02003D0076 — MT — 10.05.2018 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL ta' l-1 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar. (ĠU L 029 5.2.2003, p. 22) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 101 |
1 |
20.4.2018 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-1 ta' Frar 2003
li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.
(2003/76/KE)
Artikolu 1
1. Il-Kummissjoni se tkun inkarigata mill-istralċ ta' attivitajiet finanzjarji tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar li jkun għadhom fis-seħħ meta jiskadi t-Trattat tal-KEFA Treaty. Billi debitur tal-KEFA kontumaċja waqt il-perjodu ta' likwidazzjoni, it-telf li jirriżulta se jkun iċċarġjat l-ewwel bih il-kapital eżistenti u wara l-introjtu tas-sena kurrenti. Il-Kummissjoni, qabel ma tikkanċella xi pretensjoni kontra debitur tal-KEFA kontumaċja, tqis ir-rimedji kollha inkluż it-talba fuq garanti (ipoteki, kawzjonijiet, garanti jew oħrajn). Il-Kummissjoni tirriserva l-azzjonijiet kollha possibbli f'każ li d-debitur jsib soluzzjoni.
2. Il-likwidazzjoni se tkun immexxija skond ir-regoli u l-proċeduri li japplikaw għal dawn l-operazzjonijiet, filwaqt li l-istituzzjonijiet tal-Komunità jgawdu mill-poteri u prerogattivi eżistenti previsti mit-Trattar tal-KEFA u mill-leġislazzjoni sekondarja li daħlet fis-seħħ nhar it-23 ta' Lulju 2002.
Artikolu 2
1. Il-Kummissjoni se tkun inkarigata mill-attiv b'tali b'mod li tassigura prospetti fit-tul. L-investiment ta' l-attiv likwidu għandu jkun immirat għall-għola investiment possibbli li huwa kompatibbli mas-sigurtà.
2. Il-Kunsill, li aġixxa b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta tal-Kummssjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, se jadotta gwidi finanzjarji multiannwali għal amministrazzjoni ta' l-attiv.
Artikolu 3
1. Kull sena se jinħadmu kont ta' qligħ u telf, karta ta' bilanċ, u rapport finanzjarju biex juru, separatament minn operazzjonijiet finanzjarji oħra tal-Komunitajiet li jkun fadal, l-operazzjonijiet ta' likwidazzjoni previsti fl-Artikolu 1 u l-operazzjonijiet ta' l-investiment taħt l-Artikolu 2.
Dawn ir-rendikontijiet finanzjarji se jkunu annessi mar-rendikontijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni ta' kull sena taħt l-Artikolu 275 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea u r-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
2. Il-poteri tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Qorti ta' l-Awdituri li jirrigwardaw il-kontroll u l-ħlas tad-dejn kif imsemmi fit-Trattat li tistabbilixxi il-Komunità Ewropea u fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jgħoddu għal operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 4
1. Introjtu nett minn investimenti previsti taħt l-Artikolu 2 għandhom jikkostitwixxu introjtu fil-budget ta' l-Unjoni Ewropea. Dan l-introjtu għandu jkun assenjat għal raġuni speċifika, jiġifieri, riċerka finanzjarja proġettata fis-setturi relatati ma' l-industrija tal-faħam u l-azzar li mhux koperti mill-Programm tar-Riċerka. Dan se jifforma l-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar u se tkun inkarigata minnu l-Kummissjoni.
2. L-introjtu msemmi fil-paragrafu 1 se jkun mqassam hekk, 27,2 % se jkun assenjat għar-riċerka li għandha x'taqsam mal-faħam u 72,8 % għar-riċerka li għandha x'taqsam ma' l-azzar. Fil-każ ta' bżonn, il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jimmodifika l-iskomposizzjoni bejn ir-riċerka relatata ma' l-faħam u r-riċerka relatata ma' l-azzar.
3. Il-proċeduri multiannwali tekniċi għall-programm se jkunu adottati mill-Kunsill li jrid jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta mill-Kummissjoni wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew.
4. Id-dħul mhux użat u l-approprjazzjonijiet li ġejjin minn dan id-dħul li jkunu għadhom disponibbli fil-31 ta' Diċembru ta' xi sena partikolari, kif ukoll l-ammonti rkuprati, għandhom jiġu riportati awtomatikament għas-sena ta' wara. Dawk l-approprjazzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti għal partiti oħra tal-baġit.
5. L-approprjazzjonijiet baġitarji li jikkorrispondu għall-kanċellamenti ta' impenji għandhom jiskadu b'mod awtomatiku fi tmiem kull sena finanzjarja. Il-provvedimenti għal impenji rilaxxati minħabba kanċellamenti għandhom ikunu disponibbli għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.
Artikolu 4a
L-ammont li jikkorrispondi għall-kanċellamenti ta' impenji li jkunu saru mill-24 ta' Lulju 2002 skont l-Artikolu 4(5) għandu jsir disponibbli għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar fl-10 ta' Mejju 2018.
Artikolu 5
1. Introjtu nett qiegħed għad-dispożizzjoni (jew disponibbli) għar-riċerka finanzjarja proġettata għas-sena n + 2 se tkun irrekordjata fil-karta tal-bilanċ tal-KEFA f'likwidazzjoni tas-sena n, u, mat-tmiem tal-likwidazzjoni, fil-karta tal-bilanċ ta' l-Attiv tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.
2. Sabiex jonqos il-flatwazzjoni fil-fondi tar-riċerka dovut għall-movimenti finanzjarji mqiegħda fis-suq, għandu jsir livellar u jkun hemm disposizzjonijijiet ta' kontinġenza. Id-dettalji tal-kalkulazzjonijiet għal livellar li jiddeterminaw id-daqs tad-dispożizzjonijiet ta' kontinġenza jinsabu fl-Anness.
Artikolu 6
L-investiment amministrattiv li huwa riżultat tal-likwidazzjoni, l-investment u l-amministrazzjoni ta' l-operazzjonijet msemmija f'din id-deċiżjoni, li jikkorrispondu ma' l-investiment stabbilit fl-Artikolu 20 tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tat-8 ta' April 1965, l-ammont li minnu ġie aġġustat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 1977, għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropeà.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont t'attiv u passiv tal-KEFA f'karta tal-bilanċ li nqalgħet nhat it-23 ta' Lulju 2002.
Artikolu 8
Din id-deċiżjoni tiġi fis-seħħ l-għada li tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeà.
Għandha tgħodd mill-24 ta' Lulju 2002.
Artikolu 9
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Il-proċeduri li ġejjin jistabbilixxu l-ammont ta' introjtu nett li għandu jiġi assenjat għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar
1. INTRODUZZJONI
L-Introjtu nett li jista' jiġi użat biex jiffinanzja proġetti ta' riċerka li jikkorrispondi mar-riżultat nett ta' kull sena tal-KEFA f'likwidazzjoni u konsegwentement, meta l-likwidazzjoni tkun ġiet kompluta, għall-fini tar-riżultat nett ta' kull sena ta' l-Attiv tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar. Il-metodu użat jikkonsisti milli jiġu stabbilitti il-fondi għar-riċerka tal-faħam u l-azzar għas-sena n + 2 meta tiġi maħduma l-karta tal-bilanċ għas-sena n, wara li jkun ġie meqjus nofs iż-żieda jew tnaqqis fir-riżultat nett b'konnessjoni ma' l-aħħar lieva ta' fondi assenjat għar-riċerka tal-faħam u l-azzar.
2. DEFINIZZJONI
n |
: |
is-sena ta' referenza |
Rn |
: |
ir-riżultat nett għas-sena n |
Pn |
: |
id-disposizzjonijijiet ta' kontinġenza għas-sena n |
Dn + 1 |
: |
l-allokazzjoni għar-riċerka għas-sena n + 1 (jistabbilixxu meta l-karta tal-bilanċ għas-sena n - 1 tiġi maħduma) |
Dn + 2 |
: |
l-allokazzjoni għar-riċerka għas-sena n + 2 |
3. L-ALGORITHMS UŻAT
L-algorithms użat biex jistabbilixxi id-daqs tad-disposizzjonijijiet tal-kontinġenza u l-allokazzjoni għar-riċerka għas-sena n + 2, li se jidher fil-karta tal-bilanċ għas-sena n, huma kif ġejjin:
3.1. iddaqs dispożizzjonijiet kontinġenza
3.2. l-allokazzjonijiet għar-riċerka għas-sena n + 2 (sa l-ammont li jqarrab għall-eqreb jew żajbar sa l-eqreb EURO 100 000 . Jekk il-kalkulazzjoni tagħti riżulatat preċizament fin-nofs, l-allokazzjoni se tingħata sa l-eqreb EURO 100 000 ):
Meta approprjat, l-ammont meħtieġ għar-rounding up (jew l-ammont li jkun fadal mir-rounding down) għandu jkun meħud mid- (jew ritornat lid-) dispożizzjonijiet tal-kontinġenza.