2003R0091 — MT — 13.12.2016 — 004.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 91/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Diċembru 2002

dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija

(ĠU L 014 21.1.2003, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1192/2003 tat-3 ta' Lulju 2003

  L 167

13

4.7.2003

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta’ Novembru 2007

  L 290

14

8.11.2007

►M3

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M4

REGOLAMENT (UE) 2016/2032 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ottubru 2016

  L 317

105

23.11.2016




▼B

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 91/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Diċembru 2002

dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija



Artikolu 1

L-għan

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni ta' l-istatistika Komunitarja tat-trasport bil-ferrovija.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jkopri l-ferroviji kollha fil-Komunità. Kull Stat Membru għandu jirrapporta l-istatistika li għandha x'taqsam mat-trasport bil-ferrovija fit-territorju nazzjonali tiegħu. Meta impriża tal-ferroviji topera f'iktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet nazzjonali interessati għandhom jeħtieġu lill-impriża li tipprovdi l-informazzjoni b'mod separat għal kull pajjiż li topera fih sabiex tgħin li jiġu mibnija l-istatistiki nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' dan ir-Regolament:

(a) l-impriżi tal-ferroviji li joperaw fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom ġewwa installazzjonijiet industrijali u bħal dawn, inklużi l-portijiet;

(b) l-impriżi tal-ferroviji li jipprovdu prinċipalment servizzi turistiċi lokali, bħalma huma l-ferroviji storiċi tal-fwar ippriservati.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

▼M1

1.  Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. “pajjiż li jirrapporta” ifisser l-Istat Membru li jittrasmetti fatti magħrufa (data) lill-Eurostat;

2. “awtoritajiet nazzjonali” ifissru istituti nazzjonali ta' l-istatistika u korpi oħra responsabbli f'kull Stat Membru biex jipproduċu statistiċi tal-Komunità;

3. “ferrovija” tfisser linja ta' komunikazzjoni magħmula bil-ferrovija esklussivament għall-użu ta' vetturi tal-ferrovija;

4. “vettura tal-ferrovija” tfisser tagħmir mobbli li jopera esklussivament fuq il-binarji, li jimxi jew fuq is-saħħa tiegħu stess (vetturi tractive) jew jinġibed minn vettura oħra (karozzi tal-linja privati, karrijiet tar-railcar, vannijiet u vaguni);

5. “railwimpriżi ferrovjarji” ifissru xi impriża pubblika jew privata li tipprovdi servizzi għat-trasport ta' merkanzija u/jew passiġġieri bil-ferrovija. Impriżi li n-negozju tagħhom biss huwa li jipprovdu servizzi għat-trasport ta' passiġġieri bil-metro, tram u/jew light rail huma esklużi;

6. “trasport ta merkanzija bil-ferrovija” ifisser il-moviment ta' merkanzija permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post ta' tagħbija u l-post tal-ħatt;

7. “trasport ta' passiġġieri bil-ferrovija” ifisser il-moviment ta' passiġġieri permezz ta' vetturi tal-ferrovija bejn il-post ta' l-imbark u l-post ta' l-iżbark; It-trasport ta' passiġġieri bil-metro, tram u/jew light rail huma esklużi;

8. (magħruf ukoll bħala “subway”, “linja tal-ferrovija metropolitana” jew “sotterran”) ifisser linja tal-ferrovija ta' l-elettriku għat-trasport ta' passiġġieri bil-kapaċita għal volum kbir ta' traffiku u karatterizzat permezz ta' drittijiet ta' mogħdija esklussivi, ferroviji b'ħafna vaguni, aċċellerazzjoni b' veloċita għolja u rapida, sinjalar sofistikat kif ukoll l-assenza ta'qsim tal-linja fuq livell wieħed biex tiġi permessa frekwenza għolja ta' ferroviji u tagħbija ta' pjattaforma għolja. Metros huma karatterizzati wkoll permezz ta' stazzjonijiet spazjati viċin xulxin, li normalment ifisser distanza ta' 700 sa 1 200 m bejn l-istazzjonijiet. “Veloċita għolja” tirreferi l-paragun ma' trammijiet u light rail, u tfisser hawnhekk approssimament 30 sa 40 km/h fuq distanzi iqsar, 40 sa 70 km/h fuq distanzi itwal;

9. “(streetcar)” ifisser vettura tat-triq tal-passiġġieri disinjata biex joqogħdu aktar minn disa' persuni (inkluż is-sewwieq), li hija konnessa ma' kondutturi ta' l-elettriku jew taħdem permezz ta' magna tad-diesel u li timxi fuq il-binarji tal-ferrovija;

10. light rail” tfisser ferrovija għat-trasport ta' passiġġieri li ħafna drabi tuża karozzi li jimxu fuq il-binarji tal-ferrovija li jaħdmu bl-elettriku li joperaw weħidhom jew f'ferroviji qosra fuq linji b'żewġ binarji fissi. Ġeneralment hemm distanza ta' inqas minn 1 200 m bejn stazzjonijiet/waqfiet. Paragunat ma' metros, light rail huwa mibni b'mod aktar ħafif, huwa disinjat għal volumi ta' traffiku aktar baxxi u normalment jivvjaġġa b'veloċitajiet aktar baxxi. Huwa xi kultant diffiċli biex issir distinzjoni preċiża bejn light rail u trammijiet; trammijiet ġeneralment mhumiex mifruda minn traffiku tat-triq, filwaqt li light rail jista' jiġi mifrud minn sistemi oħra;

11. “trasport nazzjonali” ifisser trasport bil-ferrovija bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija u imbark u post ta' ħatt/żbark) lokat fil-pajjiż li jirrapporta. Jista' jinvolvi transitu minn ġewwa pajjiż ieħor;

12. “trasport internazzjonali” ifisser trasport bil-ferrovija bejn post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) fil-pajjiż li qed jirrapporta u post (ta' tagħbija/imbark jew ta' ħatt/żbark) f'pajjiż ieħor;

13. “transitu” ifisser trasport bil-ferrovija minn ġewwa l-pajjiż li qed jirrapporta bejn żewġ postijiet (post ta' tagħbija u imbark u post ta' ħatt/żbark) li jinstabu barra mill-pajjiż li jirrapporta. Operazzjonijiet ta' trasport li jinvolvu tagħbija/imbark jew ħatt/żbark ta' merkanzija/passiġġieri fil-fruntiera tal-pajjiż li qed jirrapporta minn/fuq mod ieħor ta' trasport mhumiex meqjusa bħala transitu;

14. “passiġġier tal-ferrovija” ifisser kull persuna, minbarra membri ta' l-ekwipaġġ tal-ferrovija, li jagħmel vjaġġ bil-ferrovija. Għal statistika ta' inċidenti, passiġġieri li jipprovaw jimbarkaw/jiżbarkaw fuq/minn fuq ferrovija li qed timxi huma inklużi;

15. “numru ta' passiġġieri” ifissru n-numru ta' vjaġġi minn passiġġieri tal-ferrovija, fejn kull vjaġġ huwa definit bħala l-moviment minn post ta' imbark sal-post ta' l-iżbark, bi trasferimenti jew mingħajr trasferimenti minn vettura waħda tal-ferrovija għal fuq oħra. Jekk passiġġieri jużaw is-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, fejn ikun possibbli m'għandhomx jiġu magħduda aktar minn darba;

16. “passiġġier-km” ifisser l-unit ta' miżuri li tirrappreżenta t-trasport ta' passiġġier wieħed permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

17. “It-toqol li jrid jitqies jinkludi, b'żieda mat-toqol tal-merkanzija trasportata, it-toqol tal-pakkeġġjar u t-toqol tare ta” kontenituri, swap bodies, sodod ċatti ta' l-injam (pallets) kif ukoll vetturi tat-triq trasportati bil-ferrovija matul il-kors ta' operati ta' trasport kombinati. Jekk il-merkanzija hija trasportata permezz tas-servizzi ta' aktar minn impriża waħda tal-ferrovija, meta jkun possibbli t-toqol ta' merkanzija m'għandhiex tiġi magħduda aktar minn darba;

18. “tunnellata mettrika-km” tfisser l-unit ta' miżura ta' trasport ta' merkanzija li tirrappreżenta t-trasport ta' tunnellata mettrika waħda (1 000  kilogramma) ta' merkanzija permezz tal-ferrovija fuq distanza ta' kilometru wieħed. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

19. “ferrovija” tfisser vettura waħda jew aktar tal-ferrovija li jinġibdu minn magni tal-ferrovija jew railcars, jew railcar waħda li tivvjaġġa waħedha, li topera skond numru msemmi jew nomina speċifika minn punt inizjali fiss sa punt terminali fiss. Magna żgħira, jiġifieri magna li tivvjaġġa waħedha, mhijiex meqjusa bħala ferrovija;

20. “ferrovija-km” tfisser l-unit ta' miżura li tirrappreżenta l-moviment ta' ferrovija fuq kilometru wieħed. Id-distanza wżata hija d-distanza li tkun attwalment imxiet, jekk disponibbli, inkella d-distanza tan-network stabbilita bejn l-oriġini u d-destinazzjoni għandha tintuża. Għandha titqies biss id-distanza fit-territorju nazzjonali tal-pajjiż li qed jirrapporta;

21. “tagħbija tal-ferrovija sħiħa” tfisser kull kunsinja li tikkomprendi tagħbija ta' vagun waħda jew aktar trasportati fl-istess ħin minn l-istess mittent (sender) fl-istess stazzjon u tintbagħat mingħajr l-ebda bidla fil-komposizzjoni tal-ferrovija lill-indirizz ta' l-istess destinatarju fl-istess stazzjon tad-destinazzjoni;

22. “tagħbija tal-vagun sħiħa” tfisser kull kunsinja ta' merkanzija għal liema l-użu esklussiv ta' vagun huwa meħtieġ, kemm jekk il-kapaċita totali ta' tagħgija hija utilizzati jew kemm jekk le;

23. “UEG (Unit Ekwivalenti ta' Għoxrin-pied)” ifisser unit stabbilit ibbażat fuq kontenitur ta' OIS ta' tul ta' 20 pied (6,10 m), użat bħala miżura ta' l-istatistika ta' mixi tat-traffiku jew kapaċitajiet. Kontenitur wieħed standard 40' OIS Serje 1 huwa ugwali għal żewġ UEG-ijiet. Swap bodies taħt l-20 pied jikkorrespondu għal 0,75 UEG, bejn 20 pied u 40 pied għal 1,5 UEG u aktar minn 40 pied għal 2,25 UEG.

▼M4 —————

▼M4

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10 rigward l-emendar tal-Artikolu preżenti li jadatta d-definizzjonijiet tekniċi li jinsabu fil-punti 8 sa 10 u 21 sa 23 tal-paragrafu 1, u li tipprevedi definizzjonijiet tekniċi addizzjonali meta jkun meħtieġ biex jittieħed kont ta' żviluppi ġodda li jirrikjedu d-definizzjoni ta' ċertu livell ta' dettall tekniku sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tal-istatistika.

Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta' analiżi tal-kosteffettività, inkluż valutazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

▼B

Artikolu 4

Il-ġbir ta' l-informazzjoni

1.  L-istatistiċi li jridu jinġabru huma ddikjarati fl-Annessi ma' dan ir-Regolament. Għandhom ikopru t-tipi ta' informazzjoni li ġejjin:

(a) l-istatistiċi annwali dwar it-trasport tal-merkanzija - rappurtaġġ iddettaljat (l-Anness A);

▼M4 —————

▼B

(ċ) l-istatistiċi annwali dwar it-trasport tal-passiġġieri - rappurtaġġ iddettaljat (l-Anness Ċ);

▼M4 —————

▼B

(e) l-istatistiċi ta' kull kwart tas-sena dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri (l-Anness E);

(f) l-istatistiċi reġjonali dwar it-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri (l-Anness F);

(g) l-istatistiċi dwar il-mixi tat-traffiku fuq in-network tal-ferroviji (l-Anness G).

▼M4 —————

▼M4

2.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw taħt l-Annessi A u C informazzjoni għall-impriżi li għandhom:

(a) volum totali ta' trasport ta' merkanzija tagħhom ta' mill-anqas 200 000 000 tunnellata-kilometri jew mill-anqas 500 000 tunnellata;

(b) volum totali ta' trasport ta' passiġġieri tagħhom ta' mill-anqas 100 000 000 passiġġieri-kilometri.

Ir-rapportar taħt l-Annessi A u C għandu jkun fakultattiv fir-rigward ta' impriżi li jaqgħu taħt il-livelli limitu msemmija fil-punti (a) u (b).

3.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw taħt l-Anness L l-informazzjoni totali għall-impriżi li jaqgħu taħt il-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 2 jekk dik l-informazzjoni ma tiġix irrapportata taħt l-Annessi A u C, kif speċifikat fl-Anness L.

▼B

4.  Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija tista' tiġi kklassifikata skond l-Anness J. B'żieda ma' dan il-merkanzija perikoluża tista' tiġi kklassifikata skond l-Anness K.

▼M3

5.  Il-kontenut tal-Annessi jista' jiġi adattat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

▼B

Artikolu 5

Il-għejun ta' l-informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw organizzazzjoni pubblika jew privata sabiex tieħu sehem fil-ġbir ta' l-informazzjoni meħtieġa skond dan ir-Regolament.

2.  L-informazzjoni meħtieġa tista' tinkiseb bl-użu ta' kull għaqda ta' l-għejun li ġejjin:

(a) l-istħarriġiet obbigatorji;

▼M4

(b) l-informazzjoni amministrattiva, li tinkludi l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet regolatorji, b'mod partikolari l-polza tat-tagħbija tal-merkanzija ferrovjarja jekk tkun disponibbli;

▼B

(ċ) il-proċeduri statistiċi ta' l-istimi;

(d) l-informazzjoni fornita mill-organizzazzjonijiet professjonali fl-industrija tal-ferroviji;

(e) studji ad hoc.

3.  L-awtoritajiet għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkoordinaw l-għejun ta' l-informazzjoni użat u sabiex jiżguraw il-kwalità ta' l-istatistika trasmessa lill-Eurostat.

Artikolu 6

It-trasmissjoni ta' l-istatistika lill-Eurostat

1.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Eurostat l-istatistika riferita fl-Artikolu 4.

2.  L-arranġamenti għat-trasmissjoni ta' l-istatistika riferiti fl-Artikolu 4 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 11(2).

▼M4

Artikolu 7

Tixrid

L-istatistika bbażata fuq id-data speċifikata fl-Annessi A, C, E, F, G, u L għandha tiġi mxerrda mill-Kummissjoni (Eurostat).

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

▼B

Artikolu 8

Il-kwalità ta' l-istatistika

1.  Sabiex jgħin lill-Istati Membri jżommu l-kwalità fl-istatistika fl-isfera tal-kontroll tat-trasport bil-ferrovija, l-Eurostat għandha tiżviluppa u tippubblika rakkommandazzjonijiet metodoloġiċi. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet għandhom iqisu l-aħjar prattiċi ta' l-awtoritajiet nazzjonali, l-impriżi tal-ferroviji u l-organizzazzjonijiet professjonali ta' l-industrija tal-ferroviji.

▼M4

1a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni trażmessa.

▼B

2.  Il-kwalità ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika għandha tiġi vvalutata mill-Eurostat. Għal dan il-fini, fuq talba mill-Eurostat, l-Istati Membri għandhom japplikaw it-tagħrif dwar il-metodi użati fil-produzzjoni ta' l-istatistika.

▼M4

3.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterji ta' kwalità li għandhom jiġu applikati għall-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-arranġamenti dettaljati, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti ta' kwalità standard. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

▼M4

Artikolu 9

Rapporti dwar l-implimentazzjoni

Sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar żviluppi futuri.

F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni rilevanti provduta mill-Istat Membri li tirrigwarda l-kwalità tal-informazzjoni trażmessa, il-metodi li jintużaw għall-ġbir tal-informazzjoni u l-informazzjoni dwar titjib potenzjali u dwar il-ħtiġijiet tal-utenti.

B'mod partikolari, dak ir-rapport għandu:

(a) jivvaluta l-benefiċċji, għall-Unjoni, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti ta' informazzjoni statistika, tal-istatistika prodotta, meta mqabbla mal-ispejjeż tagħhom;

(b) jivvaluta l-kwalità tal-informazzjoni trażmessa, il-metodi użati għall-ġbir tal-informazzjoni u l-kwalità tal-istatistika prodotta.

Artikolu 10

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-13 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien bl-istess durata, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 2 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

Artikolu 11

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS A



L-ISTATISTIĊI ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA - RAPPURTAĠĠ DETTALJAT

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl

Il-Merkanzija ttrasportata fi:

— tunnellati metriċi

— tunnellati metriċi-kilometri

Il-Movimenti tat-trenijiet tal-merkanzija fi:

— trenijiet-kilometri

In-Numru ta' l-unitajiet tat-trasport intermodali:

— In-numru totali

— It-TEU (unitajiet ekwivalenti għal 20 pied il-waħda) (għall-kontenituri u l-l-korpi tat-tpartit)

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment

Sena

Il-Frekwenza

Kull sena

Il-Lista tat-tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull tabella

It-Tabella A1: il-merkanzija ttrasportata, skond it-tip tat-trasport

It-Tabella A2: il-merkanzija ttrasportata, skond it-tip ta' l-oġġetti (l-Anness J)

It-Tabella A3: il-merkanzija ttrasportata (għat-traffiku internazzjonali u tat-transitu) skond il-pajjiż tat-tagħbija u tal-ħatt

It-Tabella A4: il-merkanzija ttrasportata, skond il-kategorija tal-merkanzija perikoluża (l-Anness K)

It-Tabella A5: il-merkanzija ttrasportata, skond it-tip tal-kunsinna (mhux obbligatorja)

It-Tabella A6: il-merkanzija ttrasportata f'unitajiet tat-trasport intermodali, skond it-tip tat-trasport u t-tip ta' l-unità tat-trasport

It-Tabella A7: in-numru ta' unitajiet imgħobbija tat-trasport intermodali miġrura, skond it-tip tat-trasport u t-tip ta' l-unitajiet tat-trasport

It-Tabella A8: in-numru ta' unitajiet battala tat-trasport intermodali miġrura, skond it-tip tat-trasport u t-tip ta' l-unità tat-trasport

It-Tabella A9: il-moviment tat-trenijiet tal-merkanzija

It-temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni

Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment għat-Tabelli A1, A2 u A3

2003

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment għat-Tabelli A4, A5, A6, A7, A8 u A9

2004

Noti

1.  It-tip tat-trasport jiġi mqassam wieħed wieħed kif ġej:

— nazzjonali

— internazzjonali - dieħel

— internazzjonali - ħiereġ

— fit-transitu

2.  It-tip tal-kunsinna tista' jitqassam waħda waħda kif ġej:

— tagħbijiet sħaħ tat-trenijiet

— tagħbijiet sħaħ tal-vaguni

— oħrajn

3.  It-tip ta' l-unitajiet tat-trasport jista' jitqassam wieħed wieħed kif ġej:

— il-kontenituri u l-korpi tat-tpartit

— nofs-karrijiet (mhux akkumpanjati)

— vetturi tat-triq (akkumpanjati)

4.  Għat-Tabella A3, l-Eurostat u l-Istati Membri jistgħu jagħmlu arranġamenti sabiex jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni ta' l-informazzjoni li toriġina mill-impriżi fl-Istati Membri l-oħra, sabiex tiġi żgurata l-koerenza ta' din l-informazzjoni.

5.  Għat-Tabella A4, l-Istati Membri għandhom jindikaw liema kategorija tat-traffiku, jekk ikun hemm minnhom, mhumiex koperti bl-informazzjoni.

6.  Għat-Tabelli minn A2 sa A8 meta ma jkunx disponibbli tagħrif komplet dwar it-trasport tat-transitu l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni kollha disponibbli.

▼M4 —————

▼M4




ANNESS C



STATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI — RAPPURTAR DETTALJAT

Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl

Passiġġieri ttrasportati fi:

— numru ta' passiġġieri

— passiġġieri-kilometri

Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri fi:

— ferroviji-kilometri

Perijodu taż-żmien ta' riferiment

Sena

Frekwenza

Kull sena

Lista ta' tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull tabella

Tabella C3: il-passiġġieri ttrasportati, skont it-tip tat-trasport

Tabella C4: il-passiġġieri internazzjonali ttrasportati, skont il-pajjiż tal-imbark u l-pajjiż tal-iżbark

Tabella C5: Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri

Skadenza għat-trażmissjoni tal-informazzjoni

Tmien xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta' riferiment.

L-ewwel perijodu ta' riferiment

2016

Noti

1.  It-tip tat-trasport jiġi mqassam wieħed wieħed kif ġej:

— nazzjonali

— internazzjonali

2.  Għat-Tabelli C3 u C4, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw informazzjoni li tinkludi l-informazzjoni mill-bejgħ tal-biljetti 'il barra mill-pajjiż tar-rappurtar. Din l-informazzjoni tista' tinkiseb jew direttament mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżi oħra jew permezz tal-arranġamenti internazzjonali tal-kumpens għall-biljetti.

▼M4 —————

▼B




ANNESS E



L-ISTATISTIĊI TA' KULL KWART TA' SENA DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA U TAL-PASSIĠĠIERI

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl

Il-merkanzija ttrasportata fi:

— tunnellati metriċi

— tunnellati metriċi-kilometri

Il-Passiġġieri ttrasportati fi:

— in-numru tal-passiġġieri

— passiġġieri-kilometri

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment

Kwart tas-sena

Il-Frekwenza

Kull kwart tas-sena

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassm waħda waħda għal kull tabella

It-Tabella E1: il-merkanzija ttrasportata

It-Tabella E2: il-passiġġieri ttrasportati

It-temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni

Tliet xhur mit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment

L-Ewwel kwart tas-sena 2004

Noti

1.  It-Tabelli E1 u E2 jistgħu jiġu rrappurtati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni proviżorja, inklużi l-istimi. Għat-Tabella E2, l-Istati Membri jistgħu jirrappurtaw l-informazzjoni msejsa fuq il-bejgħ tal-biljetti fil-pajjiż tar-rappurtaġġ jew kull sors ieħor disponibbli.

2.  Din l-istatistika għandha tiġi fornita għall-impriżi koperti bl-Annessi A u Ċ.




ANNESS F



L-ISTATISTIĊI REĠJONALI DWAR IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA U L-PASSIĠĠIERI

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl

Il-Merkanzija ttrasportata fi:

— tunnellati metriċi

Il-Passiġġieri ttrasportati fi:

— in-numru tal-passiġġieri

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment

Sena

Il-Frekwenza

Kull ħames snin

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull Tabella

It-Tabella F1: it-trasport nazzjonali tal-merkanzija skond ir-reġjun tat-tagħbija u r-reġjun tal-ħatt (in-NUTS 2)

It-Tabella F2: it-trasport internazzjonali tal-merkanzija skond ir-reġjun tat-tagħbija u r-reġjun tal-ħatt (in-NUTS 2)

It-Tabella F3: it-trasport nazzjonali tal-passiġġieri skond ir-reġjun ta' l-imbark u r-reġjun ta' l-iżbark (in-NUTS 2)

Tit-Tabella F4: it-trasport tal-passiġġieri internazzjonali skond ir-reġjun ta' l-imbark u r-reġjun ta' l-isżbark (in-NUTS 2)

It-Temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni

12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment

L-Ewwel perjodu taż-żmien tar-riferiment

2005

Noti

1.  Meta l-post tat-tagħbija jew tal-ħatt (it-Tabelli F1, F2) jew l-imbark jew l-iżbark (it-Tabelli F3, F4) ikun 'il barra miż-Żona Ekonomika Ewropea, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw biss il-pajjiż.

2.  Sabiex tassisti lill-Istati Membri fit-tħejjija ta' dawn it-tabelli, l-Eurostat għandha tipprovdi lill-Istati Membri b'lista tal-kodiċijiet ta' l-istazzjon UIC u l-kodiċijiet korrispondenti tan-NUTS.

3.  Għat-Tabelli F3 u F4, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw l-informazzjoni msejsa fuq il-bejgħ tal-biljetti jew kull sors ieħor disponibbli.

4.  Dawn l-istatistiċi għandhom jiġu forniti għall-impriżi koperti bl-Annessi A u Ċ.




ANNESS G



L-ISTATISTIĊI DWAR IL-MIXI TAT-TRAFFIKU FUQ IN-NETWORK TAL-FERROVIJI

Il-Lista tal-varjanti u ta' l-unitajiet tal-kejl

It-Trasport tal-Merkanzija

— in-numru tat-trenijiet

It-Trasport tal-passiġġieri:

— in-numru tat-trenijiet

Oħrajn (it-trenijiet tas-servizz, eċċ.) (mhux obbligatorju):

— in-numru tat-trenijiet

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment

Sena

Il-Frekwenza

Kull ħames snin

Il-Lista tat-Tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull Tabella

It-Tabella G1: it-trasport ta' l-oġġetti, skond is-segment tan-network

It-Tabella G2: it-trasport tal-passiġġieri, skond is-segment tan-network

It-Tabella G3: Oħrajn (it-trenijiet tas-servizz, eċċ.), skond is-segment tan-network (mhux obbligatorju)

It-Temma taż-żmien għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni

18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu taż-żmien tar-riferiment

Il-Perjodu taż-żmien tar-riferiment

2005

Noti

1.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu s-segmenti tan-networks sabiex jinkludu mill-inqas it-TEN tal-ferroviji fit-territorju nazzjonali tagħhom. Għandhom jikkomunikaw lill-Eurostat:

— il-koordinati ġeografiċi u l-informzzjoni l-oħra meħtieġa sabiex jiġu identifikati u mmappjati kull segment kif ukoll ir-rabtiet bejn is-segmenti,

— it-tagħrif dwar il-karatteristiċi (inkluża l-kapaċità) tat-trenijiet li jużaw kull sgment tan-network.

2.  Kull segment li jagħmel parti min-network trans-Ewropew (TEN) għandha tiġi identifikata permezz ta' attribut addizzjonali fir-reġistrazzjoni ta' l-informazzjoni, sabiex tgħin lit-traffiku tal-ferrovija bit-TEN jiġi kkwanitifikat.

▼M4 —————

▼M2




ANNESS J

NST 2007



Diviżjoni

Deskrizzjoni

01

Prodotti ta’ l-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd

02

Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali

03

Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju

04

Prodotti ta’ l-ikel, xorb u tabakk

05

Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

06

Injam u prodotti ta’ l-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal ta’ l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat

07

Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

08

Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari

09

Prodotti oħra minerali li m’humiex metalliċi

10

Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir

11

Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju ta’ l-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta’ preċiżjoni u ottiċi; arloġġi

12

Tagħmir ta’ trasport

13

Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c.

14

Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta’ skart

15

Posta, pakketti postali

16

Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija

17

Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c.

18

Merkanzija raggruppata: taħlita ta’ tipi ta’ merkanzija li huma ttrasportati flimkien

19

Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16.

20

Merkanzija oħra n.e.c.

▼B




ANNESS K

IL-KLASSIFIKA TAL-MERKANZIJA PERIKOLUŻA

1. L-Isplussivi

2. Il-Gassijiet, ikkompressati, likwefatti jew maħlula taħt il-pressa

3. Il-Likwidi fjammabbli

4.1. Is-Solidi fjammabbli

4.2. Is-Sustanzi li jistgħu jaqbdu b'mod spontanju

4.3. Is-Sustanzi li jtajru l-gassijiet fjammabbli mal-kuntatt ma' l-ilma

5.1. Is-Sustanzi ta' l-ossidazzjoni

5.2. Il-Perossidi organiċi

6.1. Is-Sustanzi tossiċi

6.2. Is-Sustanzi lijabbli li jikkaġunaw l-infezzjonijiet

7. Il-Materjal radjo-attiv

8. Il-Materjali korrużivi

9. Sustanzi mixellanji oħra perikolużi

Nota:

dawn il-kategoriji huma dawk iddefiniti fir-regolamenti li jirrigwardaw it-trasport internazzjonali ta' l-oġġetti perikolużi bil-ferrovija, is-soltu magħrufa bħala r-RID, kif adottati skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi bil-ferrovija u l-emendi sussegwenti ( 4 ).

▼M4




ANNESS L



Tabella L.1

LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA

Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl

Merkanzija trasportata fi:

— tunnellati totali

— tunnellati-kilometri totali

Movimenti tal-ferroviji tal-merkanzija fi:

— ferroviji-kilometri totali

Perijodu ta' riferiment

Sena

Frekwenza

Kull sena

Skadenza għat-trażmissjoni tal-informazzjoni

Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' riferiment

L-ewwel perijodu ta' riferiment

2017

Noti

Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' anqas minn 200 miljun tunnellata-kilometri u anqas minn 500 000 tunnellata u li ma jirrapportawx taħt l-Anness A (rappurtar dettaljat)



Tabella L.2

LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI

Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl

Passiġġieri ttrasportati fi:

— passiġġieri totali

— passiġġieri-kilometri totali

Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri fi:

— ferroviji-kilometri totali

Perijodu ta' riferiment

Sena

Frekwenza

Kull sena

Skadenza għat-trażmissjoni tal-informazzjoni

Tmien xhur mit-tmiem tal-perijodu ta' riferiment

L-ewwel perijodu ta' riferiment

2017

Noti

Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' anqas minn 100 miljun ta' passiġġieri-kilometri u li ma jirrapportawx taħt l-Anness C (rappurtar dettaljat)



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Test b'relevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera) (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

( 2 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 4 ) ĠU L 235, tas-17.09.96, p. 25. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/6/KEE (ĠU L 30, ta' l-1.2.2001, p. 42).