02002L0056 — MT — 16.02.2020 — 010.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/56/KE

tat-13 ta’ Ġunju 2002

dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa

(ĠU L 193 20.7.2002, p. 60)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2003/66/KE tat-28 ta’ Jannar 2003

  L 25

42

30.1.2003

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/61/KE tat-18 ta’ Ġunju 2003

  L 165

23

3.7.2003

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2005/908/KE ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005

  L 329

37

16.12.2005

 M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2008/973/KE tal-15 ta' Diċembru 2008

  L 345

90

23.12.2008

 M5

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/820/UE tas-7 ta’ Diċembru 2011

  L 327

66

9.12.2011

 M6

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/63/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-17 ta’ Diċembru 2013

  L 341

52

18.12.2013

 M7

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/367/UE tas-16 ta' Ġunju 2014

  L 178

26

18.6.2014

►M8

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/317 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Marzu 2016

  L 60

72

5.3.2016

►M9

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/119 notifikata bid-dokument C(2019 tal-24 ta' Jannar 2019

  L 24

26

28.1.2019

►M10

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/177 Test b’rilevanza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Frar 2020

  L 41

1

13.2.2020




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/56/KE

tat-13 ta’ Ġunju 2002

dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa



L-Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-produzzjoni bil-ħsieb ta’ marketing u għall-marketing ta’ patata taż-żerriegħa fil-Komunità.

M’għandhiex tapplika għal patata taż-żerriegħa maħsuba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

L-Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) 

“marketing”: tfisser il-bejgħ, żamma bil-ħsieb tal-bejgħ, offertà għall-bejgħ u kull rimi, provvista jew trasferiment immirati lejn esplojtazzjoni kummerċjali ta’ patata taż-żerriegħa lejn pajjiżi terzi, sewwa jekk biex tiġi kkunsidrata u sewwa jekk le.

Kummerċ f patata taż-żerriegħa mhux immirata għal esplojtazzjoni kummerċjali tal-varjetà, bħal ma huma l-operati li ġejjin, m’għandux jitqies bħala marketing:

— 
il-provvista ta’ patata taż-żerriegħa għal testjar uffiċjali u korpijiet ta’ spezzjoni,
— 
il-provvista ta’ patata taż-żerriegħa għal sevizzi ta’ pproċessar jew ippakkeġġjar,

basta iżda li l-provveditur ta’ servizzi ma jakkwistax titolu għal patata taż-żerriegħa fornit b’dan il-mod.

Il-provvista ta’ patata taż-żerriegħa taħt ċerti kondizzjonijiet lil provvedituri ta’ servizzi għall-produzzjoni ta’ ċerti materji primi agrikoli maħsuba għal għanijiet industrijali, jew propagazzjoni ta’ żerriegħa għal dak il-għan, m’għandhiex titqies iktar bħala marketing, basta iżda li l-provveditur tas-servizzi ma jakkwistax titolu jew għaż-żerriegħa fornita b’dan il-mod kif ukoll għall-prodott tal-ħsad. Il-fornitur ta’ patata taż-żerriegħa għandu jipprovdi lilll-awtorità taċ-ċertifikazzjoni kopja tal-partijiet rilevanti tal-kuntratt magħmul mal-provveditur tas-servizzi u din għandha tinkludi l-livelli u l-kondizzjonijiet li jintlaħqu korrentement mill-patata taż-żerriegħa provvduta.

Il-kondizzjonijiet sabiex tiġi applikata din id-disposizzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2);

(b) 

“patata taż-żerriegħa bażika”: tfisser tuberi tal-patata

(i) 

li ġew prodotti skond prattiċi aċċettati għall-manteniment tal-varjetà u tas-saħħa;

(ii) 

li huma maħsuba prinċipalment għall-produzzjoni ta’ patata taż-żerriegħa ċertifikata;

(iii) 

li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Annessi I u II għal patata taż-żerriegħa bażika; u

(iv) 

li nstabu minn eżami uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi preskritti fuq;

(c) 

“patata taż-żerriegħa ċertifikata”: tfisser tuberi tal-patata

(i) 

li ġew prodotti direttament minn żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata, jew minn żerriegħa ta’ ġenerazzjoni ta’ qabel żerriegħa bażika li nstabu fuq eżami uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti għal żerriegħa bażika;

(ii) 

li huma maħsuba prinċipalment għall-produzzjoni ta’ patata oħra għajr patata taż-żerriegħa;

(iii) 

li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Annessi I u II għal patata taż-żerriegħa ċertifikata; u

(iv) 

li nstabu minn eżami uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet minimi msemmija fuq;

(d) 

“miżuri uffiċjali”: tfisser miżuri meħuda

(i) 

minn awtoritajiet ta’ l-Istat; jew

(ii) 

minn xi persuna legali kemm jekk irregolata mill-pubbliku u kemm jekk permezz ta’ liġi privata, li taġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat; jew

(iii) 

fil-każ ta’ attivitajiet anċillari li huma wkoll suġġetti għal kontroll ta’ l-Istat, minn xi persuna naturali marbuta b’ġurament b’mod korrett għal dak il-għan,

basta iżda li l-persuni msemmija taħt (ii) u (iii) ma jieħdu l-ebda qligħ privat minn miżuri bħal dawn.

L-Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li patata taż-żerriegħa ma tistax titqiegħed fuq is-suq sakemm ma tkunx uffiċjalment ċertifikata bħala “patata taż-żerriegħa bażika” jew “patata taż-żerriegħa ċertifikata” u sakemm tissodisfa l-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Annessi I u II. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li patata taż-żerriegħa li, matul il-marketing, ma tissodisfax il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Anness II tista’ tiġi magħżula. It-tuberi li mhumiex imwarrba għandhom imbagħad jgħaddu minn eżami uffiċjali ieħor.

2.  L-Istati Membri jistgħu jerġgħu jaqsmu l-katagoriji ta’ patata taż-żerriegħa provduti fl-Artikolu 2 fi gradi li jissodisfaw ħtiġiet differenti.

3.  Għal patata taż-żerriegħa li ġiet uffiċjalment ċertifikata, dawn li ġejjin jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2):

— 
gradi tal-Komunità,
— 
il-kondizzjonijiet li japplikaw għal gradi bħal dawn,
— 
l-ismijiet li japplikaw għal gradi bħal dawn.

L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu l-punt sa fejn japplikaw dawn il-gradi tal-Komunità meta jiċċertifikaw il-produzzjoni tagħhom.

4.  Għal patata taż-żerriegħa prodotta minn metodi ta’ teknika ta’ mikropropagazzjoni u li ma jilħqux il-ħtiġiet tad-daqs ta’ din id-Direttiva, dawn li ġejjin jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2):

— 
deroga minn disposizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva,
— 
il-kondizzjonijiet li japplikaw għal patata taż-żerriegħa,
— 
l-ismijiet li japplikaw għal patata taż-żerriegħa bħal din.

L-Artikolu 4

Minkejja l-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li żerriegħa tal-patata mnissla ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel il-patata taż-żerriegħa bażika tista titqiegħed fuq is-suq.

L-Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu, rigward il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Annessi I u II, jimponu ħtiġiet addizzjonali jew aktar strinġenti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ patata taż-żerriegħa prodotta fit-territorju tagħhom.

L-Artikolu 6

1.  Minkejja l-Artikolu 3(1), L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi fit-territorju tagħhom biex iqegħdu fuq is-suq:

(a) 

kwantitajiet żgħar ta’ patata taż-żerriegħa għal għanijiet xjentifiċi jew xogħol ta’ għażla;

(b) 

kwantitajiet xierqa ta’ patata taż-żerriegħa għal għanijiet oħra ta’ test jew prova, basta iżda li jappartjenu għal varjetajiet għal liema applikazzjoni għad-dħul fil-katalgu ġiet sottomessa fl-Istat Membru msemmi.

Fil-każ ta’ materjal modifikat ġenetikament, awtorizzazzjoni bħal din tista’ tingħata biss jekk il-miżuri xierqa kollha ttieħdu biex jevitaw effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent. Għall-istima ta’ riskju ambjentali li trid titwettaq f’dan ir-rigward, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/53/KE għandhom jgħoddu kif mistħoqq.

2.  L-għanijiet għal liema l-awtorizzazzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1(b) jistgħu jingħataw, id-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immarkar ta’ pakketti, u l-kwantitajiet u l-kondizzjonijiet taħt liema l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni bħal din għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

3.  Awtorizzazzjonijiet mogħtija, qabel l-14 ta’ Diċembru 1998, mill-Istati Membri lil produtturi fit-territorju tagħhom għall-għanijiet dikjarati fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu stabbiliti d-disposizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 2. Wara, l-awtorizzazzjonijiet kollha bħal dawn għandhom jirrispettaw id-disposizzjonijiet stabbiliti bi qbil mal-paragrafu 2.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li, għall-eżami ta’ tuberi tal-patata għal ċertifikazzjoni, jittieħdu kampjuni uffiċjalment bi qbil ma’ metodi xierqa.

L-Artikolu 8

1.  L-Istati Membri jisgħtu jinħtieġu li patata taż-żerriegħa prodotti fit-territorju tagħhom jistgħu jiġu separati matul produzzjoni minn patata oħra għal raġunijiet ta’ saħħa tal-pjanti.

2.  Il-ħtiġiet provduti fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu miżuri biex:

— 
tiġi sseparata l-produzzjoni ta’ patata taż-żerriegħa u patata oħra,
— 
tiġi sseparata l-gradazzjoni, ħażna, trasportazzjoni u maniġġjar bl-idejn ta’ patata taż-żerriegħa u patata oħra,

L-Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li patata taż-żerriegħa ma tistax titqiegħed fuq is-suq jekk tkun ġiet trattata minn sprout inhibitors.

L-Artikolu 10

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li patata taż-żerriegħa ma tistax titpoġġa fuq is-suq minbarra jekk ikollha daqs minimu li ma jkunx jista’ jgħaddi minn malja kwadra ta’ 25 × 25 mm. Fil-każ ta’ tuberi li huma kbar biss biex jgħaddu minn majla kwadra ta’ 35 × 35 mm, il-limiti tad-daqs ta’ fuq u ta’ isfel għandhom jiġu espressi f’multipli ta’ ħamsa.

Il-varjazzjoni massima fid-daqs bejn tuberi f’lott għandha tkun tant li d-differenza bejn id-dimensjonijiet taż-żewġ malji kwadri użati ma taqbiżx il-25 mm. Dawn il-livelli ta’ daqsijiet jistgħu jiġu modifikati bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

2.  Lott m’għandux jikkontjeni aktar minn 3 % skond l-użin ta’ tuberi iżgħar mid-daqs minimu indikat jew aktar minn 3 % skond l-użin ta’ tuberi akbar mid-daqs massimu indikat.

3.  L-Istati Membri jistgħu, rigward patata taż-żerriegħa prodotti fit-territorju tagħhom, inaqqsu aktar il-varjazzjoni permessa fid-daqs bejn tuberi f’lott.

L-Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li patata taż-żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata tista’ tinbiegħ biss f’lottijiet omoġenji biżżejjed u f’pakketti ssiġillati jew kontenituri li jridu jiġu ssiġillati u li jġorru, kif preskritt fl-Artikolu 12 u 13, mezz ta’ ssiġillar u mmarkar. Il-pakketti jridu jkunu ġodda; il-kontenituri jridu jkunu nodfa.

2.  L-Istati Membri jistgħu, għall-bejgħ fis-suq ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali, jipprovdu għal derogazzjonijiet mid-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1 rigward pakkeġġjar, siġillar u immarkar.

L-Artikolu 12

1.  L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti u l-kontenituri ta’ patata taż-żerriegħa bażika u patata taż-żerriegħa ċertifikata jiġu ssiġillati uffiċjalment jew taħt sorveljanza uffiċjali b’tali mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssir ħsara lis-sistema ta’ siġillar jew titħalla xiehda ta’ tbagħbis fuq jew it-tikketta uffiċjali provduta fl-Artikolu 13(1) jew il-pakkett.

Sabiex jiġi żgurat għeluq, sistema ta’ siġillar għandha tkopri għall-inqas jew it-tikketta uffiċjali jew it-twaħħil ta’ siġill uffiċjali.

Il-miżuri provduti fit-tieni subparagrafu fuq m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn tintuża sistema ta’ siġillar li ma tintużax mill-ġdid.

Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) jista’ jiġi stabbilit jekk sistema ta’ siġillar partikolari tikkonformax mad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

2.  Pakketti u kontenituri li ġew issiġillati uffiċjalment m’għandhomx jiġu ssiġillati mill-ġdid, kemm jekk darba jew aktar minn darba, minbarra taħt sorveljanza uffiċjali. Jekk il-pakketti jiġu ssiġillati mill-ġdid, il-fatt ta’ l-issiġillar mill-ġdid, id-data l-aktar riċenti ta’ l-issiġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli għalhekk għandhom jiġu dikjarati fuq it-tikketta meħtieġa taħt l-Artikolu 13(1).

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet għal paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar issiġillati fit-territorju tagħhom. Il-kondizzjonijiet sabiex jiġu applikati dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2).

L-Artikolu 13

1.  L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li pakketti u kontenituri ta’ patata taż-żerriegħa bażika u patata taż-żerriegħa ċertifikata:

(a) 

jiġu ttikkettjati fuq barra b’tikketta uffiċjali li ma ntużatx qabel, li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness III u li l-partikolaritajiet tagħhom huma provduti f’waħda mill-ligwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għal patata taż-żerriegħa bażika u blu għal patata taż-żerriegħa ċertifikata. Meta tintuża tikketta b’string-hole, it-twaħħil tagħha għandha tiġi żgurata b’siġill uffiċjali. L-użu ta’ tikketti uffiċjali li jwaħħlu għandhom jiġu awtorizzati. Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) l-istampar li ma jitħassarx tal-partikolaritajiet preskritti fuq il-pakkett skond il-mudell tat-tikketta jista’ jiġi awtorizzat taħt sorveljanza uffiċjali;

(b) 

jikkontjenu dokument uffiċjali, fl-istess kulur bħat-tikketta, li jipprovdi għall-inqas il-partikolaritajiet tat-tikketta meħtieġa taħt l-Anness III A(3), (4) u (6). Dan id-dokument jista’ jitfassal f’tali manjiera li ma jistax jiġi konfuż mat-tikketta uffiċjali riferita taħt (a).

Dan id-dokument mhuwiex meħtieġ jekk il-partikolaritajiet huma stampati b’mod li ma jitħassrux fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-disposizzjonijiet taħt (a), tintuża tikketta mwaħħla bil-kolla jew tikketta ta’ materjal li ma jitqattax.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar issiġillati fit-territorju tagħhom. Il-kondizzjonijiet sabiex jiġu applikati dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2).

L-Artikolu 14

Skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2), jista’ jiġi provdut li, f’każijiet oħra għajr dawk diġa’ provduti f’din id-Direttiva, pakketti jew kontenituri ta’ patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata għandhom iġorru tikketta tal-fornitur (li tista’ jew tkun tikketta separata mit-tikketta uffiċjali jew tieħu l-forma ta’ tagħrif tal-fornitur stampata fuq il-pakkett jew il-kontenitur inniffsu). Il-partikolaritajiet li jridu jiġu provduti fuq tikketta bħal din għandhom jiġu stabbiliti wkoll skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

L-Artikolu 15

Fil-każ ta’ patata taż-żerriegħa ta’ varjetà li ġiet modifikata ġenetikament, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew le, li hija mwaħħla ma’ jew takkompanja l-lott taż-żerriegħa, taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandha tindika b’mod ċar li l-varjetà ġiet modifikata ġenetikament.

L-Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jinħtieġu li kull trattament kimiku ta’ patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata għandu jiġi nnotat jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq it-tikketta tal-fornitur u fuq il-pakkett jew ġo fih jew fuq il-kontenitur.

L-Artikolu 17

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żerriegħa li titqiegħed fuq is-suq taħt id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sewwa jekk mandatorji jew diskrezzjonali, mhijiex suġġetta għal restrizzjonijiet ta’ bejgħ fis-suq rigward il-karatteristiċi tagħha, il-ħtiġiet ta’ eżami, mmarkar u ssiġillar ieħor għajr dawk preskritti f’ =din id-Direttiva jew f’xi Direttiva oħra.

2.  Il-Kummissjoni, hija u taġixxi skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2), għandha, rigward il-bejgħ fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa fit-territorju kollu jew parti minnu ta’ Stat Membru ieħor, tawtorizza miżuri aktar strinġenti minn dawk ipprovvduti fl-Annessi I u II li jridu jittieħdu kontra organiżmi ta’ ħsara li ma jeżistux f’dawk ir-reġjuni jew li jidhru partikolarment ta’ ħsara f’uċuh tar-raba f’dawk ir-reġjuni. Fejn ikun hemm ħsara imminenti ta’ l-introduzzjoni jew firxa ta’ organiżmi ta’ ħsara bħal dawn, u sa dak il-ħin li l-Kummissjoni tkun tat deċiżjoni finali fuq il-materja, miżuri bħal dawn jistgħu jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat malli t-talba tiegħu tiġi sottomessa.

L-Artikolu 18

Il-kondizzjonijiet taħt liema patata mnissla ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel patata taż-żerriegħa bażika tista’ titqiegħed fuq is-suq taħt l-Artikolu 4, għandhom ikunu kif ġej:

(a) 

iridu jkunu ġew prodotti skond il-prattiċi aċċettati għall-manutenzjoni tal-varjetà u tas-saħħa;

(b) 

iridu jkunu ġew maħsuba prinċipalment għall-produzzjoni ta’ patata taż-żerriegħa bażika;

(c) 

iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi li jridu jiġu stabbiliti mill-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) għal patata taż-żerriegħa pre-bażika;

(d) 

iridu jinstabu permezz ta’ eżami uffiċjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi riferiti f’(c);

(e) 

iridu jitpoġġew f’pakketti jew kontenituri skond din id-Direttiva; u

(f) 

il-pakketti jew kontenituri jridu jġorru tikketta uffiċjali li jagħti għall-inqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

— 
awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stat Membru jew l-abbrevjazzjoni distingwibbli tagħhom,
— 
numru ta’ identifikazzjoni tal-prodott jew numru ta’ referenza tal-lott,
— 
xahar u sena ta’ meta jsir l-issiġillar,
— 
speċi, indikati għall-inqas f’karattri Rumani, taħt l-isem botaniku tagħhom, li jista’ jingħata f’forma mqassra u mingħajr l-ismijiet ta’ l-awturi, jew taħt l-isem komuni tiegħu, jew it-tnejn,
— 
varjetà, indikata għall-inqas f’ karattri Rumani,
— 
id-deskrizzjoni “patata taż-żerriegħa pre-bażika”.

It-tikketta għandha tkun bajda b’linja dijagonali vjola.

L-Artikolu 19

Għall-għan ta’ tfittxija ta’ alternattivi mtejba għal ċerti disposizzjonijiet dikjarati f’din id-Direttiva, oħra għajr dawk li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji taħt kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell tal-Komunità skond id-disposizzjonijiet riferiti fl-Artikolu 25(2).

Fil-qafas ta’ esperimenti bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jiġu rilaxxati minn ċertu obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-kobor ta’ dak ir-rilaxx għandu jiġi definit b’referenza għad-disposizzjonijiet għal liema jgħodd. It-tul ta’ żmien ta’ esperiment m’għandux jaqbeż is-seba’ snin.

▼M2

L-Artikolu 20

1.  Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità għandhom jitwettqu fil-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni ta’ żerriegħa tal-patata mqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk obbligatorji jew liberi, u jittieħdu matul it-teħid ta’ kampjuni. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dan li ġej:

— 
żerriegħa tal-patata maqlugħa f’pajjiżi barranin,
— 
żerriegħa tal-patata tajba għall-biedja organika,
— 
żerriegħa tal-patata mqiegħda fis-suq relatata mal-konservazzjoni fil-post u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tax-xtieli.

2.  Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ ħruġ ta’ ċertifikati u biex jiċċekkjaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa għandha tkun konformi.

3.  Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25(1) dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru t-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom. Meta jinqalgħu problemi tas-saħħa tax-xtieli, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tax-Xtieli.

4.  Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet u provi previsti fil-paragrafi 1 u 2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mgħandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-budget.

5.  It-testijiet u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati għad-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 25(2).

6.  It-testijiet u l-provi previsti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jsiru biss mill-awtoritjiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat.

7.  Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), il-Kummissjoni tista’ tipprojbixxi, kollha jew parti, it-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żrigħ maqlugħa f’naħa partikolari tal-Komunità jekk tnissil minn kampjuni mittieħda uffiċjalment taż-żerriegħa tal-patata bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata maqlugħa f’dik in-naħa partikolari u mkabbra f’wieħed jew aktar mit-testijiet u provi tal-Komunità kienu għal tliet snin konsekuttivi ma ssodisfawx il-kondizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Anness I(1)(ċ), (2)(c), (3) u (4).

8.  Kull miżura meħuda skond il-paragrafu 7 għandha tkun irtirata mill-Kummissjoni hekk kif ikun stabbilit b’ċertezza biżżejjed illi ż-żerriegħa bażika tal-patata u żerriegħa tal-patata ċertifikata maqlugħa fin-naħa partikolari tal-Komunità relata fil-futur tkun tista’ tissodisfa l-kondizzjonijiet minimi msemmija fil-paragrafu 7.

▼B

L-Artikolu 21

1.  Il-Kunsill, huwa u jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi jekk patata taż-żerriegħa maħsuda f’pajjiż terz u li toffri l-istess assigurazzjonijiet rigward il-karatteristiċi u l-arranġamenti għall-ispezzjoni tagħha, biex tiġi żgurata l-identità tagħha, għal immarkar u għal kontroll hija ekwivalenti f’dan ir-rigward għal patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata maħsuda fil-Komunità u li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2.  Sa dak il-ħin meta l-Kunsill ikun ħa deċiżjoni taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa biex huma stess jieħdu deċiżjonijiet bħal dawn. Dan id-dritt għandu jiskadi fl-1 ta’ Lulju 1975.

3.  L-Istati Membri huma hawnhekk awtorizzati biex jestendu sal- ►M9  il-31 ta' Marzu 2024 ◄ il-validità ta’ deċiżjonijiet meħuda skond il-paragrafu 2, waqt li jkun mifhum li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jintużaw biss skond l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri taħt ir-regoli komuni dwar is-saħħa tal-pjanti preskritti mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għal pjanti jew prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunità ( 1 ).

Il-perjodu fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi estiż għal pajjiżi terzi, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2), jekk it-tagħrif disponibbli ma jippermettix stabbilizzazzjoni skond il-paragrafu 1 u sakemm tagħrif bħal dan ma jippermettix stabbilizzazzjoni bħal din.

4.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll rigward xi Stat Membru ġdid mid-data ta’ l-adeżjoni tiegħu sad-data li fiha se jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 22

1.  Sabiex jitneħħew xi diffikultajiet temporanji fil-provvista ġenerali ta’ patata taż-żerriegħa bażika jew patata taż-żerriegħa ċertifikata li jinstabu fil-Komunità u ma jistgħux jiġu megħluba mod ieħor, jista’ jiġi deċiż skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) li l-Istati Membri għandhom jippermettu għal perjodu speċifikat, il-bejgħ fis-suq matul il-Komunità f’kwantitajiet meħtieġa biex jiġu risolti d-diffikultajiet ta’ fornitura ta’ żerriegħa ta’ kategorija suġġetta għal restrizzjonijiet inqas strinġenti, jew ta’ patata taż-żerriegħa ta’ varjetà mhux inkluża fil-“Katalgu Komuni ta’ Varjetajiet ta’ Speċi ta’ Pjanti Agrikoli” jew fil-katalgi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

2.  Għal kategorija ta’ patata taż-żerriegħa ta’ xi varjetà msemmija, it-tikketta uffiċjali għandha tkun dik provduta fil-kategorija korrispondenti; għal patata taż-żerriegħa ta’ varjetajiet mhux inklużi fil-katalgi msemmija fuq il-kulur tat-tikketta uffiċjali għandu jkun kannella. It-tikketta għandha tiddikjara dejjem li l-patata taż-żerriegħa msemmija hija ta’ kategorija li tissodisfa ħtiġiet inqas strinġenti.

3.  Regoli sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2).

L-Artikolu 23

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li spezzjonijiet uffiċjali jitwettqu rigward il-bejgħ fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa, għall-inqas permezz ta’ spezzjonijiet magħmula kif ġie ġie, biex tiġi verifikata konformità mal-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-moviment ħieles ta’ patata taż-żerriegħa fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li jiġu forniti bil-partikolaritajiet li ġejjin matul il-bejgħ fis-suq ta’ kwantitajiet li jaqbżu ż-żewġ kilogrammi ta’ patata taż-żerriegħa importata minn pajjiżi terzi:

(a) 

speċje,

(b) 

varjetà;

(c) 

kategorija;

(d) 

pajjiż ta’ produzzjoni u awtorità ta’ kontroll;

(e) 

pajjiż ta’ dispaċċ;

(f) 

importatur;

(g) 

kwantità ta’ patata taż-żerriegħa.

Il-manjiera li fiha dawn il-partikolaritajiet iridu jiġu preżentati tista’ tiġi stabbilita bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25(2).

L-Artikolu 24

Emendi li jridu jsiru għall-kontenut ta’ l-Annessi fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ tagħrif xjentifiku jew tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2).

L-Artikolu 25

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Foresterija, mwaqqfa mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 66/399/KEE ( 2 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit ta’ xahar.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

L-Artikolu 26

Minbarra fejn provdut mod ieħor fl-Annessi I u II rigward tolleranzi għal mard, organiżmi ta’ ħsara jew il-vettori tagħhom, din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ liġijiet nazzjonali ġustifikati fuq il-bażi ta’ protezzjoni ta’ saħħa u ħajja umana, ta’ l-annimali jew tal-pjanti jew il-protezzjoni ta’ propjetà industrijali jew kummerċjali.

L-Artikolu 27

1.  Kondizzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25(2) biex jitqiesu l-iżviluppi fl-erji ta’:

(a) 

kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa trattata kimikament tista’ tinbiegħ;

(b) 

kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa tista’ tinbiegħ fis-suq rigward il-konservazzjoni fuq il-post u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti, li huma assoċjati ma’ abitati naturali u semi naturali speċifiċi u huma mhedda minn erożjoni ġenetika;

(ċ) 

kondizzjonijiet taħt liema żerriegħa adattata għal produzzjoni organika tista’ tinbiegħ.

2.  Il-kondizzjonijiet speċifiċi riferiti f’paragrafu 1(b) għandhom jinkludu b’mod partikolari il-punti li ġejjin:

(a) 

iż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċi għandha tkun ta’ provenjenza magħrufa approvata mill-awtorità xierqa f’kull Stat Membru għall-bejgħ fis-suq ta’ żerriegħa f’erji definiti;

(b) 

restrizzjonijiet kwantitattivi xierqa.

L-Artikolu 28

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.

L-Artikolu 29

Id-Direttiva 66/403/KEE, kif emendata mill-atti dikjarati fl-Anness IV, parti A, huma mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri li jikonċernaw il-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni ta’ l-Atti msemmija dikjarati fl-Anness IV, parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness V.

L-Artikolu 30

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 31

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

▼M10




ANNESS I

KUNDIZZJONIJIET MINIMI LI JRIDU JIĠU SODISFATTI MILL-PATATA TAŻ-ŻERRIEGĦA

1. Fil-każ tal-patata taż-żerriegħa bażika, l-għadd ta’ pjanti li qegħdin jikbru li ma jkunux qed jikbru b’mod leali għall-varjetà u l-għadd ta’ pjanti ta’ varjetà differenti, kumplessivament, ma għandhomx jaqbżu ż-0,1 % u fil-proġenija diretta, kumplessivament ma għandhomx jaqbżu ż-0,25 %.

2. Fil-każ tal-patata taż-żerriegħa ċċertifikata, l-għadd ta’ pjanti li qegħdin jikbru li ma jikbrux b’mod leali għall-varjetà u n-numru ta’ pjanti ta’ varjetà differenti, kumplessivament ma għandhomx jaqbżu ż-0,5 % u fil-proġenija diretta, kumplessivament ma għandhomx jaqbżu ż-0,5 %;

3. Il-patata taż-żerriegħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin dwar il-preżenza ta’ pesti rregolati mhux ta’ kwarantina (RNQPs), jew mard ikkawżat mill-RNQPs, u l-kategoriji rispettivi, kif stabbilit fit-tabella li ġejja:



RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Limitu stabbilit fil-pjanti li qed jikbru għall-patata taż-żerriegħa bażika

Limitu stabbilit fil-pjanti li qed jikbru għall-patata taż-żerriegħa ċċertifikata

Blackleg (Dickeya Samson et al. spp. [1DICKG]; Pectobacterium Waldee emend. Hauben et al. spp. [1PECBG])

1,0 %

4,0 %

Candidatus Liberibacter solanacearum Liefting et al. [LIBEPS]

0 %

0 %

Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al. [PHYPSO]

0 %

0 %

Sintomi tal-mużajk kkawżati mill-viruses

kif ukoll

sintomi kkawżati mill-potato leaf roll virus [PLRV00]

0,8 %

6,0 %

Potato spindle tuber viroid [PSTVD0]

0 %

0 %



RNQPs jew sintomi kkawżati mill-RNQPs

Limitu stabbilit fil-proġenija diretta tal-patata taż-żerriegħa bażika

Limitu stabbilit fil-proġenija diretta tal-patata taż-żerriegħa ċċertifikata

Sintomi ta’ virus

4,0 %

10,0 %

4. L-għadd massimu ta’ ġenerazzjonijiet ta’ patata taż-żerriegħa bażika għandu jkun erbgħa, u l-ġenerazzjonijiet kkombinati ta’ patata taż-żerriegħa prebażika u patata taż-żerriegħa bażika fl-għalqa għandhom ikunu sebgħa.

L-għadd massimu ta’ ġenerazzjonijiet ta’ patata taż-żerriegħa ċċertifikata għandu jkun ta’ tnejn.

Jekk il-ġenerazzjoni ma tkunx indikata fuq it-tikketta uffiċjali, il-patata taż-żerriegħa kkonċernata għandha titqies li tkun tal-ġenerazzjoni massima li hija permessa għal kull kategorija rispettiva.




ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET MINIMI TAL-KWALITÀ GĦAL LOTTIJIET TA’ PATATA TAŻ-ŻERRIEGĦA

It-tolleranzi li ġejjin għall-impuritajiet, it-tbajja’ u l-RNQPs, jew is-sintomi kkawżati mill-RNQPs, huma permessi għall-patata taż-żerriegħa:

(1) 

presenza ta’ ħamrija u materja barranija; 1,0 % skont il-massa għal patata taż-żerriegħa bażika, u 2,0 % skont il-massa għal patata taż-żerriegħa ċċertifikata;

(2) 

taħsir niexef u mxarrab ikkumbinat, minbarra jekk ikun ikkawżat minn Synchytrium endobioticum, Clavibacter michiganensis subsp. sepedonicus jew Ralstonia solanacearum: 0,5 % skont il-massa, li minnhom 0,2 % skont il-massa ta’ taħsir imxarrab;

(3) 

tbajja esterni pereżempju tuberi sfurmati jew li għandhom xi ħsara; 3,0 % skont il-massa;

(4) 

l-iskabbja komuni li taffettwa t-tuberi fuq aktar minn terz tal-wiċċ tagħhom: 5,0 % skont il-massa;

(5) 

tuberi imkemmxa minħabba deidratazzjoni eċċessiva jew id-deidratazzjoni kkawżata minn skabbja tal-fidda: 1,0 % skont il-massa;

(6) 

RNQPs, jew sintomi kkawżati minn RNQPs, fuq lottijiet ta’ patata taż-żerriegħa:



RNQPs jew sintomi kkawżati minn RNQPs

Limitu stabbilit tal-preżenza tal-RNQPs fuq patata taż-żerriegħa bażika skont il-massa

Limitu stabbilit tal-preżenza tal-RNQPs fuq patata taż-żerriegħa ċċertifikata skont il-massa

Candidatus Liberibacter solanacearum Liefting et al.

0 %

0 %

Ditylenchus destructor Thorne [DITYDE]

0 %

0 %

Skabbja sewda tat-tuberi fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħhom ikkawżata minn Thanatephorus cucumeris (A.B. Frank) Donk [RHIZSO]

5,0 %

5,0 %

Skabbja f’forma ta’ trab tat-tuberi fuq aktar minn 10 % tal-wiċċ tagħhom ikkawżata minn Spongospora subterranea (Wallr.) Lagerh. [SPONSU]

3,0 %

3,0 %

(7) 

tolleranza totali għall-partiti 2 sa 6: 6,0 % skont il-massa għall-patata taż-żerriegħa bażika, u 8,0 % skont il-massa għall-patata taż-żerriegħa ċċertifikata.

▼B




L-ANNESS III

TIKKETTA

A.    Tagħrif meħtieġ

1. 

“Regoli u livelli tal-KE”

2. 

Awtorità ta’ ċertifikazzjoni u Stat Membru jew l-inizjali tagħhom

▼M8

2a. 

Numru serjali assenjat uffiċjalment

▼B

3. 

Numru ta’ identifikazzjoni tal-produttur jew numru ta’ referenza tal-lott

4. 

Xahar u sena ta’ meta jsir l-issiġillar

5. 

Varjetà, indikata għall-inqas f’karattri rumani

6. 

Pajjiż ta’ produzzjoni

7. 

Kategorija u, jekk mixtieq, grad

8. 

Daqs

9. 

Użin nett dikjarat

B.    Dimensjonijiet minimi

110 mm × 67 mm




L-ANNESS IV

PARTI A



DIRETTIVA MĦASSRA U L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

(riferiti fl-Artikolu 29)

Direttiva 66/403/KEE (ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2320/66)

 

Direttiva tal-Kunsill 69/62/KEE (ĠU L 48, tas-26.2.1969, p. 7)

 

Direttiva tal-Kunsill 71/162/KEE (ĠU L 87, tas-17.4.1971, p. 24)

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 72/274/KEE (ĠU L 171, tad-29.7.1972, p. 37)

tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 66/403/KEE fl-Artikoli 1 u 2

Direttiva tal-Kunsill 72/418/KEE (ĠU L 287, tas-26.12.1972, p. 22)

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 73/438/KEE (ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 79)

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 75/444/KEE (ĠU L 196, tas-26.7.1975, p. 6)

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 76/307/KEE (ĠU L 72, tat-18.3.1976, p. 16)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 77/648/KEE (ĠU L 261, ta' l-14.10.1977, p. 21)

 

Direttiva tal-Kunsill 78/692/KEE (ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 13)

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 78/816/KEE (ĠU L 281, tas-6.10.1978, p. 18)

 

Direttiva tal-Kunsill 79/967/KEE (ĠU L 293, ta' l-20.11.1979, p. 16)

l-Artikolu 1 biss

Direttiva tal-Kunsill 80/52/KEE (ĠU L 18, ta' l-24.1.1980, p. 29)

 

Direttiva tal-Kunsill 81/561/KEE (ĠU L 203, tat-23.7.1981, p. 52)

l-Artikolu 2 biss

Direttiva tal-Kunsill 84/218/KEE (ĠU L 104, tas-17.4.1985, p. 19)

 

Direttiva tal-Kunsill 86/215/KEE (ĠU L 152, tas-6.6.1986, p. 46)

 

Direttiva tal-Kunsill 87/374/KEE (ĠU L 197, tat-18.7.1987, p. 36)

 

Direttiva tal-Kunsill 88/332/KEE (ĠU L 151, tas-17.6.1988, p. 82)

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 88/359/KEE (ĠU L 174, tas-6.7.1988, p. 51)

 

Direttiva tal-Kunsill 88/380/KEE (ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 31)

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 89/366/KEE (ĠU L 159, ta' l-10.6.1989, p. 59)

 

Direttiva tal-Kunsill 90/404/KEE (ĠU L 208, tas-7.8.1990, p. 30)

 

Direttiva tal-Kunsill 90/654/KEE (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 48)

tikkonċerna biss referenzi magħmula għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 66/403/KEE fl-Artikolu 2 u fl-Anness II (1)(4)

Direttiva tal-Kummissjoni 91/127/KEE (ĠU L 60, tas-7.3.1991, p. 18)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 92/17/KEE (ĠU L 82, tas-27.3.1992, p. 69)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 93/3/KEE (ĠU L 54, tal-5.3.1993, p. 21)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 93/108/KEE (ĠU L 319, tal-21.12.1993, p. 39)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/16/KE (ĠU L 6, tad-9.1.1996, p. 19)

 

Direttiva tal-Kunsill 96/72/KE (ĠU L 304, tas-27.11.1996, p. 10)

l-Artikolu 4 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/90/KE (ĠU L 27, tat-30.1.1997, p. 49)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/111/KE (ĠU L 28, ta' l-4.2.1998, p. 42)

 

Direttiva tal-Kunsill 98/95/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 1)

l-Artikolu 4 biss

Direttiva tal-Kunsill 98/96/KE (ĠU L 25, ta' l-1.2.1999, p. 27)

l-Artikolu 4 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/49/KE (ĠU L 16, tal-21.1.1999, p. 30)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/742/KE (ĠU L 297, tat-18.11.1999, p. 39)

 

PARTI B



DATI TA' L-GĦELUQ GĦAT-TRASPOÆIZZJONI F'LIĠI NAZZJONALI

(riferiti fl-Artikolu 29)

Direttiva

Dati ta' l-għeluq għat-traspożizzjoni

66/403/KEE

1 ta' Lulju 1968 (l-Artikolu 13(1))

1 ta' Lulju 1969 (disposizzjonijiet oħra) (1) (2) (3)

69/62/KEE

1 July 1969 (1)

71/162/KEE

1 ta' Lulju 1970 (l-Artikolu 4(3))

1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 4(1)) (1)

1 ta' Lulju 1971 (disposizzjonijiet oħra)

72/274/KEE

1 ta' Lulju 1972 (l-Artikolu 1)

1 ta' Jannar 1973 (l-Artikolu 2)

72/418/KEE

1 ta' Lulju 1973

73/438/KEE

1 ta' Lulju 1973 (l-Artikolu 4(1))

1 ta' Jannar 1974 (l-Artikolu 4(2))

75/444/KEE

1 ta' Lulju 1977

76/307/KEE

1 ta' Lulju 1975

77/648/KEE

1 ta' Jannar 1977

78/692/KEE

1 ta' Lulju 1977 (l-Artikolu 4)

1 ta' Lulju 1979 (disposizzjonijiet oħra)

78/816/KEE

1 ta' Lulju 1978

79/967/KEE

1 ta' Jannar 1980

80/52/KEE

1 ta' Lulju 1979

81/561/KEE

 

84/218/KEE

 

86/215/KEE

 

87/374/KEE

 

88/332/KEE

 

88/359/KEE

 

88/380/KEE

1 ta' Lulju 1990

89/366/KEE

 

90/404/KEE

 

90/654/KEE

 

91/127/KEE

 

92/17/KEE

 

93/3/KEE

28 ta' Frar 1993

93/108/KE

1 ta' Diċembru 1993

96/72/KE

1 ta' Lulju 1997 (4)

98/95/KE

1 ta' Frar 2000 (Corrigendum ĠU L 126, ta' l-20.5.1999, p. 23)

98/96/KE

1 ta' Frar 2000

(1)   Għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit, l-1 ta' Lulju 1973 għall-Artikolu 13(1), l-1 ta' Lulju 1974 għad-disposizzjonijiet l-oħra li jikkonċernaw patata taż-żerriegħa bażika u l-1 ta' Lulju 1976 għad-disposizzjonijiet l-oħra.

(2)   L-1 ta' Jannar 1986 għall-Greċja, l-1 ta' Marzu 1986 għal Spanja, l-1 ta' Jannar 1991 għall-Portugal.

(3)   

1 ta' Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

— l-Isvezja għandha tiġi permessa li żżomm limitu ta' tolleranza ta' 40 % skond l-użin għal tuberi b'aktar minn wieħed minn kull għaxra tal-wiċċ tagħhom affettwati bi scab komuni, li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ fis-suq fit-territorju tagħha ta' patata taż-żerriegħa sa' l-aktar tard il-31 ta' Diċembru 1996. Dan il-limitu ta' tolleranza għandu jgħodd biss għal patata taż-żerriegħa prodotta f'żoni ta' l-Isvezja li fihom kien hemm problemi partikolari ta' scab komuni. Patata taż-żerriegħa bħal din m' għandhiex tiġi ntrodotta fit-territorju ta' l-Istati Membri l-oħra,

— l-Isvezja għandha tadatta l-leġislazzjoni tagħha f'dan ir-rigward biex tħares il-parti rilevanti ta' l-Anness II mad-Direttiva sad-data ta' skadenza tal-perjodu msemmi fuq,

— l-Isvezja għandha tapplika mid-data ta' l-adeżjoni dawk id-disposizzjonijiet tad-Direttiva li jiżguraw aċċess għal materjal li jikkonforma mad-Direttiva għall-bejgħ fis-suq fit-territorju tagħha.

(4)   Il-ħażniet li jibqa' ta' tikketti jġorru l-abbrevjazzjoni KEE jistgħu ikomplu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2001.




L-ANNESS V



TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

Direttiva 66/403/KEE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 17

L-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 1(a)

L-Artikolu 2(a)

L-Artikolu 2(1)(A)(a)

L-Artikolu 2(b)(i)

L-Artikolu 2(1)(A)(b)

L-Artikolu 2(b)(ii)

L-Artikolu 2(1)(A)(c)

L-Artikolu 2(b)(iii)

L-Artikolu 2(1)(A)(d)

L-Artikolu 2(b)(iv)

L-Artikolu 2(1)(B)(a)

L-Artikolu 2(c)(i)

L-Artikolu 2(1)(B)(b)

L-Artikolu 2(c)(ii)

L-Artikolu 2(1)(B)(c)

L-Artikolu 2(c)(iii)

L-Artikolu 2(1)(B)(d)

L-Artikolu 2(c)(iv)

L-Artikolu 2(1)(C)(a)

L-Artikolu 2(d)(i)

L-Artikolu 2(1)(C)(b)

L-Artikolu 2(d)(ii)

L-Artikolu 2(1)(C)(c)

L-Artikolu 2(d)(iii)

L-Artikolu 2(2)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 3(2)(A)

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(2)(B)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(4)

L-Artikolu 3(4)

L-Artikolu 3(a)

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 4(a)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 5

L-Artikolu 7

L-Artikolu 5(a)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 6

L-Artikolu 9

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 7(2)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 10(3)

L-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 11

L-Artikolu 9

L-Artikolu 12

L-Artikolu 10

L-Artikolu 13

L-Artikolu 11

L-Artikolu 14

L-Artikolu 11(a)

L-Artikolu 15

L-Artikolu 12

L-Artikolu 16

L-Artikolu 13

L-Artikolu 17

L-Artikolu 13(a)

L-Artikolu 18

L-Artikolu 13(b)

L-Artikolu 19

L-Artikolu 14

L-Artikolu 20

L-Artikolu 15(1)

L-Artikolu 21(1)

L-Artikolu 15(2)

L-Artikolu 21(2)

L-Artikolu 15(2)(a)

L-Artikolu 21(3)

L-Artikolu 15(3)

L-Artikolu 21(4)

L-Artikolu 16

L-Artikolu 22

L-Artikolu 18

L-Artikolu 23

L-Artikolu 19(a)

L-Artikolu 24

L-Artikolu 19

L-Artikolu 25

L-Artikolu 20

L-Artikolu 26

L-Artikolu 20(a)(1)

L-Artikolu 27(1)

L-Artikolu 20(a)(2)(i)

L-Artikolu 27(2)(a)

L-Artikolu 20(a)(2)(ii)

L-Artikolu 27(2)(b)

L-Artikolu 21

L-Artikolu 28 (1)

L-Artikolu 29

L-Artikolu 30

L-Artikolu 31

L-ANNESS I

L-ANNESS I

L-ANNESS II

L-ANNESS II

L-ANNESS III, Parti A(1)

L-ANNESS III, Parti A(1)

L-ANNESS III, Parti A(2)

L-ANNESS III, Parti A(2)

L-ANNESS III, Parti A(3)

L-ANNESS III, Parti A(3)

L-ANNESS III, Parti A(3)(a)

L-ANNESS III, Parti A(4)

L-ANNESS III, Parti A(4)

L-ANNESS III, Parti A(5)

L-ANNESS III, Parti A(5)

L-ANNESS III, Parti A(6)

L-ANNESS III, Parti A(6)

L-ANNESS III, Parti A(7)

L-ANNESS III, Parti A(7)

L-ANNESS III, Parti A(8)

L-ANNESS III, Parti A(8)

L-ANNESS III, Parti A(9)

L-ANNESS III, Parti B

L-ANNESS III, Parti B

L-ANNESS IV

L-ANNESS V

(1)   98/95/KE l-Artikolu 9(2) u 98/96/KE l-Artikolu 8(2).



( 1 ) ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/28/KE (ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 23).

( 2 ) ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2289/66