensjonijiet minn

pjani privati individwali

PY080G

Pensjonijiet minn pjani privati individwali (gross)

Pensjonijiet minn

pjani privati individwali

PY0080N

Pensjonijiet minn pjani privati individwali (nett)

(1)   Dawn il-varjanti jkunu obbligatorji mill-bidu ta' l-UE-SILC.




ANNESS II

TWASSIL TA’ INFORMAZZJONI DWAR DĦUL

1.

Għan ewlieni ta’ l-UE-SILC huwa li titwassal informazzjoni soda u komparabbli dwar dħul disponibbli totali fid-dar, dħul disponibbli totali fid-dar qabel trasferimenti (minbarra benefiċċji għal anzjanità u għal min jibqa’ ħaj; inklużi benefiċċji għal anzjanità u għal min jibqa’ ħaj), dħul totali gross u dħul gross fuq livell ta’ komponent.

2.

Dan il-għan għandu jintlaħaq f’żewġ miżuri, f’li Istati Membri ikunu imħollija jipposponu t-twassil ta’ xi ftit mill-informazzjoni ta’ hawn fuq sa wara l-ewwel sena tat-tħaddim tagħha. L-informazzjoni waħdana li għaliha t-twassil ma jkunx obbligatorju mill-ewwel sena tat-tħaddim huma kif ġejja:

 komponenti mhux monetarji ta’dħul ta’ impjegat (bl-eċċezzjoni ta’ karozzi ta’ kumpanija, li għandhom jkunu ikkalkolati sa mill-ewwel sena tat-tħaddim) u dħul minn impjieg ta’ min jaħdem għal rasu, kera attribwit u ħlasijiet ta’ interessi. Dawn ikunu volontarji mill-ewwel sena tat-tħaddim u obbligatorji mill-2007,

 kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni soċjali gross ta’ min iħaddem għandhom ikunu inklużi mill-2007 ‘il quddiem, jekk riżultati ta’ studji ta’ prattiċità ikunu pożittivi.

3.

►M1  

B’deroga mill-paragarfu 2, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall, il-Polonja u l-Latvja għandhom ikunu awtorizzati biex ma jibagħtux data dwar dħul gross mill-ewwel sena minn meta jibdew joperaw. Dawn il-pajjiżi għandhom, iżda, jibagħtu din id-data kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ mhux aktar tard mill-2007.

 ◄

Sadanittant, il-Kummissjoni għandha tagħmel studji fondi ta’ prattiċità fuq dan is-suġġett f’koperazzjoni ma’ pajjiżi, u tipprovdi assistenza teknika tal-bidu biex tgħin pajjiżi jissodisfaw din il-ħtieġa ta’ informazzjoni grossa.

Pajjiżi għandhom jirrapportaw kull sena dwar il-progress tagħhom fit-twettiq ta’ konverżjoni netta/grossa fir-rapporti ta’ kwalità tagħhom.

4.

Jekk il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja jew il-Portugall ma jkunux jistgħu jwasslu l-komponent ta’ informazzjoni dwar dħul gross mill-ewwel sena tat-tħaddim tiegħu l-komponent ta’ dħul nett korrispondenti jkun meħtieġ.

F’dan il-mod komponent ta’ dħul għandu jkun dejjem imniżżel fl-istess forma (gross, in-nett ta’ taxxa fuq id-dħul minn ras il-għajn u kontribuzzjonijiet soċjali, in-nett ta’ taxxa ta’ dħul minn ras il-għajn, in-nett ta’ kontribuzzjonijiet soċjali) skond l-ispeċifikazzjoni tas-soltu għal dan il-komponent ta’ dħul fil-pajjiż.



( 1 ) (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

( 2 ) ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 1.

( 3 ) Dawk l-Istati Membri li jużaw fl-UE-SILC id-definizzjoni komuni ta' dar definita fis-sistema statistiku nazzjonali tagħhom, għandhom ikunu mħollija jiddefinixxu il-“membri fid-dar” skond dik id-definizzjoni.

( 4 ) Jekk kwalunkwe merkanzija jew servizzi huma ipprovduti għal użu kemm privat u għax-xogħol, allura l-użu privat bħala proporzjon ta' użu totali għandu jkun stmat u applikat għall-valur totali.

( 5 ) Il-benefiċċji soċjali inklużi fl-UE-SILC, bl-eċċezzjoni ta' benefiċċji għal alloġġ huma ristretti għal benefiċċji fi flus.

( 6 ) Sabiex jinkiseb kejl aktar qrib tal-qagħda tajba fid-dar, il-benefiċċji f'somma waħda riċevuti matul il-perjodu ta' referenza tad-dħul għandu jkun ittratat skond ir-rakkommandazzjonijiet tekniċi ta' l-Eurostat. Fl-istess mod, somom sħaħ riċevuti qabel il-perjodu ta' referenza tad-dħul jistgħu jittieħdu akkont u attribwiti skond ir-rakkommandazzjonijiet ta' l-Eurostat.