2002L0060 — MT — 03.09.2008 — 005.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/60/KE

tas-27 ta’ Ġunju 2002

li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 192, 20.7.2002, p.27)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-5 ta' Diċembru 2006

  L 346

41

9.12.2006

 M2

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/104/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

352

20.12.2006

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-7 ta’ Novembru 2007

  L 294

26

13.11.2007

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008

  L 219

40

14.8.2008


Emendat bi:

 A1

  L 236

33

23.9.2003


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 064M, 10.3.2009, p. 299  (06/104)




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/60/KE

tas-27 ta’ Ġunju 2002

li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li ntroduċiet miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontrol ta’ xi mard ta’ l-annimali u miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikoluża fil-qżieqeż ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 u l-Artikolu 24(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-miżuri ġenerali preskritti fid-Direttiva 92/119/KEE huma mmirati biex jevitaw tixrid akbar ta’ ċertu mard ta’ l-annimali ta’ importanza ekonomika kbira u b’mod partikolari biex ikun ikkontrollat il-moviment ta’ annimali u prodotti li jistgħu jxerrdu l-infezzjoni.

(2)

L-Uffiċju Internazzjonali ta’ l-Epiżootika (OIE) huwa l-korp tekniku referenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali rikonoxxut mill-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ. Din fasslet lista ta’ mard epidemiku ta’ l-annimali li hu ta’ importanza ekonomika kbira (Lista A).

(3)

Huwa meħtieġ u xieraq li d-Direttiva 92/119/KEE tkun tapplika għall-mard epidemiku kollu fil-Lista A, bl-eċċezzjoni ta’ dak li għalih diġà saru provvedimenti speċifiċi fuq livell Komunitarju.

(4)

Il-marda Teschen m’għadhiex inkluża fil-Lista A. Huwa għalhekk xieraq li din il-marda tkun imneħħija mill-Anness I tad-Direttiva 92/119/KEE.

(5)

Id-deni Afrikan tal-qżieqeż hija marda ta’ importanza ekonomika kbira, inkluża fil-Lista A, li titfaċċa f’xi żoni limitati tal-Komunità. Huwa għalhekk xieraq li jkunu stabbiliti miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ din il-marda.

(6)

Id-deni Afrikan tal-qżieqeż għandu jkun inkluż fil-lista li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 92/119/KEE u disposizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll tagħha għandhom jiġu preskritti skond l-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva.

(7)

Għandhom ikunu adottati miżuri sabiex ikun ikkontrollat il-moviment tal-ħnieżer u prodotti tagħhom minn żoni suġġetti għal restrizzjonijiet li jinħolqu mat-tfaqqiegħ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bħal dawk stabbiliti f’livell Komunitarju għal kontroll ta’ mard ieħor tal-ħnieżer bħal mard vexxikoluż fil-qżieqeż u deni klassiku tal-qżieqeż.

(8)

B’mod partikolari, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-qżieqeż ( 2 ) għandu jintuża bħala mudell għall-istabbiliment ta’ miżuri speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Madankollu, għandhom isiru aġġustamenti partikolarment minħabba d-differenzi bejn iż-żewġ mardiet, in-nuqqas fil-preżent ta’ tilqim u b’mod speċjali l-perjodu ta’ inkubazzjoni tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u l-possibiltà li din il-marda tkun trasmessa minn vettori.

(9)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1994/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċedura għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 3 ),

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

Is-suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

Tneħħi l-marda Teschen mill-grupp ta’ mard li għalihom japplikaw il-miżuri ġenerali ta’ kontroll preskritti fid-Direttiva 92/119/KEE.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) “ħanżir” għandha tfisser kull annimal tal-familja Suidae, inklużi ħnieżer salvaġġi;

(b) “ħanżir salvaġġ” għandha tfisser ħanżir li ma jinżammx jew ma jkunx trabba f’azjenda;

(ċ) “azjenda” għandha tfisser kull post agrikolu jew xi post ieħor li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru fejn jitrabbew il-ħnieżer jew jinżammu fuq bażi permanenti jew temporanja. Din id-definizzjoni ma tinkludix biċċeriji, mezzi ta’ trasport u żoni magħluqin fejn ħnieżer salvaġġi jkunu miżmuma u jistgħu jkunu kkaċċjati; dawn iż-żoni magħluqin għandhom ikunu ta’ qies u struttura li jagħmlu l-miżuri preskritti fl-Artikolu 5(1) mhux applikabbli;

(d) “manwal dijanjostiku” għandha tfisser il-manwal dijanjostiku msemmi fl-Artikolu 18(3);

(e) “ħanżir suspettat li hu infettat bil-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż” għandha tfisser kull ħanżir jew karkassa ta’ ħanżir li jkunu juri sintomi kliniċi jew li juru leżjonijiet post mortem jew reazzjonijiet għal eżamijiet tal-laboratorju magħmula skond il-manwal dijanjostiku li jindikaw il-possibiltà tal-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(f) “każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż” jew “ħanżir infettat bid-deni Afrikan tal-qżieqeż” għandha tfisser kull ħanżir jew karkassa ta’ ħanżir:

 fejn sintomi kliniċi jew leżjonijiet post mortem tad-deni Afrikan tal-qżieqeż ikunu ġew uffiċjalment ikkonfermati, jew

 fejn il-preżenza tal-marda tkun ġiet uffiċjalment konfermata bħala riżultat ta’ eżami ta’ laboratorju magħmul skond il-manwal dijanjostiku;

(g) “tfaqqiegħ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż” għandha tfisser l-azjenda fejn ikunu ġew identifikati każ jew każijiet ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż;

(h) “tfaqqiegħ primarju” għandha tfisser it-tfaqqiegħ skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità ( 4 );

(i) “żona infettata” għandha tfisser iż-żona ta’ Stat Membru fejn, wara li jkun ikkonfermat każ jew aktar ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi, jiġu fis-seħħ miżuri għall-qerda tal-marda skond l-Artikoli 15 jew 16;

(j) “każ primarju ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi” għandha tfisser kull każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż li jkun identifikat fi ħnieżer salvaġġi f’żona fejn l-ebda miżuri ma jkunu fis-seħħ skond l-Artikoli 15 jew 16;

(k) “azjenda f’kuntatt” għandha tfisser azjenda fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż jista’ jkun ġie ntrodott bħala riżultat tal-post, moviment tan-nies, ħnieżer jew vetturi jew b’kull mod ieħor;

(l) “sid” tfisser kull persuna jew persuni, naturali jew ġuridiċi, li huma sidien tal-ħnieżer, jew li jieħdu ħsieb ta’ dawn l-annimali, kemm għal xi għan finanzjarju u wkoll jekk le;

(m) “awtorità kompetenti” għandha tfisser l-awtorità kompetenti skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 90/425/KEE ( 5 );

(n) “veterinarju uffiċjali” għandha tfisser il-veterinarju uffiċjali nominat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru;

(o) “proċessar” għandha tfisser wieħed mit-trattamenti għal materjal b’riskju għoli preskritt fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/667/KEE ( 6 ), applikata b’mod li jkun evitat ir-riskju li jinxtered il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(p) “qtil” għandha tfisser il-qtil ta’ ħnieżer skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6) tad- Direttiva 93/119/KEE ( 7 );

(q) “qatla” għandha tfisser il-qatla ta’ ħnieżer skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7) tad- Direttiva 93/119/KEE;

(r) “vettoru” għandha tfisser qurdiena ta’ l-ispeċi Ornithodorus erraticus.

L-Artikolu 3

Notifikazzjoni tad-deni Afrikan tal-qżieqeż

1.  Stati Membri għandhom jiżguraw li l-preżenza jew is-suspett tal-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun b’mod obbligatorju u immedjatament notifikata lill-awtorità kompetenti.

2.  Bla ħsara għal disposizzjonijiet eżistenti tal-Komunità dwar in-notifikazzjoni ta’ tfaqqiegħ ta’ mard ta’ l-annimali, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun konfermat id-deni Afrikan tal-qżieqeż għandu:

(a) jagħti notifika tal-marda u jgħaddi informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skond l-Anness I dwar:

 it-tfaqqiegħ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż li jkun ikkonfermat f’azjendi,

 il-każijiet ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż li huma kkonfermati f’xi biċċerija jew f’mezzi ta’ trasport,

 il-każijiet primarji ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż li huma kkonfermati fi ħnieżer salvaġġi,

 ir-riżultati ta’ inkjesti epidemjoloġiċi magħmula skond l-Artikolu 8;

(b) jipprovdi nformazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-każi l-oħra li jkunu kkonfermati fi ħnieżer salvaġġi f’żona infettata mid-deni Afrikan tal-qżieqeż skond l-Artikolu 16(3)(a) u (4).

L-Artikolu 4

Miżuri f’każi fejn tkun suspettata l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’xi azjenda

1.  Meta azjenda jkun fiha ħanżir jew aktar li jkunu suspettati li huma nfettati bil-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tpoġġi fis-seħħ minnufih il-mezzi uffiċjali ta’ investigazzjoni sabiex tiżgura jew teskludi l-preżenza ta’ l-imsemmija marda skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku.

Meta azjenda tkun spezzjonata minn veterinarju uffiċjali, għandu wkoll jiġi ċċekkjat ir-reġistru u l-marki ta’ identifkazzjoni tal-ħnieżer kif imsemmi fid-Direttiva 92/102/KEE tas-27 ta’ Novembru 1992 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali ( 8 ).

2.  Meta l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’azjenda ma tistax tkun eskluża, għandha mill-ewwel tpoġġi l-azjenda taħt sorveljanza uffiċjali u għandha b’mod partikolari tordna li:

(a) il-ħnieżer kollha fil-kategoriji diversi fl-azjenda għandhom jingħaddu u ssir lista tal-ħnieżer li jkunu diġà morda, mejta jew li x’aktarx ser ikunu nfettati f’kull kategorija; il-lista għandha tkun aġġornata biex jitqies it-twelid u l-mewt ta’ ħnieżer matul il-perjodu ta’ suspett; l-informazzjoni fuq il-lista għandha tkun preżentata meta din tiġi mitluba u tista’ tkun iċċekkjata matul kull spezzjoni;

(b) il-ħnieżer kollha fl-azjenda għandhom ikunu ristretti għall-ispazju li jgħixu fih jew f’xi spazju ieħor fejn ikunu jistgħu jiġu iżolati;

(ċ) l-ebda ħnieżer ma jistgħu jidħlu jew joħorġu mill-azjenda. L-awtorità kompetenti tista’, jekk ikun hemm bżonn, testendi l-projbizzjoni dwar il-ħruġ mill-azjenda sabiex tkopri speċi ta’ annimali oħra u titlob l-applikazzjoni ta’ miżuri approprjati biex ikunu meqruda annimali li jgerrmu jew insetti;

(d) l-ebda karkassi ta’ ħnieżer ma jistgħu jinħarġu mill-azjenda mingħajr awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti;

(e) l-ebda laħam, prodotti tal-ħnieżer, sperma, bajd jew embriji ta’ ħnieżer, għalf ta’ l-annimali, għodda, materjal jew ħmieġ li jista’ jgħaddi d-deni Afrikan tal-qżieqeż ma jista jħalli l-azjenda mingħajr awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti; laħam, prodotti tal-ħnieżer, sperma, bajd jew embriji m’għandhomx ikunu mċaqalqa mill-azjenda għal kummerċ fil-Komunità;

(f) il-moviment ta’ persuni minn u lejn l-azjenda għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti;

(g) il-moviment ta’ vetturi minn u lejn l-azjenda għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni bil-miktub mill-awtorità kompetenti;

(h) għandhom jintużaw mezzi approprjati ta’ diżinfettar fid-dħul u l-ħruġ tal-bini li fih ikun hemm il-ħnieżer u ta’ l-azjenda stess; kull persuna dieħla jew ħierġa minn fejn ikunu miżmuma l-ħnieżer għandha tikkonforma ruħha ma miżuri xierqa ta’ iġjene meħtieġa sabiex jitnaqqas ir-riskju li jinxtered il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Barra minn hekk, il-mezzi kollha ta’ trasport għandhom ikunu diżinfettatti bir-reqqa qabel ma jitilqu mill-azjenda;

(i) inkjesta epidemjoloġika għandha ssir skond l-Artikolu 8.

3.  Meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun tinħtieġ, l-awtorità kompetenti:

(a) tista’ tapplika l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1) fl-azjenda msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; madankollu, l-awtorità kompetenti tista’, fejn tqis li l-kondizzjonijiet ikunu jippermettu, tillimita l-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri biss għall-ħnieżer suspettati li huma nfettati jew kontaminati mill-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u għall-parti ta’ l-azjenda fejn kienu miżmuma, sakemm dawn il-ħnieżer ikunu ġew miżmuma u mgħalfa b’mod kompletament separat mill-ħnieżer l-oħra fl-azjenda. F’kull każ, numru suffiċjenti ta’ kampjuni għandu jittieħed mill-ħnieżer meta dawn ikunu maqtula biex il-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun tista’ tiġi konfermata jew eskluża, skond il-manwal dijanjostiku;

(b) tista’ toħloq żona temporanja ta’ kontroll madwar l-azjenda msemmija fil-paragrafu 2; xi wħud jew il-miżuri kollha msemmija f’paragrafi 1 jew 2 għandhom ikunu applikati fl-azjendi tal-ħnieżer f’din l-istess żona.

4.  La darba jkunu adottati, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhomx jitneħħew sa ma l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun uffiċjalment eskluża.

L-Artikolu 5

Miżuri f’każijiet fejn il-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’azjenda tkun konfermata

1.  F’każijiet fejn il-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun uffiċjalment konfermata f’xi azjenda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minn barra l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(2), l-awtorità kompetenti tippreskrivi li:

(a) il-ħnieżer kolla fl-azjenda għandhom jinqatlu mingħajr dewmien taħt sorveljanza uffiċjali b’tali mod li jkun evitat ir-riskju li l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jinxtered waqt it-trasport jew waqt il-qtil;

(b) għandhom jittieħdu numru suffiċjenti ta’ kampjuni, skond il-manwal dijanjostiku, mill-ħnieżer meta dawn jinqatlu, biex il-mod ta’ introduzzjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fl-azjenda kif ukoll il-tul ta’ żmien li kien ilu jeżisti fl-azjenda qabel ma ġie identifikat ikunu stabbiliti;

(ċ) il-karkassi ta’ ħnieżer li mietu jew ġew maqtula għandhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali;

(d) laħam tal-ħnieżer maqtula bejn il-perjodu probabbli ta’ l-introduzzjoni tal-marda fl-azjenda u t-teħid tal-miżuri uffiċjali għandu jkun rintraċċat u pproċessat taħt sorveljanza uffiċjali

(e) sperma, bajd jew embriji ta’ ħnieżer miġbura mill-azjenda matul il-perjodu probabbli bejn l-introduzzjoni tal-marda fl-azjenda u t-teħid ta’ miżuri uffiċjali għandhom ikunu rintraċċati u meqruda taħt sorveljanza uffiċjali b’tali mod li jkun evitat ir-riskju li jinxtered il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(f) is-sustanzi u l-iskart kollu li jista’ jkun infettat, bħal oġġetti ta’ l-ikel, għandhom ikunu proċessati; il-materjal kollu għal użu waħdieni li jista’ jkun kontaminat u b’mod partikolari dak użat għall-operazzjonijiet ta’ qtil għandu jinqered; dawn l-azzjonijiet għandhom jitwettqu skond l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali;

(g) wara li l-ħnieżer ikunu ġew eliminati, il-bini fejn jinżammu l-ħnieżer, il-vetturi użati għat-trasport tagħhom u tal-karkassi u t-tagħmir, materjal għall-irqad, demel u skart likwidu li setgħu kienu kontaminati għandhom jitnaddfu, jekk ikun hemm bżonn diżinsettiċizzati, diżinfettati u trattati skond l-Artikolu 12;

(h) fil-każ ta’ tfaqqiegħ primarju tal-marda, l-iżolat tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż għandu jkun suġġett għall-proċedura tal-laboratorju preskritta fil-manwal dijanjostiku biex ikun identifikat it-tip ġenetiku;

(i) stħarriġ epidjemoloġiku għandu jsir skond l-Artikolu 8.

2.  F’każijiet fejn tfaqqiegħ ikun ġie konfermat f’laboratorju, f’żoo, f’riserva naturali ta’ l-annimali jew f’żona magħluqa fejn il-ħnieżer jinżammu għal għanijiet xjentifiċi jew għanijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni ta’ l-ispeċi jew il-konservazzjoni ta’ razez rari, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li jidderoga minn paragrafi 1(a) u 1(e), sakemm l-interessi bażiċi tal-Komunità ma jintlaqtux ħażin.

Deċiżjoni bħal din għandha tkun immedjatament notifikata lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha fil-każjiet kollha tirrevedi mill-ewwel is-sitwazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat u fil-Kumitat Permanenti Veterinarju ma’ l-ewwel opportunità. Jekk ikun hemm bżonn, għandhom ikunu adottati miżuri li jevitaw it-tixrid tal-marda skond l-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 6

Miżuri f’każijiet meta l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun konfermata f’azjendi li jikkonsistu f’diversi unitajiet ta’ produzzjoni

1.  Fejn il-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun konfermata f’azjendi li jikkonsistu f’żewġ unitajiet separati jew aktar ta’ produzzjoni u biex it-tħaxxin tal-ħnieżer ikun jista’ jintemm, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tidderoga mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(1)(a) dwar unitajiet fejn hemm produzzjoni ta’ ħnieżer b’saħħithom f’azjenda li hi infettata basta l-veterinarju uffiċjali jikkonferma li l-istruttura, il-kobor u d-distanza bejn dawn l-unitajiet ta’ produzzjoni u l-operazzjonijiet magħmula fihom ikunu hekk li l-unitajiet ta’ produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox ta’ fejn jinżammu, kif jinżammu u kif jintgħalfu, sabiex il-virus ma jkunx jista’ jinfirex minn unità ta’ produzzjoni għal oħra.

2.  Jekk isir użu mid-deroga msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ifasslu regoli dettaljati sabiex japplikawha fid-dawl ta’ garanziji dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jkunu jistgħu jiġu żgurati.

3.  Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinnotifikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha fil-każijiet kollha tirrevedi immedjatament is-sitwazzjoni ma’ l-Istat Membru konċernat u fil-Kumitat Permanenti Veterinarju ma’ l-ewwel opportunità. Jekk ikun hemm bżonn, miżuri biex ma jippermettux it-tixrid ta’ mard għandhom ikunu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 7

Miżuri f’azjendi li ġew f’kuntatt

1.  Azjendi jiġu meqjusa bħala azjendi li ġew f’kuntatt meta l-veterinarju uffiċjali jsib, jew jidhirlu fuq il-bażi ta’ stħarriġ epidemjoloġiku magħmul skond l-Artikolu 8, li d-deni Afrikan tal-qżieqeż setgħa kien introdott, jew minn azjenda oħra għall-azjenda imsemmija fl-Artikolu 4 jew 5, jew minn din l-azjenda ta’ l-aħħar għal azjendi oħra.

L-Artikolu 4 għandu jkun applikat f’dawn l-azjendi sa ma l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun ġiet uffiċjalment eskluża.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1) fl-azjendi li jkunu ġew f’kuntatt imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika hekk tkun titlob.

Numru suffiċjenti ta’ kampjuni għandhom jittieħdu mill-ħnieżer, skond il-manwal dijanjostiku, meta dawn jinqatlu sabiex il-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’dawn l-azjendi tkun tista’ tiġi konfermata jew eskluża.

L-Artikolu 8

Stħarriġ epidemjoloġiku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istħarriġ epidemjoloġiku li għandu x’jaqsam ma’ każijiet suspettati jew ma’ tfaqqiegħ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż ikun magħmul fuq il-bażi ta’ kwestjonarji, preparati fil-qafas ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza msemmija fl-Artikolu 21.

Inkjesta bħal din għandha tittratta mill-anqas:

(a) iż-żmien li matulu l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż seta’ eżista fl-azjenda qabel ma l-marda kienet notifikata jew suspettata;

(b) l-oriġini possibbli tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fl-azjenda u l-identifikazzjoni ta’ azjendi oħra fejn il-ħnieżer ikunu setgħu ġew infettati jew kontaminati mill-istess għajn;

(ċ) il-moviment ta’ nies, vetturi, ħnieżer, karkassi, sperma, laħam jew kull xorta ta’ materjal li seta’ ġarr il-virus minn u lejn l-azjendi in kwistjoni;

(d) il-possibiltà li vettori jew ħnieżer salvaġġi jikkawżaw tixrid tal-marda.

Jekk ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ jindikaw li d-deni Afrikan tal-qżieqeż setgħa nxtered minn jew lejn azjendi fi Stati Membri oħra, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu nfurmati immedjatament.

L-Artikolu 9

Stabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza

1.  Hekk kif id-dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż tkun uffiċjalment konfermata fi ħnieżer f’azjenda, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żona ta’ protezzjoni b’raġġ ta’ mill-inqas tliet kilometri madwar is-sit tat-tfaqqiegħ, u dan stess għandu jkun inkluż f’żona ta’ sorveljanza b’raġġ ta’ mill-inqas 10 kilometri..

Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 10 u 11 għandhom ikunu applikati fiż-żoni rispettivi.

2.  Meta tkun qed tistabbilixxi żoni, l-awtorità kompetenti għandha tqis:

(a) ir-riżultati ta’ l-istħarriġ epidemjoloġiku mwettaq skond l-Artikolu 8;

(b) is-sitwazzjoni ġeografika, partikolarment fruntieri naturali jew artifiċjali;

(ċ) il-post u l-prossimità ta’ l-azjendi;

(d) modi ta’ mġiba ta’ movimenti u kummerċ fil-ħnieżer u d-disponibilità ta’ biċċeriji u faċilitajiet għall-ipproċessar ta’ karkassi;

(e) il-faċilitajiet u persunal disponibbli sabiex ikun ikkontrollat kull moviment fiż-żoni, b’mod partikolari jekk il-ħnieżer li għandhom jinqatlu jridu jitneħħew mill-azjenda ta’ oriġini tagħhom.

3.  Jekk żona tkun tinkludi partijiet minn territorji ta’ diversi Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw biex jistabbilixxu ż-żona.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji, inkluż l-użu ta’ sinjali prominenti u sinjali ta’ twissijiet u l-użu tar-riżorsi tal-media, bħall-istampa u t-televiżjoni, biex tiżgura li l-persuni kollha fiż-żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza jkunu konxji tar-restrizzjonijiet fis-seħħ skond l-Artikoli 10 u 11, u għandha tieħu dawk il-miżuri li tqis xierqa sabiex tiżgura l-infurzar adegwat ta’ dawn il-miżuri.

L-Artikolu 10

Miżuri fiż-żoni stabbiliti ta’ protezzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri li ġejjin ikunu applikati fiż-żona ta’ protezzjoni:

(a) għandu jsir ċensiment ta’ l-azjendi kollha kemm jista’ jkun malajr; wara l-istabbiliment taż-żona ta’ protezzjoni dawn l-azjendi għandhom jiġu invistati minn veterinarju uffiċjali fi żmien sebat ijiem sabiex isir eżami kliniku tal-ħnieżer u sabiex ikunu ċċekkjati r-reġistru u l-marki ta’ identifikazzjoni tal-ħnieżer imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 92/102/KEE;

(b) iċ-ċaqliq u trasport ta’ ħnieżer fuq toroq pubbliċi jew privati, barra meta jkun neċessarju t-toroq għas-servizz ta’ l-azjendi, għandu jkun projbit sakemm ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti. Din il-projbizzjoni m’għandhiex għalfejn tkun applikata għat-trasport ta’ ħnieżer fit-triq jew bil-ferrovija bla ma jsir ħatt jew waqfien, jew għal ħnieżer għall-qatla li jkunu ġejjin min barra ż-żona protetta u fi triqithom lejn biċċerija li tkun tinsab fl-istess żona għal qtil immedjat;

(ċ) trakkijiet u vetturi u tagħmir ieħor li jintużaw biex iġorru l-ħnieżer jew annimali oħra jew materjal li jista’ jkun kontaminat (bħal karkassi, għalf, demel, skart likwidu u materjal ieħor għandhom ikunu mnaddfa, diżinfettati, jekk ikun hemm bżonn diżinsettiċizzati u trattati kemm jista’ jkun malajr wara l-kontaminazzjoni, skond l-Artikolu 12. L-ebda trakk jew vettura li jkunu ntużaw għall-ġarr tal-ħnieżer ma jistgħu jħallu ż-żona mingħajr ma jkunu mnaddfa u diżinfettati;

(d) l-ebda annimal domestiku ieħor ma jista’ jħalli jew joħrog minn azjenda mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtortità kompetenti;

(e) il-ħnieżer kollha mejta jew morda f’azjenda għandhom ikunu immmedjatament notifikati lill-awtorità kompetenti, li minn-naħa tagħha trid tagħmel l-investigazzjonijiet approprjati skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku;

(f) il-ħnieżer ma jistgħux jitneħħew mill-azjenda fejn ikunu miżmuma għal minn ta’ l-anqas 30 jum wara t-tmiem tat-tindif u diżinfettazzjoni preliminari, u jekk ikun hemm bżonn, diżinsettiċizzazzjoni ta’ l-azjendi infettati. Wara 30 jum, bla ħsara għall-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-azjenda msemmija biex ikunu trasportati direttament lejn:

 biċċerija nominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona protetta jew sorveljata, għall-għan ta’ qtil immedjat,

 impjant ta’ proċessar jew post adattat fejn il-ħnieżer ikunu maqtula mill-ewwel u l-karkassi tagħhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali,

 f’ċirkostanzi eċċezzjonali, stabbilimenti oħra li jinsabu fiż-żona protetta jew sorveljata. Stati Membri li jkunu qed jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jinformaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterinarju;

(g) sperma, bajd jew embriji ta’ ħnieżer m’għandhomx iħallu l-azjendi li jkunu jinsabu fiż-żona taħt sorveljanza;

(h) kull persuna li tidħol jew toħroġ minn azjendi tal-ħniezer għandha tħares miżuri xierqa ta’ iġjene sabiex jitnaqqas ir-riskju li l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jinxtered.

2.  Meta l-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinżammu fis-seħħ għal aktar minn 40 jum minħabba aktar każi ta’ tfaqqiegħ tal-marda, u minħabba f’hekk jinħolqu problemi dwar il-ġid ta’ l-annimali u problemi oħra relatati maż-żamma tal-ħnieżer, bla ħsara għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’, wara applikazzjoni raġunata mis-sid, tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer minn azjenda f’żona protetta, biex jinġarru dritt lejn:

(a) biċċerija nominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona protetta jew sorveljata, għall-għan ta’ qtil immedjat,

(b) impjant ta’ proċessar jew post addattat fejn il-ħnieżer jinqatlu mill-ewwel u l-karkassi tagħhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali,

(ċ) f’ċirkostanzi eċċezzjonali, lejn stabbilimenti oħra fiż-żona protetta jew taħt sorveljanza. Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jinformaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni fil-Kumitat Veterinarju Permanenti.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-azjenda kkonċernata, bil-kondizzjoni li:

(a) veterinarju uffiċjali jkun wettaq eżami kliniku tal-ħnieżer fl-azjenda b’mod speċjali ta’ dawk li jridu jkunu mċaqalqa, inkluż it-teħid tat-temperatura tal-ġisem skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku u ċċekkjar tar-reġistru u tal-marki ta’ identifikazzjoni tal-ħnieżer imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 92/102/KEE;

(b) il-kontrolli u l-eżamijiet imsemmija f’punt (a) ma wrew ebda evidenza ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż u konformità mad-Direttiva 92/102/KEE;

(ċ) il-ħnieżer ikunu trasportati f’vetturi siġillati mill-awtorità kompetenti;

(d) il-vettura u t-tagħmir li jkunu ġew involuti fit-trasport tal-ħnieżer jiġu mnaddfa u diżinfettati immedjatament wara t-trasport skond id-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12;

(e) jekk il-ħnieżer se jinqatlu f’biċċerija jew mod ieħor, numru suffiċjenti ta’ kampjuni jittieħdu mill-ħnieżer skond il-manwal dijanjostiku biex il-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’dawn l-azjendi tkun tista’ tiġi konfermata jew eskluża;

(f) jekk il-ħnieżer għandhom jittieħdu lejn biċċerija:

 l-awtorità kompetenti responsabbli mill-biċċerija tkun ġiet infurmata bl-intenzjoni li jintbgħatu l-ħnieżer u tinnotifika lill-awtorità tat-trasport kompetenti dwar il-wasla tagħhom,

 hekk kif jaslu l-biċċerija, dawn il-ħnieżer jinżammu u jinqatlu separatament minn ħnieżer oħra,

 matul l-ispezzjoni ante u post mortem magħmula fil-biċċerija nominata, l-awtorità kompetenti tieħu f’konsiderazzjoni kull sinjal tal-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

 il-laħam frisk ta’ dawn il-ħnieżer ikun ipproċessat jew immarkat bil-marka speċjali msemmija fl-Artikolu 5a tad-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar problemi ta’ saħħa li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk ( 9 ), u li hu proċessat separatament skond ir-regoli ta’ l-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/215/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 dwar problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jolqtu l-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti tal-laħam ( 10 ). Dan irid issir fi stabbiliment nominat mill-awtorità kompetenti. Il-laħam irid jintbgħat lill-istabbiliment imsemmi bil-kondizzjoni li l-kunsinna tkun siġillata qabel it-tluq u tibqa siġillata matul it-trasport kollu.

4.  Il-miżuri fiż-żona protetta għandhom jibqgħu jkunu applikati minn ta’ l-anqas sa ma:

(a) ikun sar it-tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, id-diżinsettiċizzazzjoni fl-azjendi infettati;

(b) il-ħnieżer fl-azjendi kollha jkunu għaddew minn eżamijiet kliniċi u ta’ laboratorji magħmula skond il-manwal dijanjostiku sabiex tkun identifikata l-preżenza possibbli tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

L-eżamijiet imsemmija f’punt (b) m’għandhomx isiru qabel ma jkunu għaddew 45 ġurnata mit-tmiem tat-tindif, diżinfettar u jekk ikun hemm bżonn diżinsettiċizzazzjoni preleminari fl-azjendi infettati.

5.  Madankollu, b’deroga mill-paragrafi 1(f), u mill-paragrafi 2 u 4, il-perjodi ta’ 40 u 45 jum stipulati hemm jistgħu jitnaqqsu għal 30 jum jekk, skond il-manwal dijanjostiku, l-Istati Membri jkunu applikaw programm intensiv ta’ teħid ta’ kampjuni u eżamijiet li jagħmluha possibbli li tkun kategorikament eskluża l-preżenza ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fl-azjenda in kwistjoni.

L-Artikolu 11

Miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza stabbilita

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri li ġejjin ikunu applikati fiż-żona ta’ sorveljanza:

(a) għandu jsir ċensiment ta’ l-azjendi kollha tal-ħnieżer;

(b) iċ-ċaqlieq u trasport ta’ ħnieżer fuq toroq pubbliċi u privati, barra meta jkun neċessarju t-toroq ta’ servizz għall-azjendi, għandu jkun projbit sakemm ma jkunx approvat mill-awtorità kompetenti. Din il-projbizzjoni m’għandhiex għalfejn tkun applikata għat-trasport ta’ ħnieżer bit-triq jew bil-ferrovija, mingħajr ħatt jew waqfien, jew għal ħnieżer għall-qatla li jkunu ġejjin minn barra ż-żona ta’ sorveljanza u fi triqithom lejn biċċerija li tkun tinsab fl-istess żona għal qtil immedjat;

(ċ) trakkijiet u vetturi u tagħmir ieħor, li jintużaw biex iġorru l-ħnieżer jew annimali oħra jew materjal li jistgħu jkunu kontaminati (bħal karkassi, għalf, demel, skart likwidu u affarijiet bħal dawn) għandhom ikunu mnaddfa, diżinfettati, u jekk ikun hemm bżonn diżinsettiċizzati u trattati kemm jista’ jkun malajr wara l-kontaminazzjoni, skond l-Artikolu 12. L-ebda trakk jew vettura li jkunu ntużaw għall-ġarr tal-ħnieżer ma jistgħu jħallu ż-żona mingħajr ma jkunu mnaddfa u diżinfettati;

(d) l-ebda annimal domestiku ieħor ma jista’ jħalli jew joħrog minn azjenda matul l-ewwel sebat ijiem wara l-istabbiliment taż-żona mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti;

(e) il-ħnieżer kollha mejta jew morda f’azjenda għandhom ikunu immedjatament notifikati lill-awtorità kompententi, li minn-naħa tagħha trid tibda l-investigazzjonijiet skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku;

(f) ħnieżer ma jistgħux jitneħħew mill-azjenda fejn ikunu miżmuma qabel ta’ l-inqas 30 jum mit-tmiem tat-tindif u diżinfettazzjoni preliminari, u jekk ikun hemm bżonn, diżinsettiċizzazzjoni ta’ l-azjendi infettati. Wara 30 jum, bla ħsara għall-kondizzjonijiet ta’ l-Artikoli10(3), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer mill-azjenda msemmija sabiex ikunu trasportati direttament lejn:

 biċċerija nominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona protetta jew sorveljata, għall-għan ta’ qtil immedjat,

 impjant ta’ proċessar jew post adattat fejn il-ħnieżer ikunu maqtula mill-ewwel u l-karkassi tagħhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali,

 f’ċirkostanzi eċċezzjonali, stabbilimenti oħra li jkunu fiż-żona protetta jew sorveljata. Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jinfurmaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterinarju;

Madankollu, jekk il-ħnieżer iridu jittieħdu lejn biċċerija, fuq talba ta’ Stat Membru, akkumpanjata minn ġustifikazzjoni approprjata, u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), derogi mill-Artikolu 10(3)(e) u (f), ir-raba’ inċiż, dan jista’ jkun awtorizzat, b’mod partikolari dwar l-immarkar tal-laħam ta’ dawn il-ħnieżer u l-użu sussegwenti tiegħu, u d-destinazzjoni tal-prodotti trattati;

(g) sperma, bajd jew embriji ta’ ħnieżer m’għandhomx iħallu l-azjendi li jkunu jinsabu fiż-żona sorveljata;

(h) kull persuna li tidħol jew toħroġ minn azjendi tal-ħnieżer għandha tħares miżuri xierqa ta’ iġjene biex jitnaqqas ir-riskju li l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jinxtered.

2.  Meta l-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jinżammu fis-seħħ għal aktar minn 40 jum minħabba aktar tfaqqiegħ tal-marda, u minħabba f’hekk jinħolqu problemi dwar is-saħħa ta’ l-annimali u problemi oħra relatati maż-żamma tal-ħnieżer, bla ħsara għall-kondizzjonijiet fl-Artikolu 10(3), l-awtorità kompetenti tista’, wara applikazzjoni raġunata mis-sid, tawtorizza t-tneħħija tal-ħnieżer minn azjenda fiż-żona protetta jew sorveljata, biex ikunu direttament trasportati lejn:

(a) biċċerija nominata mill-awtorità kompetenti, preferibbilment fiż-żona protetta jew sorveljata għall-għan ta’ qtil immedjat,

(b) impjant ta’ proċessar jew post adattat fejn il-ħnieżer ikunu maqtula mill-ewwel u l-karkassi tagħhom ikunu proċessati taħt superviżjoni uffiċjali, jew

(ċ) f’ċirkostanzi eċċezzjonali, stabbilimenti oħra fiż-żona protetta. Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-disposizzjoni għandhom jinfurmaw immedjatament b’dan lill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

3.  Il-miżuri fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom jibqgħu japplikaw minn ta’ l-anqas sa ma:

(a) it-tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, diżinsettiċizzazzjoni fl-azjendi infettati jkunu twettqu;

(b) il-ħnieżer fl-azjendi kollha jkunu għaddew minn eżamijiet kliniċi u, fejn ikun hemm bżonn, ta’ laboratorji kif preskritt fil-manwal dijanjostiku biex tkun identifikata l-preżenza eventwali tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

L-eżamijiet imsemmija f’punt (b) m’għandhomx jitwettqu qabel ma jkunu għaddew 40 jum mit-tmiem ta’ miżuri ta’ tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn disinsettiċizzazzjoni, fl-azjendi infettati jkunu tlestew.

4.  Madankollu, b’deroga mill-paragrafu 1(f), u mill-paragrafi 2 u 3, il-perjodi ta’ 30 jum stipulati fil-paragrafu 1(f) u l-perjodi ta’ 40 jum stipulati f’paragrafi 2 u 3 jistgħu jitnaqqsu rispettivament għal 21, 30 u 20 jum jekk, skond il-manwal dijanjostiku, l-Istati Membri jkunu wettqu programm ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ eżamijiet intensivi li jagħmluha possibbli li tkun eskluża l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fl-azjenda in kwistjoni.

L-Artikolu 12

Tindif, diżinfettar u trattament b’insettiċidi

Stati Membri jridu jiżguraw li:

(a) id-diżinfettanti u l-insettiċidi użati u l-konċentrazzjonijiet tagħhom ikunu uffiċjalment approvati mill-awtorità kompetenti;

(b) it-tindif, diżinfettazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, l-operazzjonijiet insettiċidi jitwettqu taħt sorveljanza uffiċjali skond:

 l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali; u

 il-prinċipji u proċeduri preskritti fl-Anness II.

L-Artikolu 13

Ripopolazzjoni ta’ azjendi tal-ħnieżer wara tfaqqiegħ ta’ mard

1.  I-introduzzjoni mill-ġdid tal-ħnieżer fl-azjendi msemmija fl-Artikolu 5 m’għandhiex isseħħ qabel minn ta’ l-anqas 40 jum wara t-tmiem tat-tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, l-operazzjoni ta’ diżinsettiċizzazzjoni fl-azjenda in kwistjoni skond il-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2.  Fl-introduzzjoni mill-ġdid ta’ ħnieżer għandu jitqies it-tip ta’ trobbija prattikata fl-azjenda kkonċernata, u din għandha tħares waħda mill-proċeduri preskritti f’paragrafi 3 u 4.

3.  Fil-każ ta’ azjendi fejn l-okkorrenza tal-marda ma tkunx ġiet relatata ma’ vettori, il-proċedura li ġejja għandha tiġi applikata:

(a) fejn għandhom x’jaqsmu azjendi fil-beraħ, l-introduzzjoni mill-ġdid tal-ħnieżer għandha tibda bl-introduzzjoni ta’ ħnieżer sentinella li jkunu ġew iċċekkjati u misjuba negattivi għall-preżenza ta’ anti-korpi kontra l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jew li ġejjin minn azjendi li ma kienux suġġetti għal restrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Il-ħnieżer sentinella għandhom jitpoġġew, skond il-ħtiġijiet ta’ l-awtorità kompetenti, madwar l-azjenda infettata kollha u għandhom jittieħdu kampjuni minnhom 45 ġurnata wara, u għandhom ikunu ttestjati għall-preżenza ta’ anti-korpi, skond il-manwal dijanjostiku. L-ebda ħanżir ma jista’ jħalli l-azjenda qabel ma jkun hemm ir-riżultati negattivi tat-testijiet seroloġiċi; jekk l-ebda wieħed mill-ħnieżer ma jiżviluppa anti-korpi kontra l-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, imbagħad tkun tista’ sseħħ mill-ġdid ripopolazzjoni sħiħa;

(b) dwar forom oħra ta’ trobbija, l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ ħnieżer għandha sseħħ skond il-miżuri previsti f’punt (a) jew għandha tkun bażata fuq ripopolazzjoni totali, sakemm:

 il-ħnieżer kollha jaslu f’perjodu ta’ 20 jum u jiġu minn azjendi li ma kienu suġġetti għal ebda restrizzjoni relatata mad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

 ħnieżer fil-merħla ripopolata għandhom ikunu suġġetti għal eżami seroloġiku skond il-manwal dijanjostiku. It-teħid ta’ kampjuni għall-eżami għandu jsir l-aktar kmieni 45 jum wara l-wasla ta’ l-aħħar ħnieżer,

 l-ebda ħanżir ma jista’ jħalli l-azjenda qabel ma r-riżultati negattivi ta’ l-eżami seroloġiku jkunu disponibbli.

4.  Fil-każ ta’ azjendi fejn l-okkorrenza tal-marda tkun ġiet relatata ma’ vettori, ir-ripopolazzjoni m’għandhiex isseħħ għal minn ta’ l-anqas sitt snin, ħlief:

(a) jekk operazzjonijiet speċifiċi sabiex ikunu eliminati l-vettori mill-istabbilimenti u postijiet fejn il-ħnieżer għandhom jinżammu jew fejn jistgħu jiġu f’kuntatt mal-vettori, ma jkunux twettqu b’suċċess taħt sorveljanza uffiċjali, jew

(b) kien possibbli li jintwera li l-persistenza tal-vettoru ma għadhiex aktar tirrappreżenta riskju sinifikanti li jkun trasmess id-deni Afrikan tal-qżieqeż.

Minn hemm ‘il quddiem, il-miżuri preskritti fil-paragrafu 3(a) għandhom japplikaw.

Flimkien ma dawn il-miżuri, madankollu, l-ebda ħanżir ma jista’ jħalli l-azjenda in kwistjoni wara r-ripopolazzjoni sħiħa qabel ma jkunu saru aktar eżamjiet seroloġiċi għad-deni Afrikan tal-qżieqeż b’riżultati negattivi fuq kampjuni miġbura mill-ħnieżer fl-azjenda l-aktar kmieni 60 jum wara r-ripopolazzjoni sħiħa, skond il-manwal dijanjostiku.

5.  Fejn l-okkorrenza tal-marda ma tkunx ġiet marbuta ma’ vettori, u jekk ikunu għaddew aktar minn 6 xhur mit-tmiem tat-tindif u diżinfettar ta’ l-azjenda, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza deroga mill-paragrafu 3, wara li tqis is-sitwazzjoni epidemjoloġika.

6.  L-introduzzjoni mill-ġdid ta’ annimali domestiċi ta’ speċi differenti mill-ħnieżer fl-azjendi deskritti fl-Artikolu 5 għandha tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, li għandha tqis ir-riskju ta’ tixrid ta’ l-infezzjoni jew tal-persistenza tal-vettori preżentat minn dik l-introduzzjoni mill-ġdid.

L-Artikolu 14

Miżuri f’każijiet fejn ikun suspettat jew konfermat id-deni Afrikan tal-qżieqeż f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport

1.  Fejn ikun hemm suspett ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tqiegħed mill-ewwel fis-seħħ il-mezzi uffiċjali ta’ investigazzjoni sabiex tikkonferma jew teskludi il-preżenza tal-marda skond il-proċeduri preskritti fil-manwal dijanjostiku.

2.  Jekk xi każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż ikun misjub f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a) l-annimali kollha suxxettibbli fil-biċċerija jew fil-mezz ta’ trasport jinqatlu mingħajr dewmien;

(b) il-karkassi, l-intern u l-iskart ta’ annimali nfettati jew potenzjalment infettati jkunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali;

(ċ) tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, diżinsettiċizzazzjoni ta’ bini u tagħmir, inkluż vetturi, isiru taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali skond l-Artikolu 12;

(d) issir inkjesta epidemjoloġika skond l-Artikolu 8 mutatis mutandis;

(e) l-iżolat tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż huwa suġġett għall-proċedura ta’ laboratorju preskritta fil-manwal dijanjostiku, biex ikun identifikat it-tip ġenetiku tal-virus;

(f) il-miżuri msemmija fl-Artikolu 7 huma applikati fl-azjenda meta l-ħnieżer infettati jew il-karkassi jkunu ġew minn azjendi oħra li kienu f’kuntatt. Jekk ma jkunx indikat mod ieħor mill-inkjesta epidemjoloġika, il-miżuri preskritti fl-Artikolu 50 għandhom ikunu applikati fl-azjenda ta’ oriġini tal-ħnieżer jew tal-karkassi infettati;

(g) l-ebda annimali m’għandhom jerġgħu jiddaħħlu għal qtil jew trasport għal minn ta’ l-anqas 24 siegħa wara t-tmiem tat-tindif, diżinfettar u, jekk ikun hemm bżonn, id-diżinsettiċizzazzjoni mwettqa skond l-Artikolu 12.

L-Artikolu 15

Miżuri fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun suspettat jew konfermat fi ħnieżer salvaġġi

1.  Immedjatament wara li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jkollha informazzjoni li l-ħnieżer salvaġġi jkunu suspettati li huma nfettati, għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tikkonferma jew teskludi l-preżenza tal-marda, billi tagħti informazzjoni lis-sidien tal-ħnieżer u lill-kaċċaturi, u b’investigazzjonijiet dwar il-ħnieżer salvaġġi kollha maqtula jew misjuba mejta, inkluż testijiet fil-laboratorju.

2.  Hekk kif ikun hemm konferma ta’ każ primarju ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi, sabiex titnaqqas il-firxa tal-marda, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha mill-ewwel:

(a) twaqqaf grupp ta’ esperti inklużi veterinarji, kaċċaturi, bijoloġisti tal-ħajja salvaġġa u epidemjoloġisti. Il-grupp ta’ esperti għandu jgħin lill-awtorità kompetenti billi:

 jistudja s-sitwazzjoni epidemjoloġika u jiddefinixxi żona infettata skond l-Artikolu 16(3)(b),

 iwaqqaf miżuri xierqa li għandhom ikunu applikati fiż-żona infettata flimkien ma dawk imsemmija f’punti (b) u (c); dawn il-miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-kaċċa u l-projbizzjoni ta’ għalf lill-ħnieżer salvaġġi,

 jipprepara pjan ta’ eradikazzjoni li għandu jkun sottomess lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 16,

 jagħmel kontrolli sabiex jivverifika l-effettività tal-miżuri adottati sabiex jinqered id-deni Afrikan tal-qżieqeż miż-żona infettata;

(b) iqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali azjendi tal-ħnieżer fiż-żona identifikata bħala infettata, u għandu b’mod partikolari jordna li:

 isir ċensiment uffiċjali ta’ kull kategorija ta’ ħnieżer fl-azjenda; iċ-ċensiment għandu jinżamm aġġornat mis-sid. L-informazzjoni fiċ-ċensiment għandha tingħata meta tintalab u għandha tkun iċċekkjata f’kull spezzjoni. Madankollu, rigward azjendi fil-beraħ tal-ħnieżer, l-ewwel ċensiment li jsir jista’ jseħħ fuq bażi ta’ stima,

 il-ħnieżer kollha fl-azjenda għandhom jinżammu fil-kwartieri tagħhom jew f xi post fejn jistgħu jkunu iżolati mill-ħnieżer salvaġġi. Il-ħnieżer salvaġġi ma jistax ikollhom aċċess għal kull materjal li jista’ sussegwentement jiġi f’kuntatt ma’ ħnieżer fl-azjenda,

 l-ebda ħanżir ma jista’ jitħalla jidħol jew joħroġ minn azjenda, ħlief meta dan ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti b’konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika,

 mezzi xierqa ta’ diżinfettar u jekk ikun hemm bżonn ta’ diżinsettiċizzazzjoni għandhom jintużaw fid-dħul u l-ħruġ tal-bini fejn kienu miżmuma l-ħnieżer u ta’ l-azjenda stess,

 għandhom jittieħdu miżuri xierqa ta’ iġjene mill-persuni kollha li jiġu f’kuntatt mal-ħnieżer salvaġġi, sabiex jitnaqqas ir-riskju li jinxtered il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

 il-ħnieżer kollha mejta jew morda b’sintomi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’azjenda għandhom ikunu eżaminati għall-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

 l-ebda parti ta’ xi ħanżir salvaġġ, kemm jekk għax inqatel bi sparatura kif ukoll jekk instab mejjet, u l-ebda materjal jew tagħmir li jista’ jkun kontaminat bil-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, ma’ jista’ jiddaħħal f’azjenda tal-ħnieżer,

 ħnieżer, sperma, embriji jew il-bajd tagħhom m’għandhomx jiġu mħarrka miż-żona nfettata għal kummerċ intra-Komunitarju;

(ċ) isir arranġament biex il-ħnieżer salvaġġi li jkunu sparawlhom jew li nstabu mejta fiż-żona definita bħala nfettata jkunu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali u eżaminati għad-deni Afrikan tal-qżieqeż skond il-manwal dijanjostiku. Karkassi ta’ l-annimali kollha misjuba pożittivi għandhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali. Meta testijiet bħal dawn jirriżultaw fin-negattiv fejn jidħol id-deni Afrikan tal-qżieqeż, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri preskritti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 dwar problemi tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom x’jaqsmu mal-qtil ta’ annimali salvaġġi u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam ta’ annimali salvaġġi ( 11 ). Partijiet mhux maħsuba għal konsum tal-bniedem għandhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali;

(d) tiżgura li l-iżolat tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun suġġett għall-proċedura tal-laboratorju indikata fil-manwal dijanjostiku, sabiex ikun identifikat it-tip ġenetiku tal-virus.

3.  Jekk jitfaċċa każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi f’żona ta’ Stat Membru qrib it-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw biex jiġu stabbiliti miżuri għall-kontroll tal-marda.

L-Artikolu 16

Pjanijiet għall-qerda tad-deni Afrikan tal-qżieqeż mill-popolazzjoni tal-ħnieżer salvaġġi

1.  Bla ħsara għall-miżuri preskritti fl-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien 90 jum mill-konferma ta’ każ primarju ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi pjan bil-miktub dwar il-miżuri meħuda biex tinqered il-marda fiż-żona definita bħala nfettata, u tal-miżuri applikati fl-azjendi f’dik iż-żona.

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjan sabiex ikun determinat jekk dan jippermettix li jintlaħaq il-għan mixtieq. Il-pjan, jekk ikun hemm bżonn b’xi emendi, għandu jkun approvat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

Il-pjan jista’ sussegwement ikun emendat jew supplimentat sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

Jekk dawn l-emendi jikkonċernaw id-definizzjoni mill-ġdid taż-żona infettata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati b’dawn l-emendi mingħajr dewmien.

Jekk l-emendi jikkonċernaw disposizzjonijet oħra tal-pjan, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-pjan emendat lill-Kummissjoni għall-eżami u għall-approvazzjoni eventwali skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

2.  Wara li l-miżuri previsti fil-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 ikunu ġew approvati, dawn għandhom jissostitwixxu l-miżuri inizjali preskritti fl-Artikolu 15, f’data li għandha tkun deċiża meta tkun mogħtija l-approvazzjoni.

3.  Il-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih informazzjoni dwar:

(a) ir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi li twettqu u d-distribuzzjoni ġeografika tal-marda;

(b) id-definizzjoni taż-żona nfettata fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Meta tkun qed tiġi definita ż-żona nfettata, l-awtorità kompetenti għandha tqis:

 ir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi li twettqu u d-distribuzzjoni ġeografika tal-marda,

 il-popolazzjoni ta’ ħnieżer salvaġġi fiż-żona,

 il-preżenza ta’ ostakoli kbar naturali jew artifiċjali għall-moviment tal-ħnieżer salvaġġi,

(ċ) l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn bijoloġisti, kaċċaturi, organizzazzjonijiet tal-kaċċa, is-servizzi tal-ħajja salvaġġa u l-awtoritajiet veterinarji (saħħa ta’ l-annimali u saħħa pubblika);

(d) il-kampanja ta’ informazzjoni li għandha tkun infurzata sabiex iżżid l-interess tal-kaċċaturi fil-miżuri li għandhom jadottaw fil-qafas ta’ pjan ta’ eradikazzjoni;

(e) sforzi speċifiċi magħmula sabiex tkun determinata l-firxa ta’ l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-ħnieżer salvaġġi, b’investigazzjoni ta’ ħnieżer salvaġġi maqtula mill-kaċċaturi jew misjuba mejta, u bit-testijiet fil-laboratorju, inklużi investigazzjonijiet epidemjoloġiċi mqassma skond l-età;

(f) il-ħtiġijiet li jridu jitħarsu mill-kaċċaturi biex tkun evitata l-firxa tal-marda;

(g) il-metodu għat-tneħħija ta’ ħnieżer salvaġġi misjuba mejta jew maqtula b’xi tir, għandu jkun ibbażat fuq:

 proċessar taħt sorveljanza uffiċjali, jew

 spezzjoni minn veterinarju uffiċjali u testijiet ta’ laboratorju kif previst fil-manwal dijanjostiku. Karkassi ta’ l-annimali kollha misjuba pożittivi għandhom ikunu proċessati taħt sorveljanza uffiċjali. Meta dawn it-testijiet jirriżultaw fin-negattiv fejn għandu x’jaqsam id-deni Afrikan tal-qżieqeż, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri preskritti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 92/45/KEE. Partijiet mhux maħsuba għall-konsum tal-bniedem għandhom ikun proċessati taħt sorveljanza uffiċjali;

(h) l-inkjesta epidemjoloġika li ssir fuq kull ħanżir salvaġġ, kemm jekk maqtul b’tir jew misjub mejjet. Din l-inkjesta trid tinkludi l-kompletar ta’ kwestjonarju li jagħti informazzjoni dwar:

 iż-żona ġeografika fejn l-annimal instab mejjet jew maqtul bi sparatura,

 id-data li fiha l-annimal instab mejjet jew maqtul bi sparatura,

 il-persuna li sabet l-annimal mejjet jew maqtul bi sparatura,

 l-età u s-sess tal-ħanżir,

 jekk instab maqtul bi sparatura: is-sintomi ta’ qabel kien maqtul,

 jekk instab mejjet: l-istat tal-karkassa,

 sejbiet tal-laboratorju;

(i) programmi ta’ sorveljanza u miżuri ta’ prevenzjoni applikabbli għall-azjendi li jinsabu fiż-żona definita bħala nfettata, u, jekk ikun hemm bżonn, fl-inħawi ta’ madwar, inkluż it-trasport u l-moviment ta’ annimali miż-żona u lejn iż-żona; dawn il-miżuri għandhom mill-anqas ikunu jinkludu projbizzjoni fuq il-moviment tal-ħnieżer, l-isperma, embriji jew il-bajd tagħhom miż-żona infettata għall-kummerċ intra-Komunitarju u jistgħu jinkludu projbizzjoni temporanja fuq il-produzzjoni tal-ħnieżer u fuq l-istabbiliment ta’ azjendi ġodda;

(j) kriterji oħra li għandhom ikunu applikati biex jitneħħew il-miżuri meħuda;

(k) l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza u l-koordinazzjoni tad-dipartimenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-pjan;

(l) is-sistema ta’ nformazzjoni stabbilita biex il-grupp ta’ esperti maħtur skond l-Artikolu 15(2)(a) ikun jista’ jirrevedi r-riżultati tal-pjan ta’ eradikazzjoni fuq bażi regolari;

(m) il-miżuri għall-monitoraġġ tal-marda li għandhom ikunu nfurzati l-aktar kmieni 12-il xahar wara d-dijanjożi ta’ l-aħħar każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż fi ħnieżer salvaġġi fiż-żona definita bħala nfettata; dawn il-miżuri ta’ monitoraġġ għandhom jibqgħu fis-seħħ għal minn ta’ l-anqas 12-il xahar oħra u għandhom minn ta’ l-anqas jinkludu d-disposizzjonijiet diġà nfurzati skond il-punti (e), (g) u (h).

4.  Rapport dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żona definita u r-riżultati tal-pjan ta’ eradikazzjoni għandhom jintbgħatu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23 kull sitt xhur.

Regoli aktar dettaljati li għandhom x’jaqsmu ma’ l-informazzjoni li trid tiġi provduta mill-Istati Membri fuq din il-kwistjoni, jistgħu jiġu adottati skond il-proċeduri li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 17

Miżuri biex ikun evitat it-tixrid tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż permezz ta’ vettori

1.  Jekk il-preżenza ta’ vettori tkun possibbli jew suspettata f’azjenda fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun ġie konfermat, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a) il-bini nfettat u l-madwar tiegħu jkunu ċċekkjati għall-preżenza ta’ vettori, permezz ta’ spezzjoni fiżika u, jekk ikun hemm bżonn, bil-qbid ta’ kampjuni skond l-Anness III;

(b) meta l-preżenza ta’ vettori tkun konfermata:

 eżamijiet f’laboratorji xierqa għandhom isiru sabiex tkun konfermata jew miċħuda l-preżenza tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż fil-vettori,

 aktar monitoraġġ xieraq, iċċekkjar u miżuri ta’ kontroll ikunu stabbiliti fl-azjenda u fiż-żona ta’ madwar l-azjenda;

(ċ) fejn tkun konfermata l-preżenza ta’ vettori iżda l-kontroll tagħhom mhux prattiku, ħnieżer u jekk ikun hemm bżonn annimali domestiċi oħra m’għandhomx jinżammu fl-azjenda għal sitt snin mill-inqas.

2.  Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ paragrafu 1 għandha tingħata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti Veterinarju.

3.  Aktar miżuri dwar monitoraġġ u kontroll ta’ vettori u għall-prevenzjoni tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 18

Proċeduri dijanjostiċi u rekwiżiti ta’ bio-sigurtà

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) proċeduri dijanjostiċi, teħid ta’ kampjuni u testjar ta’ laboratorju biex tkun skoperta xi preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż isiru skond il-manwal dijanjostiku;

▼M4

(b) laboratorju nazzjonali huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u għall-metodi dijanjostiċi f’kull Stat Membru skond l-Anness IV.

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku, id-dettalji tal-laboratorju nazzjonali tagħhom, u kull tibdil sussegwenti, b’mod li jista’ jkun speċifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

▼B

2.  Il-laboratorji nazzjonali msemmija fl-Anness IV għandhom jikkooperaw mal-laboratorju Komunitarju referenzjali kif indikat fl-Anness V. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar spejjeż fil-qasam veterinarju ( 12 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu, is-setgħat u d-dmirijiet tal-laboratorju għandhom ikunu dawk deskritti f’dak l-Anness.

3.  Sabiex ikunu żgurati proċeduri uniformi biex issir dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u dijanjożi differenzjali approprjata għad-deni klassiku tal-qżieqeż, fi żmien sitt xhur mid-data ta’ meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2), manwal ta’ dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż għandu jkun adottat sabiex ikunu stabbiliti minn ta’ l-anqas:

(a)  standards minimi ta’ kwalità li għandhom ikunu osservati minn laboratorji dijanjostiċi għad-deni Afrikan tal-qżieqeż u għat-trasport tal-kampjuni;

(b) kriterji u proċeduri li għandhom ikunu segwiti meta jsiru eżamijiet kliniċi jew post mortem sabiex tkun ikkonfermata jew eskluża l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(ċ) il-kriterji u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti fil-ġbir ta’ kampjuni minn ħnieżer ħajjin jew il-karkassi tagħhom, sabiex ikun konfermat jew eskluż id-deni Afrikan tal-qżieqeż b’eżamijiet ta’ laboratorji, inkluż it-teħid ta’ kampjuni għal testijiet seroloġiċi u viroloġiċi mwettqa fil-qafas ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri previsti f’din id-Direttiva;

(d) eżamijiet ta’ laboratorji li għandhom jintużaw fid-dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, inklużi kriterji għall-valutazzjoni tar-riżultati ta’ testijiet ta’ laboratorji;

(e) tekniki ta’ laboratorju dwar tipi ġenetiċi ta’ l-iżolat tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

4.  Sabiex ikunu garantiti kondizzjonijiet xierqa ta’ bio-sigurtà għall-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali, il-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, il-ġenoma, l-antiġeni u l-vaċċini tiegħu għal riċerka, dijanjożi jew manifattura għandhom ikunu manipulati jew użati biss f’postijiet, stabbilimenti jew laboratorji approvati mill-awtorità kompetenti.

Il-lista ta’ postijiet, stabbilimenti jew laboratorji approvati għandha tingħata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2004 u għandha tibqa’ tinżamm aġġornata minn hemm ‘il quddiem

5.  L-Annessi IV u V u l-manwal dijanjostiku jistgħu jkunu supplimentati jew emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 19

Użu, manifattura u bejgħ ta’ vaċċini kontra d-deni Afrikan tal-qżieqeż

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) l-użu ta’ vaċċini kontra d-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun projbit;

(b) il-manipulazzjoni, manifattura, ħażna, forniment, distribuzzjoni jew bejgħ ta’ vaċċini għad-deni Afrikan tal-qżieqeż fit-territorju tal-Komunità jitwettqu taħt kontroll uffiċjali.

Madankollu, sabiex jitqiesu l-iżviluppi f’riċerka xjentifika u teknika dwar il-produzzjoni ta’ dan il-vaċċin, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport akkumpanjat, jekk ikun hemm bżonn, minn proposti xierqa sabiex tkun aġġornata din id-Direttiva.

L-Artikolu 20

Kontrolli Komunitarji

Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jagħmlu spezzjonijiet fil-post f’kooperazzjoni ma l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, sa fejn dan ikun neċessarju biex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva. L-Istat Membru li fih isiru l-kontrolli għandu jipprovdi lill-esperti bl-assistenza kollha neċessarja sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bir-riżultat tal-kontrolli li jkunu saru.

Ir-regoli ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u b’mod partikolari dawk li jirregolaw il-proċedura ta’ kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 21

Pjanijiet ta’ kontinġenza

1.  Kull Stat Membru għandu jlesti pjan ta’ kontinġenza li jispeċifika l-miżuri nazzjonali li għandhom ikunu implimentati fil-każ ta’ tfaqqiegħ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, li jieħdu f’konsiderazzjoni l-fatturi lokali, bħal, b’mod partikolari, id-densità ta’ ħnieżer, li tista’ tinfluwenza l-firxa tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

Dan il-pjan għandu jħalli aċċess għal faċilitajiet, tagħmir, persunal u kull materjal ieħor neċessarju għall-qerda ta’ malajr u effiċjenti tal-marda.

2.  Il-kriterji u r-rekwiżiti li għandhom ikunu applikati għat-tħejjija tal-pjan ta’ kontinġenza għandhom ikunu dawk preskritti fl-Anness VI.

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2), dawk il-kriterji u rekwiżiti jistgħu jkunu emendati jew supplimentati biex titqies in-natura speċifika tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u l-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta’ miżuri biex ikun ikkontrollat it-tixrid tal-marda.

3.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet sabiex ikun determinat jekk jippermettux li l-għan mixtieq ikun milħuq u għandha tissuġġerixxi lill-Istat Membru ikkonċernat kull emendi neċessarji, b’mod partikolari biex tiżgura li huma kompatibbli ma’ dawk ta’ Stati Membri oħra.

Il-pjanijiet, jekk ikun hemm bżonn emendati, għandhom ikunu approvati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

Il-pjanijiet jistgħu sussegwentement ikunu emendati jew supplimentati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2), biex jitqiesu l-iżviluppi dwar is-sitwazzjoni. Jiġri x’jiġri, kull ħames snin kull Stat Membru jrid jaġġorna l-pjan u jibgħatu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 22

Ċentri għall-kontroll tal-mard u gruppi ta’esperti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċentru nazzjonali li jiffunzjona kif għandu jkun għall-kontroll tal-mard ikun jista’ jinħoloq fil-każ ta’ xi tfaqqiegħ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

2.  Iċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard għandu jidderiġi u jimmonitorja l-operazzjonijiet taċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard imsemmija fil-paragrafu 3. Għandu jkun responsabbli,fost affarijiet oħra, għal dan li ġej:

(a) jiddefinixxi l-miżuri ta’ kontroll neċessarji;

(b) jiżgura l-implimentazzjoni immedjata u effiċjenti tal-miżuri msemmija hawn fuq miċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard;

(ċ) jalloka ħaddiema u riżorsi oħra lil ċentri lokali għall-kontroll tal-mard;

(d) jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra, lill-organizzazzjonijiet veterinarji nazzjonali l-oħra, lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-korpi agrikoli u kummerċjali;

(e) jikkoopera mal-laboratorji dijanjostiċi;

(f) jikkoopera mal-gazzetti u media oħra;

(g) jikkoopera ma’ l-awtoritajiet tal-pulizija biex jiżgura li jittieħdu miżuri legali speċifiċi.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċentri lokali li jiffunzjonaw kif imiss għall-kontroll tal-mard ikunu jistgħu jinħolqu minnufih fil-każ ta’ xi tfaqqiegħ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż.

4.  Xi funzjonijiet taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard jistgħu, madankollu, ikunu delegati liċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard li joperaw f’livell amministrattiv kif previst fl-Artikolu 2(2)(p) tad-Direttiva 64/432/KEE ( 13 ) jew f’kull livell ieħor, sakemm il-miri taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard ma jkunux b’dan kompromessi.

5.  L-Istati Membri għandhom joħolqu gruppi permanenti ta’ operazzjoni ta’ esperti biex tinżamm l-esperjenza neċessarja biex jassistu lill-awtorità kompetenti sabiex tiżgura preparazzjoni xierqa kontra l-marda.

Fil-każ ta’ xi tfaqqiegħ il-grupp ta’ esperti għandu jassisti lill-awtorità kompetenti mill-inqas f’dawn:

(a) l-inkjesta epidemjoloġika;

(b) it-teħid ta’ kampjuni, l-ittestjar u l-interpretazzjoni ta’ riżultati ta’ testijiet tal-laboratorji;

(ċ) il-ħolqien ta’ miżuri għall-kontroll tal-marda.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċentri nazzjonali u lokali għall-kontroll tal-mard u l-grupp ta’ esperti jkollhom biżżejjed persunal, faċilitajiet u tagħmir inklużi sistemi ta’ komunikazzjoni kif meħtieġ, kif ukoll katina ċara u effettiva ta’ kmand biex tiżgura l-implimentazzjoni fil-pront ta’ miżuri ta’ kontroll għall-mard kif preskritt f’din id-Direttiva.

Dettalji dwar il-persunal, faċilitajiet, tagħmir, katina ta’ kmand u tat-tmexxija ta’ ċentri nazzjonali u lokali għall-kontroll tal-mard u tal-grupp ta’ esperti għandhom jitniżżlu fil-pjan ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 21.

7.  Aktar kriterji u rekwiżiti dwar il-funzjoni u d-dmirijiet taċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard, taċ-ċentri lokali għall-kontroll tal-mard u tal-gruppi ta’ esperti jistgħu jitnizzlu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 23

Proċedura regolatorja normali

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

L-Artikolu 24

Proċedura regolatorja aċċellerata

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ 15-il jum.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

L-Artikolu 25

Emenda għall-Anness I tad-Direttiva 92/119/KEE

Fl-Anness I tad-Direttiva 92/119/KE il-kliem “marda Teschen” għandhom ikunu mibdula bil-kliem “Deni Afrikan tal-qżieqeż”.

L-Artikolu 26

L-implimentazzjoni tal-miżuri

1.  L-Annessi I sa VI ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu emendati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 23(2).

2.  Kull regola dettaljata neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 23(2) jew meta s-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun titlob dan, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 24(2).

L-Artikolu 27

Disposizzjonijiet transizzjonali

Sa ma tkun applikata din id-Direttiva, disposizzjonijiet transizzjonali dwar il-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2).

L-Artikolu 28

Trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2003. Għandhom jinformaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2003.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun hemm fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir referenza għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 30

Dawk indirizzati

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

Notifikazzjoni ta’ mard u aktar informazzjoni epidemjoloġika li għandha tkun ipprovduta mill-Istat Membru fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun ġie konfermat

1. Fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta’ kull tfaqqiegħ primarju, każ primarju fi ħnieżer salvaġġi jew xi każ f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport, l-Istat Membru ikkonċernat għandu jinnotifika permezz ta’ Sistema ta’ Notifikazzjoni ta’ Mard f’Annimali stabbilita skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 82/894/KEE:

(a) id-data ta’ dispaċċ;

(b) il-ħin ta’ dispaċċ;

(ċ) l-isem ta’ l-Istat Membru;

(d) l-isem tal-marda;

(e) in-numru tat-tfaqqiegħ jew tal-każ;

(f) id-data meta d-deni Afrikan tal-qżieqeż kien suspettat;

(g) id-data tal-konferma;

(h) il-metodi użati għall-konferma;

(i) jekk il-marda tkunx ġiet ikkonfermata fi ħnieżer salvaġġi jew fi ħnieżer f’azjenda, f’biċċerija jew f’mezz ta’ trasport;

(j) is-sit ġeografiku fejn it-tfaqqiegħ jew il-każ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun ġie ikkonfermat;

(k) il-miżuri meħuda dwar il-kontroll tal-marda.

2. Fil-każ ta’ tfaqqiegħ primarju jew każijiet f’biċċeriji jew mezzi ta’ trasport, l-Istat Membru kkonċernat irid jippreżenta l-informazzjoni li ġejja flimkien mad-data msemmijin f’punt 1:

(a) in-numru ta’ ħnieżer suxxettibbli fit-tfaqqiegħ, fil-biċċerija jew fil-mezz ta’ trasport;

(b) in-numru ta’ ħnieżer mejta ta’ kull kategorija fl-azjenda, biċċerija jew mezz ta’ trasport;

(ċ) għal kull kategorija, l-morbożità tal-marda u n-numru ta’ ħnieżer fejn id-deni Afrikan tal-qżieqeż ġie konfermat;

(d) in-numru ta’ ħnieżer maqtula fit-tfaqqiegħ, jew fil-biċċerija jew fil-mezz ta’ trasport;

(e) in-numru ta’ karkassi pproċessati;

(f) fil-każ ta’ tfaqqiegħ, id-distanza mill-eqreb azjenda tal-ħnieżer;

(g) jekk id-deni Afrikan tal-qżieqeż ikun ikkonfermat f’biċċerija jew mezz ta’ trasport, il-post ta’ l-azjenda jew l-azjendi ta’ oriġini tal-ħnieżer infettati jew tal-karkassi.

3. Fil-każ ta’ tfaqqiegħ sekondarju, l-informazzjoni msemmija f’punti 1 u 2 iridu jingħataw fil-limiti tal-ħin preskritti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 82/894/KEE.

4. L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-informazzjoni li għandha tingħata skond il-punti 1, 2 u 3, relatata ma’ kull tfaqqiegħ jew każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż f’azjenda, biċċerija jew mezz ta’ trasport tkun segwita kemm jista’ jkun malajr b’rapport bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u tkun tinkludi minn ta’ l-anqas:

(a) id-data li fiha l-ħnieżer fl-azjenda, biċċerija jew mezz ta’ trasport ġew maqtula u l-karkassi tagħhom proċessati;

(b) ir-riżultati tat-testijiet magħmula fuq kampjuni meħuda meta l-ħnieżer inqatlu;

(ċ) fejn id-deroga prevista fl-Artikolu 6(1) ġiet applikata, in-numru ta’ ħnieżer maqtula u proċessati, u n-numru ta’ ħnieżer li għandhom ikunu maqtula f’data aktar tard flimkien mal-limitu tal-ħin preskritt għall-qtil tagħhom;

(d) kull informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-oriġini possibbli tal-marda jew, jekk ikun aċċertat, l-oriġini attwali tagħha;

(e) informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll stabbilita biex tiżgura li l-miżuri preskritti fl-Artikoli 10 u 11 għall-kontroll ta’ ċaqlieq ta’ l-annimali jkunu effettivament implimentati;

(f) fil-każ ta’ tfaqqiegħ primarju jew f’każ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż f’biċċerija jew mezz ta’ trasport, it-tip ġenetiku tal-virus responsabbli għat-tfaqqiegħ jew għall-każ;

(g) meta ħnieżer ikunu nqatlu f’azjendi li kienu f’kuntatt jew f’azjendi li fihom ħnieżer suspettati li huma nfettati mill-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, informazzjoni dwar:

 id-data tal-qtil u n-numru ta’ ħnieżer ta’ kull kategorija maqtula f’kull azjenda,

 ir-relazzjoni epidemjoloġoka bejn it-tfaqqiegħ jew il-każ tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u kull azjenda li tkun ġiet f’kuntatt jew ir-raġunijiet l-oħra li ħolqu s-suspett li d-deni Afrikan tal-qżieqeż huwa preżenti f’kull azjenda suspettata,

 ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju magħmula fuq il-kampjuni meħuda mill-ħnieżer fl-azjendi u meta dawn il-ħnieżer inqatlu,

fejn ħnieżer f’azjendi li ġew f’kuntatt ma nqatlux, għandha tingħata informazzjoni dwar ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.




L-ANNESS II

Prinċipji u proċeduri għat-tindif, diżinfettar u trattament b’insettiċidi

1. Prinċipji ġenerali u proċeduri:

(a) l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettar u, fejn ikun hemm bżonn, il-miżuri biex jinqerdu annimali li jgerrmu u insetti bl-użu ta’ prodotti uffiċjalment awtorizzati jrid isir taħt sorveljanza uffiċjali u skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali;

(b) id-diżinfettanti li għandhom jintużaw u l-konċentrazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu uffiċjalment approvati mill-awtorità kompetenti biex tkun żgurata l-qerda tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(ċ) l-effikaċja tad-diżinfettanti għandha tkun regolarment iċċekkjata qabel l-użu, minħabba li l-effikaċja ta’ xi diżinfettanti tonqos meta jinħażnu fit-tul;

(d) l-għażla ta’ diżinfettanti, insettiċidi u ta’ proċeduri ta’ diżinfettar u diżinsettiċizzazzjoni għandha ssir waqt li titqies in-natura ta’ l-istabbilimenti, vetturi u oġġetti li għandhom ikunu trattati;

(e) il-kondizzjonijiet dwar l-aġenti ta’ kontra l-grass, diżinfettanti u insettiċidi jridu jiżguraw li l-effikaċja tagħhom ma tkunx imdgħajfa. B’mod partikolari parametri tekniċi indikati mill-produttur, bħal pressjoni, temperatura minima u żmien meħtieġ ta’ kuntatt iridu jkunu osservati;

(f) irrispettivament mid-diżinfettant użat, ir-regoli ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw:

 tixrib sew ta’ fejn isir l-irqad u ta’ l-iskart kif ukoll ta’ ħmieġ ta’ l-imsaren bid-diżinfettant,

 ħasil u tindif sew bi xkupilji u għorik ta’ l-art, rampi, u ħitan, jekk ikun possibbli wara li t-tagħmir jew stallazzjonijiet ikunu tneħħew jew ġew żarmati sabiex ma tonqosx l-effettività tal-proċeduri ta’ tindif u diżinfettar,

 imbagħad, l-applikazzjoni ta’ aktar diżinfettant għal perjodu minimu ta’ kuntatt kif stipulat fir-rakkomandazzjonijiet tal-produttur,

 l-ilma wżat għal xogħolijiet ta’ tindif irid jintrema b’mod li jkun evitat kull riskju li l-virus jinxtered, skond l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali;

(g) fejn isir ħasil b’likwidi bi pressjoni, il-kontaminazzjoni mill-ġdid tal-partijiet li jkunu diġà ġew imnaddfa trid tkun evitata;

(h) il-ħasil, diżinfettar jew il-qerda ta’ tagħmir, stallazzjonijiet, oġġetti jew kompartimenti li jistgħu jkunu kontaminati għandhom ikunu nklużi;

(i) wara l-proċedura ta’ diżinfettar, il-kontaminazzjoni mill-ġdid trid tkun evitata;

(j) it-tindif, diżinfettar u diżinsettiċizzazzjoni, meħtieġa fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu dokumentati fl-azjenda jew fir-reġistru tal-vettura u fejn tkun tinħtieġ l-approvazzjoni uffiċjali, dan għandu jkun iċċertifikat mill-veterinarju uffiċjali li jkun jissorvelja.

2. Disposizzjonijiet speċjali dwar it-tindif u d-diżinfettar ta’ azjendi infettati:

(a) tindif u diżinfettar preliminari:

 matul il-qtil ta’ l-annimali, il-miżuri kollha neċessarji jridu jittieħdu sabiex ikun evitat jew minimizzat it-tixrid tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż. Dawn il-miżuri jinkludu, fost l-oħrajn, l-istallazzjoni ta’ tagħmir temporanju ta’ diżinfettar, provvista ta’ ħwejjeġ protettivi, doċoċ, dekontaminazzjoni ta’ tagħmir, strumenti u faċilitajiet użati u l-interruzzjoni tal-provvista ta’ l-enerġija għall-ventilazzjoni,

 karkassi ta’ annimali maqtula jridu jitbexxu bid-diżinfettant,

 jekk il-karkassi jkunu jridu jitneħħew mill-azjenda għall-ipproċessar, għandhom jintużaw kontenituri mgħottija u li ma jnixxux,

 hekk kif il-karkassi tal-ħnieżer jitneħħew għall-ipproċessar, dawk il-partijiet ta’ l-azjenda fejn l-annimali kienu jinżammu u kull parti oħra ta’ xi bini ieħor, btieħi, eċċ., kontaminati matul il-qtil, jew matul l-eżami post-mortem iridu jitbexxu b’diżinfettanti approvati skond l-Artikolu 12,

 kull tessut jew demm imxerred matul il-qtil jew post-mortem jew kontaminazzjoni qawwija ta’ bini, btieħi, għodda eċċ. iridu jinġabru b’attenzjoni u jkunu proċessati mal-karkassi,

 id-diżinfettant irid jibqa’ fil-wiċċ mill-inqas għal 24 siegħa;

(b) tindif u diżinfettar finali:

 demel u materjal għall-irqad użati jridu jitneħħew u jkunu trattati kif previst f’punt 3(a),

 grass u ħmieġ iridu jitneħħew mill-uċuħ kollha bl-applikazzjoni ta’ aġent li jiżgrassa u l-uċuħ iridu jinħaslu bl-ilma,

 wara l-ħasil b’ilma kiesaħ, għandu jsir aktar bexx b’diżinfettant,

 wara sebat ijiem l-istabbiliment irid ikun trattat b’aġent li jiżgrassa, imlaħlaħ bl-ilma, jitbexxex b’diżinfettant u mlaħlaħ mill-ġdid bl-ilma.

3. Diżinfettar ta’ materjal ta’ l-irqad, demel u skart likwidu kontaminati:

(a) demel u materjal ta’ l-irqad użati jridu jitpoġġew f’munzelli għas-sħana, jitbexxu b’diżinfettant u mħollija minn ta’ l-anqas 42 jum jew jinqerdu permezz ta’ ħruq jew jindifnu;

(b) skart likwidu għandu jinħażen għal mill-inqas 60 jum wara l-aħħar żieda ta’ materjal infettiv, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jawtorizzawx perjodu iqsar ta’ ħażna għal skart likwidu li jkun ġie effettivament trattat skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali biex tkun żgurata l-qerda tal-virus.

4. Madankollu, b’deroga mill-punti 1 u 2, fil-każ ta’ azjendi fil-beraħ l-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi proċeduri speċifiċi għat-tindif u diżinfettar, wara li tqis it-tip ta’ azjenda u l-kondizzjonijiet klimatiċi.




L-ANNESS III

Linji ta’gwida għal ġbir lura ta’ vettori

1.

It-tfittxija għal vettori trid issir fil-kwartieri fejn il-ħnieżer jgħixu u jorqdu u fiż-żona ta’ madwarhom.

Vettori ġeneralment jinstabu f’bini qadim, fid-dell fejn il-kondizzjonijiet tat-temperatura u ta’ l-umdità huma favorevoli.

L-aħjar riżultati jinkisbu jekk it-tfittxija ssir lejn tmiem ir-rebbiegħa, matul is-sajf u kmieni fil-ħarifa, perjodi meta l-vettori l-aktar li jkunu attivi.

2.

Għandhom jintużaw żewġ metodi:

(a) tfittxija għal vettori fil-ħamrija, ramel jew trab miġbur minn spazji bejn il-ġebel (fil-każ ta’ żoni mibnija bil-ġebel) jew mix-xquq fil-ħitan taħt il-madum jew mill-art ta’ l-istabbilimenti permezz ta’ xkupilja jew xi għodda oħra adattata. Trab ta’ l-art u ramel għandhom ikunu mgħarbula kif meħtieġ. Lenti tista’ tkun utli fit-tiftix ta’ larvi żgħar;

(b) tfittxija għal vettori permezz ta’ nases CO2. In-nases iridu jitħallew għal diversi siegħat fl-istalel tal-ħnieżer l-aħjar matul il-lejl u f’postijiet dellija li ma jarawx dawl. In-nases iridu jkunu mibnija b’mod li l-vettori jinġibdu qrib biżżejjed ta’ l-għajn ta’ CO2 li mbagħad ikun impossibbli għalihom li jerġgħu lura lejn l-abitat tagħhom.




L-ANNESS IV

▼M4

Id-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali għad-deni Afrikan tal-majjali

▼M4 —————

▼B

2.

Il-laboratorji nazzjonali tad-deni Afrikan tal-qżieqeż huma responsabbli biex jiżguraw li f’kull Stat Membru l-ittestjar ta’ laboratorji biex tkun skoperta l-preżenza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u l-identifikazzjoni tat-tip ġenetiku ta’ l-iżolati tal-virus isiru skond il-manwal dijanjostiku. Għal dan il-għan, huma jistgħu jagħmlu arranġamenti speċjali mal-Laboratorju Komunitarju Referenzjali jew ma’ laboratorji nazzjonali oħra.

3.

Il-laboratorju nazzjonali tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’kull Stat Membru huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi dijanjostiċi f’kull laboratorju dijanjostiku tad-deni Afrikan tal-qżieqeż f’dak l-Istat. Għal dan il-għan dawn:

(a) jistgħu jipprovdu reaġenti dijanjostiċi lill-laboratorji individwali;

(b) għandhom jikkontrollaw il-kwalità tar-reaġenti dijanjostiċi kollha użati f’dak l-Istat Membru;

(ċ) għandhom jorganizzaw testijiet komparattivi perjodikament

(d) għandhom iżommu iżolati tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż minn każijiet u tfaqqiegħ ikkonfermati f’dak l-Istat Meembru.




L-ANNESS V

Laboratorju Komunitarju Referenzjali għad-Deni Afrikan tal-qżieqeż

1. Il-Laboratorju Komunitarju Referenzjali għad-Deni Afrikan tal-qżieqeż huwa: Centro de Investigación en Sanidad Animal, 28130 Valdeolmos, Madrid, Spanja.

2. Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-Laboratorju Komunitarju Referenzjali għad-Deni Afrikan tal-qżieqeż huma:

(a) li jikkoordina, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi li jintużaw fl-Istati Membri għad-dijanjożi tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, speċifikament billi:

 iżomm u jissupplixxi kulturi ta’ ċellulli għall-użu dijanjostiku,

 jittraskrivi, jżomm u jissupplixxi tipi tal-virus tad-deni Afrikan tal-qżieqeż għal testjiet seroloġiċi u l-preparazzjoni ta’ anti-sera,

 jissupplixxi tipi ta’ serum standard, ta’ serum konjugat u reaġenti refenzjarji oħra lill-laboratorji nazzjonali sabiex ikunu standardizzati t-testijiet u r-reaġenti użati fl-Istati Membri,

 jibni u jżomm kollezzjoni ta’ virus ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż,

 jorganizza perjodikament testijiet komparattivi ta’ proċeduri dijanjostiċi f’livell Komunitarju,

 jiġbor u jorganizza data u informazzjoni dwar il-metodi ta’ dijanjożi wżati u r-riżultati ta’ testijiet li jsiru,

 jikkaratterizza iżolati tal-virus bl-aktar metodi aġġornati disponibbli biex ikun hemm fehim aktar ta’ l-epiżootoloġija tad-deni Afrikan tal-qżieqeż,

 iżomm ruħu aġġornat dwar żviluppi fis-sorveljanza tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, fl-epiżootoloġija u l-prevenzjoni madwar id-dinja,

 iżomm kompetenza esperta dwar il-virus li jikkawża d-deni Afrikan tal-qżieqeż u virus oħra pertinenti biex tkun tista’ sseħħ dijanjożi differenzjali rapida;

(b) li jagħmel l-arranġamenti neċessarji għat-taħriġ jew taħriġ mill-ġdid ta’ esperti fid-dijanjożi tal-laboratorju bl-għan li jkunu armonizzati t-tekniki ta’ dijanjożi;

(ċ) li jkollu persunal imħarreġ disponibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinħolqu fil-Komunità;

(d) li jagħmel attivitajiet ta’ riċerka u kull fejn possibbli jikkoordina attivitajiet ta’ riċerka mmirati għall-kontroll aħjar tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(e) li jfassal protokolli tekniċi li għandhom x’jaqsmu ma’ proċeduri li jivverifikaw l-effikaċja ta’ diżinfettanti kontra l-virus tal-ħnieżer Afrikan.

3. Il-Laboratorji Komunitarji Referenzjali għad-deni klassiku tal-qżieqeż u d-deni Afrikan tal-qżieqeż għandhom jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom b’mod li jiżguraw koordinament tajjeb tat-testijiet komparattivi organizzati f’livell Komunitarju għad-dijanjożi ta’ dawn iż-żewġ mardiet.




L-ANNESS VI

Kriterji u rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu ma’ pjanijiet ta’ kontinġenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li pjanijiet ta’ kontinġenza jissodisfaw minn ta’ l-anqas il-kriterji u r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-adozzjoni ta’ miżuri li jiżguraw li s-setgħat legali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ kontiġenza jkunu jeżistu u jagħmluha possibbli li titwettaq kampanja rapida u effettiva ta’eradikazzjoni;

(b) l-adozzjoni ta’ miżuri li jiżguraw aċċess għal fondi ta’ emerġenza, mezzi ta’ budget u riżorsi finanzjarji sabiex ikunu koperti l-aspetti kollha tal-ġlieda kontra tfaqqiegħ epidemiku tad-deni Afrikan tal-qżieqeż;

(ċ) għandha tinħoloq katina ta’ kmand li tiżgura li fil-każ li tfaqqa xi epidemija l-proċedura għat-teħid ta’ deċiżjonijiet għal epiżootiku tkun rapida u effettiva. Jekk ikun meħtieġ, il-katina ta’ kmand għandha titqiegħed taħt l-awtorità ta’ unità ċentrali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li tkun responsabbli biex tidderiġi l-istrateġiji kollha għall-ġlieda kontra l-marda. Id-direttur tas-servizzi veterinarji jrid ikun membru ta’ dik l-unità u jaġixxi bħala ħolqa bejn l-unità ċentrali għat-teħid ta’deċiżjonijiet u ċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard kif previst fl-Artikolu 22;

(d) l-adozzjoni ta’ miżuri biex jiżguraw li riżorsi xierqa jkunu disponibbli għal kampanja rapida u effettiva, inklużi l-persunal tal-laboratorju, it-tagħmir u l-infrastruttura;

(e) manwal ta’ l-istruzzjonijiet għandu jkun provdut. Irid jagħti deskrizzjoni sħiħa, dettaljata u prattika tal-proċeduri, l-istruzzjonijiet u l-miżuri kollha li għandhom jintużaw fil-każ ta’ tfaqqiegħ ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż;

(f) il-ħaddiema jridu regolarment jieħdu sehem fi:

(i) skemi ta’ taħriġ li jkopru s-sinjali kliniċi ta’ deni Afrikan tal-qżieqeż, stħarriġ epidemjoloġiku u l-kontroll tal-marda;

(ii) eżerċitazzjonijiet ta’emerġenza organizzati minn ta’ l-anqas darbtejn fis-sena;

(iii) taħriġ f’tekniċi ta’ komunikazzjoni sabiex ikunu organizzati kampanji ta’ informazzjoni dwar tfaqqiegħ kurrenti tal-marda epidemika, li jkun immirat lejn awtoritajiet, raħħala u veterinarji.



( 1 ) ĠU L 62,tal-15.3.1993, p. 69. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

( 2 ) ĠU L 316, ta’ l-1.12.2001, p. 5.

( 3 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 4 ) ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/556/KE (ĠU L 235, tad-19.9.2000, p. 27).

( 5 ) Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw għal kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u fi prodotti bl-għan tal-kompletament tas-suq intern (ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49).

( 6 ) Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 1990 li tippreskrivi r-regoli veterinarji għar-rimi u proċessar ta’ skart ta’ l-annimali, għat-tqegħid tiegħu fis-suq u għal prevenzjoni ta’ patoġeni fl-għalf li joriġina minn annimali jew ħut u li temenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51). Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

( 7 ) Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali fil-ħin tal-qatla jew ta’ meta jinqatlu (ĠU L 340, tal-31.12.1993, p. 21).

( 8 ) ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

( 9 ) ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24 (S.E. SER. I (1972) p. 3). Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

( 10 ) ĠU L 47, tal-21.2.1980, p. 4. Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

( 11 ) ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/79/KE (ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31).

( 12 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/572/KE (ĠU L 203, tat-28.7.2001, p. 16).

( 13 ) Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u ħnieżer (ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 1977) (S.E. SER.I (1963-1964) p. 164). Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/2002 (ĠU L 80, tat-23.3.2002, p. 22).