2003L0008 — MT — 31.01.2003 — 000.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/8/KE

tas-27 ta’ Jannar 2003

biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn

▼B

(ĠU L 026, 31.1.2003, p.41)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 188, 18.7.2012, p. 19  (2003/8)




▼B

▼C1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/8/KE

tas-27 ta’ Jannar 2003

biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn

▼B



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikulari l-Artikolu 61(ċ) u 67 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta (mressqa) mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea nkarigat ruħha bl-għan li żżomm u tiżviluppa żona ta' liberta, ta' sigurta u ġustizzja li fiha l-moviment ħieles tal-persuni jkun żgurat. Għall-istabbiliment gradwali ta' żona bħal din, il-Komunita għandha tadotta, fost oħrajn, il-miżuri konnessi mal-koperazzjoni ġudizzjarji f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet bejn il-konfini u huma meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern.

(2)

Skond l-Artikolu 65(ċ) tat-Trattat, dawn il-miżuri għandhom jinkludu miżuri li jeliminaw ostakoli għall-funzjonament tajjeb ta' proċeduri ċivili applikabbli fl-Istati Membri.

(3)

L-Kunsill Ewropew ta' Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 stieden lill-Kunsill jistabbilixxi standards minimi li jiżguraw livell adegwat ta' għajnuna legali f'każijiet bejn konfini ma' l-Unjoni kollha.

(4)

L-Istati Membri kollha huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Liberta Fundamentali ta' l-4 ta' Novembru 1950. Il-materji li tirreferi għalihom din id-Direttiva għandhom ikunu ttrattati b'konformita ma' dik il-Konvenzjoni u b'mod partikulari r-rispett tal-prinċipju ta' l-ugwaljanza taż-żewġ partijiet fit-tilwima.

(5)

Din id-Direttiva tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni ta' għajnuna legali f'tilwimiet bejn konfini għal persuni li m'għandhomx riżorsi biżżejjed fejn għajnuna tkun meħtieġa biex ikun żgurat aċċess effettiv għal ġustizzja. Id-dritt ġeneralment irrikonoxxut għal aċċess għal ġustizzja huwa wkoll irriaffermat bl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(6)

La n-nuqqas ta' riżorsi tal-litigant, kemm jekk jaġixxi bħala kwerelant jew bħala konvenut, lanqas id-diffikultajiet ikkawżati mid-daqs tat-tilwima bejn konfini m'għandhom ifixklu l-aċċess effettiv għal ġustizzja.

(7)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istat Membru jaġixxi waħdu u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell ta' Komunita, il-Komunita tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjareta kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalita, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(8)

L-għan prinċipali ta' din id-Direttiva huwa li tiggarantixxi livell adegwat ta' għajnuna legali f'tilwimiet bejn konfini billi tippreskrivi standards komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali f'tilwimiet bħal dawn. Direttiva tal-Kunsill hija l-iktar strument leġislattiv adattat għal dan il-għan (fini).

(9)

Din id-Direttiva tapplika f'tilwimiet bejn konfini, għal materji ċivili u kummerċjali.

(10)

Il-persuni kollha mdaħħla f'tilwima ċivili jew kummerċjali fl-ambitu ta' din id-Direttiva għandhom ikunu kapaċi jasserixxu d-drittijiet tagħhom fil-qrati wkoll jekk is-sitwazzjoni finanzjarja personali tagħhom tagħmilha impossibbli għalihom li jġorru l-ispejjeż tal-proċeduri. Għajnuna legali hija kkonsidrata bħala xierqa meta tippermetti lir-riċevitur aċċess effettiv għal ġustizzja taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

(11)

L-għajnuna legali għandha tkopri parir qabel il-litigazzjoni bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim qabel jinbdew proċedimenti ġudizzjarji, assistenza legali biex jinġieb każ quddiem qorti u rappreżentanza fil-qorti u assistenza fl-ispiża tal-proċeduri jew eżenzjoni minnhom.

(12)

Għandu jitħalla għal-liġi ta' l-Istat Membru li fih il-qorti jkun ikkostitwit jew fejn infurzar ikun mitlub jekk l-ispejjeż tal-proċeduri ikunux jistgħu jinkludu l-ispejjeż ta' l-opponent imposti fuq ir-riċevitur ta' l-għajnuna legali.

(13)

Iċ-ċittadini kollha ta' l-Unjoni, kull fejn huma ddomiċiljati jew residenti abitwalment fit-territorju ta' Stat Membru, għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna legali f'tilwimiet bejn konfini jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet ipprovduti b'din id-Direttiva. L-istess japplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li abitwalment u legalment jirresjedu fi Stat Membru.

(14)

Stati Membri għandhom jitħallew liberi li jiddefinixxu l-limitu li iktar ‘il fuq minnu persuna tkun preżunta kapaċi ġġorr l-ispejjeż ta' proċeduri, fil-kondizzjonijiet iddefinti f'din id-Direttiva. Limiti bħal dawn għandhom ikunu ddefinti fid-dawl ta' fatturi oġġettivi varji bħal introjtu, kapital u sitwazzjoni familjari.

(15)

L-għan ta' din id-Direttiva ma setgħax, madankollu, jinkiseb jekk applikanti għal għajnuna legali ma kellhomx il-possibilità li jipprovaw li ma jistgħux iġorru l-ispejjeż ta' proċeduri wkoll jekk ir-riżorsi tagħhom jeċċedu l-limitu ddefinit mill-Istat Membru fejn il-qorti huwa ikkostitwit. Meta tkun qiegħda tintgħamel l-istima ta' jekk għajnuna legali għandhiex tingħata fuq din il-bażi, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru fejn il-qorti jkun ikkostitwit jistgħu jqisu informazzjoni dwar il-fatt li l-applikant jissodisfa kriterji fir-rigward ta' eliġibilità finanzjarja fl-Istat Membru ta' domiċilju jew residenza abitwali.

(16)

Il-possibiltà fil-każ istanti li jsir rikors għal mekkaniżmi oħra biex ikun żgurat aċċess effettiv għal ġustizzja mhuwiex għamla ta' għajnuna legali. Imma jista' jiġġustifika preżunzjoni li l-persuna kkonċernata tista' ġġorr l-ispejjeż tal-proċedura minkejja s-sitwazzjoni finanzjarja sfavorevoli tagħha.

(17)

Stati Membri għandhom ikunu permessi jirroftaw applikazzjonijiet għal għajnuna legali fir-rigward ta' azzjonijiet evidentement bla bażi jew għal raġunijiet konnessi mal-merti tal-każ sakemm parir ta' qabel il-litigazzjoni huwa offrut u aċċess għal ġustizzja huwa ggarantit. Meta jkunu se jieħdu deċiżjoni fuq il-meriti ta' applikazzjoni, Stati Membri jistgħu jirroftaw applikazzjonijiet għal għajnuna legali meta l-applikant jkollu pretensjoni għal danni għar-reputazzjoni tiegħu jew tagħha, imma ma jkun ġarrab ebda telf materjali jew finanzjarju jew l-applikazzjoni tirrigwarda pretensjoni kkawżata direttament min-negozju jew mill-professjoni ta' min jaħdem għal rasu ta' l-applikant.

(18)

Il-komplessita ta' u d-differenzi bejn is-sistemi legali ta' l-Istati Membri u l-ispejjeż inerenti fid-dimensjoni ta' bejn konfini ta' tilwima m'għandhomx jipprekludu aċċess għal ġustizzja. Għajnuna legali għandha għalhekk tkopri l-ispejjeż konnessi direttament mad-dimensjoni ta' bejn konfini ta' tilwima.

(19)

Meta jqisu jekk il-preżenza fiżika ta' persuna hix rekwiżita fil-qorti, il-qrati ta' Stat Membru għandhom iqisu l-vantaġġi sħaħ tal-possibilitajiet offruti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar koperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fit-teħid ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali ( 4 ).

(20)

Jekk tingħata għajnuna legali, għandha tkopri l-proċedura intiera, inklużi spejjeż li ntefqu biex sentenza tkun infurzata; ir-riċevitur għandu jissokta jirċievi din l-għajnuna jekk appell jinġieb jew kontra jew mir-riċevitur sakemm il-kondizzjonijiet konnessi mar-riżorsi finanzjarji u s-sustanza tat-tilwima jibqgħu ssodifatti.

(21)

Għajnuna legali għandha tingħata fuq li-istess termini kemm għal proċeduri legali konvenzjonali u kemm għal proċeduri barra l-qorti bħal medjazzjoni, fejn rikors għalihom huwa rekwiżit bil-liġi, jew ordnat mill-qorti.

(22)

Għajnuna legali għandha wkoll tingħata għall-infurzar ta' strumenti awtentiċi fi Stat Membru ieħor taħt il-kondizzjonijiet iddefiniti f'din id-Direttiva.

(23)

Ladarba għajnuna legali tingħata mill-Istat Membru li fih il-qorti hija kkostitwita jew fejn jintalab l-infurzar, ħlief assistenza qabel il-litigazzjoni jekk l-applikant għal għajnuna legali mhux iddomiċiljat jew residenti abitwali fl-Istat Membru fejn il-qorti huwa kkostitwit, dak l-Istat Membru għandu japplika l-leġislazzjoni proprja, b'konformita mal-prinċipji ta' din id-Direttiva.

(24)

Huwa xieraq li għajnuna legali tingħata jew tkun irrifjutata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-qorti huwa kkostitwit jew fejn sentenza għandha tkun infurzata. Dan huwa l-każ kemm meta dak il-qorti jkun qiegħed jipproċessa l-każ fis-sustanza u kemm meta huwa għandu l-ewwel jiddeċiedi jekk għandux ġurisdizzjoni.

(25)

Koperazzjoni ġudizzjarji f'materji ċivili għandha tkun organizzata bejn Stati Membri biex tinkoraġġixxi informazzjoni għaċ-ċirkoli pubbliċi u professjonali u biex tissimplifika u tħaffef it-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna legali bejn Stati Membri.

(26)

Il-mekkaniżmi ta' notifika u trasmissjoni li tipprovdi għalihom din id-Direttiva huma ispirtati direttament minn dawk tal-Ftehim Ewropew dwar it-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna legali, iffirmat fi Strasburgu fis-27 ta' Jannar 1977, hawnhekk iżjed ‘l isfel imsejjaħ “Il-Ftehim ta' l-1977”. Limitu ta' żmien, mhux ipprovdut mill-Ftehim ta' l-1977, huwa stabbilit għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna legali. Żmien relattivament qasir jikkontribwixxi għall-operazzjoni lixxa tal-ġustizzja.

(27)

L-informazzjoni trasmessa skond din id-Direttiva għandha tgawdi protezzjoni. Ladarb d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment (ċaqliq) liberu ta' data bħal dawn ( 5 ), u d-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-15 ta' Diċembru 1997 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet ( 6 ), huma applikabbli, m'hemmx ħtieġa għal disposizzjonijiet speċifiċi dwar protezzjoni ta' data f'din id-Direttiva.

(28)

L-istabbiliment ta' formola standard għal applikazzjonijiet ta' għajnuna legali fil-każ ta' litigazzjoni ta' bejn konfini tagħmel il-proċeduri iktar sempliċi u iktar bil-ħeffa.

(29)

Barramindan, dawn il-formoli ta' applikazzjoni, kif ukoll formoli ta' applikazzjoni nazzjonali, għandhom jitqiegħdu għad-disposizzjoni fuq livell Ewropew permezz tas-sistema ta' informazzjoni tax-Xibka Ġudizzjarji Ewropea, stabbilita skond id-Deċiżjoni Nru 2001/470/KE ( 7 ).

(30)

Dawn il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' implimetazzjoni ta' poteri kkonferiti lill-Kummissjoni ( 8 ).

(31)

Għadnu jkun speċifikat li l-istabbiliment ta' standards minimi f'tilwimiet ta' bejn konfini ma jimpedixxix Stati Membri milli jagħmlu disposizzjonijiet għal arranġamenti iktar favorevoli għal applikanti u riċevituri ta' għajnuna legali.

(32)

Il-Ftehim ta' l-1977 u l-Protokoll addizzjonali mal-Ftehim Ewropew dwar it-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna legali, iffirmat f'Moska fl-2001, jibqgħu applikabbli għar-relazzjonijiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi li huma partijiet tal-Ftehim ta' l-1977 jew tal-Protokoll. Imma din id-Direttiva tieħu preċedenza fuq id-disposizzjonijiet li qegħdin fil-Ftehim ta' l-1977 u fil-Protokoll fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri.

(33)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda taw notifika tax-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunita Ewropea.

(34)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunita Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Għanijiet u kamp ta' applikazzjoni

1.  Il-fini ta' din id-Direttiva huwa li ttejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet ta' bejn konfini billi tistabbilixxi regoli komuni għal għajnuna legali f'tilwimiet bħal dawn.

2.  Hija għandha tapplika, f'tilwimiet ta' bejn konfini, għal materji ċivili u kummerċjali tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew tribunal. Hija ma testendix ruħha, b'mod partikolari, għal materji ta' introjtu, doganali jew amministrattivi.

3.  F'din id-Direttiva, “Stati Membri” għandha tfisser Stati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Artikolu 2

Tilwimiet ta' bejn konfini

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, tilwima ta' bejn konfini hija waħda fejn il-parti li tapplika għal għajnuna legali fil-kuntest ta' din id-Direttiva hija ddomiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru barra l-Istat Membru fejn il-qorti huwa kkostitwit jew fejn id-deċiżjoni għandha tkun infurzata.

2.  L-Istat Membru li fih parti hija ddomiċijata għandu jkun iddeterminat skond l-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f'materji ċivili u kummerċjali ( 9 ).

3.  Il-mument relevanti li jiddetermina jekk kienx hemm tilwima ta' bejn konfini huwa l-ħin meta l-applikazzjoni tkun sottomessa, skond din id-Direttiva.



KAPITOLU II

DRITT GĦAL GĦAJNUNA LEGALI

Artikolu 3

Dritt għal għajnuna legali

1.  Persuni naturali involuti f'tilwima koperta b'din id-Direttiva għandhom ikunu intitolati biex jirċievu għajnuna legali xierqa biex jiżguraw l-aċċess effettiv għal ġustizzja tagħhom skond il-kondizzjonijiet preskritti f'din id-Direttiva.

2.  Għajnuna legali hija kkonsidrata xierqa meta tiggarantixxi:

(a) parir qabel il-litigazzjoni bi ħsieb li jintlaħaq ftehim qabel jinġiebu (jinbdew) proċeduri legali;

(b) assistenza legali u rappreżentanza fil-qorti, u eżenzjoni mill-ispiża tal-proċeduri tar-riċevitur, jew assistenza fihom, inklużi l-ispejjeż li jirreferi għalihom l-Artikolu 7 u l-ħlasijiet lil persuni li għandhom mandat mill-qorti biex jeżegwixxu atti matul il-proċeduri.

Fi Stati Membri li fihom parti telliefa hija reponsabbli għall-ispejjeż tal-parti opposta, jekk ir-riċevitur jitlef il-każ, l-għajnuna legali għandha tkopri l-ipejjeż minfuqa mill-parti opposta, jekk kieku kellha tkopri spejjeż bħal dawn kieku r-riċevitur kien iddomiċiljat jew residenti abitwali fl-Istat Membru li fih il-qorti huwa kkostitwit.

3.  Stati Membri mhumiex meħtieġa jipprovdu assistenza legali jew rappreżentanza fil-qrati jew tribunali ddisinjata b'mod speċjali biex tagħmel possibli għal litiganti li jargumentaw il-każ tagħhom personalment, ħlief meta l-qrati jew xi awtorità kompetenti oħra tiddeċiedi hekk biex tiżgura ugwaljanza tal-partijiet jew minħabba l-komplessita tal-każ.

4.  Stati Membri jistgħu jitolbu li riċevituri ta' għajnuna legali jħallsu kontribuzzjonijiet raġonevoli għall-ispejjeż tal-proċeduri filwaqt li jqisu l-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5.

5.  Stati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li riċevituri ta' għajnuna legali għandhom jirrifonduha kompletament jew parzjalment jekk is-sitwazzjonijiet finanzjarja tagħhom tkun tjiebet sostanzjalment jew jekk id-deċiżjoni biex tingħata għajnuna legali kienet ittieħdet fuq il-bażi ta' informazzjoni mhix preċiża mogħtija mir-riċevitur.

Artikolu 4

Non-diskriminazzjoni

Stati Membri għandhom jagħtu għajnuna legali mingħajr diskriminazzjoni lil ċittadini ta' l-Unjoni u ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment residenti fi Stat Membru.



KAPITOLU III

KONDIZZJONIJIET U ESTENSJONI TA' GĦAJNUNA LEGALI

Artikolu 5

Kondizzjonijiet konnessi ma' riżorsi finanzjarji

1.  Stati Membri għandhom jagħtu għajnuna legali lil persuni li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(1) li huma parzjalment jew totalment mhux kapaċi jħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3(2) b'riżultat tas-sitwazzjoni ekonomika tagħhom, biex ikun żgurat aċċess effettiv għal ġustizzja.

2.  Is-sitwazzjoni ekonimika ta' persuna għandha tkun stmata mill-awtorità kompententi ta' l-Istat Membru li fih il-qorti hija kkostitwita, fid-dawl ta' fatturi oġġettivi varji bħal introjtu, kaptital u sitwazzjoni familjari, inkluża stima tar-riżorsi tal-persuni li huma finanzjarjament dipendenti fuq l-applikant.

3.  Stati Membri jistgħu jiddefinixxu l-limiti li ‘l fuq minnhom applikanti għal għajnuna legali jitqiesu parzjalment jew totalment kapaċi jġorru l-ispejjeż tal-proċeduri ddikjarati fl-Artikolu 3(2). Dawn il-limiti għandhom ikunu ddefiniti fuq il-bażi tal-kriterji ddefiniti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.  Limiti ddefiniti skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jistgħu ma jimpedixxux applikanti għal għajnuna legali li huma ‘l fuq mil-limiti milli jingħataw għajnuna legali jekk jipprovaw li mhumiex kapaċi jħallsu l-ispiża tal-proċeduri li jirreferi għaliha l-Artikolu 3(2) minħabba differenzi fl-ispiża għall-għoli tal-ħajja bejn l-Istati Membri tad-domiċilju jew residenza abitwali u l-forum.

5.  Għajnuna legali ma teħtieġx li tingħata lil applikanti sakemm igawdu, fil-każ istanti, aċċess effettiv għal mekkaniżmi oħra li jkopru l-ispiża tal-proċeduri li jirreferi għaliha l-Artikolu 3(2).

Artikolu 6

Kondizzjonijiet konnessi mas-sustanza tat-tilwima

1.  Stati Membri jistgħu jipprovdu li applikazzjonijiet għal għajnuna legali għal azzjonijijiet li evidentement jidhru li huma bla bażi jistgħu jkunu rrifjutati mill-awtoritajiet kompetenti.

2.  Jekk ikun offrut parir qabel il-litigazzjoni, il-benefiċċju ta' iktar għajnuna legali jista' jkun irrifjutat jew imħassar għal raġunijiet konnessi mal-meriti tal-każ sakemm aċċess għal ġustizzja jkun iggarantit.

3.  Meta jkunu qegħdin jieħdu deċiżjoni fuq il-meriti ta' applikazzjoni u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, Stati Membri għandhom iqisu l-importanza tal-każ individwali lill-applikant imma jistgħu wkoll iqisu n-natura tal-każ meta l-applikant ikun qiegħed jitlob danni għar-reputazzjoni tiegħu jew tagħha imma ma jkunx ġarrab telf materjali jew finanzjarju jew meta l-applikazzjoni tikkonċerna pretensjoni kkawżata direttament min-negozju jew il-professsjoni ta' min jaħdem għal rasu ta' l-applikant.

Artikolu 7

Spejjeż konnessi man-natura ta' bejn konfini tat-tilwima

Għajnuna legali mogħtija fl-Istat Membru li fih il-qorti huwa kkostitwit għandha tkopri l-ispejjeż li ġejjin direttament konnessi man-natura ta' bejn konfini tat-tilwima:

(a) interpretazzjoni;

(b) traduzzjoni tad-dokumenti rekwiżiti mill-qorti jew mill-awtorità kompetenti u ppreżentati mir-riċevitur li huma meħtieġa għas-soluzzjoni tal-każ; u

(ċ) spejjeż ta' vvjaġġar li għandhom jitħallsu mill-applikant fejn il-preżenza fiżika tal-persuni kkonċernati mill-preżentazzjoni tal-każ ta' l-applikant hija rekwiżita fil-qorti bil-liġi jew mill-qorti ta' dak l-Istat Membru u dak il-qorti jiddeċiedi li l-persuni kkonċernati ma jistgħux jinstemgħu b'sodisfazzjoni għall-qorti b'xi mezzi oħra.

Artikolu 8

Spejjeż koperti mill-Istat Membru tad-domiċilju jew residenza abitwali

Stat Membru li fih l-applikant għal għajnuna legali huwa ddomiċiljat jew residenti abitwali għandu jipprovdi għajnuna legali, kif jirreferi għaliha l-Artikolu 3(2), meħtieġa biex tkopri:

(a) spejjeż konnessi ma' l-assistenza ta' avukat lokali jew xi persuna oħra intitolata bil-liġi li tagħti parir legali, minfuqa f'dak l-Istat Membru sakemm l-applikazzjoni għal għajnuna legali tkun irċevuta, skond din id-Direttiva, fl-Istat Membru li fih il-qorti huwa kkostitwit;

(b) it-traduzzjoni ta' l-applikazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn meħtieġa meta l-applikazzjoni tkun issottomessa lill-awtoritajiet f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 9

Kontinwità ta' għajnuna legali

1.  Għajnuna legali għandha tissokta tingħata totalment jew parzjalment biex tkopri spejjeż minfuqa biex sentenza tkun infurzata fl-Istat Membru fejn il-qorti huwa kkostitwit.

2.  Riċevitur li fl-Istat Membru fejn il-qorti huwa kkostitwit irċieva għajnuna legali għandu jirċievi għajnuna legali ipprovduta bil-liġi ta' l-Istat Membru fejn għarfien jew infurzar qiegħed jintalab.

3.  Għajnuna legali għandha tissokta tkun disponibbli jekk appell jinġieb jew kontra jew mir-riċevitur, suġġett għall-Artikoli 5 u 6.

4.  Stati Membri jistgħu jipprovdu għal eżami mill-ġdid ta' l-applikazzjoni f'kull stadju tal-proċeduri għar-raġunijiet iddikjarati fl-Artikoli 3(3) u (5), 5 u 6, inklużi proċeduri li jirreferu għalihom il-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 10

Proċeduri barra dawk ġudizzjarji

Għajnuna legali għandha wkoll tkun estiża għal proċeduri barra dawk ġudizzjarji, taħt il-kondizzjonijiet iddefiniti f'din id-Direttiva, jekk il-liġi tirrikjedi li l-partijiet jużawhom, jew jekk il-partijiet fit-tilwima jkunu ordnati mill-qorti biex ikollhom rikors għalihom.

Artikolu 11

Strumenti awtentiċi

Għajnuna legali għandha tingħata għall-infurzar ta' strumenti awtentiċi fi Stat Membru ieħor taħt il-kondizzjonijiet iddefiniti f'din id-Direttiva.



KAPITOLU IV

PROĊEDURA

Artikolu 12

Awtorità li tagħti għajnuna legali

Għajnuna legali għanda tingħata jew tkun irrifjutata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-qorti huwa kkostitwit, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8.

Artikolu 13

Introduzzjoni u trasmissjoni ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna legali

1.  Applikazzjonijiet ta' għajnuna legali jistgħu jkunu ssottomessi kemm lil:

(a) l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-applikant huwa domiċiljat jew residenti abitwali (l-awtorità trasmittenti); kemm

(b) l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-qorti hija kkostitwita jew fejn id-deċiżjoni għandha tkun infurzata (awtorità riċevitur).

2.  Applikazzjonijiet għal għajnuna legali għandhom jimtlew fi, u dokumenti ta' sostenn tradotti fi:

(a) l-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi ta' l-Istat Membru ta' l-awtorità riċevitur kompetenti li tikkorrispondi ma' waħda mil-lingwi ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunita; jew

(b) lingwa oħra li dak l-Istat Membru ikun indika li jista' jaċċetta skond l-Artikolu 14(3).

3.  L-awtorità trasmittenti kompetenti tista' tiddeċiedi li tirrifjuta tittrasmetti applikazzjoni jekk hija manifestament:

(a) bla bażi; jew

(b) barra l-ambitu ta' din id-Direttiva.

Il-kondizzjonijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 15(2) u (3) japplikaw għal deċiżjonijiet bħal dawn.

4.  L-awtorità trasmittenti kompetenti għandha tgħin lill-applikant biex jiżgura li l-applikazzjoni tkun akkompanjata mid-dokumenti ta' sostenn kollha magħrufa minnu li huma rekwiżiti biex ikun possibbli li l-applikazzjoni tkun iddeterminata. Għandha wkoll tgħin lill-applikant biex jipprovdi kull traduzzjoni meħtieġa tad-dokumenti ta' sostenn, skond l-Artikolu 8(b).

L-awtorità trasmittenti kompetenti għandha titrasmetti l-applikazzjoni lill-awtorità riċevitur kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor fi żmien 15il jum mir-riċeviment ta' l-applikazzjoni dovutement mimlija f'waħda mil-lingwi li jirreferi għalihom il-paragrafu 2, u d-dokumenti ta' sostenn, tradotti, fejn meħtieġ, f'waħda minn dawk il-lingwi.

5.  Dokumenti trasmessi taħt din id-Direttiva għandhom ikunu eżenti minn leġislazzjoni jew kull formalita ekwivalenti.

6.  L-Istati Membri jistgħu ma jitolbux ħlas għal servizzi mogħtija skond il-paragrafu 4. Stati Membri li fihom l-applikant għal għajnuna legali huwa ddomiċiljat jew abitwalment residenti jistgħu jippreskrivu li l-applikant għandu jħallas lura l-ispejjeż tat-traduzzjoni mħallsa mill-awtorità trasmittenti kompetenti jekk l-applikazzjoni għal għajnuna legali hija rrifjutata mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 14

Awtoritajiet kompetenti u lingwi

1.  Stati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew (awtoritajiet trasmittenti) u jirċievu (awtoritajiet riċevituri) l-applikazzjoni.

2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

 l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet riċevituri u trasmittenti li jirreferi għalihom il-paragrafu 1,

 Iż-żoni ġeografiċi li fihom għandhom ġurisdizzjoni,

 il-mezzi li bihom huma disponibbli riċevituri applikazzjonijiet, u

 il-lingwi li jistgħu jintużaw biex timtela' l-applikazzjoni.

3.  Stati Membri għandhom igħarrfu lill-Kummissjoni l-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunita barra tagħhom li hija jew huma aċċettabbli lill-awtorità riċevitur kompetenti sabiex jimtlew applikazzjonijiet ta' għajnuna legali li għandhom ikunu rċevuti, skond din id-Direttiva.

4.  Stati Membri għandhom jokkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li jirreferu għaliha l-paragrafi 2 u 3 qabel it-30 ta' Novembru 2004. Kull modifikazzjoni sussegwenti ta' informazzjoni bħal din għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn xahrejn qabel il-modifikazzjoni tidħol fis-seħħ f'dak l-Istat Membru.

5.  L-informazzjoni li jirreferu għaliha l-paragrafi 2 u 3 għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 15

Ipproċessar ta' applikazzjonijiet

1.  L-awtoritajiet nazzjonali awtorizzati li jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet għal għajnuna legali għandhom jiżguraw li ll-applikant ikun informat b'mod komplet dwar il-proċess ta' l-appikazzjoni.

2.  Fejn applikazzjonijiet huma totalment jew parzjalment irrifjutati, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jingħataw.

3.  Stati Membri għandhom jipprovdu għal reviżjoni jew appelli kontra deċiżjonijiet li jirrifjutaw applikazzjonijiet għal għajnuna legali. Stati Membri jistgħu jeżentaw każijiet fejn it-talba għal għajnuna legali hija rrifjutata minn qorti jew tribunal li kontra d-deċiżjoni tiegħu fuq is-suġġett tal-każ m'hemm ebda rimedju ġudizzjarji taħt liġi nazzjonali jew minn qorti ta' appell.

4.  Fejn l-appelli kontra deċiżjoni li tirrifjuta jew tħassar għajnuna legali bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 huma ta' natura amministrattiva, huma għandhom dejjem ikunu fl-aħħar mill-aħħar suġġetti għal reviżjoni gudizzjali.

Artikolu 16

Formola standard

1.  Biex it-trasmissjoni tkun iffaċilitata, formola standard għal applikazzjonijiet għal għajnuna legali u għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet bħal dawn għandha tkun stabbilita skond il-proċedura ddikjarata fl-Artikolu 17(2).

2.  Il-formola standard għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna legali għandha tkun stabbilita l-aktar tard sat-30 ta' Mejju 2003.

Il-formola standard għal applikazzjonijiet għal għajnuna legali għandha tkun stabbilita l-iktar tard sat-30 ta' Novembru 2004.



KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna b'Kumitat.

2.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 18

Informazzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkoperaw biex jagħtu lill-pubbliku ġenerali u ċirkoli professjonali informazzjoni fuq is-sistemi varji ta' għajnuna legali, b'mod partikolari permezz ta-Network Ġudizzjarja Ewropea, stabbilita skond id-Deċiżjoni 2001/470/KE.

Artikolu 19

Disposizzjonijiet iktar favorevoli

Din id-Direttiva m'għandhiex timpedixxi lill-Istati Membri milli jipprovdu għal arranġamenti iktar favorevoli għal applikanti ta' għajnuna legali u riċevituri.

Artikolu 20

Relazzjonijiet ma' strumenti oħra

Din id-Direttiva għandha, bejn l-Istati Membri, u fir-rigward ta' materji li tapplika għalihom, tieħu preċedenza fuq disposizzjonijiet li jkunu jinsabu fi ftehim bilaterali u multilaterali konklużi minn Stati Membri inklużi:

(a) il-Ftehim Ewropew dwar it-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna legali, iffirmat fi Strasburgu fis-27 ta' Jannar 1977, kif emendat bil-Protokoll addizzjonali mal-Ftehim Ewropew dwar it-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna legali, iffirmat f'Moska fl-2001;

(b) il-Konvenzjoni ta' The Hague tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar Aċċess Internazzjonali għal Ġustizzja.

Artikolu 21

Trasposizzjoni f'liġi nazzjonali

1.  Stati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ruħhom ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mit-30 ta' Novembru 2004 bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 3(2)(a) fejn it-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva f'liġi nazzjonali għandha ssir mhux iktar tard mit-30 ta' Mejju 2006. Huma għandhom jgħarrfu b'dan mill-ewwel lill-Kummissjoni.

(a) Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodu kif issir referenza bħal din għandu jkun stabbilit minn Stati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 23

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.



( 1 ) ĠU C 103 E, 30.4.2002, p. 368.

( 2 ) Opinjoni mogħtija fil-25 ta' Settembru 2002 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU C 221, 17.9.2002, p. 64.

( 4 ) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1.

( 5 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

( 6 ) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 1.

( 7 ) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.

( 8 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 9 ) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1; Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1496/2002 (ĠU L 225, 22.8.2002, p. 13).